EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R1389

1389/2004/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1389/2004 tat- 30 ta' Lulju 2004 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

OJ L 255, 31.7.2004, p. 7–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
OJ L 330M, 9.12.2008, p. 2–2 (MT)
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 059 P. 150 - 150
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 059 P. 150 - 150

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/07/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0555

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/1389/oj

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1389/2004

tat-30 ta' Lulju 2004

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 80(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 tal-Kummissjoni (2) l-iskadenza prevista fl-ewwel subpragrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolamednt (KE) Nru 1493/1999 għad-deroga mill-paragrafu 2 tal-istess Artikolu ġiet posposta għall-31 ta’ Lulju 2004 biex jiġu riżolti l-problemi prattiċi tal-aħħar, l-iskadenza jeħtieġ tkun posposta għal darb’oħra. Effettivament, it-tħaddim ta’ dispożizzjonijiet differenti rigward l-għoti tad-deroga jimponi piż amministrattiv serju u kkumplikat, partikolarment fir-rigwrd ta' kontrolli u pieni. Fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba, għalhekk huwa meħtieġ li d-data msemmija titmexxa għall-31 ta’ Lulju 2005.

(2)

Jeħtieġ għalhekk li r-Regolament (KE) Nru 1227/2000 jiġi emendat skont dan.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal- Ġestjoni tal-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2(1a) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 jinbidel b'dan li ġej:

1a.   “L-iskadenza stipulata fl-Artikolu 2(3), tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 għandha tkun pospost għall-31 ta’ Lulju 2005.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Awissu 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 30 ta' Lulju 2004.

Għall-Kummissjoni

Franz FISCHLER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1203/2003 (ĠU L 168, 5.7.2003, p. 9).

(2)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1841/2003 (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 58).


Top