Help Print this page 

Document 32017R0576

Title and reference
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/576 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni annwali mid-ditti tal-investiment ta' informazzjoni dwar l-identità taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

C/2016/3337
  • In force
OJ L 87, 31.3.2017, p. 166–173 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/576/oj
Languages, formats and link to OJ
BG ES CS DA DE ET EL EN FR GA HR IT LV LT HU MT NL PL PT RO SK SL FI SV
HTML html BG html ES html CS html DA html DE html ET html EL html EN html FR html HR html IT html LV html LT html HU html MT html NL html PL html PT html RO html SK html SL html FI html SV
PDF pdf BG pdf ES pdf CS pdf DA pdf DE pdf ET pdf EL pdf EN pdf FR pdf HR pdf IT pdf LV pdf LT pdf HU pdf MT pdf NL pdf PL pdf PT pdf RO pdf SK pdf SL pdf FI pdf SV
Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal Display Official Journal
 To see if this document has been published in an e-OJ with legal value, click on the icon above (For OJs published before 1st July 2013, only the paper version has legal value).
Multilingual display
Dates
  • Date of document: 08/06/2016; Data ta' adozzjoni
  • Date of effect: 20/04/2017; Dħul fis-seħħ Data tal-pubblikazzjoni +20 Ara Art. 5
  • Date of effect: 03/01/2018; Applikazzjoni Ara Art. 5
  • Date of end of validity: 31/12/9999
Miscellaneous information
  • Author: Il-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali
  • Form: Regolament delegat
  • Additional information: Rilevanza għaż-ŻEE
Procedure
  • Department responsible: FISMA
Relationship between documents
Text

31.3.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/166


REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/576

tat-8 ta' Ġunju 2016

li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-pubblikazzjoni annwali mid-ditti tal-investiment ta' informazzjoni dwar l-identità taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 27(10) tagħha,

Billi:

(1)

Huwa essenzjali li l-pubbliku u l-investituri jkunu jistgħu jevalwaw il-kwalità tal-prassi tal-eżekuzzjoni ta' ditta tal-investiment u li jkunu jistgħu jidentifikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' kummerċ fejn id-ditti tal-investiment ikunu eżegwew l-ordnijiet tal-klijenti matul is-sena preċedenti. Sabiex isiru paraguni siewja u biex issir analiżi tal-għażla tal-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni, huwa meħtieġ li l-informazzjoni tiġi ppubblikata mid-ditti tal-investiment b'mod speċifiku għal kull klassi ta' strument finanzjarju. Sabiex ikun jista' jiġi evalwat bir-reqqa l-ordni tal-fluss tal-ordnijiet tal-klijenti liċ-ċentri tal-eżekuzzjoni, l-investituri u l-pubbliku għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw b'mod ċar jekk id-ditta tal-investiment innifisha kinitx fost l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni għal kull klassi ta' strument finanzjarju.

(2)

Sabiex tkun tista' tiġi vvalutata bis-sħiħ l-kwalità tal-eżekuzzjoni li tkun qiegħda tinkiseb fiċ-ċentri tal-eżekuzzjoni użati minn ditti tal-investiment li jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti, inklużi ċentri tal-eżekuzzjoni f'pajjiżi terzi, huwa xieraq li d-ditti tal-investiment jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa skont dan ir-Regolament f'dak li għandu x'jaqsam ma' ċentri tal-eżekuzzjoni, il-ġeneraturi tas-suq jew fornituri oħrajn ta' likwidità jew kull entità li twettaq funzjoni simili f'pajjiż terz simili għall-funzjonijiet imwettqa minn xi wieħed minn dawn li ssemmew.

(3)

Sabiex tiġi pprovduta informazzjoni preċiża u paragunabbli, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti klassijiet ta' strumenti finanzjarji abbażi tal-karatteristiċi tagħhom rilevanti għal finijiet ta' pubblikazzjoni. Klassi ta' strumenti finanzjarji għandha tkun iffokata biżżejjed biex tiżvela differenzi fl-imġiba tal-eżekuzzjoni tal-ordni bejn il-klassijiet, iżda fl-istess ħin trid tkun wiesgħa biżżejjed biex tiżgura li l-obbligu ta' rappurtar fuq id-ditti tal-investiment ikun proporzjonat. Meta titqies il-firxa tal-klassi tal-ekwità tal-istrumenti finanzjarji, huwa xieraq li din il-klassi tinqasam f'subklassijiet abbażi tal-likwidità. Peress li l-likwidità hija fattur essenzjali li jirregola l-imġiba tal-eżekuzzjoni u minħabba li ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni spiss ikunu f'kompetizzjoni biex jattiraw il-flussi tal-aktar stokkijiet ikkumerċjalizzat, ikun xieraq li l-istrumenti azzjonarji jiġu kklassifikati skont il-likwidità tagħhom kif determinata skont d-daqs minimu ta' funzjonament kif stabbilit fid-Direttiva 2014/65/UE.

(4)

Meta jippubblikaw l-identità tal-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni li fihom jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti, ikun xieraq għad-ditti tal-investiment li jippubblikaw informazzjoni dwar il-volum u l-għadd ta' ordnijiet eżegwiti f'kull ċentru ta' eżekuzzjoni, sabiex l-investituri jkunu jistgħu jiffurmaw opinjoni dwar il-fluss ta' ordnijiet tal-klijenti mid-ditta għaċ-ċentri tal-eżekuzzjoni. Meta, fil-każ ta' klassi waħda jew aktar ta' strumenti finanzjarji, ditta tal-investiment tesegwixxi biss għadd żgħir ħafna ta' ordnijiet, l-informazzjoni dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni ma tkunx tassew sinifikanti u lanqas rappreżentattiva tal-arranġamenti għall-eżekuzzjoni tal-ordnijiet. Huwa għalhekk xieraq li d-ditti ta' investiment jintalbu jindikaw b'mod ċar il-klassijiet tal-istrumenti finanzjarji li għalihom jeżegwixxu għadd żgħir ħafna ta' ordnijiet.

(5)

Biex ma jkunx hemm żvelar ta' informazzjoni potenzjalment sensittiva fis-suq dwar il-volum tan-negozju li jkun qiegħed isir minn ditta tal-investiment, il-volum tal-eżekuzzjoni u l-għadd ta' ordnijiet eżegwiti għandhom jiġu mfissra bħala persentaġġ tal-volumi totali ta' eżekuzzjoni tad-ditta u l-għadd totali tal-ordnijiet eżegwiti f'dik il-klassi ta' strumenti finanzjarji, rispettivament, minflok bħala valuri assoluti.

(6)

Huwa xieraq li d-ditti tal-investiment jintalbu jippubblikaw informazzjoni li tkun relevanti għall-imġiba tagħhom fl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet. Sabiex jiġi żgurat li d-ditti tal-investiment ma jinżammux responsabbli għal deċiżjonijiet dwar l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet li ma jkunux responsabbli għalihom, ikun xieraq li d-ditti ta' investiment jiżvelaw l-perċentwali tal-ordnijiet eżegwiti f'kull waħda mill-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni fejn l-għażla taċ-ċentru tal-eżekuzzjoni tkun ġiet speċifikata mill-klijenti.

(7)

Hemm diversi fatturi li jistgħu potenzjalment jinfluwenzaw l-imġiba tal-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tad-ditti tal-investiment bħal rabtiet mill-qrib bejn ditti tal-investiment u ċentri tal-eżekuzzjoni. Minħabba l-materjalità potenzjali ta' dawn il-fatturi ikun xieraq li tintalab analiżi ta' tali il-fatturi fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba fiċ-ċentri kollha tal-eżekuzzjoni.

(8)

It-tipi differenti ta' ordni jistgħu jkunu fattur importanti li jispjegaw kif u għaliex id-ditti tal-investiment jeżegwixxu l-ordnijiet f'ċentru tal-eżekuzzjoni wieħed u mhux ieħor. Jista' wkoll ikollu impatt fuq il-mod kif ditta tal-investiment tistabbilixxi l-istrateġiji ta' eżekuzzjoni tagħha, inkluż l-ipprogrammar ta' routers intelliġenti tal-ordnijiet biex jintlaħqu l-għanijiet speċifiċi ta' dawk l-ordnijiet. Ikun għalhekk xieraq li fir-rapport issir distinzjoni bejn il-kategoriji differenti ta' tipi ta' ordnijiet.

(9)

Sabiex janalizzaw l-informazzjoni b'mod xieraq, huwa importanti li l-utenti jkunu f'pożizzjoni li jiddistingwu bejn iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni użati għall-ordnijiet ta' klijenti professjonali u ċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għal ordnijiet ta' klijenti konsumaturi, minħabba d-differenzi notevoli fil-mod kif id-ditti tal-investiment jiksbu l-aħjar riżultat possibbli għall-klijenti konsumaturi meta mqabbel ma' klijenti professjonali, jiġifieri li d-ditti ta' investiment jkunu jridu fuq kollox jevalwaw il-fatturi ta' prezz u kost meta jeżegwixxu ordnijiet minn klijenti konsumaturi. Għalhekk huwa xieraq li l-informazzjoni dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni tingħata separatament għal klijenti konsumaturi u għal klijenti professjonali rispettivament, b'mod li tkun tista' ssir valutazzjoni kwalitattiva tal-flussi tal-ordnijiet lejn dawn iċ-ċentri.

(10)

Sabiex ikunu konformi mal-obbligu legali tal-aqwa eżekuzzjoni, id-ditti tal-investiment, meta japplikaw il-kriterji għall-aħjar eżekuzzjoni għal klijenti professjonali, tipikament ma jużawx l-istess ċentri ta' eżekuzzjoni għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli (securities financing transactions — SFTs) u tranżazzjonijiet oħra. Dan għar-raġuni li l-SFTs jintużaw bħala sors ta' finanzjament suġġett għall-impenn li min jissellef ikun se jirritorna titoli ekwivalenti f'data fil-futur u l-kundizzjonijiet tal-SFTs tipikament ikunu definiti b'mod bilaterali bejn il-kontropartijiet qabel l-eżekuzzjoni. Għalhekk, l-għazla taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni għall-SFTs hija aktar limitata milli fil-każ ta' tranżazzjonijiet oħra, meta wieħed iqis li hija tiddependi fuq il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti minn qabel bejn il-kontropartijiet u fuq jekk ikunx hemm domanda speċifika fuq dawk iċ-ċentri ta' eżekuzzjoni fil-każ tal-istrumenti finanzjarji involuti. Huwa għalhekk xieraq li d-ditti ta' investiment jagħtu sommarju u jippubblikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' kummerċ fejn ikunu eżegwew SFTs f'rapport separat sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni kwalitattiva tal-flussi tal-ordnijiet lejn dawn iċ-ċentri. Minħabba n-natura speċifika tal-SFTs, u minħabba li d-daqs kbir tagħhom x'aktarx li jħarbat il-ħabra l-aktar rappreżentattiva ta' tranżazzjonijiet tal-klijenti (jiġifieri dawk li ma jinvolvux SFTs), huwa meħtieġ li dawn jiġu esklużi mit-tabelli dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni fejn id-ditti tal-investiment jeżegwixxu ordnijiet ta' klijenti oħra.

(11)

Huwa xieraq li d-ditti tal-investiment jippubblikaw valutazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba fiċ-ċentri kollha li jintużaw mill-kumpanija. Din l-informazzjoni se tipprovdi stampa ċara tal-istrateġiji u l-għodod ta' eżekuzzjoni użati biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba f'dawk iċ-ċentri. Din l-informazzjoni tippermetti wkoll lill-investituri jevalwaw l-effettività tal-monitoraġġ imwettaq minn ditti tal-investiment fir-rigward ta' dawk iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni.

(12)

Fil-valutazzjoni speċifika tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba f'kull ċentru tal-eżekuzzjoni fir-rigward tal-kost, huwa xieraq li ditta tal-investiment twettaq ukoll analiżi tal-arranġamenti li jkollhom ma' dawn iċ-ċentri f'relazzjoni mal-pagamenti magħmula jew irċevuti u l-iskontijiet, ribassi jew benefiċċji mhux fi flus riċevut. Tali valutazzjoni għandha wkoll tippermetti lill-pubbliku biex jikkunsidra kif dawn l-arranġamenti jkollhom impatt fuq il-kosti li jiffaċċjaw l-investituri u kif dawn jikkonformaw mal-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 2014/65/UE.

(13)

Huwa wkoll xieraq li jkun iddeterminat l-abitu ta' tali ubblikazzjoni u l-elementi essenzjali tagħha, inkluż l-użu li d-ditti tal-investiment jagħmlu mid-dejta dwar il-kwalita tal-eżekuzzjoni disponibbli miċ-ċentri tal-eżekuzzjoni skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 (2)

(14)

L-informazzjoni dwar l-identità taċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni għandha tiġi ppubblikata kull sena u għandha tirreferi għall-imġiba tal-eżekuzzjoni tal-ordni għal kull klassi ta' strument finanzjarju sabiex jirriflettu l-bidliet rilevanti matul is-sena kalendarja ta' qabel.

(15)

Id-ditti tal-investiment għandhom jitħallew jadottaw livell addizzjonali ta' rapportar li jkun ħafna aktar granulari, sakemm li f'każ bħal dan ir-rapport addizzjonali jikkomplementa u mhux jieħu post dak meħtieġ skont dan ir-Regolament.

(16)

Għal raġunijiet ta' konsistenza u sabiex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji, huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali relatati li jittrasponu d-Direttiva 2014/65/UE japplikaw mill-istess data.

(17)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni.

(18)

L-ESMA għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit bl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-kontenut u l-format tat-tagħrif li d-ditti ta' investiment għandhom jippubblikaw fuq bażi annwali fir-rigward tal-ordnijiet tal-klijenti eżegwiti f'ċentri tan-negozjar, l-internalizzaturi sistematiċi, il-ġeneraturi tas-suq jew fornituri ta' likwidità jew entitajiet li jwettqu funzjonijiet simili għal dawk imwettqa minn xi wieħed minn dawn li ssemmew f'pajjiż terz.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ordni passiva” tfisser ordni li tiddaħħal fil-ktieb tal-ordnijiet li pprovdiet likwidità;

(b)

“ordni aggressiva” tfisser ordni li tiddaħħal fil-ktieb tal-ordnijiet li ħadet il-likwidità;

(c)

“ordni indirizzata” tfisser ordni fejn ċentru tal-eżekuzzjoni speċifiku ikun ġie speċifikat mill-klijent qabel l-eżekuzzjoni tal-ordni.

Artikolu 3

Informazzjoni dwar l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni u l-kwalita tal-eżekuzzjoni miksuba

1.   Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' eżekuzzjoni għall-ordnijiet tal-klijenti kollha eżegwiti li ssir referenza għalihom fl-Anness I. L-informazzjoni rigward il-klijenti konsumaturi għandha tiġi ppubblikata fil-format stabbilit fit-Tabella 1 tal-Anness II u l-informazzjoni rigward il-klijenti professjonali għandha tiġi ppubblikata fil-forma stabbilit fit-Tabella 2 tal-Anness II.

(a)

il-klassi tal-istrumenti finanzjarji;

(b)

isem iċ-ċentri tal-eżekuzzjoni u l-identifikatur;

(c)

il-volum tal-ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(d)

l-għadd ta' ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(e)

il-perċentwali tal-ordnijiet eżegwiti msemmija fil-punt (d) li kienu ordnijiet passivi u aggressivi;

(f)

il-perċentwali tal-ordnijiet imsemmija fil-punt (d) li kienu ordnijiet diretti;

(g)

il-konferma dwar jekk tkunx eżegwiet medja ta' inqas minn negozju wieħed għal kull jum ta' negozju fis-sena preċedenti f'dik il-klassi ta' strumenti finanzjarji.

2.   Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw l-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni f'termini ta' volumi ta' kummerċ għall-ordnijiet kollha eżekwiti ta' SFTs għall-klassi ta' strumenti finanzjarji li ssir referenza għalihom fl-Anness I fil-format stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness II. Il-pubblikazzjoni jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-volum tal-ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(b)

l-għadd ta' ordnijiet tal-klijenti eżekwiti f'dak iċ-ċentru tal-eżekuzzjoni espress bħala perċentwal tal-volum totali eżegwit;

(c)

il-konferma dwar jekk id-ditta tal-investiment tkunx eżegwiet medja ta' inqas minn negozju wieħed għal kull jum ta' negozju fis-sena preċedenti f'dik il-klassi ta' strumenti finanzjarji.

3.   Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw, għal kull klassi ta' strumenti finanzjarji, sommarju tal-analiżi u l-konklużjonijiet li jaslu għalihom fuq il-bażi ta' monitoraġġ dettaljata tal-kwalità tal-eżekuzzjoni miksuba fiċ-ċentri tal-eżekuzzjoni fejn ikun eżekwew l-ordnijiet kollha tal-klijenti fis-sena preċedenti. L-informazzjoni għandha tinkludi:

(a)

spjegazzjoni tal-importanza relattiva li tkun tat id-ditta għall-fatturi ta' eżekuzzjoni bħal ma huma prezz, kosti, ħeffa, probabbiltà tal-eżekuzzjoni jew kwalunkwe kunsiderazzjoni oħra, inklużi fatturi kwalitattivi fl-evalwazzjoni tal-kwalità tal-eżekuzzjoni;

(b)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe rabtiet mill-qrib, kunflitti ta' interess, u sjieda komuni fir-rigward ta' kull ċentru tal-eżekuzzjoni użati biex jitwettqu l-ordnijiet;

(c)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe arranġamenti speċifiċi ma' kull ċentru tal-eżekuzzjoni rigward pagamenti magħmula jew irċevuti, skonti, ribassi jew benefiċċji mhux fi flus riċevut;

(d)

spjegazzjoni tal-fatturi li jkunu wasslu għal tibdil fil-lista ta' ċentri tal-eżekuzzjoni elenkati fil-politika ta' eżekuzzjoni tad-ditta, jekk rtkun seħħet bidla bħal din;

(e)

spjegazzjoni dwar kif l-eżekuzzjoni tal-ordnijiet tvarja skont il-kategorizzazzjoni tal-klijent, meta d-ditta tittratta kategoriji ta' klijenti b'mod differenti u meta dan jista' jaffettwa l-arranġamenti tat-eżekuzzjoni tal-ordnijiet;

(f)

spjegazzjoni dwar jekk jingħatatx preferenza lil kriterji oħra fuq il-prezz u l-kost fl-eżekuzzjoni tal-ordnijiet ta' klijenti konsumaturi u kif dawn il-kriterji oħra kienu strumentali biex jinkiseb l-aħjar riżultat possibbli f'termini tal-konsiderazzjoni totali lill-klijent;

(g)

spjegazzjoni ta' kif id-ditta tal-investiment tkun użat xi dejta jew għodda marbuta mal-kwalità tal-eżekuzzjoni, inklużi kwalunkwe dejta ppubblikata skont ir-Regolament Delegat (UE) 2017/575.

(h)

fejn applikabbli, spjegazzjoni ta' kif id-ditta tal-investiment tkun użat il-produzzjoni ta' fornitur ta' sistema konsolidata ta' pubblikazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 65 tad-Direttiva 2014/65/UE.

Artikolu 4

Format

Id-ditti tal-investiment għandhom jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 3(1) u 3(2) fuq is-siti web tagħhom, billi jimlew il-formoli stabbiliti fl-Anness II, f'format elettroniku li jista' jinqara mill-magni, li tista' titniżżel mill-pubbliku u l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 3(3), għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit web tagħhom f'format elettroniku disponibbli għat-tniżżil mill-pubbliku.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mit-3 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jkun vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/575 tat-8 ta' Ġunju 2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata minn ċentri tal-eżekuzzjoni dwar il-kwalità tal-eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet (ara paġna 152 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).)

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS I

Lista ta' strumenti finanzjarji

(a)

Ekwitajiet — Ishma u irċevuti depożitarji

(i)

Likwidità tad-daqsijiet tal-funzjonament għall-meded 5 u 6 (minn 2 000 negozju kull jum)

(ii)

Likwidità tad-daqsijiet tal-funzjonament għall-meded 3 u 4 (minn 80 sa 1 999 attività ta' kummerċ kull jum)

(iii)

Likwidità tad-daqsijiet tal-funzjonament għall-meded 1 u 2 (minn 0 sa 79 attività ta' kummerċ kull jum)

(b)

Strumenti ta' dejn

(i)

Bonds

(ii)

Strumenti tas-suq monetarju

(c)

Derivattivi tar-rati tal-imgħax

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Swaps, forwards u derivattivi oħra tar-rati tal-imgħax

(d)

derivattivi tal-kreditu.

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Derivattivi oħra tal-kreditu

(e)

derivattivi tal-munita

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Swaps, forwards u derivattivi oħra tal-munita

(f)

Strumenti ta' finanzjament strutturati

(g)

Derivattivi ta' ekwità

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Swaps u derivattivi ta' ekwità oħra

(h)

Derivattivi Titolizzati

(i)

Garanziji u d-derivattivi ta' ċertifikat

(ii)

Serivattivi titolizzati oħrajn

(i)

Derivattivi ta' komoditajiet u derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet

(i)

Futures u opzjonijiet fuq l-ishma ammessi għan-negozjar f'ċentru tan-negozjar

(ii)

Derivattivi ta' komoditajiet u derivattivi tal-kwoti tal-emissjonijiet oħrajn

(j)

Kuntratti għad-differenza

(k)

Prodotti negozjati fil-borża (Exchange traded funds, u Noti Nnegozjati fil-Boroż u exchange traded commodities)

(l)

Kwoti tal-emissjonijiet

(m)

Strumenti oħrajn


ANNESS II

Tabella 1

Klassi ta' strument

 

Notifika jekk < 1 tal-kummerċ medju għal kull jum ta' xogħol fis-sena ta' qabel

IVA/LE

L-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni elenkati f'termini ta' volumi ta' kummerċ (f'ordni mill-kbir għaż-żgħir)

Proporzjon ta' volum innegozjat bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Proporzjon ta' ordnijiet innegozjati bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Perċentwal ta' ordnijiet passivi

Perċentwal ta' ordnijiet aggressivi

Perċentwal ta' ordnijiet diretti

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 


Tabella 2

Klassi ta' strument

 

Notifika jekk < 1 tal-kummerċ medju għal kull jum ta' xogħol fis-sena ta' qabel

IVA/LE

L-aqwa ħames ċentri tal-eżekuzzjoni elenkati f'termini ta' volumi ta' kummerċ (f'ordni mill-kbir għaż-żgħir)

Proporzjon ta' volum innegozjat bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Proporzjon ta' ordnijiet innegozjati bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Perċentwal ta' ordnijiet passivi

Perċentwal ta' ordnijiet aggressivi

Perċentwal ta' ordnijiet diretti

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

 

 

 


Tabella 3

Klassi ta' strument

 

Notifika jekk < 1 tal-kummerċ medju għal kull jum ta' xogħol fis-sena ta' qabel

IVA/LE

L-aqwa ħames ċentri elenkati f'termini ta' volumi (f'ordni mill-kbir għaż-żgħir)

Proporzjon ta' volum eżegwit bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Proporzjon ta' ordnijiet innegozjati bħala perċentwal tat-total f'dik il-klassi

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 

Isem u Post Identifikatur (MIC jew LEI)

 

 


Top