EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0911

Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 1 ta’ Diċembru 2009 li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

OJ L 322, 9.12.2009, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/911/oj

9.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-1 ta’ Diċembru 2009

li taħtar lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(2009/911/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi għandu jinħatar is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Pierre DE BOISSIEU huwa b’dan maħtur Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-jum ta’ wara l-laqgħa tal-Kunsill Ewropew ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Pierre de BOISSIEU mill-President tal-Kunsill.

Hija għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009.

Ghall-Kunsill

Il-President

B. ASK


Top