EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0162
2013/162/EU: Commission Decision of 26 March 2013 on determining Member States’ annual emission allocations for the period from 2013 to 2020 pursuant to Decision No 406/2009/EC of the European Parliament and of the Council (notified under document C(2013) 1708)
2013/162/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 1708)
2013/162/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 1708)
OJ L 90, 28.3.2013, p. 106–110
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 15 Volume 031 P. 136 - 140
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 12/08/2017
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32017D1471 | Sostituzzjoni | artikolu 2 Test | 14/08/2017 | |
Modified by | 32017D1471 | Sostituzzjoni | anness 2 | 14/08/2017 |
28.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 90/106 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Marzu 2013
dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2013) 1708)
(2013/162/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 3(2) tagħha,
Billi:
(1) |
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (2) kif miksuba mir-Reġistru tal-Unjoni, mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, mill-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Allokazzjoni u mill-korrispondenza uffiċjali bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rispettivi jikkostitwixxu dejta vverifikata dwar l-emissjonijiet skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. |
(2) |
L-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra minn gassijiet u attivitajiet kif iddefiniti fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE sottomessi skont id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kjoto (3) fis-sena 2012 kif stabbilit b’segwitu għall-analiżi inizjali tal-2012 imwettqa mill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida għall-Analiżi Teknika tal-2012 tal-Inventarji tal-Emissjonijiet tal-Gassijiet Serra (4) jikkostitwixxu dejta analizzata dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra għas-snin 2005, 2008, 2009 u 2010 skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. |
(3) |
Biex tiġi żgurata l-konsistenza bejn kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra rrappurtati għal kull sena, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għandhom jiġu kkalkulati wkoll billi jiġu applikati l-valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17. L-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet ikkalkulata b’dan il-mod għandha ssir applikabbli mill-ewwel sena li għaliha r-rappurtar tal-inventarji tal-gassijiet serra li jsir bl-użu ta’ dawn il-valuri ġodda ta’ potenzjal ta’ tisħin globali jsir obbligatorju skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE. |
(4) |
Id-dejta rrappurtata bħalissa fl-inventarji nazzjonali tal-gassijiet serra u fir-reġistri nazzjonali u tal-Unjoni mhijiex biżżejjed sabiex jiġu ddeterminati, fil-livell tal-Istati Membri, l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-avjazzjoni ċivili fil-livell nazzjonali li mhumiex koperti bid-Direttiva 2003/87/KE. L-emissjonijiet tad-CO2 minn titjiriet mhux koperti bid-Direttiva 2003/87/KE jirrappreżentaw biss parti żgħira ħafna mit-total tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, u l-ġbir ta’ informazzjoni addizzjonali dwar dawn l-emissjonijiet joħloq piż amministrattiv sproporzjonat. Għalhekk, il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tal-kategorija tal-inventarju “1.A.3.A avjazzjoni ċivili” għandha titqies ekwivalenti għal żero għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet. |
(5) |
L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal Stat Membru għas-sena 2020 għandhom jiġu kkalkulati billi titnaqqas il-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati tal-installazzjonijiet li kienu jeżistu fl-2005 mill-emissjonijiet tal-gassijiet serra analizzati għas-sena 2005 u bl-aġġustament tar-riżultat bil-perċentwal stipulat fl-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. |
(6) |
Il-kwantità tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra vverifikati tal-installazzjonijiet għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:
|
(7) |
Il-kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fis-sena 2009 ta’ Stat Membru b’limitu pożittiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għandha tiġi kkalkulata billi titnaqqas il-kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE fis-snin 2008, 2009 u 2010 fl-Istat Membru rispettiv mit-total medju tiegħu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-snin 2008, 2009 u 2010. |
(8) |
L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal Stat Membru b’limitu pożittiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-snin mill-2013 sal-2019 għandhom jiġu ddefiniti bi trajettorja lineari li tibda bil-kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ dak l-Istat Membru fis-sena 2009 u tispiċċa bl-allokazzjoni annwali tiegħu ta’ emissjonijiet għas-sena 2020. |
(9) |
L-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet għal Stat Membru b’limitu negattiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-sena 2013 għandu jiġi kkalkulat billi titnaqqas kwantità medja ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra vverifikati minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE fis-snin 2008, 2009 u 2010 fl-Istat Membru rispettiv mit-total medju analizzat tiegħu ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra għas-snin 2008, 2009 u 2010. |
(10) |
L-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għal Stat Membru b’limitu negattiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Anness II tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għas-snin mill-2014 sal-2019 għandha tiġi ddefinita bi trajettorja lineari li tibda bl-allokazzjoni annwali ta’ emissjonijiet ta’ dak l-Istat Membru għas-sena 2013 u tispiċċa bl-allokazzjoni annwali tiegħu ta’ emissjonijiet għas-sena 2020. |
(11) |
L-emissjonijiet ivverifikati ta’ gassijiet serra ta’ installazzjonijiet inklużi unilateralment fl-Iskema għan-Negozjar tal-Emissjonijiet skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE matul il-perjodu mill-2008 sal-2012 ma għandhomx jitqiesu fil-kwantità medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ivverifikati minn installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE għas-snin 2008, 2009 u 2010 għax dan jirriżulta f’għadd doppju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra matul aġġustamenti futuri tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. |
(12) |
Minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni annwali tagħha ta’ emissjonijiet għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 għandha tiġi ddeterminata billi tintuża l-istess metodoloġija li tintuża għall-Istati Membri l-oħra. Dawn il-valuri għandhom isiru applikabbli mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja. |
(13) |
Minħabba l-adozzjoni mill-Kunsill Ewropew tad-Deċiżjoni 2012/419/UE tal-11 ta’ Lulju 2012 dwar l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (5) mill-2014, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal Franza mill-2014 jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-emissjonijiet rilevanti tal-gassijiet serra analizzati. |
(14) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 huma stabbiliti fl-Anness I u għandhom japplikaw soġġetti għal kwalunkwe aġġustament ippubblikat skont l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE.
Artikolu 2
Minkejja l-Artikolu 1, meta att adottat skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE jipprovdi li l-Istati Membri jissottomettu inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ddeterminati bl-użu ta’ valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC kif adottat bid-Deċiżjoni 15/CP.17 tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mill-ewwel sena li għaliha dan ir-rappurtar dwar l-inventarji tal-gassijiet serra jsir obbligatorju.
Artikolu 3
L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-Kroazja kif stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat tal-Adeżjoni tal-Kroazja.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Marzu 2013.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(2) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
(4) SWD (2012) 107 final, 26.4.2012.
(5) ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.
ANNESS I
L-Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet tal-Istati Membri għas-sena 2013 sas-sena 2020 ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mit-tieni rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
Pajjiż |
Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju) |
|||||||
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
Il-Belġju |
81 206 753 |
79 635 010 |
78 063 267 |
76 491 523 |
74 919 780 |
73 348 037 |
71 776 293 |
70 204 550 |
Il-Bulgarija |
27 308 615 |
27 514 835 |
27 721 056 |
27 927 276 |
28 133 496 |
28 339 716 |
28 545 936 |
28 752 156 |
Ir-Repubblika Ċeka |
63 569 006 |
64 248 654 |
64 928 302 |
65 607 950 |
66 287 597 |
66 967 245 |
67 646 893 |
68 326 541 |
Id-Danimarka |
35 873 692 |
34 996 609 |
34 119 525 |
33 242 442 |
32 365 359 |
31 488 276 |
30 611 193 |
29 734 110 |
Il-Ġermanja |
487 095 510 |
480 020 642 |
472 945 774 |
465 870 905 |
458 796 037 |
451 721 169 |
444 646 301 |
437 571 432 |
L-Estonja |
6 111 145 |
6 133 644 |
6 156 143 |
6 178 641 |
6 201 140 |
6 223 639 |
6 246 137 |
6 268 636 |
L-Irlanda |
45 163 667 |
44 066 074 |
42 968 480 |
41 870 887 |
40 773 293 |
39 675 700 |
38 578 106 |
37 480 513 |
Il-Ġreċja |
58 909 882 |
59 158 791 |
59 407 700 |
59 656 609 |
59 905 518 |
60 154 427 |
60 403 336 |
60 652 245 |
Spanja |
228 883 459 |
226 977 713 |
225 071 967 |
223 166 221 |
221 260 475 |
219 354 728 |
217 448 982 |
215 543 236 |
Franza |
397 926 454 |
393 291 390 |
388 254 953 |
383 218 516 |
378 182 079 |
373 145 642 |
368 109 206 |
363 072 769 |
Il-Kroazja |
20 596 027 |
20 761 917 |
20 927 807 |
21 093 696 |
21 259 586 |
21 425 476 |
21 591 366 |
21 757 255 |
L-Italja |
310 124 250 |
308 146 930 |
306 169 610 |
304 192 289 |
302 214 969 |
300 237 649 |
298 260 329 |
296 283 008 |
Ċipru |
5 552 863 |
5 547 275 |
5 541 687 |
5 536 100 |
5 530 512 |
5 524 924 |
5 519 336 |
5 513 749 |
Il-Latvja |
9 005 483 |
9 092 810 |
9 180 137 |
9 267 464 |
9 354 791 |
9 442 119 |
9 529 446 |
9 616 773 |
Il-Litwanja |
16 661 613 |
16 941 467 |
17 221 321 |
17 501 174 |
17 781 028 |
18 060 882 |
18 340 736 |
18 620 590 |
Il-Lussemburgu |
9 737 871 |
9 535 962 |
9 334 053 |
9 132 144 |
8 930 235 |
8 728 326 |
8 526 417 |
8 324 508 |
L-Ungerija |
49 291 591 |
50 388 303 |
51 485 014 |
52 581 726 |
53 678 437 |
54 775 149 |
55 871 861 |
56 968 572 |
Malta |
1 113 574 |
1 112 781 |
1 111 988 |
1 111 195 |
1 110 402 |
1 109 609 |
1 108 816 |
1 108 023 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
121 835 387 |
119 628 131 |
117 420 874 |
115 213 617 |
113 006 361 |
110 799 104 |
108 591 847 |
106 384 590 |
L-Awstrija |
53 598 131 |
53 032 042 |
52 465 953 |
51 899 864 |
51 333 775 |
50 767 686 |
50 201 597 |
49 635 508 |
Il-Polonja |
197 978 330 |
198 929 081 |
199 879 833 |
200 830 584 |
201 781 336 |
202 732 087 |
203 682 838 |
204 633 590 |
Il-Portugall |
47 653 190 |
47 920 641 |
48 188 091 |
48 455 541 |
48 722 992 |
48 990 442 |
49 257 893 |
49 525 343 |
Ir-Rumanija |
79 108 341 |
80 681 687 |
82 255 034 |
83 828 380 |
85 401 727 |
86 975 074 |
88 548 420 |
90 121 767 |
Is-Slovenja |
11 890 136 |
11 916 713 |
11 943 289 |
11 969 866 |
11 996 442 |
12 023 018 |
12 049 595 |
12 076 171 |
Is-Slovakkja |
25 095 979 |
25 413 609 |
25 731 240 |
26 048 870 |
26 366 500 |
26 684 130 |
27 001 761 |
27 319 391 |
Il-Finlandja |
32 732 387 |
32 232 553 |
31 732 719 |
31 232 885 |
30 733 051 |
30 233 217 |
29 733 383 |
29 233 549 |
L-Isvezja |
42 526 869 |
41 863 309 |
41 199 748 |
40 536 188 |
39 872 627 |
39 209 066 |
38 545 506 |
37 881 945 |
Ir-Renju Unit |
350 411 692 |
346 031 648 |
341 651 604 |
337 271 559 |
332 891 515 |
328 511 471 |
324 131 426 |
319 751 382 |
ANNESS II
L-Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet tal-Istati Membri għas-sena 2013 sas-sena 2020 ikkalkulata bl-applikazzjoni tal-valuri tal-potenzjal ta’ tisħin globali mir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni tal-IPCC
Pajjiż |
Allokazzjoni Annwali tal-Emissjonijiet (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju) |
|||||||
2013 |
2014 |
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
2020 |
|
Il-Belġju |
82 376 327 |
80 774 027 |
79 171 726 |
77 569 425 |
75 967 124 |
74 364 823 |
72 762 523 |
71 160 222 |
Il-Bulgarija |
28 661 817 |
28 897 235 |
29 132 652 |
29 368 070 |
29 603 488 |
29 838 906 |
30 074 324 |
30 309 742 |
Ir-Repubblika Ċeka |
65 452 506 |
66 137 845 |
66 823 185 |
67 508 524 |
68 193 864 |
68 879 203 |
69 564 542 |
70 249 882 |
Id-Danimarka |
36 829 163 |
35 925 171 |
35 021 179 |
34 117 187 |
33 213 195 |
32 309 203 |
31 405 210 |
30 501 218 |
Il-Ġermanja |
495 725 112 |
488 602 056 |
481 479 000 |
474 355 944 |
467 232 888 |
460 109 832 |
452 986 776 |
445 863 720 |
L-Estonja |
6 296 988 |
6 321 312 |
6 345 636 |
6 369 960 |
6 394 284 |
6 418 608 |
6 442 932 |
6 467 256 |
L-Irlanda |
47 226 256 |
46 089 109 |
44 951 963 |
43 814 816 |
42 677 670 |
41 540 523 |
40 403 377 |
39 266 230 |
Il-Ġreċja |
61 003 810 |
61 293 018 |
61 582 226 |
61 871 434 |
62 160 642 |
62 449 850 |
62 739 057 |
63 028 265 |
Spanja |
235 551 490 |
233 489 390 |
231 427 291 |
229 365 191 |
227 303 091 |
225 240 991 |
223 178 891 |
221 116 791 |
Franza |
408 762 813 |
403 877 606 |
398 580 044 |
393 282 481 |
387 984 919 |
382 687 356 |
377 389 794 |
372 092 231 |
Il-Kroazja |
21 196 005 |
21 358 410 |
21 520 815 |
21 683 221 |
21 845 626 |
22 008 031 |
22 170 436 |
22 332 841 |
L-Italja |
317 768 849 |
315 628 134 |
313 487 419 |
311 346 703 |
309 205 988 |
307 065 273 |
304 924 558 |
302 783 843 |
Ċipru |
5 919 071 |
5 922 555 |
5 926 039 |
5 929 524 |
5 933 008 |
5 936 493 |
5 939 977 |
5 943 461 |
Il-Latvja |
9 279 248 |
9 370 072 |
9 460 897 |
9 551 721 |
9 642 546 |
9 733 370 |
9 824 194 |
9 915 019 |
Il-Litwanja |
17 153 997 |
17 437 556 |
17 721 116 |
18 004 675 |
18 288 235 |
18 571 794 |
18 855 354 |
19 138 913 |
Il-Lussemburgu |
9 814 716 |
9 610 393 |
9 406 070 |
9 201 747 |
8 997 423 |
8 793 100 |
8 588 777 |
8 384 454 |
L-Ungerija |
50 796 264 |
51 906 630 |
53 016 996 |
54 127 362 |
55 237 728 |
56 348 094 |
57 458 460 |
58 568 826 |
Malta |
1 168 514 |
1 166 788 |
1 165 061 |
1 163 334 |
1 161 608 |
1 159 881 |
1 158 155 |
1 156 428 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
125 086 859 |
122 775 394 |
120 463 928 |
118 152 462 |
115 840 997 |
113 529 531 |
111 218 065 |
108 906 600 |
L-Awstrija |
54 643 228 |
54 060 177 |
53 477 125 |
52 894 074 |
52 311 023 |
51 727 971 |
51 144 920 |
50 561 869 |
Il-Polonja |
204 579 390 |
205 621 337 |
206 663 283 |
207 705 229 |
208 747 175 |
209 789 121 |
210 831 068 |
211 873 014 |
Il-Portugall |
49 874 317 |
50 139 847 |
50 405 377 |
50 670 907 |
50 936 437 |
51 201 967 |
51 467 497 |
51 733 027 |
Ir-Rumanija |
83 080 513 |
84 765 858 |
86 451 202 |
88 136 547 |
89 821 891 |
91 507 236 |
93 192 581 |
94 877 925 |
Is-Slovenja |
12 278 677 |
12 309 309 |
12 339 941 |
12 370 573 |
12 401 204 |
12 431 836 |
12 462 468 |
12 493 100 |
Is-Slovakkja |
25 877 815 |
26 203 808 |
26 529 801 |
26 855 793 |
27 181 786 |
27 507 779 |
27 833 772 |
28 159 765 |
Il-Finlandja |
33 497 046 |
32 977 333 |
32 457 619 |
31 937 905 |
31 418 191 |
30 898 477 |
30 378 764 |
29 859 050 |
L-Isvezja |
43 386 459 |
42 715 001 |
42 043 544 |
41 372 087 |
40 700 630 |
40 029 172 |
39 357 715 |
38 686 258 |
Ir-Renju Unit |
358 980 526 |
354 455 751 |
349 930 975 |
345 406 200 |
340 881 425 |
336 356 649 |
331 831 874 |
327 307 099 |