EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1023

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1023/2009 tad- 29 ta’ Ottubru 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 283, 30.10.2009, p. 5–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 16 Volume 002 P. 130 - 146

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1023/oj

30.10.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 283/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1023/2009

tad-29 ta’ Ottubru 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà tal-informazzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 808/2004 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika Komunitarja dwar is-soċjetà tal-informazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, miżuri ta’ implimentazzjoni huma meħtieġa biex tiġi ddeterminata d-dejta li trid tiġi pprovduta għat-tħejjija tal-istatistika msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ dak ir-Regolament u l-iskadenzi għat-trażmissjoni tagħhom.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Ewropea (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dejta li trid tiġi trażmessa għall-produzzjoni tal-istatistika Komunitarja dwar is-soċjetà tal-informazzjoni kif imsemmi fl-Artikoli 3(2) u 4 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tkun kif speċifikat fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 49.

(2)  ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164.


ANNESS I

MODULU 1:   L-INTRAPRIŻI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

(a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2010, magħżula mil-lista fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:

sistemi tal-ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi,

l-użu tal-internet u netwerks elettroniċi oħra mill-intrapriżi,

proċessi ta’ kummerċ u negozju elettroniku,

sigurtà tal-ICT,

nefqa u investiment fuq l-ICT.

(b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin marbuta mal-intrapriżi:

Sistemi ta’ ICT u l-użu tagħhom fl-intrapriżi

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

l-użu tal-kompjuter.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

mhux obbligatorja persentaġġ ta’ persuni impjegati li jużaw il-kompjuters tal-anqas darba fil-ġimgħa,

użu ta’ netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN),

użu ta’ home page interna (intranet),

użu ta’ extranet,

użu ta’ esplojtazzjoni ħielsa jew b’sors miftuħ, bħal-Linux (jiġifieri bil-kodiċi tas-sors disponibbli, l-ebda spiża ta’ drittijiet tal-awtur, u l-possibilità biex timmodifika u/jew tqassamha mill-ġdid).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN):

użu ta’ aċċess bla wajers fin-netwerk intern tal-kompjuters (eż. LAN).

Użu tal-internet u netwerks elettroniċi mill-intrapriżi

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

aċċess għall-internet.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom aċċess għall-internet:

persentaġġ ta’ persuni impjegati li jużaw kompjuters imqabbda mal-World Wide Web tal-anqas darba fil-ġimgħa,

konnessjoni mal-internet: modem tradizzjonali jew ISDN,

konnessjoni mal-internet: DSL,

konnessjoni mal-internet: konnessjoni fissa oħra mal-internet,

konnessjoni mal-internet: konnessjoni broadband mal-mowbajl,

(mhux obbligatorja) konnessjoni mal-internet: konnessjoni broadband mal-mowbajl permezz ta’ handset 3G,

(mhux obbligatorja) konnessjoni mal-internet: konnessjoni broadband mal-mowbajl permezz ta’ kompjuter mobbli li juża modem 3G,

konnessjoni mal-internet: konnessjoni oħra mal-mowbajl,

(mhux obbligatorja) użu tal-internet għal servizzi bankarji u finanzjarji,

(mhux obbligatorja) użu tal-internet għat-taħriġ u l-edukazzjoni,

użu tal-internet għal interazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel,

użu ta’ websajt,

użu ta’ firma diġitali fi kwalunkwe messaġġ mibgħut, jiġifieri metodi ta’ kodifikazzjoni li jiżguraw l-awtentiċità u l-integrità tal-messaġġ (marbut unikament ma’ u kapaċi jidentifika l-firmatarju u fejn kwalunkwe bidla fil-messaġġ tista’ tiġi osservata).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li interaġixxew ma’ awtoritajiet pubbliċi permezz tal-internet, fis-sena kalendarja ta’ qabel:

użu tal-internet għal ksib ta’ tagħrif minn websajts tal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel,

użu tal-internet għal ksib ta’ formoli mill-websajts tal-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel,

użu tal-internet biex jintbagħtu lura l-formoli mimlija lill-awtoritajiet pubbliċi, fis-sena kalendarja ta’ qabel,

użu tal-internet li jieħu ħsieb il-proċedura amministrattiva kollha b’mod elettroniku mingħajr ma jinħtieġ xogħol addizzjonali ta’ kitba, fis-sena kalendarja ta’ qabel,

użu tal-internet biex tintbagħat proposta f’sistema elettronika tal-offerti (kuntratti pubbliċi b’mod elettroniku), fis-sena kalendarja ta’ qabel.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li għandhom websajt:

(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: stqarrija speċifika dwar il-politika ta’ privatezza, siġill ta’ privatezza jew ċertifikat tas-sikurezza tal-websajt,

(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: katalogi tal-prodotti jew listi tal-prezzijiet,

(mhux obbligatorju) forniment tal-faċilità li ġejja: possibbiltà għall-viżitaturi biex jippersonalizzaw jew jiddisinjaw il-prodotti,

(mhux obbligatorja) talforniment -faċilità li ġejja: faċilità biex tordna, tirriżerva jew tibbukkja onlajn,

(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: faċilità li tittraċċa l-ordni onlajn,

(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: kontenut personalizzat għal viżitaturi regolari/repetuti,

(mhux obbligatorja) forniment tal-faċilità li ġejja: riklamar ta’ postijiet tax-xogħol battala jew applikazzjoni għal xogħol onlajn.

Proċessi ta’ kummerċ elettroniku u negozju elettroniku

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

l-użu ta’ skambju ta’ dejta awtomatizzat (ADE), iddefinit bħala li tibgħat u/jew li tirċievi l-messaġġi permezz ta’ kwalunkwe netwerk ta’ kompjuter f’format bi qbil jew standard li jippermetti l-ipproċessar awtomatiku tagħhom mingħajr ma jiġi ttajpjat il-messaġġ individwali,

tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-inventarju tal-immaniġġjar,

tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-immaniġġjar tal-kontijiet,

tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-immaniġġjar tal-produzzjoni jew servizzi,

tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ bejgħ li waslu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tad-distribuzzjoni tal-immaniġġjar,

tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jintbagħtu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-inventarju tal-immaniġġjar,

tqassim b’mod elettroniku u awtomatiku ta’ tagħrif rilevanti dwar l-ordnijiet ta’ xiri li jintbagħtu (elettronikament jew le) bil-funzjoni tal-immaniġġjar tal-kontijiet,

l-użu tal-pakkett tas-software ERP (L-Ippjanar ta’ Riżorsi tal-Intraprisa) biex jitqassam tagħrif intern bejn oqsma funzjonali differenti (eżempju il-kontabilità, l-ippjanar, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq),

l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni tat-tagħrif dwar il-klijenti (Il-Ġestjoni tar-Relazzjoni tal-Klijent - CRM) biex jaqbad, u jagħmel għad-dispożizzjoni ta’ funzjonijiet oħrajn tan-negozju t-tagħrif dwar il-klijenti,

l-użu ta’ kwalunkwe applikazzjoni ta’ softwer għall-ġestjoni ta’ tagħrif dwar il-klijenti (CRM) biex tanalizza it-tagħrif dwar il-klijenti għal finijiet ta’ tqegħid fis-suq (iffissar tal-prezzijiet, promozzjoni tal-bejgħ, għażla tas-sistemi ta’ distribuzzjoni, eċċ.),

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw skambju awtomatizzat tad-dejta:

l-użu ta’ ADE biex: jintbagħtu l-ordnijiet lill-fornituri,

l-użu ta’ ADE biex: jiġu rċevuti fatturi elettroniċi,

l-użu ta’ ADE biex: jiġu rċevuti ordnijiet mill-klijenti,

l-użu ta’ ADE biex: jintbagħtu fatturi elettroniċi,

l-użu ta’ ADE biex: jintbagħat jew jiġi rċevut tagħrif dwar il-prodott,

l-użu ta’ ADE biex: jintbagħtu jew jiġu rċevuti dokumenti għat-trasport,

(mhux obbligatorja) l-użu tal-format ADE: jintbagħtu struzzjonijiet ta’ ħlas lill-istituzzjonijiet finanzjarji,

(mhux obbligatorja) l-użu ta’ ADE: tintbagħat jew tiġi rċevuta dejta lil/minn awtoritajiet pubbliċi.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:

tqassim elettroniku ta’ tagħrif dwar l-immaniġġjar tal-katina tal-provvista mal-konsumaturi u l-fornituri,

jintbagħtu ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja preċedenti,

jiġu rċevuti ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja preċedenti,

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jaqsmu t-tagħrif tal-immaniġġjar tal-katina tal-forniment ma’ klijenti u fornituri u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tal-NACE Rev. 2:

skambju ta’ tagħrif mal-fornituri dwar l-inventarju, il-produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda jew il-progress tal-konsenji,

skambju ta’ tagħrif mal-klijenti dwar l-inventarju, il-produzzjoni jew it-tbassir tad-domanda jew il-progress tal-konsenji,

(mhux obbligatorja) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ websajts,

(mhux obbligatorja) skambju ta’ tagħrif mal-fornituri jew mal-klijenti permezz ta’ trażmissjoni elettronika li tippermetti pproċessar awtomatiku (eżempju sistemi tat-tip EDI, XML, EDIFACT, eċċ.).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li rċevew ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tal-NACE Rev. 2:

persentaġġ tal-bejgħ totali li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fis-sena kalendarja preċedenti,

persentaġġ tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ websajts, fis-sena kalendarja preċedenti,

persentaġġ tal-bejgħ kummerċjali elettroniku li jirriżulta minn ordnijiet li jiġu rċevuti permezz ta’ trażmissjoni elettronika li tippermetti pproċessar awtomatiku (eżempju sistemi tat-tip EDI, XML, EDIFACT, eċċ.), fis-sena kalendarja preċedenti,

l-użu ta’ protokolli ta’ sigurtà (SSL/TLS) għal ordinijiet li jiġu rċevuti permezz tal-internet,

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li bagħtu ordnijiet permezz ta’ netwerks tal-kompjuter u li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tal-NACE Rev. 2:

persentaġġ tal-valur tax-xiri totali li jirriżulta minn ordnijiet magħmula permezz ta’ netwerks tal-kompjuter, fi klassijiet ta’ persentaġġ, fis-sena kalendarja preċedenti ([0;<1], [1;<5], [5;<10], [10;<25], [25;<50], [50;<75], [75;100]),

Sigurtà fl-ICT

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi li jużaw il-kompjuters:

persentaġġ ta’ intrapriżi b’politika ta’ sigurtà ta’ ICT iddefinita b’mod formali bi pjan għal reviżjoni regolari,

persentaġġ ta’ intrapriżi li jgħarrfu lill-persunal bl-obbligi tagħhom dwar is-sigurtà ta’ ICT permezz ta’ taħriġ jew preżentazzjonijiet obbligatorji,

persentaġġ ta’ intrapriżi li jgħarrfu lill-persunal bl-obbligi tagħhom dwar is-sigurtà ta’ ICT permezz ta’ kuntratt, inkluż il-kuntratt tal-impjiegi,

persentaġġ ta’ intrapriżi li jgħarrfu lill-persunal bl-obbligi tagħhom dwar is-sigurtà ta’ ICT permezz ta’ offerti ta’ taħriġ volontarju jew tagħrif ġeneralment disponibbli (eż. permezz tal-Intranet, ittri bl-aħbarijiet jew dokumenti fuq il-karta),

persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw f’servizzi tal-ICT mhux disponibbli, qerda jew korruzzjoni ta’ dejta minħabba ħsarat fil-hardware jew fis-software,

persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw f’servizzi tal-ICT mhux disponibbli minħabba attakki minn barra, eż. ċaħda ta’ attakki ta'servizz,

persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw f’qerda jew korruzzjoni ta’ dejta minħabba infezzjoni minn software malizzjuż jew aċċess mhux awtorizzat,

persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw fi żvelar ta’ dejta kunfidenzjali minħabba interferenza, attakki ta’ “pharming” jew “phishing”,

(mhux obbligatorja) persentaġġ ta’ intrapriżi affettwati b’inċidenti ta’ sigurtà relatati mal-ICT li jirriżultaw fi żvelar mill-ħaddiema ta’ dejta kunfidenzjali f’forma elettronika, kemm jekk b’intenzjoni jew le,

persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: password tal-awtentiċità sikura tal-utent

persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: identifikazzjoni u awtentiċità tal-utent permezz ta’ tokens tal-hardware, eż. smart cards,

(mhux obbligatorja) persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: identifikazzjoni u awtentiċità tal-utent permezz ta’ metodi bijometriċi,

persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: backup ta’ dejta lil hinn mis-sit,

persentaġġ ta’ intrapriżi li jużaw faċilitajiet jew proċeduri ta’ sigurtà interni tal-ICT: attivitajiet ta’ reġistrazzjoni għal analiżi ta’ inċidenti ta’ sigurtà.

Karatteristiċi li se jinġabru għal intrapriżi li jużaw il-kompjuters u li għandhom politika ta’ sigurtà tal-ICT formalment iddefinita:

riskju indirizzat fil-politika tas-sigurtà tal-ICT: qerda jew korruzzjoni ta’ dejta minħabba attakk jew inċident mhux mistenni,

riskju indirizzat fil-politika tas-sigurtà tal-ICT: żvelar ta’ dejta kunfidenzjali minħabba interferenza, attakki ta’ “pharming” jew “phishing” jew b’aċċident,

riskju indirizzat fil-politika tas-sigurtà tal-ICT: nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi tal-ICT minħabba attakk minn barra (eż. ċaħda ta’ attakk ta’ servizz).

Nefqa u investiment fuq l-ICT

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

(mhux obbligatorja) xiri tal-oġġetti tal-IT (kompjuters u tagħmir periferali) u oġġetti ta’ komunikazzjoni (tagħmir),

(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri tal-oġġetti tal-IT (kompjuters u tagħmir periferali) u oġġetti ta’ komunikazzjoni (tagħmir) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

(mhux obbligatorja) xiri ta’ oġġetti oħra tal-ICT (tagħmir elettroniku għall-konsumatur, komponenti u oġġetti varji tal-ICT, servizzi ta’ manifattura għat-tagħmir tal-ICT),

(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’ oġġetti oħra tal-ICT (tagħmir elettroniku għall-konsumatur, komponenti u oġġetti varji tal-ICT, servizzi ta’ manifattura għat-tagħmir tal-ICT) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

(mhux obbligatorja) xiri ta’ software, ippakkjat minn qabel u personalizzat (software ta’ kummerċ u produttività u servizzi ta’ liċenzjar),

(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’ software, ippakkjat minn qabel u personalizzat (software ta’ kummerċ u produttività u servizzi ta’ liċenzjar) inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

(mhux obbligatorja) l-ispiża totali għall-ħolqien ta’ software personali,

(mhux obbligatorja) l-ispiża totali għall-ħolqien ta’ software personali inkluża fil-karta tal-bilanċ (investiment),

(mhux obbligatorja) xiri ta’servizzi u konzulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika, servizzi ta’ telekomunikazzjoni, u servizzi oħrajn tal-ICT,

(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’servizzi u konzulenza dwar it-teknoloġija tal-informatika, servizzi ta’ telekomunikazzjoni u servizzi oħrajn tal-ICT inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment),

(mhux obbligatorja) xiri ta’ kiri finanzjarju u operazzjonali jew servizzi ta’ kiri għal tagħmir tal-ICT,

(mhux obbligatorja) tqassim ta’ xiri ta’ servizzi ta’ kiri finanzjarju fis-servizzi kollha tal-kiri ta’ tagħmir tal-ICT inklużi fil-karta tal-bilanċ (investiment).

(c)   Il-karatteristiċi li ġejjin dwar l-isfond tal-impriża għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi:

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-intrapriżi kollha:

l-attività ekonomika prinċipali għall-intrapriża, fis-sena kalendarja preċedenti,

il-medja tal-għadd ta’ persuni impjegati, fis-sena kalendarja preċedenti,

(mhux obbligatorja) ħin meħtieġ biex jimtela l-kwestjonarju (f’minuti)

Karatteristiċi li għandhom jinġabru jew jinkisbu minn sorsi alternattivi għall-intrapriżi kollha għas-suġġett tal-investiment u l-infiq tal-ICT:

(mhux obbligatorja) xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

(mhux obbligatorja) dħul totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

(mhux obbligatorja) investiment totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-intrapriżi li mhumiex ikklassifikati fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2:

xiri totali ta’ prodotti u servizzi (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti,

dħul totali mill-bejgħ (f’termini ta’ valur, eskluża l-VAT), fis-sena kalendarja preċedenti.

2.   KOPERTURA

Il-karatteristiċi speċifikati fl-intestaturi 1(b) u 1(c) ta’ dan l-Anness għandhom jinġabru u jinkisbu għall-intrapriżi kklassifikati taħt l-attivitajiet ekonomiċi li ġejjin, għad-daqsijiet ta’ intrapriżi li ġejjin u bil-firxa ġeografika li ġejja.

(a)

Attività ekonomika: intrapriżi kklasifikati fil-kategoriji li ġejjin tan-NACE Rev. 2:

Kategorija NACE

Deskrizzjoni

Taqsima C

“Manifattura”

Taqsima D, E

“Elettriċità, gass u fwar, provvista tal-ilma, immaniġġjar ta’ dranaġġ u ta’ skart”

Taqsima F

“Bini”

Taqsima G

“Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi”

Taqsima H

“Trasport u ħażna”

Taqsima I

“Akkommodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi marbuta mal-ikel”

Taqsima J

“Informazzjoni u komunikazzjoni”

Klassijiet 64.19, 64.92, 66.12 u 66.19

Gruppi 65.1 u 65.2

“Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni”

Taqsima L

“Attivitajiet marbuta ma’ proprjetà immobbli”

Diviżjonijiet 69-74

“Attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi”

Taqsima N

“Attivitajiet amministrattivi u ta’ sostenn”

Grupp 95.1

“Tiswija ta’ kompjuters u tagħmir għall-komunikazzjoni”

(b)

Daqs tal-intrapriża: intrapriżi b’10 persuni impjegati jew aktar. Intrapriżi b’anqas minn 10 persuni impjegati għandhom jiġu koperti b’mod mhux obbligatorju.

(c)

Ambitu ġeografiku: intrapriżi li jinsabu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

3.   PERJODI TA’ REFERENZA

Il-perjodu ta’ referenza hija s-sena 2009 għall-karatteristiċi li jirreferu għas-sena kalendarja preċedenti. Il-perjodu ta’ referenza huwa Jannar 2010 għall-karatteristiċi l-oħra.

4.   TQASSIM

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness, għandhom jingħataw il-karatteristiċi bl-isfond li ġejjin.

(a)   Tqassim tal-attività ekonomika: skont l-aggregati NACE Rev. 2 li ġejjin:

Aggregazzjoni NACE Rev. 2

għal kalkolu possibbli tal-aggregati nazzjonali

 

10-18

 

19-23

 

24-25

 

26-33

 

35-39

 

41-43

 

45-47

 

49-53

 

55

 

58-63

 

64.19 + 64.92 + 65.1 + 65.2 + 66.12 + 66.19

 

68

 

69-74

 

77-82

 

26.1-26.4, 26.8, 46.5, 58.2, 61, 62.01, 62.02, 62.09, 63.1, 95.1

Aggregazzjoni NACE Rev. 2

għal kalkolu possibbli tal-aggregati Ewropej

 

10-12

 

13-15

 

16-18

 

26

 

27-28

 

29-30

 

31-33

 

45

 

46

 

47

 

55-56

 

58-60

 

61

 

62-63

 

64.19 + 64.92

 

65.1 + 65.2

 

66.12 + 66.19

 

77-78 + 80-82

 

79

 

95.1

(b)   Tqassim tad-daqs tal-klassi: id-dejta għandha titqassam skont il-klassijiet tad-daqs li ġejjin bl-għadd ta’ persuni impjegati.

Daqs tal-klassi

 

10 persuni impjegati jew aktar

 

10 sa 49 persuna impjegata

 

50 sa 249 persuna impjegata

 

250 persuna impjegata jew aktar

Fejn kopert, it-tqassim li ġej għandu jiġi applikat għal intrapriżi li għandhom anqas minn 10 persuni impjegati. (Il-karatteristiċi għandhom jiġu pprovduti għal klassijiet ta’ daqs “B’anqas minn 5 persuni impjegati” u “b’5 jew 9 persuni impjegati” b’mod mhux obbligatorju.)

Daqs tal-klassi

 

Anqas minn 10 persuni impjegati

 

Anqas minn 5 persuni impjegati (mhux obbligatorja)

 

5 sa 9 persuni impjegati (mhux obbligatorja)

5.   PERJODIĊITÀ

Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2010.

6.   SKADENZI

(a)

Id-dejta aggregata msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2010 jew, għal dejta aggregata dwar is-suġġett “infiq u investiment tal-ICT”, qabel it-30 ta’ Ġunju 2011. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

(b)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2010. Il-metadejta għandha tkun skont il-mudell użat għar-rapport ipprovdut mill-Eurostat.

(c)

Ir-rapport dwar kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2010 jew, għas-suġġett tal-“infiq u l-investiment tal-ICT”, qabel il-31 ta’ Lulju 2011. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skont il-mudell użat għar-rapport pprovdut mill-Eurostat.


ANNESS II

MODULU 2:   INDIVIDWI, FAMILJI U S-SOĊJETÀ TAL-INFORMAZZJONI

1.   IS-SUĠĠETTI U L-KARATTERISTIĊI TAGĦHOM

(a)   Is-suġġetti li jridu jiġu koperti għas-sena ta’ referenza 2010, magħżula mil-lista fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 808/2004, huma dawn li ġejjin:

aċċess u użu tas-sistemi tal-ICT minn individwi u/jew fid-djar,

użu tal-internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar,

sigurtà tal-ICT,

kompetenza tal-ICT,

ostakli għall-użu tal-ICT u l-internet.

(b)   Għandhom jinġabru l-karatteristiċi li ġejjin:

Aċċess u użu tas-sistemi tal-ICT minn individwi u/jew fid-djar

Karatteristiċi li jridu jinġabru għad-djar kollha:

aċċess għal kompjuter mid-dar,

aċċess għall-internet mid-dar, sew jekk jintuża sew jekk le.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar b’aċċess għall-internet mid-dar:

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: kompjuter desktop,

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: kompjuter li jista’ jinġarr (laptop),

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: strumenti mobbli oħrajn,

(mhux obbligatorja) strumenti użati għall-aċċess għall-internet mid-dar: permezz ta’ mowbajl li jista’ jaqbad mal-internet,

(mhux obbligatorja) strumenti użati għall-aċċess għall-internet mid-dar: kompjuter miżmum bl-idejn,

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: sett tat-TV b’tagħmir speċifiku għall-internet,

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: console għal-logħob,

strumenti użati biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mhux magħruf,

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: modem (aċċess għad-dħul fl-internet fuq il-linja normali tat-telefown) jew ISDN,

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: DSL (eż. ADSL, SHDSL),

tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: wajer fiss (eż. kejbil, optical fibre, Ethernet, PLC),

tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: wireless fiss (eż. satellita, WiFi, WiMax),

tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl wiereless (eż. UMTS),

(mhux obbligatorja) tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl wireless permezz ta’ handset 3G (eż. UMTS, mowbajl WiMax),

(mhux obbligatorja) tip ta’ konnessjoni oħra braodband użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl wireless permezz ta’ modem 3G (ċavetta tal-USB, karta tal-laptop),

tip ta’ konnessjoni użata biex jinkiseb aċċess għall-internet mid-dar: mowbajl fuq in-narrowband (GPRS, eċċ.).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

l-użu l-aktar reċenti tal-kompjuter fid-dar, fix-xogħol jew f’post ieħor (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża kompjuter).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw kompjuter f’dawn l-aħħar tliet xhur:

frekwenza medja ta’ użu tal-kompjuter (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); tal-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar),

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar),

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: x’imkien ieħor (eż. f’librerija pubblika, lukanda, ajruport, internet kafè).

L-użu tal-internet għal raġunijiet differenti minn individwi u/jew fid-djar

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi kollha:

l-aktar użu reċenti tal-internet (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma ntuża l-internet).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li diġà jkunu użaw l-internet:

l-aktar attività ta’ kummerċ bl-internet reċenti għal użu privat (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; aktar minn sena ilu; qatt ma sar xiri jew ordni).

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur:

frekwenza medja ta’ użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur (kuljum jew kważi kuljum; tal-inqas darba fil-ġimgħa (iżda mhux kuljum); tal-inqas darba fix-xahar (iżda mhux kull ġimgħa); anqas minn darba fix-xahar),

fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: id-dar,

fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tax-xogħol (għajr id-dar),

fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: fuq il-post tat-tagħlim,

fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: f’dar ħaddieħor,

fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: x’imkien ieħor,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: librerija pubblika,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju tal-posta,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: uffiċċju pubbliku, muniċipju jew aġenzija tal-gvern,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: għaqda tal-komunità jew volontarja,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: internet kafè,

(mhux obbligatorja) fejn intuża l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur: hotspot (f’lukandi, ajruporti, postijiet pubbliċi eċċ.),

l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: mowbajl (jew telofown smart),

l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: mowbajl (jew telofown smart) permezz ta’ GPRS,

l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: mowbajl (jew telofown smart) permezz tal-UMTS, HSDPA (3G, 3G+),

l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: kompjuter tal-id (palmtop, PDA),

l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: kompjuter mobbli (laptop) mhux mid-dar jew mix-xogħol,

l-użu ta’ strumenti mobbli biex jinkiseb aċċess għall-internet permess tal-konnessjoni wireless: oħrajn,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat u/jew jirċievi l-e-mails,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għal telefonati minn fuq l-internet, telefonati viżivi (permezz ta’ webcam) minn fuq l-internet,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat messaġġi fuq siti taċ-chat, siti ta’ netwerking soċjali, blogs, gruppi ta’ diskussjoni jew forum ta’ diskussjoni onlajn, l-użu tal-ibgħit instantanju ta’ messaġġi,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed isib tagħrif dwar oġġetti u servizzi,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed juża servizzi marbuta mal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jisma’ r-radju u/jew jara t-televixin fuq il-web,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed itella’ kontenut maħluq minnu stess (test, stampi, ritratti, vidjos, mużik, eċċ.) fi kwalunkwe websajt biex jitqassam,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel software (ħlief software tal-logħob),

l-użu tal-Internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal għanijiet privati biex wieħed jilgħab jew iniżżel il-logħob, l-istampi, il-films jew il-mużika,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex xogħol jew jibgħat applikazzjoni għal xogħol,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar is-saħħa,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-użu ta’ servizzi bankarji fuq l-internet,

(mhux obbligatorja) l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati għall-bejgħ ta’ prodotti jew servizzi, eż. permezz ta’ irkanti,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed ifittex tagħrif dwar offerti edukattivi, ta’ taħriġ jew ta’ korsijiet,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jagħmel kors onlajn (fi kwalunkwe suġġett),

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikkonsulta l-internet għall-fini ta’ tagħlim,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex jaqraw jew iniżżlu aħbarijiet, gazzetti u rivisti tal-aħbarijiet onlajn:

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tliet xhur għal finijiet privati biex wieħed jaqra jew iniżżel aħbarijiet, gazzetti jew rivisti tal-aħbarijiet onlajn li wieħed ikun abbonat għalihom biex jirċivihom regolarment.

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jikseb tagħrif minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed iniżżel formoli uffiċjali minn websajts ta’ awtoritajiet pubbliċi,

l-użu tal-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar għal finijiet privati biex wieħed jibgħat formoli mimlijin lill-awtoritajiet pubbliċi,

l-użu tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar biex issir imħatra (eż. imħatra fuq sports) jew logħob tal-ażżard jew lottu.

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet għal attivitajiet kummerċjali bl-internet għal użu privat f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:

l-użu tal-internet biex wieħed jordna l-ikel jew il-merċa fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex wieħed jordna oġġetti tad-dar fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex wieħed jordna mediċina fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex wieħed jordna films jew mużika fl-aħħar tnax-il xahar (irid jiġi rraportat separatament: jekk ġew ikkunsinjati onlajn),

użu tal-internet biex wieħed jordna kotba, rivisti jew gazzetti (inklużi kotba elettroniċi) fl-aħħar tnax-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament b’materjal ta’ tagħlim elettroniku: jekk ġew ikkunsinjati onlajn),

l-użu tal-internet biex wieħed jordna materjal ta’ tagħlim elettroniku fl-aħħar tnax-il xahar (irid jiġi rrapportat separatament mal-kotba, rivisti jew gazzetti: jekk ġew ikkunsinjati onlajn),

użu tal-internet biex wieħed jordna ħwejjeġ jew oġġetti sportivi fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex wieħed jordna software għal logħob bil-kompjuter u aġġornamenti f’dawn l-aħħar tnax-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament ma’ software għal kompjuter u aġġornamenti: jekk ġew ikkunsinjati onlajn),

l-użu tal-internet biex wieħed jordna kompjuter software u aġġornamenti f’dawn l-aħħar tnax-il xahar (għandu jiġi rapportat separatament ma’ software għal logħob bil-kompjuter u aġġornamenti: jekk ġew ikkunsinjati onlajn),

l-użu tal-internet biex wieħed jordna hardware tal-kompjuter fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex wieħed jordna tagħmir elettroniku (inklużi kameras) fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex jiġu ordnati servizzi ta’ telekomunikazzjoni (eż. TV, abbonament fi broadband, abbonament f’linja fissa jew mowbajl, tqegħid ta’ flus f’kards telefoniċi mħallsa minn qabel),

l-użu tal-internet għax-xiri ta’ ishma, polzi ta’ assigurazzzjoni u servizzi finanzjarji oħra fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet għal akkomodazzjoni waqt btala (lukandi, eċċ.) fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex wieħed jordna arranġamenti oħra ta’ vvjaġġar (biljetti għat-trasport, kiri ta’ karozza, eċċ.),

l-użu tal-internet biex wieħed jordna biljetti għal avvenimenti fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu tal-internet biex wieħed jordna oġġetti jew servizzi oħrajn fl-aħħar tnax-il xahar,

oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa nazzjonali,

oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa minn pajjiżi oħrajn tal-UE,

oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar minn bejjiegħa mill-bqija tad-dinja,

oġġetti jew servizzi mixtrija jew ordnati fl-aħħar tnax-il xahar: il-pajjiżi tal-oriġini tal-bejjiegħa mhux magħruf.

Sigurtà fl-ICT

Karatteristiċi li jridu jinġabru għall-individwi li jkunu użaw l-internet f’dawn l-aħħar tnax-il xahar:

livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: teħid ta’ vajrus jew infezzjoni oħra tal-kompjuter (eż. worm jew trojan horse) li jirriżultaw f’telf ta’ tagħrif jew ħin (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett),

livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: ittri elettroniċi mhux mitluba (“spam”) li wieħed jirċievi (b’saħħithom, mhux b’saħħithom, mingħajr effett),

livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: abbuż fuq tagħrif personali mibgħut fuq l-internet u/jew ksur ta’ kunfidenzjalità ta’ affarijiet oħra privati (eż. abbuż fuq ritratti, vidjos, dejta’ personali li tittella’ dwar websajts tal-komunità) (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett),

livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: telf finanzjarju bħala riżultat ta’ messaġġi qarrieqa li wieħed jirċievi (“phishing”) jew li jiġi ggwidat għal websajts foloz li jistaqsu għal tagħrif personali (“pharming”) (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett),

livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: telf finanzjarju minħabba użu qarrieq ta’ ħlas bil-kard (kreditu jew debitu) (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett),

livell ta’ tħassib dwar l-użu tal-internet għal għanijiet privati: tfal li jidħlu f’websajts mhux xierqa jew li jagħmlu kuntatt ma’ persuni li potenzjalment jagħmlu l-ħsara minn kompjuter ġewwa d-dar (b’saħħtu, mhux b’saħħtu, mingħajr effett),

problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: teħid ta’ vajrus jew infezzjoni oħra tal-kompjuter (eż. worm jew trojan horse) li jirriżultaw f’telf ta’ tagħrif jew ħin,

problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: ittri elettroniċi mhux mitluba (“spam”) li wieħed jirċievi,

problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: abbuż fuq tagħrif personali mibgħut fuq l-internet u/jew ksur ta’ kunfidenzjalità ta’ affarijiet oħra privati (eż. abbuż fuq ritratti, vidjos, dejta’ personali li tittella’ dwar websajts tal-komunità),

problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: telf finanzjarju bħala riżultat ta’ messaġġi qarrieqa li wieħed jirċievi (“phishing”) jew li jiġi ggwidat għal websajts foloz li jistaqsu għal tagħrif personali (“pharming”),

problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: telf finanzjarju minħabba użu qarrieq ta’ ħlas (kreditu jew debitu) bil-kard,

problemi esperjenzati permezz tal-użu tal-internet għal għanijiet privati fl-aħħar tnax-il xahar: tfal li jidħlu f’websajts mhux xierqa jew li jagħmlu kuntatt ma’ persuni li potenzjalment jagħmlu l-ħsara minn kompjuter ġewwa d-dar,

tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għall-ordnijiet jew ix-xiri tal-oġġetti jew servizzi għal użu privat permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal twettiq ta’ attivitajiet tal-bank bħall-ġestjoni tal-kontijiet għal għanijiet privati permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal provvediment ta’ tagħrif personali lil komunitajiet onlajn għal netwerking soċjali u professjonali fl-aħħar tnax-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għall-komunikazzjoni mas-servizzi pubbliċi jew amministrazzjonijiet għal għanijiet privati permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal tniżżil ta’ software, mużika, fajls ta’ vidjos, logħob jew fajls oħra ta’ dejta mill-internet għal għanijiet privati permezz tal-internet fl-aħħar tnax-il xahar,

tħassib dwar is-sigurtà bħala ostaklu għal użu tal-internet b’tagħmir mobbli (eż. laptop) permezz ta’ konnessjoni wireless minn postijiet għajr id-dar fl-aħħar tnax-il xahar,

l-użu ta’ kwalunkwe tip tas-software jew għodda ta’ sigurtà tal-IT (kontra l-vajrus, kontra l-ispam, firewall eċċ.) sabiex ikunu protetti l-kompjuter u d-dejta privati (iva, le, ma nafx, mhux applikabbli minħabba li l-individwu ma jużax kompjuter),

il-frekwenza li biha wieħed jagħmel kopji sikuri jew fajls ta’ back-up (dokumenti privati, stampi, eċċ) mill-kompjuter fuq tagħmir estern tal-ħżin, pereżempju, CD, DVD, hard disk estern, tagħmir tal-ħżin tal-USB, jew spazju fuq disk fuq il-provvdituri tal-internet (dejjem jew kważi dejjem; xi kultant; qatt jew kważi qatt; mhux applikabbli għax l-individwu ma jżommx fajls fuq kompjuter).

Karratteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li użaw l-internet fl-aħħar tnax-il xahar u li użaw kwalunkwe software ta’ sigurtà jew għodda tal-IT biex jipproteġu l-kompjuter u d-dejta privati:

l-użu ta’ programm li jikkontrolla vajrus u/jew programm kontra l-ispyware,

l-użu ta’ firewall għall-hardware jew għas-software,

l-użu ta’ filter tal-ittri elettroniċi biex jipprevjeni l-“ispam”,

l-użu ta’ kontroll tal-ġenituri jew software li jservi ta’ filter għall-web,

l-użu ta’ software jew għodda ta’ sigurtà tal-IT,

l-użu ta’ pakkett iżda l-komponenti mhumiex magħrufa,

isiru aġġornamenti ta’ prodott wieħed jew aktar ta’ sigurtà li qed jintużaw (iva, kull darba se jkun hemm aġġornament ġdid disponibbli, awtomatiku jew manwali; iva, kultant jew meta wieħed jiftakar, le).

Karratteristiċi li għandhom jinġabru għal individwi li użaw l-internet fl-aħħar tnax-il xahar u li użaw kwalunkwe software ta’ sigurtà jew għodda tal-IT biex jipproteġu l-kompjuter u d-dejta privati iżda mingħajr ma jkun sar aġġornament ta’ prodotti ta’ sigurtà:

Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu jemmen li mhux meħtieġ għax ir-riskju huwa baxx,

Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu ma jafx kif jagħmel l-aġġornament,

Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu ma jaħsibx li l-aġġornament ikun effettiv,

Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: l-individwu jemmen li l-aġġornament hu għoli wisq,

Raġuni għaliex ma ġewx aġġornati prodotti ta’ sigurtà: oħra.

Kompetenza fl-ICT

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw kompjuter:

(mhux obbligatorja)l-aktar kors ta’ taħriġ reċenti ta’ mill-inqas tliet sigħat dwar kwalunkwe aspett tal-użu tal-kompjuter (f’dawn l-aħħar tliet xhur; bejn tliet xhur u sena ilu; bejn sena u tliet snin ilu; aktar minn tliet snin ilu; qatt ma ħa kors),

Karatteristiċi li għandhom jinġabru għall-individwi li jkunu xi darba użaw l-internet:

ħiliet fl-internet fl-użu ta’ magni ta’ tiftix biex jinstab it-tagħrif,

ħiliet fl-internet biex wieħed jibgħat e-mails b’fajls mehmuża magħhom,

ħiliet fl-internet fl-ippustjar ta’ messaġġi lil chat rooms, gruppi ta’ diskussjoni jew forums ta’ diskussjoni onlajn,

ħiliet fl-internet biex wieħed juża l-internet biex jagħmel telefonati,

ħiliet fl-internet għall-użu ta’ qsim ta’ fajl minn persuna magħrufa għall-oħra għall-iskambju ta’ films, mużika, eċċ.

ħiliet fl-internet għall-ħolqien ta’ paġna web.

Ostakli għall-użu tal-ICT u l-internet

Karatteristiċi li jridu jinġabru għal djar mingħajr aċċess għall-internet mid-dar:

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: aċċess għall-internet minn x’imkien ieħor,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: ma jridux l-internet (minħabba l-kontenut dannuż, eċċ.),

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: ma għandhomx bżonn l-internet (minħabba li mhux utli, mhux interessanti, eċċ.),

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: l-ispejjeż tat-tagħmir huma għoljin wisq,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: l-ispejjeż għall-aċċess huma għoljin wisq (telefown, eċċ.),

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: nuqqas ta’ ħiliet,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: tħassib dwar sigurtà jew privatezza,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: diżabilità fiżika,

raġuni għan-nuqqas ta’ aċċess għall-internet mid-dar: l-ebda waħda minn dawn ta’ hawn fuq, iżda raġunijiet oħrajn.

2.   KOPERTURA

(a)

L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li jikkonċernaw id-djar huma djar li fihom tal-anqas membru wieħed fil-grupp b’età bejn 16 u 74.

(b)

L-unitajiet statistiċi li jridu jiġu rappreżentati għall-karatteristiċi elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness jikkonċernaw individwi li huma individwi b’età bejn 16 u 74.

(c)

L-ambitu ġeografiku irid ikopri djar u/jew individwi li jkunu jgħixu fi kwalunkwe parti tat-territorju tal-Istat Membru.

3.   PERJODU TA’ REFERENZA

Il-perjodu ewlieni ta’ referenza għall-istatistika li trid tinġabar huwa l-ewwel kwart tal-2010.

4.   TQASSIM

(a)

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mad-djar, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

(mhux obbligatorja) reġjun ta’ residenza skont il-klassifikazzjoni NUTS2,

lokalità ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ konverġenza (inklużi reġjuni għal tneħħija gradwali); għixien f’kompetizzjoni reġjonali u reġjuni ta’ impjiegi,

grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa,

tip ta’ familja: għadd ta’ membri fil-familja (irid jinġabar separatament: għadd ta’ tfal taħt is-16),

(b)

Għas-suġġetti u l-karatteristiċi tagħhom elenkati fl-intestatura 1(b) ta’ dan l-Anness li għandhom x’jaqsmu mal-individwi, għandom jinġabru l-karatteristiċi ta’ sfond li ġejjin:

reġjun ta’ residenza (irid jinġabar skont il-klassifikazzjoni tar-reġjuni NUTS1),

(mhux obbligatorja) reġjun ta’ residenza skont il-klassifikazzjoni NUTS2,

lokalità ġeografika: għixien f’reġjuni ta’ konverġenza (inklużi reġjuni għal tneħħija gradwali); għixien f’kompetizzjoni reġjonali u reġjuni ta’ impjiegi,

grad ta’ urbanizzazzjoni: għixien f’żoni ta’ popolazzjoni densa; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni intermedja; għixien f’żoni ta’ popolazzjoni skarsa,

sess: maskili; mara,

età (trid tinġabar bħala valur jew bl-użu tal-gruppi tal-età): taħt is-16 (mhux obbligatorja); 16 sa 24; 25 sa 34; 35 sa 44; 45 sa 54; 55 sa 64; 65 sa 74; ‘il fuq minn 74 (mhux obbligatorju),

l-ogħla livell ta’ edukazzjoni mitmum skont il-Klassifikazzjoni tal-Istandards Internazzjonali tal-Edukazzjoni (ISCED 97): baxx (ISCED 0, 1 jew 2); medju (ISCED 3 jew 4); għoli (ISCED 5 jew 6),

sitwazzjoni tal-impjieg: impjegat jew jaħdem għal rasu, inklużi ħaddiema tal-familja; qiegħed; studenti li mhumiex fil-forza tax-xogħol; oħrajn li mhumiex fil-forza tax-xogħol,

impjieg skont il-Klassifika tal-Istandards tal-Impjiegi Internazzjonali (ISCO-88): ħaddiema li jagħmlu xogħol manwali; ħaddiema li ma jagħmlux xogħol manwali; ħaddiema tal-ICT, ħaddiema mhux tal-ICT.

5.   PERJODIĊITÀ

Id-dejta għandha tiġi pprovduta darba għas-sena 2010.

6.   SKADENZI GĦAT-TRAŻMISSJONI TAR-RIŻULTATI

(a)

Id-dejta aggregata imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004, fejn meħtieġ immarkata bħala kunfidenzjali jew mhux attendibbli, għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Ottubru 2010. Sa dik id-data, il-ġabra ta’ dejta għandha tkun iffinalizzata, ikkonvalidata u aċċettata. Il-format skedat ta’ trażmissjoni li jinqara minn kompjuter għandu jsegwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mill-Eurostat.

(b)

Il-metadejta msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandha tintbagħat lill-Eurostat qabel il-31 ta’ Mejju 2010. Il-metadejta għandha tkun skont il-mudell użat għar-rapport ipprovdut mill-Eurostat.

(c)

Ir-rapport dwar kwalità msemmi fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 808/2004 għandu jintbagħat lill-Eurostat qabel il-5 ta’ Novembru 2010. Ir-rapport dwar il-kwalità għandu jkun skont il-mudell użat għar-rapport pprovdut mill-Eurostat.


Top