EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007DC0168

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) 261/2004 dwar l-operazzjoni u r-riżultati ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi regoli komuni dwar kumpens u assistenza għall-passiġġieri ta’ l-ajru fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu fuq l-ajruplan u fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil (ittardjar) ta' titjiriet {SEG(2007) 426}

/* KUMM/2007/0168 finali */

52007DC0168




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 4.4.2007

KUMM(2007) 168 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) 261/2004 dwar l-operazzjoni u r-riżultati ta' dan ir-Regolament li jistabbilixxi regoli komuni dwar kumpens u assistenza għall-passiġġieri ta’ l-ajru fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu fuq l-ajruplan u fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil (ittardjar) ta' titjiriet {SEG(2007) 426}

WERREJ

1. L-ISFOND 3

2. INTRODUZZJONI 3

3. METODOLOĠIJA 4

4. L-GĦANIJIET EWLENIN U D-DISPOŻIZZJONIJIET TAR-REGOLAMENT 4

4.1. Evidenza kwantitattiva ta' l-impatt 5

4.1.1. Rifjut ta' imbarkazzjoni – Ibbukkjar żejjed 5

4.1.2. Kanċellamenti - Dewmien 5

4.1.3. Ilmenti lill-Organi Nazzjonali ta' l-Infurzar (NEBs) u lill-Kummissjoni 5

4.1.4. Konklużjonijiet 6

5. IR-REGOLAMENT [KE]NRU. 261/2004 INTRODUċA REGOLI ġODDA DWAR RIFJUT TA' IMBARKAZZJONI, KANċELLAMENTI U DEWMIEN FIT-TUL 6

5.1. Rifjut ta' imbarkazzjoni – Ibbukkjar żejjed 6

5.2. Kanċellazzjoni 7

5.3. Tibdil tar-rotta 7

5.4. Dewmien u Għajnuna 8

5.5. Informazzjoni 8

6. INFURZAR MILL-ORGANI NAZZJONALI TA' L-INFURZAR (NEB) 9

6.1. L-istruttura ta' l-Organi Nazzjonali ta' l-Infurzar 9

6.2. L-indipendenza ta' l-Organi Nazzjonali ta' l-Infurzar 10

6.3. Impożizzjoni ta' sanzjonijiet 10

7. KONSEGWENZI TA' L-ANALIŻI 10

7.1. Titjib ta' l-Infurzar 10

7.2. Kjarifika ta' l-interpretazzjoni ta' dawk l-aspetti tar-Regolament li mhumiex ċari 11

7.3. Ħolqien ta' ċarezza bejn dewmien u u kanċellazzjonijiet 11

7.4. Jinħolqu linji gwida dwar 'Ċirkostanzi Eċċezzjonali' 11

7.5. Tisħiħ tar-rwol tal-NEBs 12

8. KONKLUŻJONIJIET OPERATTIVI 12

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONILILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILLskond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru /261/2004dwar l-operazzjoni u r-riżultati ta dan ir-Regolament li jistabbilixxi regoli komuni dwar kumpens u assistenza għall-passiġġieri ta’ l-ajru fil-każ li jitħallew l-art u fil-każ ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ( ittardjar ) ta' titjiriet

(Test b’relevanza għall–EEA) |

1. L-ISFOND

Fil-11 ta' Frar 2004, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew adottaw flimkien ir-Regolament li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ( ittardjar ) ta' titjiriet[1]. [2]

L-artikolu 17 tar-Regolament [KE]261/2004 jipprovdi għal rapport li għandu jiġi sottomess mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni u r-riżultati ta' dan ir-Regolament.

Din il-Komunikazzjoni tipprovdi r-rapport meħtieġ skond l-Artikolu 17 tar-Regolament [KE]Nru/261/2004.

2. INTRODUZZJONI

Ir-Regolament (KE)Nru 261/2004 introduċa regoli ġodda dwar kumpens u assistenza għall-passiġġieri ta’ l-ajru fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu fuq l-ajruplan u fil-każ ta' kancellazzjoni, ittardjar ta' titjiriet u ċaqliq involontarju għal klassi inferjuri. Skond iċ-ċirkostanzi, ir-Regolament jirrikjedi li l-linji ta' l-ajru:

- jipprovdu lill-passiġġieri b'għajnuna bħal akkomodazzjoni, bibiti, ikliet u faċilitajiet ta' komunikazzjoni;

- joffru tibdil tar-rotta u flus lura;

- iħallsu kumpens sa €600 kull passiġġier; u

- proattivament jinfurmaw lill-passiġġieri dwar id-drittijiet tagħhom skond dan ir-Regolament.

Dan ir-Regolament jirrikjedi wkoll mill-Istati Membri li jwaqqfu korpi ta' infurzar li jkunu jistgħu jimponu sanzjonijiet disswasivi.

Dan japplika għat-titjiriet kollha minn u lejn l-Unjoni Ewropea u għal titjiriet minn barra l-UE għal ajruport fl-UE imħaddem minn linji rreġistrati fl-UE.

Ir-Regolament kellu oppożizzjoni qawwija minn ħafna linji ta' l-ajru, b'mod partikulari ta' operaturi low cost . L-International Air Transport Association (IATA) u l-European Low Fares Airlines Association (ELFAA) sfidaw ir-Regolament fil- High Court ta' l-Ingliterra u Wales, u l-każ ġie sussegwentement riferut għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (QEĠ). Madankollu, l-QEĠ irrifjutat l-appell tal-linji ta' l-ajru f'Jannar 2006[3].

Il-Kummissjoni organizzat tliet laqgħat separati ma' l-Organi Nazzjonali għall-Infurzar (NEBs) li kienu mwaqqfa mill-Istati Membri skond l-Artikolu 16 tar-Regolament [KE]261/2004. Ir-Regolament huwa sieket dwar id-definizzjoni tal-kompetenzi u x-xogħol li għandu jsir mill-awtoritajiet ta' l-infurzar.

Wara dawn il-laqgħat, il-Kummissjoni tibqa' f'kuntatt mal-NEB dwar l-iżvilupp ta' dokument ta' informazzjoni dwar it-tħaddim tar-Regolament.

3. METODOLOĠIJA

Sabiex ikun hemm dat a kwantitattiva u kwalitattiva indipendenti u ġusta dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni qabbdet konsulent barrani[4]. Waħda mill-karatteristiċi l-aktar importanti ta' dan l-istudju kienet il-konsultazzjoni wiesgħa u intensiva ta' kemm jista' jkun partijiet interessati, fosthom assoċjazzjonijiet ta' konsumaturi u federazzjonijiet ta' passiggieri.

L-għan ta' dan l-istudju kien sabiex jara safejn il-linji ta' l-ajru qed jikkonformaw mar-Regolament, jinvestiga jekk il-proċess ta' infurzar hux qed jaħdem u jeżamina l-possibilità ta' xi emendi għal dan ir-Regolament. Sabiex isir dan, inbdew erba' linji ta' xogħol prinċipali differenti : riċerka dokumentarja, intervisti ma' l-interessati, studju tal-vjaġġi ta' l-ajru attwali u reviżjoni legali. Dan l-istudju pprovda materjal sostanzjali għall-preparazzjoni ta' din il-Komunikazzjoni.

4. L-GĦANIJIET EWLENIN U D-DISPOŻIZZJONIJIET TAR-REGOLAMENT

L-għan ewlieni ta' dan ir-Regolament huwa li jtejjeb is-sitwazzjoni tal-passiġġieri jekk il-vjaġġ tagħhom jiġi mfixkel. Huwa jistipula sett ta' drittijiet minimi għall-passiġġieri li għandhom jiġu rrispettati minn kull linja ta' l-ajru, għaliex l-inkonvenjenzi sofruti mill-passiġġieri huma komparabbli meta jispiċċaw imħollija f'ajruport, kemm jekk dak l-ajruport huwa hub [5] u kif ukoll jekk huwa ajruport reġjonali kif ukoll jekk il-passiġeri jkunux ħallsu għall-ewwel klassi jew biljett bi prezz baxx.

4.1. Evidenza kwantitattiva ta' l-impatt

L-għan ta' din il-Komunikazzjoni kien sabiex isir magħruf safejn il-linji ta' l-ajru qed jikkonformaw mar-Regolament [KE]. 261/2004 u biex tinvestiga jekk il-proċeduri ta' infurzar humiex qed jaħdmu sew. Il-kapitli li ġejjin janalizzaw jekk l-eżistenza ta' dan ir-Regolament ġdid [KE]261/2004 kellhiex impatt kwantitattiv fit-tnaqqis ta' każi ta' rifjut ta' imbarkazzjoni, kanċellamenti u dewmien.

4.1.1 . Rifjut ta' imbarkazzjoni – Ibbukkjar żejjed

Mhemm l-ebda statistika pubblika disponibbli għal-linji Ewropej dwar rifjut ta' imbarkazzjoni u tnaqqis fil-klassi ta' l-ivvjaġġar tal-passiġġieri . Il-linji ta' l-ajru ntalbu jipprovdu informazzjoni dwar din il-kwistjonikwistjoni iżda, minbarra tnejn, kollha rrifjutaw, filwaqt li qalu li din il-kwistjoni hija parti minn strateġija individwali ta' negozju ta' kummerċ.

4.1.2 . Kanċellamenti - Dewmien

Huwa diffiċli tiddetermina jekk titjira nżammet jew ġietx ikkanċellata, peress li l-linji ta' l-ajru jistgħu japplikaw metodu differenti għall-klassifikazzjoni tad-dewmien u l-ittardjar u tal-kanċellazzjonijiet, u b'hekk jaffetwaw il-ħlas tal-kumpens finanzjarju. Barra minn hekk, l-aktar informazzjoni komparabbli dwar kanċellazzjoni hija pprovduta mil-linji permezz ta' l-assoċjazzjonijiet tagħhom stess, iżda mhemm l-ebda sors ta' data disponibbli li huwa indipendenti u definittiv .

L-EUROCONTROL jippubblika regolarment informazzjoni dwar id-dewmien u l-kawżi prinċipali għal dan[6]. Din turi li 70% tad-dewmien u l-ittradjar huma kkawżati minn operazzjonijiet relatati mal-linji ta' l-ajru u ma' l-ajruporti.

Hemm tħassib li xi linji ta' l-ajru qed jirriklassifikaw il-kanċellazzjonijiet bħala dewmien fit-tul sabiex jevitaw talbiet għall-kumpens finanzjarju. Li kieku l-linji ta' l-ajru kellhom jittrasformaw il-kanċellazzjonijiet f'dewmien fit-tul minħabba interessi ekonomiċi sabiex ma jħallsux kumpens skond ir-Regolament [KE]261/2004, kien jidher tnaqqis fin-numru ta' kanċellazzjonijiet u żieda li tikkorrispondi fin-numru ta' dewmien fit-tul kienet tkun mistennija wara l-introduzzjoni tar-Regolament.

Ma hemm l-ebda evidenza ta' xi xejriet bħal dawn, għalkemm ma hemm l-ebda garanzija li l-klassifikazzjoni tad-dewmien u l-kanċellazzjonijiet użati fl-istatistika hija l-istess bħal dik użata mil-linji ta' l-ajru meta jiddeċiedu x'kumpens jipprovdu skond ir-Regolament.

4.1.3 . Ilmenti lill-Organi Nazzjonali ta' l-Infurzar (NEBs) u lill-Kummissjoni

Għalkemm ftit teżisti evidenza statistika, hemm evidenza aneddotika li l-linji ta' l-ajru mhux dejjem imxew mar-Regolament. Dan jidher mill-ilmenti li passiġġieri ta' l-ajru jibagħtu lill-NEBs u lill-Kummissjoni. Dawn l-istatistiċi ta' ilmenti mhumiex statistikament rappreżentattivi iżda jagħtu stampa minn ġewwa ta' kif iġibu ruħhom il-linji ta' l-ajru u juru xi xejriet interessanti. In-numru globali ta' l-ilmenti li jirċievu entitajiet diversi jista' jkun indikazzjoni li l-passiġġieri qed isiru aktar konxji tad-drittjiet tagħhom.

4.1.4 . Konklużjonijiet

Peress li r-Regolament [KE]Nru. 261/2004 ilu fis-seħħ għal sentejn biss, huwa diffiċli tara jekk kellux xi effett kwantitattiv fil-bidla tal-livell globali ta' rifjut ta' imbarkazzjoni, dewmien/kanċellamentti, jew fil bdil tal-klassifikazzjoni minn kanċellazzjoni għal dewmien. Għalkemm, f'xi każi, seta' kien hemm bidla minn rifjut ta' imbarkazzjoni involontarju għal wieħed volontarju bħala riżultat ta' sejħa għall-voluntiera.

Din il-konklużjoni mhux bilfors tfisser li s-sitwazzjoni ma tjibitx għall-passiġġieri fuq livell kwantitattiv , peress li l-linji ta' l-ajru verament kienu qed jagħmlu progress fl-isforzi tagħhom sabiex itejbu t-trattament tal-passiġġieri fi ħdan il-qafas tar-Regolament [KE]Nru. 261/2004. F'dawn l-aħħar sentejn, il-linji ta' l-ajru wrew li huma kapaċi jġestixxu inċidenti kbar fl-ajruporti billi jipprovdu lill-passiġġieri bl-għajnuna.

In-numru ta' ilmenti, li għadu limitat, mhuwiex indikatur li juri l-kwalità tas-servizz mogħti lill-passiġġieri. Madankollu, l-iżvilupp matul iż-żmien ta' dawn l-ilmenti jista' jsir indikatur siewi li juri t-titjib jew id-degradazzjoni ta' kif jiġu ttrattati l-passiġġiera. Il-Kummissjonmi għalhekk se tiddedika attenzjoni speċjali għal din il-kwistjoni.

5. IR-REGOLAMENT [KE]NRU. 261/2004 INTRODUċA REGOLI ġODDA DWAR RIFJUT TA' IMBARKAZZJONI, KANċELLAMENTI U DEWMIEN FIT-TUL

Il-kapitli li ġejjin janalizzaw jekk il-linji ta' l-ajru humhiex konformi ma' dawn ir-regoli u jekk hux jirrispettaw id-drittjiet tal-passiġġieri ta' l-ajru.

5.1 . Rifjut ta' imbarkazzjoni – Ibbukkjar żejjed

Ir-regoli relatati mar-rifjut ta' imbarkazzjoni jidhru li ħafna drabi qed jiġu osservati mill-maġġorparti tal-linji ta' l-ajru u b'hekk ftit hemm għalxiex wieħed jinkwieta. Fil-fatt, ir-Regolament ta' qabel dwar l-Imbark Miċħud[7] li ġej mill-1991 jidher li sab triqtu f'politika li adottaw il-linji ta' l-ajru li għalih ir-Regolament [KE]Nru. 261/2004 żied id-dispożizzjoni għas-sejħa għall-voluntiera. Madankollu, il-passiġġieri xorta għadhom jirrapportaw rifjut ta' imbarkazzjoni mingħajr sejħa inizjali għall-voluntiera.

Rifjut ta' imbarkazzjoni minħabbaibbukkjar żejjed kummerċjali spiss jiġi riżolt malajr fuq il-post. L-obbligazzjoni għal sejħa għall-voluntiera jidher li ħolqot aktar flessibilità għall-passiġġieri u għal-linji ta' l-ajru.

F'każi aktar kumplessi li jinvolvu per eżempju, dokumenti ta' l-ivjaġġar mhux xierqa, telf ta' titjiriet ta' konnessjoni jew check-in tard, il-possibilità tal-pasiġġieri li jitolbu dak li hu tagħhom jiddependi min kif il-linja ta' l-ajru tinterpreta is-sitwazzjoni waqt iċ- check-in jew l-imbarkazzjoni.

5.2 . Kanċellazzjoni

Fi ħdan il-qafas ġuridiku tal-kumpens finanzjarju li għandu jitħallas lill-passiġġieri minħabba l-kanċellazzjoni ta' titjira, il-linji ta' l-ajru jistgħu jqajmu ċirkostanzi straordinarji jekk titjira tiġi kkanċellata[8] u b'hekk jeħilsu minn dan l-obbligu. Il -premessa 14 tagħti ħames eżempji ta' ċirkostanzi straordinarji possibbli – instabbiltà politika, kundizzjonijiet meteorologiċi inkompatibbli mal-operazzjoni tat-titjira, sigurtà, nuqqasijiet mhux mistennija għas-sigurtà tat-titjira u strajkijiet. Il- premessa 15 issemmi d-dewmien għal titjiriet ta' ajruplan minħabba deċiżjoni tal-ġestjoni tat-traffiku ta' l-ajru aktar kmieni fil-ġurnata.

Fil-prattika, l-esperjenza wriet, li f'ħafna każi, il-linji ta' l-ajru jqajmu dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji meta jiffaċċjaw kanċellazzjoni. Fl-2005 il-Kummissjoni avżat lil-linji ta' l-ajru kollha tal Komunità li din il-prattika ma tistax tiġi abbużata[9]. Madankollu, il-linji ta' l-ajru jargumentaw li huma ma għandhom l-ebda interess li jikkanċellaw titjiriet b'mod volontarju, għax dan kieku joħloq impatt kummerċjali negattiv.

Din id-dispożizzjoni ta' force majeure tippermetti lil-linja ta' l-ajru li teskludi kumpens finanzjarju f'każi fejn " xi ħaġa ġiet ikkawżata minn ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri kollha raġonevoli kienu ttieħdu " . Waħda mill-problemi ewlenin kienet l-interpretazzjoni ta' din il-klawżola. Bla dubju, il-passiġġieri nfushom ma jkunux jixtiequ li tiġi kompromessa is-sigurtà ta' l-ajru iżda jibqa' s-suspett li l-karta taċ-'ċirkostanzi eċċezzjonali' qed tintuża spiss wisq mil-linji ta' l-ajru sabiex jevitaw li jħallsu l-kumpens li għalih m'hemm previst l-ebda limitu ta' ħin dwar il-ħlas fir-Regolament.

Din l-affari tkopri biċċa kbira tal-klejms li jagħmlu l-passiġġieri lil-linji ta' l-ajru, lill-NEBs u lill-Kummissjoni, għalkemm din tikkonċerna parti limitata tar-Regolament. Mhux l-NEBs kollha jidhru li qed jisfidaw lill-linji ta' l-ajru fuq din il-kwistjoni. Dan iħalli lill-passiġġieri bi ftit għażla ħlief li jaċċettaw id-deċiżjoni tal-linja ta' l-ajru, jew li jieħdu azzjoni legali.

5.3 . Tibdil tar-rotta

Fil-każ ta' rifjut ta' imbarkazzjoni u kanċellazzjonijiet, ir-Regolament jobbliga lil-linji ta' l-ajru li joffru lill-passiġġieri għażla bejn rifużjoni jew rotta oħra. Fil-prattika, meta xi linji ta' l-ajru ma jistgħux jipprovdu titjira alternattiva fuq l-ajruplan tagħhom stess, huma jistgħu joffru biss lill-passiġġier ħlas luraIr-Regolament innifsu ma jispeċifikax jekk il-linji ta' l-ajru għandhomx joffru rotta oħra lill-passiġġieri permezz ta' linji ta' l-ajru oħra jew permezz ta' trasport fuq l-art jekk ma jkunx hemm titjira oħra disponibbli fuq l-ajruplan tagħhom. Il-kunċett ta' 'kundizzjonijiet ta' trasport komparabbli' huwa miftuħ għal interpretazzjonijiet diverġenti.Il-'linji ta' l-ajru tan-netwerk'[10] ħafna drabi jkollhom ftehimiet reċiproċi li jippermettilhom li jibagħtu l-passiġġieri fuq rotta oħra permezz ta' linji oħrajn jekk ikun hemm bżonn, bi prezz raġonevoli.

Linji ta' l-ajru low cost ma għandhomx ftehim ekwivalenti u jidhru li ma jridux jorganizzaw tibdil tar-rotot permezz ta' linji oħra, u b'hekk iħallu l-passiġġieri mitluqin għal jiem sħaħ f'ajruporti reġjonali. F'dawn il-każi, xi linji ta' l-ajru ġew irrappurtati li rrifjutaw li jagħtu għajnuna xierqa u akkomodazzjoni f'lukanda, jew li jagħtu ħlas lura lill-passiġġieri.

5.4 . Dewmien u Għajnuna

Meta sfrattu ta' titjira jikkawża dewmien ta'mill-inqas sagħtejn lill-passiġġieri, il-linja ta' l-ajru għandha tipprovdi l-għajnuna xierqa sabiex tnaqqas l-iskumdità. Dan għandu jikkonsisti f'xorb, ikliet, faċilitajiet ta' komunikazzjoni u akkomodazzjoni f'lukanda jekk ikun hemm bżonn.

Linji ta' l-ajru low cost , li ħafna drabi joperaw minn ajruporti reġjonali, spiss ibatu biex jipprovdu l-għajnuna. Fil-fatt, l-akkomodazzjoni limitata disponibbli f'dawn l-ajruporti (servizzi tal-kejtering, lukandi, eċċ.) mhux dejjem tippermetti lil dawn il-linji ta' l-ajru jorganizzaw l-għajnuna b'mod xieraq.

F'ħafna każi, din l-għajnuna ma tingħatax spontanjament jew ma tingħata xejn. Il-linji ta' l-ajru anke jfittxu li jqajmu każ ta force majeure għalkemm ir-Regolament ma jipprovdix għal din it-tip ta' eżenzjoni. Il-linji ta' l-ajru huma obbligati jinfurmaw lill-passiġġier dwar id-drittijiet tagħhom u li jipprovdu għajnuna.

. L-għoti ta' l-għajnuna jista' ssir diffiċli jekk, per eżempju, ma jkunx hemm kmamar ta' lukandi disponibbli fil-qrib ta' l-ajruport minħabba xi strajk fit-tul jew kundizzjonijiet meteorologiċi eċċezzjonali jew jekk ma jkunx hemm servizzi tal-kejtering fl-ajruport. Madankollu, ir-Regolament ma jiddistingwix bejn l-ajruporti skond id-daqs jew il-post fejn qegħdin.

Skond ir-Regolament [KE] Nru. 261/2004] m'hemm l-ebda definizzjoni tad-dewmien . Hemm daqsxejn konfużjoni dwar l-obbligi tal-linji ta' l-ajru lejn il-passiġġiera waqt dewmien twil ta' aktar minn 24 siegħa u dan jista' jsir sors importanti ta' kunflitt.

Id-drittijiet finanzjarji minimi għall-passiġġieri mitluqa huma definiti u l-linji ta' l-ajru li joperaw minn ajruporti reġjonali għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sbaiex isiru konformi magħhom. Kemm fuq titjiriet ta' l-ewwel klassi kif ukoll fuq dawk low cost, l-inkonvenjenzi għall-passiġġieri huma komparabbli u għandhom jiġu indirizzati skond kif definit fir-Regolament.

5.5 . Informazzjoni

Fuq kollox, it-termini tal-linji ta' l-ajru u l-kundizzjonijiet tal-kuntratt huma b'mod ġenerali konsistenti mar-Regolament, iżda xi linji ta' l-ajru jipprovdu stqarrija ġenerali (xi drabi li tiżvijja 'l dak li jkun u mhix korretta) meta jindirizzaw punti tar-Regolament fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom. Ill-passiġġieri (u l-NEBs) jkunu megħjuna kieku tkun indikata jekk persuna ta' kuntatt li tirrappreżenta lil-linji ta' l-ajru tkun indikata fuq l-informazzjoni li jagħtu l-linji ta' l-ajru.

Il-linji ta' l-ajru għandhom b'mod proattiv jinfurmaw lill-passiġġiera tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom permezz ta' sinjal fiċ- checkk-in u permezz ta' dokument bil-miktub lill-passiġġieri li x'aktarx ikun se jkollhom dewmien ta' aktar minn sagħtejn[11].F'ħafna ajruporti, dawn is-sinjali mhumiex disponibbli u, f'xi każi, in-nota bil-miktub ma tingħatax meta tintalab. Id-dritt ta' l-informazzjoni huwa strumentali u għandu jiġi onorat minn kull parti konċernata.

6. INFURZAR MILL-ORGANI NAZZJONALI TA' L-INFURZAR (NEB)

Peress li r-Regolament huwa sieket fuq id-definizzjoni ta' kompetenzi u x-xogħol li għandu jsir mill-NEBs, il-passiġġieri jiffaċċjaw applikazzjoni u infurzar inkonsistenti tad-drittijiet tagħhom. Il-passiġġieri li jressqu lment uffiċjalment ħafna drabi jridu jistennew żmien twil ħafna qabel jirċievu risposta jew jiffaċċjaw problema ta' lingwa meta jissottomettu l-ilment fi Stat Membru ieħor fejn tkun ġiet sfrattata t-titjira.

Il-passiġġieri jressqu l-każi għall-attenzjoni tal-Kummissjoni fejn l-NEB jikkonferma li l-linja ta l-ajru kisret ir-Regolament [KE]Nru. 261/2004, iżda imbagħad dawn ma jieħdux aktar azzjoni biex jinfurzaw il-liġi jew jissanzjonaw lill-linja ta' l-ajru.

Il-Kummissjoni bdiet proċeduri[12] ta' ksur kontra r-Renju Unit abbażi ta' l-Artikoli 16(1) u 16(2) bi sfond ta' Artikolu 12 tat-Trattat[13]. L- il-korp b'responsabbiltà li jilqa' l-ilmenti, jipprijoritizza lmenti ta' ċittadini mir-Renju Unit u/jew titjiriet miftiehma fit-territorju tar-RU.

Fl-istess waqt, minħabba li l-progress permezz ta' awtoritajiet ta' l-infurzar jista' jimxi bil-mod ħafna, tnedew l-ewwel każi ta' azzjonijiet legali privati.

6.1 . L-istruttura ta' l-Organi Nazzjonali ta' l-Infurzar

Fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, l-organizzazzjoni responsabbli milli jilqa' l-ilmenti u jieħu ħsieb l-infurzar tar-Regolament hija l-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili (CAA).

Hemm differenzi sinifikanti fil-proċess ta' l-infurzar bejn l-Istati Membri.L-aktar effettivi jidhru li huma d-Danimarka u l-Belġju.

Hemm varjazzjon sostanzjali fil-livell ta' riżorsi li għandhom l-NEBs, u anke NEBs li relattivament għandhom livell għoli ta' riżorsi ikkunsidraw li m'għandhomx biżżejjed riżorsi sabiex ilaħħqu man–numru ta' lmenti li kienu qed jirċievu. F'xi Stati Membri, l-NEB ma jidhirx li qed jnvestiga l-ilmenti fid-dettall.

6.2. L-indipendenza ta' l-Organi Nazzjonali ta' l-Infurzar

Fi kważi l-każi kollha, l-NEBs jistqarru li huma indipendenti mill-industrija ta' l-avjazzjoni. Il-poteri li l-NEBs għandhom sabiex jieħdu azzjoni dwar ilmenti individwali jvarjaw. Għalkemm l-NEBs jista' jkollhom il-poter li jimmultaw il-linja ta' l-ajru, rari jkollhom il-poter li jimponu ħlas ta' kumpens f'każi individwali.

6.3 . Impożizzjoni ta' sanzjonijiet

L-Artikolu 16 tar-Regolament [KE]Nru. 261/2004 jirrikjedi li l-organi ta' l-infurzar jkunu obbligati li jimponu sanzjonijiet effettivi, disswasivi u proporzjonali . Hemm varjazzjoni sinifikanti fl-iskala ta' penali li l-NEBs jistgħu jimponu.

Hemm differenza legali importanti bejn it-tipi ta' sanzjonijiet li jistgħu jiġu applikati fl-Istati Membri . Fil-biċċa l-kbira ta' l-Istati Membri, kull sanzjoni maħruaġa minħabba nuqqas ta' konformità mar-Regolament tkun penali amministrattiva, ħafna drabi maħruġa mis-CAA u soġġetta għall-appell quddiem qorti ċivili. Madankollu, fid-Danimarka, l-Belġju u r-Renju Unit, il-penali jkunu applikati skond il-liġi kriminali u għalhekk ikun meħtieġ livell ogħla ta' provi. Fil-Belġju, il-liġi tippermetti wkoll li l-impjegati tal-linja ta' l-ajru rilevanti jintbagħtu l-ħabs għal perjodu sa sena jekk ma jkunux konformi mar-Regolament.

7. KONSEGWENZI TA' L-ANALIŻI

Wara aktar minn sentejn ta' l-applikazzjoni tar-Regolament, progress sar, iżda jrid isir titjib sostanzjali jekk għandha tintlaħaq applikazzjoni aktar konsistenti tar-regoli mil-linji ta' l-ajru u infurzar aktar konsistenti tar-regoli mill-Istati Membri.B'kuntrast mal-passat, passiġġieri mitluqa issa għandhom drittijiet speċifiċi, iżda ħafna drabi qegħdin f'pożizzjoni dgħajfa meta mqabbla mal-linji ta' l-ajru.

Sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati għal titjib, il-Kummissjoni tikkunsidra x-xogħol f'diversi oqsma bħala bżonnjuż.

7.1 . Titjib ta' l-Infurzar

L-infurzar tar-Regolament jista' jitjieb b'diversi manjieri.

Il-Kummisssjoni teħtieġ issaħħaħ il-koperazzjoni ma' u bejn l-NEBs sabiex tiżgura livell ta' servizz xieraq lill-pubbliku u koperazzjoni aħjar bħala netwerk. Aktar 'l quddiem, dan jista' jieħu l-forma ta' 'Kodiċi ta' Prassi Tajba' li tieħu ħsieb kwistjonijiet li mhumiex imsemmija fir-Regolament bħal: il-perjodu li fih il-passiġġieri jridu jressqu l-ilment u r-risposti mogħtija mill-NEB, il-kundizzjonijiet li taħthom l-ilmenti jistgħu jiġu riferuti bejn l-NEB u l-lingwi aċċettati għal ilmenti riferuti kif ukoll it-titjib tal-kwalita ta' l-istatistika.

Il-Kummissjoni tista' tressaq proċeduri ta' ksur kontra Stati Membri fejn l-infurzar jidher li huwa ineffettiv, li jista' jwassal għal-distorsjonijiet ta' kompetizzjoni bejn il-linji ta' l-ajru.

7.2. Kjarifika ta' l-interpretazzjoni ta' dawk l-aspetti tar-Regolament li mhumiex ċari

Il-Kummissjoni se tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkjarifika dawk l-aspetti tar-Regolament li ma jidhrux ċari, partikolarment fejn dawn ħolqu diffikultajiet fl-infurzar.B'mod partikolari, il-Kummissjoni behsiebha toħroġ komunikazzjoni dwar interpretazzjoni komuni tar-Regolament, wara li tikkonsulta l-NEBs. Huwa mistenni li tali Komunikazzjoni filwaqt li ma tkunx torbot legalment, se tpoġġi piż sinifikanti fuq il-linji ta' l-ajru, tħaffef il-proċess ta' l-infurzar kif ukoll tagħmilha aktar faċli għall-konsumaturi li jifhmu d-drittijiet tagħhom skond ir-Regolament.

7.3 . Ħolqien ta' ċarezza bejn dewmien u u kanċellazzjonijiet

Fil-preżent il-passiġġiera, l-NEBs kif ukoll il-linji ta' l-ajru għandhom diffikulta biex jiddistingwu bejn dewmien u kanċellazzjonijiet u jekk dewmien ta' 24 siegħa, per eżempju, hux ikkatalogat bħala kanċellazzjoni jew dewmien fit-tul. Hemm sitwazzjonijiet fejn il-linji ta' l-ajru 'pposponew' titjiriet għal 48 siegħa (bħala dewmien), filwaqt, li fil-verità, it-titjira kienet kanċellata minħabba problemi tekniċi, f'liema każ huma jevitaw klejms possibbli għal-kumpens mill-passiġġieri.

Ikun ferm ta' għajnuna jekk jiġu diskussi mal-linji ta' l-ajru u l-NEB kriterji aktar preċiżi sabiex tkun magħrufa d-differenza bejn dewmien u kanċellazzjonijiet. Ikun ukoll siewi li jitjieb il-ġbir tad- data sabiex jiġi żgurat li l-istatus ta' titjira jkun rekordjat b'mod ċar għall-finijiet kemm ta' infurzar tad-drittijiet tal-passiġġieri kif ukoll għall-issorveljar tal-kwalità totali tas-servizz ta' l-industrija.

7.4 . Jinħolqu linji gwida dwar 'Ċirkostanzi Eċċezzjonali'

Iċ-Ċirkostanzi eċċezzjonlai jidhru li qed joħolqu sors ta' argumenti persistenti bejn il-passiġġieri, il-linji ta' l-ajru u l-NEBs. L-istudju ta' klejms bħal dawn jammonta għal madwar 30% ta' l-ilmenti kollha u jieħu aktar minn 70% tar-riżorsi ta' l-awtoritajiet nazzjonali. Bħalissa, ir-Regolament ma għandu l-ebda dispożizzjoni għal kumpens finanzjarju għad-dewmien.

Jekk numru ta' każi jkunu jistgħu jiġu investigati fil-fond mill-NEBs, dan ikun jista' jipprovdi gwida għall-futur, iżda l-NEBs mhumiex f'pożizzjoni li jagħmlu eżaminazzjoni fid-dettall tal-biċċa l-kbira ta' l-ilmenti li jirċievu dwar ' ċirkostanzi eċċezzjonali. Jista' jkun ta' għajnuna li jidħlu f'diskussjoni aktar fil-fond mal-NEBs u l-partijiet interessati kollha. Abbażi ta' dawn id-diskussjonijiet, il-Kummissoni se tikkonsidra jekk toħroġx, f'forma xierqa linji gwida wiesgħa ta' l-anqas dwar l-interpretazzjoni ta' ċirkostanzi eċċezzjonali'.

7.5. Tisħiħ tar-rwol tal-NEBs

Meta jitqiesu l-iżviluppi tad-drittijiet tal-passiġġieri għal mezzi ta' trasport oħrajn [14], it-twaqqif ta' NEBs differenti għal mezzi ta' trasport differenti, ġaladarba, jinħolqu d-drittijiet tal-passiġġieri f'kull settur, jista' jkun ineffiċjenti. Il-kunċett ta' l-ECC[15] (Ċentri Ewropej tal-Konsumatur), li diġà qed jaħdmu fuq ilmenti transkonfinali (natura internazzjonali tat-trasport), jista' jkun metodu li jgħin l-NEBs fil-problemi tagħhom ta' kuljum. Barra minn hekk, l-ilmenti jistgħu jiġu ċentralizzati f'din it-tip ta' struttura u b'hekk jiżguraw li l-ilmenti jiġu pproċessati b'mod armonizzat mingħajr kunflitt ta' interess. Dan kieku jiffaċilita l-użu u l-issorveljar (ċentralizzat) ta' l-istatistika, b'enfasi għal darb'oħra fuq metodu armonizzat u orizzontali għad-drittijiet tal-passiġġieri ta' kull mezz ta' trasport.

Jekk ikun hemm ksur tar-Regolament il-ġdid, l-ECC kkonċernat jista' mbagħad iressaq l-ilment lill-Awtorità ta' l-Avjazzjoni Ċivili xierqa jew lill-ministeru nazzjonali għal azzjoni legali kontra l-linja ta' l-ajru.

8. KONKLUŻJONIJIET OPERATTIVI

Hemm żewġ raġunijiet prinċipali għalfejn kien hemm id-diffikultajiet bir-Regolament fil-prattika:

- test mhux preċiż fir-Regolament f'ċerti oqsma,

- infurzar ineffettiv f'xi Stati Membri.

- Kjarifikatad-disposizzjonijiet

Il-Kummissjoni se tkompli tiddiskuti ma' l-NEBs u mal-partijiet interessati kollha dwar l-applikazzjoni ta' kuljum tal-kunċetti li bħalissa qed joħolqu kwistjonijiet, 'ċirkostanzi eċċezzjonali' tali u dritt għal rotta oħra.

- Irrekordjar aktar ċar tad-Dewmien u tal-Kanċellazzjonijiet

Il-Kummissjoni se tiddiskuti ma' l-industrija u ma' l-NEBs kif l-informazzjoni tista tinġabar aħjar, dwar l-istatus ta' titjiriet (magħmula fil-ħin, mdewma jew kanċellati) u mgħoddija lill-NEBs sabiex itejbu l-eżaminar tad-drittijiet tal-passiġġieri li jagħmlu klejms skond ir-Regolament u biex itejbu d- data dwar il-kwalità totali tas-servizz fl-industrija.

- Infurzar limitat mill-NEBs

Il-Kummissjoni se tintensifika l-koperazzjoni mal-NEBs sabiex tindirizza n-nuqqasijiet. L-għan jibqa' li tistabilixxi metodi ta' infurzar proattivi u armonizzati li jwasslu għal riżultati effettivi għall-konsumaturi madwar l-UE.

Fis- sitt xhur [16] li ġejjin il-Kummmissjoni se torganizza laqgħat kemm hemm bżonn mal-NEBs sabiex issaħħaħ il-proċeduri ta' infurzar.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra li tintensifika l-proċeduri ta' ksur kontra Stati Membri, jekk wara ż-żmien ta' sitt xhur , il-metodi ta' infurzar ma jidhrux li huma effettivi u disswasivi kif meħtieġ mir-Regolament [KE]261/2004

- L-applikazzjoni sħiħa tar-Regolament [KE]261/2004

Matul is-sitt xhur li ġejjin, il-Kummissjoni sejra teżamina , fl-ajruporti, jekk il-linji ta' l-ajru jipprovdux l-informazzjoni lill-passiġġieri, għajnuna u kumpens kif meħtieġ mir-Regolament [KE]261/2004. B'mod partikulari, il-Kummissjoni se tara jekk in-noti ta' informazzjoni fiċ- check-in s u n-noti bil-miktub f'każi ta' sfrattar ta' titjiriet humiex disponibbli u jingħatawx.

- Informazzjoni aħjar lill-passiġġiera

Sabiex ittejjeb l-informazzjoni disponibbli dwar id-drittjiet tal-passiġġiera ta' l-ajru, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni aġġornata lill-pubbliku qabel is-sajf ta' l-2007.

- Tibdil possibli tar-Regolament [KE]Nru. 261/2004

Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa meħtieġ perjodu ta' stabbiltà fis-sistema attwali sabiex tħalli l-NEBs, il-linji ta' l-ajru, l-Istati Membri u l-Kummissjoni nnifisha jiżviluppaw applikazzjoni prattika konsistenti u li tinftiehem tar-Regolament li tiżgura d-drittijiet tal-passiġġieri ta' l-ajru.

Hija se taħdem mal-partijiet interessati biex ittejjeb iċ-ċarezza, l-implimentazzjoni u l-infurzar. Jekk dawn il-kuntatti ma jilħqux riżultati sodifaċenti, biss, il-Kummissjoni tikkunsidra emenda għar-Regolament [KE]Nru. 261/2004 biex tiżgura li d-drittijiet tal-passiġġieri jkunu rispettati totalment.

[1] Ġurnal Uffiċjali L 46 tas- 17 ta' Frar 2004, p. 1.

[2] IP/05/181 tas-16 Frar 2005.

[3] Il-każ C-344/04 http://curia.europa.eu/jurisp/cgi-bin/gettext.pl?where=&lang=en&num=79939889C19040344&doc=T&ouvert=T&seance=ARRET

[4] Ġurnal Uffiċjali 2006/S 36-038536 tat-22 ta' Frar 2006.

[5] HUB tfisser ajruport li permezz tiegħu linja ta' l-ajru titrasferixxi l-passiġġieri għad-destinazzjoni finali tagħhom.

[6] http://www.eurocontrol.int/eCoda/portal

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 295/91 ta' l-4 ta' Frar 1991 li jistabbilixxi regoli komuni għal sistema ta' kumpens għal imbark miċħud fit-trasport bl-ajru skedat ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali L 36, tat-8 ta' Frar 1991.

[8] Premessi 14 u 15 u Artikolu 5(3) tar-Regolament [KE]261/2004.

[9] DG TREN, korrespondenza ta' l-10 ta' Marzu 2005, D(2005)104765.

[10] Strutturi li jesprimu għażliet strateġiċi magħmula mil-linji ta' l-ajru biex iservu jew ma jservux ċertu ajruporti.

[11] Premessa 20 u Artikolu 14 tar- Regolament [KE]Nru. 261/2004.

[12] Il-każ 2322/2006.

[13] ARTIKOLU 12 Fl-ambitu ta' dan il-Ftehim, u mingħajr preġudizzju għal xi disposizzjoni speċjali li jkun hemm f'dak ir-rigward, kull diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' nazzjonalità għandha tkun ipprojbita. … ".

[14] Adottata fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill: 'Tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea' - KUMM(2005) 46 tas-16 ta' Frar 2005.

[15] http://ec.europa.eu/consumers/redress/ecc_network/index_en.htm (DG SANCO).

[16] jibdew mill-ġurnata ta' l-adozzjoni ta' din il-Komunikazzjoni.

Top