EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0897

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 897/2007 tas- 27 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

OJ L 196, 28.7.2007, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/897/oj

28.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 196/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 897/2007

tas-27 ta’ Lulju 2007

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 33 u 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 (2) jipprevedi, fil-qafas ta’ l-iskema ta’ l-għajnuniet għall-most użat għall-arrikkiment ta’ l-inbid, deroga għall-most li ġej miż-żoni ta’ tkabbir ta’ l-għeneb ħlief iż-żoni ĊIII (a) u ĊIII (b), li tiskadi fi tmiem is-sena tas-suq 2006/07. Fl-istennija ta’ bidla aktar radikali ta’ din l-iskema ta’ għajnuniet fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid prevista għas-sena tas-suq 2008/09, jeħtieġ li d-deroga tiġi prorogata sa tmiem is-sena tas-suq 2007/08.

(2)

L-Artikolu 52(1), ir-raba' subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jipprevedi deroga għas-sistema ta’ distillazzjoni ta’ nbid minn għeneb li hu kklassifikat bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid kif ukoll bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti ta’ l-inbid b'denominazzjoni ta’ l-oriġini għas-snin tas-suq 2001/02 sa 2006/07. Id-deroga tikkonċerna l-volum tal-kwantità “normalment prodotta”. Fl-istennija ta’ bidla aktar radikali tas-sistema fil-kuntest tar-riforma ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid prevista għas-sena tas-suq 2008/09, jeħtieġ li d-deroga tiġi prorogata sa tmiem is-sena tas-suq 2007/08.

(3)

L-Artikolu 63a(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiddetermina l-perċentwal tal-produzzjoni li l-produtturi jistgħu joffru għad-distillazzjoni ta’ l-inbid f'alkoħol li jinxtorob. Jeħtieġ li dan il-perċentwal jiġi ddeterminat għas-sena tas-suq 2007/08.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jiġi emendat.

(5)

Ġaladarba s-sena tas-suq li jmiss tibda mill-1 ta’ Awissu 2007, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni ta’ l-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1623/2000 jinbidel kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, it-termini “2003/2004 sa 2004/2005” jinbidlu bit-termini “2003/2004 sa 2006/2007”.

(2)

fl-Artikolu 52(1), ir-raba' subparagrafu, it-termini “2001/2002 sa 2004/2005” jinbidlu bit-termini “2001/02 sa 2006/2007”.

(3)

fl-Artikolu 63a(2), l-ewwel subparagrafu, l-aħħar sentenza hija ssostitwita b'dan li ġej:

“Għas-snin tas-suq 2004/2005, 2005/2006, 2006/2007 u 2007/2008, dan il-perċentwal huwa 25 %.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament japplika mill-1 ta’ Awissu 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2016/2006 (ĠU L 384, 29.12.2006, p. 38).


Top