EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0686

2005/686/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2005, dwar l-għoti ta’ derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiki li jridu jinġabru għas-snin ta’ referenza 2003, 2004 u 2005 b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 (innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 2773) Test b’rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 264, 8.10.2005, p. 3–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/686/oj

8.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

3


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2005,

dwar l-għoti ta’ derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiki li jridu jinġabru għas-snin ta’ referenza 2003, 2004 u 2005 b’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 2773)

(It-testi bid-Daniż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ungeriż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti u l-Iżvediż huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2005/686/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004 tat-22 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Deċiżjoni Nru 1608/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistiċi tax-xjenza u t-teknoloġija (1), u b’mod partikulari t-taqsimiet 1 2 ta’ l-anness tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 753/2004 għandu l-qafas ta’ referenza ta’ standards komuni, definizzjoni u kjarifiki għal ġbir ta’ l-istatistiċi tal-Komunità dwar ix-xjenza u t-teknoloġija sabiex jinkisbu riżultati statistiċi ta’ kwalità għolja mill-Istati Membri b’konformità ma’ dawn l-istandards, definizzjonijiet u kjarifiki.

(2)

Taqsima 1, punt 3 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 tistipula li, sakemm is-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika jeħtieġu adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiċi dwar ir-riċerka u l-iżvilupp miġbura għall-2003 fl-ewwel sena ta’ riferenza. F’każi eċċezzjonali għall-aħħar, dan il-perjodu ta’ deroga jista’ jkun estiż għall-analiżijiet reġjonali ta’ ċerti fatturi varjabbli.

(3)

Taqsima 2, punt 3 ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 753/2004 tistipula li, sakemm is-sistemi nazzjonali ta’ l-istatistika jeħtieġu adattamenti kbar, il-Kummissjoni tista’ tagħti derogi lill-Istati Membri fir-rigward ta’ l-istatistiċi dwar ir-riċerka u l-iżvilupp miġbura għall-2004 fl-ewwel sena ta’ referenza.

(4)

Derogi ta’ din ix-xorta kienu mitluba mill-awtoritajiet rispettivi tal-Belġju, l-Estonja, i-Greċja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

(5)

Skond l-informazzjoni li waslet lill-Kummissjoni (il-Eurostat), it-talbiet mill-Istati Membri kkonċernati huma minħabba l-fatt li dawn jeħtieġu li jagħmlu bidliet importanti fis-sistema ta’ l-istatistika tagħhom.

(6)

Id-derogi mitluba għandhom għalhekk ikunu mogħtija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-derogi huma mogħtija lill-Belġju, l-Estonja, il-Greċja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, l-Iżvezja u r-Renju Unit kif stipulat fl-anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Renju ta’ l-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, nhar it-22 ta’ Lulju 2005.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 118, tat-23.4.2004, p. 23.


ANNESS

DEROGI MOGĦTIJA

Statistiċi dwar ir-Riċerka u l-Iżvilupp

Fatturi varjabbli

Analiżijiet li għalihom qed tingħata deroga

Il-Belġju

Numru totali tal-persunal R&D

skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.2, 1.11.5.3, 1.11.5.4; skond il-kariga u s-sess 1.11.1.0, 1.11.1.2; skond il-kwalifika u s-sess 1.11.2.0, 1.11.2.2; skond il-qasam ewlieni xjentifiku u s-sess: 1.11.4.2

Numru totali ta’ riċerkaturi

skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5.0, 1.12.5.2, 1.12.5.3, 1.12.5.4; skond is-sess: 1.12.1.0, 1.12.1.2; skond il-qasam ewlieni xjentifiku u s-sess: 1.12.4.2

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.3, 1.13.5.4

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

skond ir-reġjun (NUTS 2) 1.14.5.0, 1.14.5.2, 1.14.5.3, 1.14.5.4

Infiq intramurali R&D

skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.3, 1.20.10.4

Il-Greċja

Numru totali tal-persunal R&D

skond il-kariga u s-sess 1.11.1; skond il-kwalifika u s-sess 1.11.2; skond l-attività ekonomika: 1.11.13; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7

Numru totali ta’ riċerkaturi

skond is-sess: 1.12.1; skond l-attività ekonomika: 1.12.3; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari);

skond il-kariga: 1.13.1; skond il-kwalifika: 1.13.2; skond l-attività ekonomika: 1.13.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5; skond id-daqs tal-klassi : 1.13.6

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari);

skond l-attività ekonomika: 1.14.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5; skond id-daqs tal-klassi: 1.14.7

Infiq intramurali R&D

1.20.0.0, 1.20.0.2, 1.20.0.3, 1.20.0.4 (riżultati preliminari);

skond is-sors tal-fondi: 1.20.1; skond it-tip ta’ spejjeż: 1.20.4; skond l-attività ekonomika: 1.20.5; skond id-daqs tal-klassi : 1.20.6; skond is-sors tal-fondi u d-daqs tal-klassi: 1.20.7; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10

Franza

Numru totali tal-persunal R&D

Mingħajr analiżi: 1.11.1; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7

Għar-riżultati 1.11.5 u 1.11.7: id-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar.

Numru totali ta’ riċerkaturi

skond l-attività ekonomika: 1.12.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5;

Għar-riżultati 1.12.3 u 1.12.5 id-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar.

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari);

skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5;

Għar-riżultati 1.13.5 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar.

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari);

skond l-attività ekonomika: 1.14.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5;

Għar-riżultati 1.14.3 - 1.14.5 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar.

Infiq intramurali R&D

skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10;

Għar-riżultati 1.20.10 d-dewmien tat-trasmissjoni għandu jkun ta’ 20 xahar minflok ta’ 18-il xahar.

L-Irlanda

Numru totali tal-persunal R&D

- skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.2, 1.11.4.3

Numru totali ta’ riċerkaturi

- skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4.2, 1.12.4.3

L-Italja

Numru totali tal-persunal R&D

skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.2

Numru totali ta’ riċerkaturi

skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4.2

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

1.13.0.0, 1.13.0.2

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

1.14.0.0,1.14.0.2

Infiq intramurali R&D

1.20.0.0, 1.20.0.2 ; skond is-sors tal-fondi: 1.20.1.0, 1.20.1.2

Il-Lussemburgu:

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari);

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari);

Infiq intramurali R&D

1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari);

Malta

Numru totali tal-persunal R&D

Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.11.0.0 – 1.11.0.4

Numru totali ta’ riċerkaturi

Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.12.0.0 – 1.12.0.4

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari);

Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.13.0.0 – 1.13.0.4

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari);

Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.14.0.0 – 1.14.0.4

Infiq intramurali R&D

1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari);

Ir-riżultati kollha, ħlief ir-riżultati 1.20.0.0 – 1.20.0.4

L-Olanda

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari);

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari);

Infiq intramurali R&D

1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari);

L-Awstrija

In-numru totali tal-persunal R&D, in-numru totali ta’ riċerkaturi, in-numru tal-persunal R&D fl-FTE, in-numru ta’ riċerkaturi fl-FTE, l-infiq intramurali R&D

Għar-riżultati kollha l-ewwel sena ta’ referenza se tkun l-2004 minflok l-2003. Għar-riżultati preliminari l-ewwel sena ta’ referenza se tkun ukoll l-2004 minflok l-2003.

L-Iżvezja

Article Numru totali tal-persunal R&D

Article skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4.3; skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.2, 1.11.5.4

Numru totali ta’ riċerkaturi

skond il-qasam prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.5.3; skond ir-reġjun: 1.12.5.0, 1.12.5.2, 1.12.5.4

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

1.13.0.0 – 1.13.0.4 (riżultati preliminari);

skond ir-reġjun: 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.4

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

1.14.0.0 – 1.14.0.4 (riżultati preliminari);

skond ir-reġjuni: 1.14.5.0, 1.14.5.2, 1.14.5.4

Infiq intramurali R&D

1.20.0.0 – 1.20.0.4 (riżultati preliminari);

skond ir-reġjun: 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.4

L-istatistiki R&D fis-settur ta’ l-intrapriża tan-negozju

Għar-riżultati kollha: l-intrapriżi biss li għandhom 50 impjegati u aktar huma inklużi

L-istatistiki R&D fis-settur governattiv

Għar-riżultati kollha: il-gvern lokali u reġjonali huwa eskluż

Ir-Renju Unit

Numru totali tal-persunal R&D

Mingħajr analiżi: 1.11.0.0, 1.11.0.1, 1.11.0.2, 1.11.0.4; skond is-sess: 1.11.1.0, 1.11.1.1, 1.11.1.2, 1.11.1.4; skond il-kwalifika u s-sess: 1.11.2.0, 1.11.2.1, 1.11.2.2, 1.11.2.4; skond l-attività ekonomika: 1.12.1.1; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.11.4; skond l-attività ekonomika u s-sess: 1.11.7.

Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.11.5.0, 1.11.5.1, 1.11.5.2, 1.11.5.4;

Numru totali ta’ riċerkaturi

Mingħajr analiżi: 1.12.0.0, 1.12.0.1, 1.12.0.2, 1.12.0.4; skond il-kariga u s-sess: 1.12.1.0, 1.12.1.1, 1.12.1.2, 1.12.1.4; skond il-kwalifika u s-sess: 1.12.2.0, 1.12.2.1, 1.12.2.2, 1.12.2.4; skond l-attività ekonomika: 1.12.13; skond l-oqsma prinċipali tax-xjenza u s-sess: 1.12.4;

Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.12.5.0, 1.12.5.1, 1.12.5.2, 1.12.5.4

Numru tal-persunal R&D fl-FTE

Għar-riżultati premliminari mingħajr analiżi 1.13.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Mingħajr analiżi: 1.13.0.0, 1.13.0.2; skond il-kariga: 1.13.1.0, 1.13.1.2; skond il-kwalità u s-sess: 1.13.2.0, 1.13.2.2;

Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.13.5.0, 1.13.5.2, 1.13.5.4

Numru ta’ riċerkaturi fl-FTE

Għar-riżultati annwali mingħajr analiżi 1.14.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Mingħajr analiżi: 1.14.0.0, 1.14.0.2;

Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.14.5.0, 1.4.5.2, 1.14.5.4.

Infiq intramurali R&D

Għar-riżultati annwali mingħajr analiżi 1.20.0: id-data hi trasmessa fi żmien 15-il xahar mit-tmiem is-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

skond it-tip ta’ spejjeż: 1.20.4.0, 1.20.4.2, 1.20.4.4;

Derogi għall-2003 u l-2005: skond ir-reġjun (NUTS 2): 1.20.10.0, 1.20.10.2, 1.20.10.4.

Statistiki dwar l-approprjazzjonijiet tal-baġit tal-gvern jew investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp (GBAORD)

Fatturi varjabbli

L-Estonja

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)

Il-Greċja

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0); id-data hi trasmessa fi żmien 8 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)); id-data hi trasmessa fi żmien 14-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Franza

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-Italja

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)

Il-Latvja

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)

Il-Litwanja

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)

Il-Lussemburgu:

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)

L-Ungerija

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)

Malta

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit proviżorju (21.0)

L-infiq R&D tal-gvern fil-baġit finali (21.1)


Top