EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52009XC0306(02)
Explanatory note with regard to the definition of a parent carrier in Regulation (EC) No 80/2009 of the European Parliament and of the Council on a Code of Conduct for computerised reservation systems and repealing Council Regulation (EEC) No 2299/89
Nota ta' spjegazzjoni dwar id-definizzjoni ta' trasportatur prinċipali fir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89
Nota ta' spjegazzjoni dwar id-definizzjoni ta' trasportatur prinċipali fir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89
OJ C 53, 6.3.2009, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 53/4 |
Nota ta' spjegazzjoni dwar id-definizzjoni ta' “trasportatur prinċipali” fir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89
(2009/C 53/02)
Daħla
1. |
Ir-Regolament (KE) Nru 80/2009 tal-14 ta' Jannar 2009 li jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 2299/89 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riservazzjoni kompjuterizzata (imsemmija hawn taħt bħala “CRS”). Wieħed mill-elementi li nbidlu fir-Regolament (KEE) Nru 2299/89 huwa d-definizzjoni ta' “trasportatur ewlieni” ta' CRS. Din in-nota għandha l-għan li tiċċara t-tifsira ta' din id-definizzjoni ġdida għall-parteċipanti fis-suq u li tindika kif is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jiddeterminaw l-istat ta' trasportatur bl-ajru jew ta' operatur tat-trasport ferrovjarju fid-dawl ta' din id-definizzjoni. |
2. |
Din in-nota ta' spjegazzjoni ma tippreġudikax l--applikazzjoni tal-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat. |
3. |
Din in-nota ta' spjegazzjoni hija mingħajr preġudizzju għad-definizzjoni ta' trasportatur ewlieni li tista' tingħata mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
1. ID-DEFINIZZJONI TA' “TRASPORTATUR EWLIENI”
4. |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 80/2009 jiddefinixxi trasportatur ewlieni kif ġej. Id-definizzjonijiet ta' parteċipazzjoni fil-kapital u tal-kontroll jgħinu għall-kjarifika aħjar.
|
5. |
Dawn id-definizzjonijiet jirreferu għall-mezzi varji li jikkonferixxu l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq it-tmexxija tan-negozju tal-bejjiegħ tas-sistema, b'enfasi speċjali fuq il-parteċipazzjoni fil-kapital. Fil-fatt, id-definizzjoni ta' “kontroll” tkopri sitwazzjonijiet fejn is-sjieda tikkonferixxi l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq il-bejjiegħ tas-sistema. Iżda id-definizzjoni ta' “traportatur ewlieni” fil-Kodiċi ta' Kondotta żżid referenza espliċita għall-parteċipazzjoni fil-kapital ta' bejjiegħ ta' sistema, għad-drittijiet marbuta jew ir-rappreżentazzjoni fuq korp governattiv u għall-influwenza deċiżiva li l-parteċipazzjoni tista' tikkonferixxi lit-trasportatur bl-ajru jew lill-operatur tat-trasport ferrovjarju fuq it-tmexxija tan-negozju tal-bejjiegħ tas-sistema. |
2. VALUTAZZJONI TAL-ISTAT TAT-TRASPORTATUR EWLIENI
6. |
Il-kunċetti ta' “kontroll” u “influwenza deċiziva” huma ċentrali għad-definizzjoni ta' trasportatur ewlieni. Id-definizzjoni ta' “kontroll” kif provdut fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 80/2009 hija identika għad-definizzjoni ta' kontroll mogħtija fl-artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (1). Għaldaqstant il-kunċetti ta' “kontroll” u “influwenza deċiżiva” għandhom ikunu interpretati bl-istess mod kif inhuma fl-Avviż Ġuriżdizzjonali Konsolidat tal-Kummissjoni ppubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 95 tas-16 ta' April 2008, partikolarment f'kapitli II.2 u II.3. Dan li ġej jindika l-kunċetti ewlenin ta' rilevanza għall-iskopijiet tar-Regolament (KE) Nru 80/2009. |
2.1. Mezzi biex tinkiseb influwenza deċiżiva
7. |
Il-kontroll huwa definit bħala l-possibbiltà li tiġi eżerċitata influwenza deċiżiva fuq impriża. Mhux meħtieġ li l-influwenza deċiżiva tkun jew tkun se tiġi eżerċitata. Il-possibbiltà ta' influwenza deċiżiva tista' tinkiseb b'mezzi varji, fosthom:
|
2.2. Il-każ tat-trasportatur ewlieni uniku
8. |
Trasportatur bl-ajru jew operatur tat-trasport ferrovjarju wieħed u uniku jista' jeżerċita influwenza deċiżiva fuq bejjiegħ ta' sistema. Jistgħu jiġu identifikati żewġ sitwazzjonijiet ġenerali li fihom impriża għandha kontroll uniku bħal dan. L-ewwel, l-impriża li għandha l-kontroll uniku għandha s-setgħa li tiddetermina d-deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi tal-impriża l-oħra. Din is-setgħa tinkiseb tipikament bl-akkwist ta' maġġoranza tad-drittijiet tal-voti f'kumpanija. F'dan il-kuntest, influwenza deċiżiva tfisser il-poter li wieħed jieħu deċiżjonijiet dwar l-imġiba strateġika kummerċjali tal-impriża. It-tieni, sitwazzjoni li wkoll tagħti l-kontroll uniku teżisti fejn azzjonist wieħed biss jista' jwaqqaf deċiżjonijiet strateġiċi f'impriża, iżda dan l-azzjonist m'għandux is-setgħa, waħdu, li jimponi dawn id-deċiżjonijiet (l-hekk imsejjaħ kontroll uniku negattiv). F'dawn iċ-ċirkostanzi, influwenza deċiżiva tirreferi għall-poter li twaqqaf l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet strateġiċi. |
9. |
Il-kontroll uniku jista' jiġi akkwistat fuq bażi de jure u/jew de facto. |
10. |
Kontroll uniku normalment jinkiseb fuq bażi de jure fejn impriża tikseb maġġoranza tad-drittijiet tal-vot ta' kumpanija. Anke fil-każ ta' azzjonist ta' minoranza, kontroll uniku jista' jinkiseb fuq bażi legali f'sitwazzjonijet fejn drittijiet speċifiċi huma marbuta ma' dan l-azzjonist (eż. il-poter li taħtar iktar minn nofs il-membri tal-bord ta' sorveljanza jew il-bord amministrattiv). |
11. |
Azzjonist ta' minoranza jista' wkoll jitqies li għandu l-kontroll uniku fuq bażi de facto, pereżempju fejn, fuq il-bażi tal-ishma, il-mod ta' votazzjoni storika fil-laqgħa tal-azzjonisti u l-pożizzjoni tal-azzjonisti l-oħra, x'aktarx li l-azzjonist ta' minoranza ikun jista' jkollu maġġoranza stabbli tal-voti fil-laqgħa tal-azzjonisti. Dan jiddependi fuq fatturi bħall-firxa tal-ishma l-oħra, ir-rabtiet strutturali u ekonimiċi bejn tal-azzjonisti u l-interessi strateġiċi ta' azzjonisti oħra fil-kumpanija. Kriterji bħal dawn għandhom jiġu evalwati fuq kull każ individwali filwaqt li jitqies it-tibdil prevedibbli tal-preżenza tal-azzjonist li jista' jseħħ fil-futur wara modifikazzjonijiet fl-istruttura tal-kontroll u tas-sjieda tal-bejjiegħ tas-sistema. |
2.3. Il-każ ta' iktar minn trasportatur ewlieni wieħed
12. |
Għadd ta' trasportaturi bl-ajru u/jew operaturi tat-trasport ferrovjarju jistgħu jaqsmu bejniethom l-influwenza deċiżiva fuq bejjiegħ ta' sistema. |
13. |
L-aktar forma ċara ta' kontroll konġunt teżisti fejn ikun hemm biss żewġ kumpaniji prinċipali li jaqsmu ugwalment id-drittijiet tal-vot fil-bejjiegħ tas-sistema. Iżda l-kontroll konġunt jista' jeżisti wkoll fejn m'hemm ebda ugwaljanza bejn iż-żewġ kumpaniji prinċipali fil-voti jew fir-rappreżentanza fil-korpijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet jew fejn hemm aktar minn żewġ kumpaniji prinċipali. Dan huwa l-każ fejn l-azzjonisti tal-minoranza għandhom drittijiet addizzjonali li jippermettulhom l-imblukkar tad-deċiżjonijiet li huma essenzjali għall-imġiba strateġika kummerċjali tal-impriża konġunta. Dawn id-drittijiet ta' veto jistgħu jkunu stabbiliti fl-istatut tal-impriża konġunta jew mogħtija bi ftehim bejn il-kumpaniji prinċipali tagħha (eż. ftehim bejn l-azzjonisti). |
14. |
Dawn id-drittijiet ta' veto għandhom ikunu relatati ma' deċiżjonijiet strateġiċi dwar il-politika kummerċjali tal-kumpanija. Għandhom imorru 'l hinn mid-drittijiet ta' veto normalment mogħtija lill-azzjonisti ta' minoranza sabiex jipproteġu l-interessi finanzjarji tagħhom fl-impriża konġunta. Din il-protezzjoni normali tad-drittijiet tal-azzjonisti tal-minoranza hija relatata ma' deċiżjonijiet dwar l-essenza tal-impriża konġunta, bħal tibdil fl-istatut, żieda jew tnaqqis fil-kapital jew likwidazzjoni. |
15. |
F'kuntrast ma' dan, id-drittijiet għall-veto li tipikament jagħtu l-kontroll jinkludu deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet bħall-baġit, il-pjan kummerċjali (fejn jidħlu dettalji li jmorru 'l hinn mid-dikjarazzjonijiet ġenerali tal-għanijiet kummerċjali), investimenti ewlenin (fejn jidħol livell ta' investiment li mhux għoli daqshekk li jressaq id-dritt tal-veto lejn il-protezzjoni normali tal-interessi tal-azzjonist ta' minoranza) jew il-ħatra tal-ogħla livelli tal-korp ta' ġestjoni. |
16. |
Anke fl-assenza ta' drittijiet speċifiċi tal-veto, żewġ impriżi jew aktar li huma azzjonisti ta' minoranza f'bejjiegħ ta' sistema jistgħu jakkwistaw kontroll konġunt. Dan jista' jkun il-każ fejn l-azzjonisti ta' minoranza, flimkien, ikollhom maġġoranza tad-drittijiet tal-voti u fejn dawn jaġixxu flimkien fl-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet tal-vot. Dan jista' jirriżulta minn ftehim legali li jorbot b'dan il-mod, jew jista' jiġi stabbilit — f'każi eċċezzjonali — fuq bażi de facto fejn ikun hemm interessi komuni qawwija bejn l-azzjonisti ta' minoranza konċernati. |
17. |
Fejn tidħol sjieda ta' minoranza, irid jiġi enfasizzat li l-Kodiċi ta' Kondotta għandu l-għan li jagħmel differenza ċara bejn parteċipazzjoni fil-kapital ta' bejjiegħ ta' sistema li hi purament finanzjarja u involviment iktar attiv tat-trasportatur bl-ajru fin-negozju tal-bejjiegħ tas-sistema. L-involviment prominenti ta' trasportatur bl-ajru jew ta' operatur tat-trasport ferrovjarju fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-bejjiegħ tas-sistema jista' joħloq inċentivi biex jinfluwenza id-deċiżjonijiet kummerċjali tal-bejjiegħ tas-sistema b'mod li jfixkel il-kompetizzjoni fis-settur tat-trasport bl-ajru jew f'dak ferrovjarju. Fejn tidħol id-distribuzzjoni tal-prodotti tagħha, jista' jinħoloq inċentiv sinifikanti biex it-“trasportatur ewlieni” jiddiskrimina fost is-CRSs u jiffavorixxi tiegħu stess. |
18. |
Din id-distinzjoni hija importanti fil-preżenza ta' trasportaturi bl-ajru jew ta' operaturi tat-trasport ferrovjarju bħala azzjonisti ta' minoranza ta' bejjiegħ ta' sistema. Jekk parteċipazzjoni bħal din issarraf fi drittijiet għat-trasportatur bl-ajru jew għall-operatur tat-trasport ferrovjarju stess li jmorru 'l hinn mid-drittijiet li normalment jingħataw lill-azzjonisti ta' minoranza biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tagħhom, jew jekk it-trasportatur bl-ajru jew l-operatur tat-trasport ferrovjarju jkun kapaċi, waħdu jew flimkien ma' azzjonisti oħra, jinfluwenza d-deċiżjonijiet kummerċjali tal-bejjiegħ tas-sistema fir-rigward ta' trasportaturi parteċipanti oħra, dan għandu jiġi kkunsidrat bħala trasportatur ewlieni. |
3. KWISTJONIJIET PROĊEDURALI
19. |
Il-Kummissjoni tista' tinvestiga ksur allegat tal-Kodiċi tal-Kondotta bħala reazzjoni għal ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess. L-investigazzjonijiet isiru skont il-principju ta' prattika tal-amministrazzjoni tajba. Fejn jidħol ksur allegat rigward l-obbligazzjonijiet ta' trasportaturi ewlenin lejn bejjiegħ ta' sistema, l-investigazzjoni tal-Kummissjoni l-ewwel trid tevalwa jekk it-trasportatur bl-ajru jew l-operatur tat-trasport ferrovjarju investigat jistax jiġi kkunsidrat bħala trasportatur ewlieni tal-bejjiegħ tas-sistema. |
20. |
L-Artikolu 14 tal-Kodiċi ta' Kondotta jagħti lill-Kummissjoni l-poteri ta' investigazzjoni kollha meħtieġa biex tiġbor l-informazzjoni li hemm bżonn għal din il-valutazzjoni. Fil-fatt, il-Kummissjoni tista' titlob lill-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriżi biex tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż il-provvediment ta' verifiki speċifiċi, inkluż kwistjonijiet koperti mill-Artikolu 10 li jiġbor fih l-obbligazzjonijiet ta' trasportaturi ewlenin. |
21. |
Barra minn hekk, l-Artikolu 12 jitlob minn kull bejjiegħ tas-sistema biex kull erba' snin jippreżenta rapport verifikat indipendenti bid-dettalji tal-istruttura tas-sjieda u tal-mudell ta' governanza. Il-Kummissjoni ukoll tista' titlob rapport bħal dan f'kull mument. Għalhekk, l-Artikoli 12 u 14 jippermettu lill-Kummissjoni li tiġbor l-informazzjoni kollha pertinenti biex tevalwa l-istat tat-trasportatur bl-ajru jew l-operatur tat-trasport ferrovjarju fejn tidħol id-definizzjoni ta' trasportatur ewlieni. |
22. |
Evalwazzjoni bħal din għandha tipikament tkun ibbażata fuq analiżi tad-dokumenti li jagħtu dettalji fuq l-istruttura tas-sjieda tal-bejjiegħ tas-sistema u tal-kontroll, bħal ma huma l-istatuti tagħha jew il-ftehim bejn l-azzjonisti. Tista' wkoll tevalwa dokumenti rilevanti oħra bħall-minuti tal-laqgħat tal-bord jew ta' korpijiet governattivi oħra. |
23. |
Jekk it-trasportatur bl-ajru jew l-operatur tat-trasport ferrovjarju jiġi fil-fatt identifikat bħala trasportatur ewlieni, il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-ksur allegat tal-Kodiċi tal-Kondotta mit-trasportatur ewlieni. L-Artikolu 16 tal-Kodiċi tal-Kondotta jistabbilixxi l-proċeduri u jiggarantixxi l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, li jtejjeb il-kapaċità tal-Kummissjoni biex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa. |
24. |
Fejn jirriżulta li dan il-ksur qiegħed fil-fatt iseħħ, il-Kummissjoni tista' tieħu d-deċiżjoni meħtieġa biex jitwaqqaf dan il-ksur. Tista' wkoll timponi multa fuq l-impriża responsabbli mill-ksur tal-Kodiċi tal-Kondotta. |