EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0685

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/685 tad-29 ta' April 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (notifikata bid-dokument C(2016) 2511) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/2511

OJ L 117, 3.5.2016, p. 32–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2016/685/oj

3.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 117/32


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/685

tad-29 ta' April 2016

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument C(2016) 2511)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b'mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Dik il-lista hija stabbilita fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara komunikazzjonijiet minn Franza, l-annotazzjonijiet għall-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport f'Bordeaux u fil-port ta' Dunkerque fi Franza għandhom jiġu emendati fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(3)

Wara li l-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajurport ta' Marseille tneħħa mil-lista tal-kategorija O, l-awtoritajiet Franċiżi mmodernizzaw dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u kkomunikaw li l-modernizzazzjoni ġiet iffinalizzata u li dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera huwa adattat għall-kategorija O bin-nota tal-qiegħ (14), speċifikament għall-invertebrati, l-annimali akkwatiċi ornamentali, l-amfibji u r-rodituri. Għalhekk dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera jista' jerġa' jitqiegħed fil-kategorija O bin-nota tal-qiegħ (14), skont l-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(4)

Wara komunikazzjonijiet minn Spanja u l-Italja, l-approvazzjoni għal parti mill-kategoriji ta' prodotti fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Huelva, fl-ajruport ta' Madrid u għal ċentru ta' spezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Livorno-Pisa ġiet sospiża. Għalhekk, l-annotazzjonijiet għal dawk il-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntieri ta' Spanja u l-Italja stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandhom jiġu emendati.

(5)

Wara awditu sodisfaċenti mwettaq mis-servizz ta' awditjar tal-Kummissjoni, is-sistema l-ġdida ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-port ta' Liepaja fil-Latvja tista' tiġi approvata għal kategorija oħra ta' prodotti ppakkjati f'temperatura ambjentali. Għalhekk għandha tiġi emendata l-lista tal-annotazzjonijiet għal-Latvja stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(6)

In-Netherlands u l-Polonja kkomunikaw li żdiedu ċentri ta' spezzjoni mal-postijiet ta' spezzjoni fil-fruntiera fil-portijiet ta' Rotterdam u ta' Gdańsk, rispettivament għal ċerti kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali. Għalhekk, il-lista ta' annotazzjonijiet għan-Netherlands u għall-Polonja, kif stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista tal-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(8)

Wara komunikazzjoni mid-Danimarka u l-Italja, għandu jsir tibdil f'diversi unitajiet lokali fil-lista ta' unitajiet ċentrali u lokali fit-Traces għad-Danimarka u l-Italja stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(9)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' April 2016.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 dwar it-tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-parti li tikkonċerna lil Spanja hi emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-port ta' Huelva hija sostitwita b'dan li ġej:

“Huelva

ES HUV 1

P

 

HC-T(2), NHC-NT(2)(*)”

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-ajruport f'Madrid hija sostitwita b'dan li ġej:

“Madrid

ES MAD 4

A

L-Iberja

HC-T(FR)(2)(*), HC-NT(2)(*), NHC(2)

U, E, O

Swissport

HC(2), NHC(2)

O

PER4

HC-T(CH)(2)

 

WFS: World Wide Flight Services

HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT

O”

(b)

il-parti li tikkonċerna lil Franza hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-ajruport ta' Bordeaux hija sostitwita b'dan li ġej:

“Bordeaux

FR BOD 4

A

 

HC-T(CH)(1), HC-NT(1), NHC-T(CH), NHC-NT”

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-port ta' Dunkerque hija sostitwita b'dan li ġej:

“Dunkerque

FR DKK 1

P

Route des Amériques

HC(1)(2), NHC(1)(2)”

 

(iii)

l-annotazzjoni għall-ajruport Marseille Aéroport hija sostitwita b'dan li ġej:

“Marseille Aéroport

FR MRS 4

A

 

HC-T(1)(2), HC-NT(2)

O(14)”

(c)

fil-parti li tikkonċerna lill-Italja, l-annotazzjoni għall-port ta' Livorno-Pisa hija sostitwita b'li ġej:

“Livorno-Pisa

IT LIV 1

P

Porto Commerciale(*)

HC-T(FR)(*), NHC-NT(*)

 

Sintemar(*)

HC(*), NHC(*)

 

Lorenzini

HC, NHC-NT

 

Terminal Darsena Toscana

HC, NHC”

 

(d)

fil-parti li tikkonċerna l-Latvja, wara l-annotazzjoni għal Grebneva tiddaħħal din l-annotazzjoni għall-port ta' Liepaja

“Liepaja (port)

LV LPX 1

P

 

NHC-NT(2)(4)”

 

(e)

fil-parti li tikkonċerna n-Netherlands l-entrata għall-port ta' Rotterdam hija sostitwita b'dan li ġej:

“Rotterdam

NL RTM 1

P

Eurofrigo Karimatastraat

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Eurofrigo, Abel Tasmanstraat

HC

 

Frigocare Rotterdam B.V.

HC(2)

 

Coldstore Wibaco B.V

HC-T(FR)(2), HC-NT(2)

 

Kloosterboer Delta Terminal

HC(2)

 

Maastank B.V.

NHC-NT(6)”

 

(f)

fil-parti li tikkonċerna l-Polonja, l-entrata għall-port ta' Gdańsk tinbidel kif ġej:

“Gdańsk

PL GDN 1

P

IC 1

HC(2), NHC

 

IC 2

HC(2), NHC(2)

 

IC 3

HC-T(FR)(2)”

 

(2)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-parti li tikkonċerna lid-Danimarka, l-annotazzjoni għall-unità lokali “DK00400 RINGSTED” tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“DK00400

KORSØR”

(b)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “IT00012 LAZIO” jitħassru:

“IT00312

ROMA C

IT00512

ROMA E”

(ii)

l-annotazzjonijiet għal “ROMA A, B, D, F, G, H” taħt l-unità reġjonali “IT00012 LAZIO” huma sostitwiti b'dan li ġej:

“IT00112

ROMA 1

IT00212

ROMA 2

IT00412

ROMA 3

IT00612

ROMA 4

IT00712

ROMA 5

IT00812

ROMA 6”

(iii)

l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “IT00003 LOMBARDIA” jitħassru:

“IT00503

COMO

IT02303

CREMONA

IT00703

LECCO

IT02503

LODI

IT03503

MILANO 1

IT02603

MILANO 2

IT01503

VALLECAMONICA SEBINO”

(iv)

l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00003 LOMBARDIA” huma sostitwiti b'dan li ġej:

“IT02903

ATS DELLA BRIANZA

IT03603

ATS DELLA CITTÀ METROPOLITANA DI MILANO

IT00103

ATS DELL'INSUBRIA

IT00903

ATS DELLA MONTAGNA

IT02103

ATS DELLA VAL PADANA

IT01203

ATS DI BERGAMO

IT01803

ATS DI BRESCIA

IT03703

ATS DI PAVIA”

(v)

l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “IT00009 TOSCANA” jitħassru:

“IT01109

EMPOLIO

IT00909

GROSSETTO

IT00609

LIVORNO

IT00209

LUCCA

IT00109

MASSA CARRARA

IT00309

PISTOIA

IT00409

PRATO

IT00709

SIENA

IT01209

VERSILIA”

(vi)

l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00009 TOSCANA” huma sostitwiti b'dan li ġej:

“IT01009

AZIENDA USL TOSCANA CENTRO

IT00509

AZIENDA USL TOSCANA NORD-OVEST

IT00809

AZIENDA USL TOSCANA SUD-EST”


Top