EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004L0008

Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 fuq il-promozzjoni ta' kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE

OJ L 52, 21.2.2004, p. 50–60 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Estonian: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Latvian: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Lithuanian: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Hungarian Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Maltese: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Polish: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Slovak: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Slovene: Chapter 12 Volume 003 P. 3 - 15
Special edition in Bulgarian: Chapter 12 Volume 002 P. 107 - 119
Special edition in Romanian: Chapter 12 Volume 002 P. 107 - 119
Special edition in Croatian: Chapter 12 Volume 003 P. 47 - 57

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 04/06/2014; Imħassar b' 32012L0027

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/8/oj

32004L0008



Official Journal L 052 , 21/02/2004 P. 0050 - 0060


Id-Direttiva 2004/8/KE tal-Palament Ewropew u tal-Kunsill

tal-11 ta' Frar 2004

fuq il-promozzjoni ta' kogenerazzjoni bbażata fuq id-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija, li temenda d-Direttiva 92/42/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [2],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni [3],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilità fl-Artikolu 251 tat-Trattat [4],

Billi:

(1) Il-potenzal għal użu tal-koġenerazzjoni bħala miżura biex tfaddal l-enerġija hija sottoutilizzata fil-Komunità fil-preżent. Il-promozzjoni ta' kogenerazzjoni b'effiċjenza għolja bbażata fuq id-domanda għal sħana utli hija prijorità tal-Komunità minħabba il-benefiċċji potenzali tal-koġenerazzjoni b'rigward lejn it-tfaddil ta' l-enerġija primarja, tevita telf min-networks u tnaqqas l-emissjonijiet, partikolarment ta' gassijiet serra. Barra dan, l-użu effiċjenti ta' l-enerġija bil-koġenerazzjoni jista' jikkontribwixxi pożittivament ukoll għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija u għas-sitwazzjoni kompetittiva ta' l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Huwa għalhekk neċessarju li jittieħdu miżuri biex jiżguraw li l-potenzal huwa esplojtjat aħjar ġewwa l-kwadru tas-suq intern ta' l-enerġija.

(2) Id-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 [5] tistabbilixxi regoli komuni għal-ġenerazzjoni, trasmissjoni, distribuzzjoni u provvista ta' l-elettriċità ġewwa s-suq intern fl-elettriċità. F'dan il-kuntest, l-iżvilupp tal-koġenerazzjoni jikkontribwixxi għat-tijieb tal-Kompetizzjoni, ukoll b'rigward lejn atturi tas-suq ġodda.

(3) Il-Karta l-Ħadra intitolata "Lejn strateġija Ewropea għas-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija" tagħmilha ċara li l-Unjoni Ewropea hija dipendenti ħafna fuq il-formituri ta' enerġija esterni preżentament responsabbli għal 50 % tal-ħtieġijiet u proġettazzjoni li jgħollew sa 70 % sa l-2030 jekk it-tendenzi jippersistu. Id-dipendenza fuq l-importazzjoni u proporzjonijiet ta' importazzjoni dejjem jiżdiedu jintensifikaw ir-riskju ta' interruzzjoni għal jew diffukultajiet fil-provvista. Madankollu, sigurtà tal-provvista m'għandix tkun konċepita bħala biss kwistjoni ta' riduzzjoni ta' dipendenza u inkoraġġament tal-produzzjoni domestika. Is-sigurtà tal-provvista isejjaħ għall-għażla vasta ta' inizjattivi politiċi mmirati lejn, inter alia, diversifikazzjoni ta' eġħjun u teknoloġiji u titjieb fir-relazzjonijiet internazzjonali. The Green Paper emfasizat barra dan li s-sigurtà tal-provvista ta' l-enerġija hija essenzali għal żvilupp sostenibbli futur. The Green Paper tikkonkludi li l-addozzjoni ta' miżuri ġodda biex tnaqqas id-domanda għall-enerġija hija essenzali kemm skond it-tnaqqas tad-dipendenza fuq import u sabiex tillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra. F'din ir-riżoluzzjoni tal-15 ta' Novembru 2001 fuq il-Karta il-Ħadra [6], l-Parlament Ewropew sejjaħ għal inċentivi biex jinkoraġixxu moviment lejn impjanti ta' produzzjoni ta' l-enerġija iktar effiċjenti, inklużi ġenerazzjoni kombinata ta' enerġija elettrika u termali.

(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Ewropa Sostenibbli għal dinja aħjar – Strateġija ta' l-Unjoni Ewropea għall-Żvilupp Sostenibbli" preżentata fil-Kunsill Ewropew ta' Gothenburg fil-15 u s-16 ta' Ġunju 2001 identifikat il-kambjament fil-klima bħala wieħed mill-ostakoli prinċipali għall-iżvilupp sostenibbli u emfasizzat il-bżonn għal żieda fl-użu ta' enerġija nadifa u azzjoni ċara biex titnaqqas id-domanda għall-enerġija.

(5) L-użu miżjud tal-koġenerazzjoni mmirat lejn it-tfaddil ta' enerġija primarja tista' tikkostitwixxi parti importanti tal-pakkett tal-miżuri meħtieġa biex tikkonforma mal-Protokoll ta' Kyoto għall-Kwadru tal-Konvenzioni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq Kambjamenti tal-Klima, u ta' kull pakkett ta' politiki li jilħqu impenji ulterjuri. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha fuq l-implimentazzjoni ta' l-ewwel fażi tal-Program Ewropew tal-Kambajment tal-Klima ddentifikat il-promozzjoni tal-koġenerazzjoni bħala waħda mill-miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal- gassijiet serra mis-settur ta' l-enerġija u ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipperżenta l-proposta tagħha għad-Direttiva fuq il-promozzjoni tal-koġenerazzjoni fl-2002.

(6) Fir-Riżoluzzjoni tagħha tal-25 ta' Settembru 2002 fuq il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' l-ewwel fażi tal-Program Eropew tal-Kambjament tal-Klima [7], l-Parlament Ewropew laqa' l-idea li jissottometti proposta biex isaħħaħ l-miżuri tal-Komunità biex jippromovi l-użu ta' ġenerazzjoni kombinata ta' enerġija elettrika u termali (CHP) u jsejjaħ għal addozzjoni fil-pront ta' Direttiva fuq il-promozzjoni ta' CHP.

(7) L-importanza tal-koġenerazzjoni ġiet rikonoxxuta ukoll mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 1997 [8] u mir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Mejju 1998 [9] fuq strateġija tal-Komunità biex tippromovi ġenerazzjoni kombinata ta' enerġija elettrika u termali.

(8) Il-Kunsill fil-Konkluzjonijiet tiegħu tat-30 ta' Mejju 2000 u tal-5 ta' Diċembru 2000 approva l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni fuq l-effiċjenza ta' l-enerġija u ddentifika l-promozzjoni tal-koġenerazzjoni bħala waħda mill-oqsma ta' prijorità ta' skadenza qasira. Il-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' l-14 ta' Marzu 2001 fuq il-Pjan ta' Azzjoni dwar l-effiċjenza ta' l-enerġija [10] sejjaħ fuq il-Kummissjoni biex tissottometti proposti li jistabbilixxu regoli komuni għal promozzjoni tal-koġenerazzjoni, fejn dan jagħmel sens ambjentalment.

(9) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta' l-24 ta' Settembru 1996 li tikkonċerna l-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġiż integrat [11], id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 fuq il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' ċerti pollutanti fl-arja minn impjanti ta' kombustjoni kbira [12] u d-Direttiva 2000/76/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2000 fuq l-inċinerazzjoni ta' l-iskart [13] enfasizzaw il-bżonn li jevalwaw il-potenzal għal koġenerazzjoni f ‘installazzjonijiet ġodda.

(10) Id-Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq il-prestazzjoni ta' l-enerġija tal-bini [14] teħtieġ l-Istati Membri li jiżguraw li għal bini ġdid b' erja tal-paviment utli totali ta' iktar minn 1000 m2, il-prattikabbiltà teknika, ambjentali u ekonomika ta' sistemi alternattivi, bħal koġenerazzjoni ta' enerġija elettrika u termali, hija kkunsidrat u meħuda qies tagħhom qabel tibda l-kostruzzjoni.

(11) Koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja hija f'din id-Direttiva definita mit-tfaddil ta' enerġija miksuba bi produzzjoni kombinata minflok produzzjoni separata ta' sħana u elettriċità. Tfaddil ta' enerġija ta' iktar minn 10 % jikkwalifikaw għat-terminu "koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja". Biex tkabbar it-tfaddil ta'enerġija u biex tevita li t-tfaddil ta' l-enerġija jintilef, l-akbar attenzjoni trid tingħata lill-kondizzjonijiet tal-ħidma ta' l-unitajiet ta' koġenerazzjoni.

(12) Fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni tat-tfaddil ta' enerġija primarja, huwa importanti li jittieħed qies tas-sitwazzjoni ta' l-Istati Membri li fihom l-iktar konsum ta' elettriċità huwa koprut mill-importazzjoni.

(13) Huwa importanti għat-trasparenza li jaddottaw definizzjoni bażika armonizzata ta' koġenerazzjoni. Billi l-installazzjonijiet tal-koġenerazzjoni huma mgħammra biex jiġġeneraw produzzjoni separata ta' elettriċità jew sħana, produzzjoni bħal din m'għandiex tkun speċifikata bħala koġenerazzjoni għal ħruġ ta' garanzija ta' l-oriġini u għall-skopijiet ta' statistika.

(14) Biex tiżgura li appoġġ għal koġenerazzjoni fil-kuntest tad-Direttiva huwa bbażat fuq id-domanda għal sħana utli u t-tfaddil ta' enerġija primarja, huwa neċessarju li titwaqqaf kriterja biex tistabilixxi u tagħmel stima ta' l-effiċjenza ta' l-enerġija tal-produzzjoni tal-koġenerazzjoni ddentifiakta taħt id-definizzjoni bażika.

(15) L-għan ġenerali ta' din id-Direttiva għandu jkun li tistabbilixxi metodu armonizzat għal kalkolazzjoni ta' l-elettriċità mill-koġenerazzjoni u linji gwida neċessarji għall-implimentazzjoni tagħha, tieħu qies tal-metodoloġiji bħal dawk bħalissa taħt żvilupp mill-organizzazzjonijiet ta' standardazzjoni Ewropej. Dan il-metodu għandu jkun aġġustat biex jieħu qies tal-progress tekniku. L-Applikazzjoni tal-kalkulazzjonijiet fl-Annessi II u III għal unitajiet tal-mikro-koġenerazzjoni jistgħu, skond il-prinċipju ta'proporzjonalità, jkunu bbażati fuq valuri li rriżultaw minn proċess ta' ttestjar iċċertifikat minn korp kompetenti, indipendenti.

(16) Id-definizzjonijiet ta' koġenerazzjoni u koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja użati f'din id-Direttiva ma jiġġudikawx minn qabel l-użu ta' definizzjonijiet differenti fil-leġislazzjoni nazzjonali, għall-iskopijiet għajr dawk iddikjarati f'din id-Direttiva. Huwa addattat li jisselfu barra dawn id-definizzjonijiet relevanti li jinsabu fid-Direttiva 2003/54/KE u fid-Direttiva 2001/77/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Settembru 2001 dwar il-promozzjoni ta' elettriċità prodotta minn egħjun ta' enerġija li tiġġedded fis-suq intern ta' l-elettriċità [15].

(17) Tkejjel il-produzzjoni ta' sħana utli fl-istadju tal-produzzjoni ta' l-impjant ta' koġenerazzjoni tenfasizza l-bżonn li tiżgura li l-vantaġġi tal-koġenerazzjoni ta' sħana utli mhumiex mitlufa f'telfiet ta' sħana għolja minn networks ta'distribuzzjoni.

(18) Il-proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali huwa karatteristika teknika li teħtieġ li tiġi definita sabiex tikkalkola l-ammont ta' elettriċità minn koġenerazzjoni.

(19) Għal fini ta' din id-Direttiva, d-definizzjoni ta' "unitajiet ta' koġenerazzjoni" tista' tinkludi ukoll apparat li fih enerġija elettrika jew energija termali biss tista' tiġi ġġenerata, bħal unitajiet awżiljarji ta' ħruq u ta' wara l-ħruq. Il-produzzjoni minn apparat bħal dan m'għandhix tiġi kkonsidrat bħala koġenerazzjoni għall-ħruġ ta' garanzija ta' oriġini u għall-finijiet statistiċi.

(20) Id-definizzjoni ta' "koġenerazzjoni ta' skala żgħira" tinkludi, inter alia, mikro-koġenerazzjoni u unitajiet ta' koġenerazzjoni distribwita bħal unitajiet ta' koġenerazzjoni li jfornu postijiet iżolati jew domandi residenzali, kummerċjali jew industrijali limitati.

(21) Biex tkabbar it-trasparenza għal għażla tal-konsumatur bejn l-elettriċità minn koġenerazzjoni u elettriċità prodotta fuq bażi ta' tekniki oħra, huwa neċessarju li tiżgura li, fuq bażi ta' valuri ta' referenza ta' l-effiċjenza armonizzata, l-oriġini tal-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja tista' tiġi garantita. Skemi għal garanzija ta' l-oriġini waħidhom ma jimplikawx dritt li jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta' appoġġ nazzjonali.

(22) Huwa importanti li l-forom ta' l-elettriċità prodotti minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja jistgħu jiġu kopruti minn garanziji ta' l-oriġini. Huwa importanti li tiddistingwi b'mod ċar garanziji ta' l-oriġini minn ċertifikati skambjabbli.

(23) Biex tiżgura penetrazzjoni fis-suq tal-koġenerazzjoni ikbar fi żmien medju, huwa addattat li tirrikjedi l-Istati Membri kollha li jaddottaw u jippubblikaw rapport li janalizza il-potenzal nazzjonali għal koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u li tinkludi analiżi separata ta' ostakoli għal koġenerazzjoni fir-rapport, u ta' miżuri meħuda biex jiżguraw il-kredibbiltà tas-sistema tal-garanzija.

(24) L-appoġġ pubbliku għandu jkun konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-linji gwida tal-Komunità fuq għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ta' l-ambjent [16], inkluż fir-rigward ta' non-kumulazzjoni ta' l-għajnuna. Dawn il-linji gwida preżentament iħallu ċertu tip ta' appoġġ pubbliku jekk jista' jiġi esibit li l-miżuri ta' appoġġ huma ta' benefiċċju skond il-protezzjoni ta' l-ambjent minħabba li l-konverżjoni ta' l-effiċjenza hija partikolarment għolja, minħabba li l-miżuri ser iħalli l-konsum ta' l-enerġija jiġi mnaqqas jew minħabba l-proċess ta' produzzjoni ser ikun inqas ta' ħsara għall-ambjent. Appoġġ bħal dan ser f'xi każi jkun neċessarju biex tesplojtja iktar il-potenzal għal koġenerazzjoni, partikolarment biex tieħu qies għal bżonn biex tassimila spejjeż esterni.

(25) Skemi ta' appoġġ pubbliċi biex jippromovu koġenerazzjoni għandhom jiffokaw primarjament fuq appoġġ għal koġenerazzjoni bbażata fuq domanda għal tisħin u tkessiħ ekonomikament ġustifikata.

(26) L-Istati Membri iħaddmu mekkaniżmi differenti ta' appoġġ għal koġenerazzjoni f'livell nazzjonali, inkluż għajnuna għal investiment, eżenzjonijiet jew riduzzjonijet ta' taxxa, ċertifikati ħodor u skemi ta' appoġġ għal prezzijiet diretti. Mezz importanti biex totjeni l-għan ta' din id-Direttiva huwa li tiggarantixxi l-ħidma kif suppost ta' dawn il-mekkaniżmi, sakemm kwadru armonizzat tal-Komunità jiġi mħaddem, sabiex iżomm l-kunfidenza ta' l-investitur. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li ssegwi s-sitwazzjoni u tirraporta fuq l-esperjenzi akkwistati mill-applikazzjoni ta' l-iskemi ta' appoġġ nazzjonali.

(27) Għat-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriċità minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1), (2) u (5) tad-Direttiva 2001/77/KE kif ukoll dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2003/54/KE għandhom japplikaw. Sakemm il-produttur tal-koġenerazzjoni huwa klijent eliġibli skond il-leġislazzjoni nazzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/54/KE, tariffi relatati max-xiri ta' eletriku addizzjonali kultant meħtieġ minn produtturi ta' koġenerazzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond il-kriterja oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja. Speċjalment għal unitajiet ta' skala żġħira u mikro-koġenerazzjoni aċċess għas-sistema tal-grilja ta' l-elettriċità magħmula minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja tista' tiġi faċilitata bla ħsara għal notifiki lill-Kummissjoni.

(28) Ġeneralment, unitajiet ta' koġenerazzjoni sa 400 kW jaqgħu fid-definizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 fuq il-ħtieġijiet ta' effiċjenza għal tankijiet ġodda fejn jinżamm ilma sħun mqabbda b'karburanti likwidi jew gassużi [17] mhumiex probabbli li jilħqu l-ħtieġijiet ta' l-effiċjenza minimi f'dan ir-rigward u għandhom għalhekk jiġu esklużi minn dik id-Direttiva.

(29) L-istruttura speċifika tas-settur tal-koġenerazzjoni, li jinkludi ħafna produtturi ta' daqs żgħir jew medju, għandhom jieħdu qies, speċjalment meta jirevedu l-proċeduri amminstrattivi biex jiksbu l-permess biex jibnu l-kapaċità tal-koġenerazzjoni.

(30) Fl-iskop ta' din id-Direttiva biex toħloq kwadru biex tippromovi l-koġenerazzjoni huwa important il tenfasizza l-bżonn ta' ambjent ekonomiku u amministrattiv stabbli għal investimenti f'installazzjonijiet ta' koġenerazzjoni ġodda. L-Istati Membri għandhom jiġu inkoraġġati biex jindirizzaw dan il-bżonn billi jiddisinjaw skemi ta' appoġġ b' perjodu durattiv ta' mill-inqas erbgħa snin u billi jevitaw kambjamenti frekwenti fil-proċeduri amministrattivi etċ. l-Istati Membri għandhom barra dan jiġu inkoraġġati biex jiżguraw li l-iskemi ta' appoġġ pubbliċi jirrispettaw il-prinċipju ta' eliminazzjoni progressiva.

(31) L-effiċjenza totali u s-sostenibbilità tal-koġenerazzjoni hija dipendenti fuq ħafna fatturi, bħal teknoloġija użata, tipi ta' karburant, load curves, il-qies ta' l-unità, u ukoll fuq il-proprjetajiet tas-sħana. Għal raġunijiet prattiċi u bbażati fuq il-fatt, li l-użu tal-produzzjoni tas-sħana għal skopijiet differenti jeħtieġ livelli ta' temperatura ta' sħana differenti, u li dawn u differenzi oħra jinfluwenzaw l-effiċjenzi tal-koġenerazzjoni, l-koġenerazzjoni tista' tkun diviża fi klassijiet bħal: "koġenerazzjoni industrijali", "koġenerazzjoni ta' tisħin" u "koġenerazzjoni agrikolturali".

(32) Skond il-prinċipji tas-sussidjarità u l-proporzjonalità kif iddikjarati fl-Artikolu 5 tat-Trattat, prinċipji ġenerali li jipprovdu kwadru għl promozzjoni tal-koġenerazzjoni fis-suq intern ta' l-enerġija għandhom jiġu stabbiliti fil-livell Komunitarju, imma l-implimentazzjoni dettaljata għandha titħalla lill-Istati Membri, għalhekk tippermetti lil kull Stat Membru li jagħżel ir-reġim, li l-aħjar jikkorispondi għas-sitwazzjoni tiegħu partikolari. Din id-Direttiva tillimita lilha nnfisha għal minimu rikjest sabiex totjeni dawk l-għanijiet u ma tmurx oltre dak li hu neċessarju għal dak l-iskop.

(33) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu addottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta' l-implimentazzjoni tal-poteri konferiti lill-Kummissjoni [18],

ADOTTATAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Għan

L-għan ta' din id-Direttiva hu li jkabbar l-effiċjenza ta' l-enerġija u jtejjeb is-sigurtà tal-provvista billi joħloq kwadru għal promozzjoni u żvilupp ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja ta' enerġija elettrika u termali bbażata fuqid-domanda għal sħana utli u t-tfaddil ta' enerġija primarja fis-suq intern ta' l-enerġija, tieħu qies taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi speċjalment li jikkonċernaw l-kondizzjonijiet klimatiċi u ekonomiċi.

Artikolu 2

L-Ambitu

Din id-Direttiva għandha tapplika għal koġenerazzjoni kif definita fl-Artikolu 3 u teknoloġiji ta' koġenerazzjoni elenkati fl-Anness I.

Artikolu 3

Id-Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Direttiva, d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) "koġenerazzjoni" għandha tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta' enerġija termali u elettrika u/jew enerġija mekkanika;

(b) "sħana utli" għandha tfisser sħana prodotta fi proċess ta' koġenerazzjoni biex tissodisfa domanda ekonomikament ġustifikabbli għal tisħin u tkessiħ;

(ċ) "domanda ekonomikament ġustifikabbli" għandha tfisser id-domanda li ma taqbiżx il-bżonnijiet għal sħana jew tkessiħ u li minn naħa l-oħra jistgħu jiġu soddisfati f'kondizzjonijiet tas-suq bi proċessi ta' ġenerazzjoni ta' enerġija għajr dawk ta' koġenerazzjoni;

(d) "elettriċità minn koġenerazzjoni" għandha tfisser elettriċità ġenerata fil-proċess marbut mal-produzzjoni ta' sħana utli u kkalkolat skond il-metodoloġija stabbilità fl-Anness II;

(e) "elettriċità back-up" għandha tfisser l-elettriċità provduta mill-grilja ta' l-elettriċità kullmeta l-koġenerazzjoni tiġi sfrattata, inklużi perjodi ta' manutenzjoni, jew ma taħdimx;

(f) "elettriċità top-up" għandu jfisser l-elettriċità provdut mill-grilja ta' l-elettriċità fil-każ meta d-domanda għall-elettriċità hija ikbar mill-produzzjoni ta' l-elettriċità tal-proċess ta' koġenerazzjoni;

(g) "effiċjenza totali" għandha tfisser is-somma annwali ta' produzzjoni ta' elettriċità u enerġija mekkanika u l-porduzzjoni ta' sħana utli diviżi bid-dħul ta' karburant użat għal sħana prodotta fil-proċess ta' koġenerazzjoni u produzzjoni gross ta' elettriċità u enerġija mekkanika;

(h) "effiċjenza" għandha tfisser effiċjenza kalkolata fuq il-bażi ta' "valuri nett kalorifiċi" ta' karburanti (msejħa ukoll "valuri kalorifiċi iktar baxxi");

(i) "koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja" għandha tfisser koġenerazzjoni li tilħaq il-kriterja ta' l-Anness III;

(j) "valur ta' referenza ta' l-efffiċjenza għall-produzzjoni separata" għandha tfisser effiċjenza ta' produzzjonijiet separati alternattivi ta' sħana u elettriċità li l-proċess ta' koġenerazzjoni huwa intiż li jissostitwixxi;

(k) "proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali" għandha tfisser il-proporzjon bejn l-elettriċità minn koġenerazzjoni u sħana utli meta jaħdem f'mod ta' koġenerazzjoni kompluta li juża data operazzjonali ta' l-unità speċifika;

(l) "unità ta' koġenerazzjoni" għandha tfisser unità li tista' topera fil-mod ta' koġenerazzjoni taħt il-50 kWe(m) ';

(n) "koġenerazzjoni ta' skala żgħira" għandha tfisser unitajiet ta' koġenerazzjoni b' kapaċità installata taħt 1 MWe;

(o) "produzzjoni tal-koġenerazzjoni" għandha tfisser is-somma ta' elettriċità u enerġija mekkanika usħana utliminn koġenerazzjoni.

Barra dan, id-definizzjonijiet relevanti fid-Direttiva 2003/54/KE, u fid-Direttiva 2001/77/KE għandhom japplikaw.

Artikolu 4

Il-Kriterja ta' effiċjenza tal-koġenerazzjoni

1. Għall-fini tad-determinazzjoni ta' l-effiċjenza tal-koġenerazzjoni skond l-Anness III, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 [19], mhux aktar tard mill-21 ta' Frar 2006, tistabbilixxi valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana. Dawn il-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għandhom jikkonsistu f'matriċi ta' valuri diverenzati b' fatturi relevanti, inklużi s-sena ta' kostruzzjoni u t-tipi ta' karburant, u jridu jkunu bbażata fuq analiżi dokumentata sew li tieħu, inter alia, qies tad-data minn użu operazzjonali taħt kondizzjonijiet realistiċi, skambju ta' elettriċità mingħajr fruntieri, taħlit ta' karburanti u kondizzjonijiet tal-klima kif ukoll teknoloġiji ta' koġenerazzjoni applikata skond il-prinċipji fl-Anness III.

2. Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14 [20], tirrevedi l-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana msemmija fil-paragrafu 1, għal-ewwel darba fil-21 ta' Frar 2011, u kull erbgħa snin minn dakinhar, biex tieħu qies ta' l-iżviluppi teknoloġiċi u kambjamenti fid-distribuzzjoni ta' l-egħjun ta' l-enerġija.

3. L-Istati Membri li jimplimentaw din id-Direttiva qabel l-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata għal produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana msemmija fil-paragrafu 1, għandhom, sad-data msemmija fil-paragrafu 1, jaddottaw valuri ta' referenza ta' effiċjenza nazzjonali tagħhom għal produzzjoni separata ta' elettriċità u sħana li ser jiġu użati għal kalkolazzjoni tat-tfaddil ta' enerġija primarja minn koġenerazzjoni skond il-metodoloġija ddikjarat fl-Anness III.

Artikolu 5

Il-Garanzija ta' l-oriġini ta' l-elettriċità minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja

1. Fuq il-bażi ta' valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Istati Membri għandhom, mhux iktar tard minn sitt xhur wara l-addozzjoni ta' dawn il-valuri, jiżguraw li l-oriġini ta' l-elettriċità prodott minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja jistgħu jkunu garantiti skond kriterja oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja stabbilità minn kull Stat Membru. Għandhom jiżguraw li din il-garanzija ta' oriġini ta' l-elettriċità tawtorizza l-produtturi li juru li l-elettriċità li huma jbiegħu huwa prodott minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja u hija maħruġa għal dan l-effett bi tweġiba għat-talba mill-produttur.

2. L-Istati Membri jistgħu jinnominaw wieħed jew iktar korpi kompetenti, indipendenti mill-ġenerazzjoni u mid-distribuzzjoni ta' l-attivitajiet, biex jissorveljaw il-ħruġ tal-garanzija ta' l-oriġini msemmija fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri jew il-korpi kompetenti għandhom jagħmlu f'posthom mekkaniżmi addattati biex jiżguraw li l-garanzija ta' oriġini hija kemm eżatta u kredibbli u huma għandhom jipproponu fir-rapport msemmi fl-Artikolu 10(1) il-miżuri meħuda biex jiżguraw il-kredibbiltà tas-sistema ta' garanzija.

4. Skemi għall-garanzija ta' orġini minnhom innfushom ma jimplikawx dritt li jibbenefikaw minn mekkaniżmi ta' appoġġ nazzjonali.

5. Garanzija ta' oriġini għandha:

- tispeċifika l-valur l-iktar baxx kalorifiku ta' l-egħjun tal-karburantli minnu l-elettriċità ġie prodott, tispeċifika l-użu tas-sħana ġġenerata flimkien ma' l-elettriċità u finalment tispeċifika d-dati u l-postijiet tal-produzzjoni,

- tispeċifika l-kwantità ta' elettriċità minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja skond l-Anness II li l-garanzija tirrapreżenta,

- tispeċifika t-tfaddil ta' enerġija primarja kalkolati skond l-Anness III ibbażati fuq il-valuri ta' referenza ta' effiċjenza armonizzata stabbiliti mill-Kummissjoni kif imsemmija fl-Artikolu 4(1).

L-Istati Membri jistgħu jinkludu informazzjoni addizzjonali fuq il-garanzija ta' oriġini.

6. Garanziji ta' l-oriġini bħal dawn, kwistjonijiet (or materja) skond paragrafu 1, għandhom jkunu rikonoxxuti reċiprokament mill-Istati Membri, esklusivament bħala prova ta' l-elementi msemmija fil-paragrafu 5. Kull rifjut li jirrikonoxu l-garanzija ta' oriġini bħal prova, partikolarment għal raġunijiet ta' prevenzjoni ta' frodi, trid tkun ibbażata fuq kriterja oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja.

Fil-każ ta' rifjut li jirrikonoxxu l-garanzija ta' oriġini, l-Kummissjoni tista' tikkostrinġi lil parti li rrifjutat li tirrikonoxxija, partikolarment fir-rigward ta' kriterja oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatorja fuq liema rikonoxxximent bħal dan huwa bbażata.

Artikolu 6

Potenzali nazzjonali għal koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu analiżi tal-potenzal nazzjonali għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, inkluż mikro-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

2. L-analiżi għandha:

- tkun ibbażata fuq data xjentifika u dokumentata sew u tikkonforma mal-kriterja elenkata fl-Anness IV,

- tiddentifika il-potenzal kollu għal domandi ta' tisħin u tkessiħ utli, addattati għall-applikazzjoni ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, kif ukoll id-dispożizzjoni ta' karburanti u riżorsi ta' enerġija oħra li ser jiġu użati fil-koġenerazzjoni,

- tinkludi analiżi ta' l-ostakoli separati, li tista tipprevjeni r-realizazzjoni tal-potenzal nazzjonali tal-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja. Partikolarment, din l-analiżi għandha tikkonsidra l-ostakoli relatati mal-prezzijiet u spejjeż ta' u aċċess għal karburanti, ostakoli b'relazzjoni ma kwistjonijiet tas-sistema ta' grilja, ostakoli b'relazzjoni ma' proċeduri amministrattivi, u ostakoli li jirrelataw man-nuqqas ta' internalizazzjoni ta' spejjeż esterni fil-prezzijiet ta' l-enerġija.

3. L-Istati Membri għandhom għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-21 ta' Frar 2007 u minn dakinhar kull erbgħa snin, wara talba mill-Kummisjoni mill-inqas sitt xhur qabel il-ġurnata ta' l-egħluq, jevalwaw il-progress lejn it-tkabbir tas-sehem tal-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

Artikolu 7

Skemi ta' appoġġ

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li appoġġ għal koġenerazzjoni – unitajiet eżisteni u futuri – huwa bbażat fuq id-domanda għal sħana utli u tfaddil ta' enerġija primarja, fid-dawl ta' l-opportunitajiet għad-dispożizzjoni għat-tnaqqis fid-domanda ta' l-enerġija minn miżuri ekonomikament prattiċi jew ambjentalment vantaġġużi oħra bħal miżuri ta' effiċjenza ta' l-enerġija oħra.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-mekkaniżmi ta' appoġġ użati mill-Istati Membri skond liema l-produttur tal-koġenerazzjoni jirċievi, fuq il-bażi ta' regolamenti maħruġa minn awtoritajiet pubbliċi, appoġġ dirett jew indirett, li jista' jkollu l-effett li jirrestrinġi l-kummerċ.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra jekk dawk il-mekkaniżmi jikkontribwixxu għall-insegwiment ta' l-għanijiet iddikjarati fl-Artikoli 6 u 174(1) tat-Trattat.

3. Il-Kummissjoni għandha fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 11 tippreżenta analiżi dokumentata sew fuq l-esperjenza akkwistata bl-applikazzjoni u l-koeżistenza ta' mekkaniżmi ta' appoġġ differenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. Ir-rapport għandu jistima s-suċċess, inkluż effettiv, taħt il-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż, ta' sistemi ta' appoġġ fil-promozzjoni ta' l-użu ta' koġenerazzjoni ta'effiċjenza għolja skond il-potenzali nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6. Ir-rapport għandu jkun rivedut iktar f'liema l-iskemi ta' appoġġ ikkontribwew għall-kreazzjoni ta' kondizzjonijiet stabbli għall-investiment fil-koġenerazzjoni.

Artikolu 8

Is-Sistema ta' grilja ta' l-elettriċità u l-ħruġ ta' tariffi

1. Għall-fini li jiżguraw it-trasmissjoni u d-distribuzzjoni ta' l-elettriċità prodott minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1), (2) u (5) ta' Direttiva 2001/77/KE kif ukoll id-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2003/54/KE għandhom japplikaw.

2. Sakemm il-produttur tal-koġenerazzjoni huwa klijent eliġibbli skond il-leġislazzjoni nazzjonali fis-sens ta' l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2003/54/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jiżguraw li t-tariffi għax-xiri ta' l-elettriċità biex jkollha back-up jew top-up tal-ġenerazzjoni ta' l-elettriċità huma stabbiliti fuq il-bażi ta' tariffi u termini u kondizzjonijiet ippubblikati.

3. Bla ħsara għan-notifiki lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu partikolarment jiffaċilitaw l-aċċess għall-sistemi ta' grilja ta' l-elettriċità prodotti minn koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja minn unitajiet ta' skala żgħira u mikro koġenerazzjoni.

Artikolu 9

Proċeduri ta' amministrazzjoni

1. L-Istati Membri jew il-korpi kompetenti maħtura mill-Istati Membri għandhom jevalwaw il-kwadru regolamentarju u leġislattiv eżistenti fir-rigward ta' proċeduri ta' awtorizzazzjoni jew proċeduri oħra stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/54/KE, li huma applikabbli għal unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

Evalwazzjoni bħal din għandha tkun magħmula bl-intenzjoni li:

(a) tinkoraġixxi d-disinn ta' unitajiet ta' koġenerazzjoni biex jaqblu mad-domandi ekonomikament ġustifikabbli għal produzzjoni ta'sħana utli u biex tevita produzzjoni ta' iktar sħana minn sħana utli;

(b) tnaqqas l-ostakoli regolartorji u mhux regolatorji biex żieda fil-koġenerazzjoni;

(ċ) torganizza aħjar u tħaffef proċeduri fil-livell amministrattiv addattat; u

(d) tiżgura li r-regoli huma oġġettivi, trasparenti u mhux diskriminatorji, u tieħu qies kompletament tal-partikolaritajiet tat-teknoloġiji ta' koġenerazzjoni varji.

2. L-Istati Membri għandhom – fejn ikun addattat fil-kuntest tal-leġislazzjoni nazzjonali – jipprovdu indikazzjoni ta' l-istadju milħuq speċifikament fil-:

(a) kordinazzjoni bejn il-korpi amministrattivi differenti fir-rigward ta' skadenzi, riċeviment u trattament ta' l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet;

(b) it-tfassil ta' linji gwida possibbli għall-attivitajiet msemmija f' paragrafu 1, u l-prattikabbiltà ta' proċedura ta' pjannar veloċi għal produtturi ta' koġenerazzjoni; u

(ċ) in-nominazzjonita' awtoritajiet biex jaġixxu bħala medjaturi f'kontroversji bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet u applikanti għall-awtorizzazzjonijiet.

Artikolu 10

L-Istati Membri jirraportaw

1. L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard mill-21 ta' Frar 2006, jippubblikaw rapport bir-riżultati ta' l-analiżi u l-evalwazzjonijiet eżegwiti skond l-Artikoli 5(3), 6(1), 9(1) u 9(2).

2. L-Istati Membri għandhom mhux aktar tard mill-21 ta' Frar 2007 u minn dakinhar kull erbgħa snin, wara t-talba mill-Kummissjoni mill-inqas sitt xhur qabel id-data ta' l-egħluq, jippubblikaw rapport bir-riżultat ta' l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(3).

3. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, għall-ewwel darba qabel l-aħħar ta' Diċembru 2004 covering data għas-sena 2003, u minn dakinhar ta' kull sena, statistiċi dwar il-produzzjoni ta' elettriċità nazzjonali u ta' sħana minn koġenerazzjoni, skond il-metodoloġija esibita fl-Anness II.

Huma għandhom ukoll jissottomettu statistiċi annwali fuq kapaċitajiet u karburanti ta' koġenerazzjoni użati għal koġenerazzjoni. L-Istati Membri jistgħu ukoll jissottomettu statistiċi fuq it-tfaddil ta' enerġija primarja ottenuti bl-applikazzjoni tal-koġenerazzjoni, skond il-metodoloġija esibita fl-Anness III.

Artikolu 11

Rapportaġġ mill-Kummissjoni

1. Fuq il-bażi tar-rapporti sottomessi skond l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti lil Parlament Ewropew u l-Kunsill mhux iktar tard mill-21 ta' Frar 2008 u minn dakinhar kull erbgħa snin, rapport ta' progress fuq l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Partikolarment, ir-rapport għandu:

(a) jikkonsidra l-progress lejn l-irrealizzar tal-potenzali nazzjonali għal koġenerazzjoni ta' effiċjenzza għolja msemmija fl-Artikolu 6;

(b) jagħmel stima tal-punt li miegħu r-regoli u proċeduri li jiddefinixxu il-kwadru tal-kondizzjonijiet għal koġenerazzjoni fis-suq intern ta' l-enerġija huma stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterja oġġettiva, trasparenti u mhux diskriminatroja tieħu l-qies dovut tal-benefiċċj ital-koġenerazzjoni;

(ċ) jeżamina l-esperjenzi akkwistati bl-applikazzjoni u l-koeżistenza ta' mekkanniżmi ta' appoġġ għal koġenerazzjoni differenti;

(d) jirrevedi il-valur ta' referenza ta' effiċjenza għal produzzjoni separata fuq il-bażi ta' teknoloġiji kurrenti.

Jekk addattat, il-Kummissjoni għandha tissottometti mar-rapport proposti ulterjuri lill-Parlament Ewropew u lil Kunsill.

2. Meta tevlwa l-progress msemmi fil-paragrafu 1(a), il-Kummissjoni għandha tikkonsidra sa' liema miżura l-potenzali nazzjonali għal koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja, msemmija fl-Artikolu 6, ġew jew huma previsti li jiġu realizzati taking into accountant il-miżuri u l-kondizzjonijiet ta' l-Istati Membri, inklużi kondizzjonijiet klimatiċi, u l-impatti tas-suq intern ta' l-enerġija u l-implikazzjonijiet ta' inizjattivi oħra tal-Komunità bħad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema ta' konċessjoni għall-emissjonijiet ta' greenhouse gas negozjata ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE(19).

Jekk addattat, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti ulterjuri lill-Parlament Ewropew u lil Kunsill, notevolment timmira lejn l-istabbiliment ta' pjan ta' azzjoni għall-iżvilupp ta' koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja fil-Komunità.

3. Meta tevalwa l-iskop għall-armonizzazzjoni ulterjuri ta' metodi ta' kalkolazzjoni kif msemmija fl-Artikolu 4(1), l-Kummissjoni għandha tikkonsidra l-impatt tal-koeżistenza tal-kalkolazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 12, fl-Anness II u l-Anness III, fuq is-suq intern ta' l-enerġija kif ukoll tieħu qies ta' l-esperjenzi akkwistati mill-mekkaniżmi ta' appoġġ nazzjonali.

Jekk addattat, il-Kummissjoni għndha tisottometti proposti ulterjuri lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill immirati lejn l-armonizzazzjoni ulterjuri tal-metodi ta' kalkolazzjoni.

Artikolu 12

Kalkolazzjonijiet alternattivi

1. Sa l-aħħar ta' l-2010 u bla ħsara għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi oħra minn dak previst fl-Anness II(b) biex jnaqqsu l-produzzjoni ta' l-elettriċità possibbli li ma ġietx prodotta fil-proċess ta' koġenerazzjoni mill-figuri rapportati. Madankollu, għall-finijiet msemmija fl-Artikolu 5(1) u fl-Artikolu 10(3), il-kwantità ta' elettriċità minn koġenerazzjoni għandha tiġi determinata skond l-Anness II.

2. L-Istati Membri jistgħu jikalkolaw it-tfaddil ta' enerġija primarja mill-produzzjoni ta' sħana u elettriċità u enerġija mekkanika skond l-Anness III(c), mingħajr ma jużaw l-Anness II biex jeskludu l-partijiet ta' sħana u elettriċità mhux koġenerati ta' l-istess proċess. Produzzjoni bħal din tista' tiġi meqjusa bħala koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja bil-kondizzjoni li hi taderixxi mal-kriterja ta' effiċjenza fl-Anness III(a) u, għal unitajiet ta' koġenerazzjoni b'kapaċità elettrika ikbar minn, l-effiċjenza totali hija ‘il fuq minn 70 %. Madankollu, speċifikazzjoni tal-kwantità ta' elettriċità mill-koġenerazzjoni prodotta fi produzzjoni bħal din, għall-ħruġ ta' garanzija ta' oriġini u għal skopijiet statistiċi, għandhom ikunu determinati skond l-Anness II.

3. Sa l-aħħar a' l-2010, l-Istati Membri jistgħu, billi jużaw metodoloġiji alternattivi, jiddefinixxu koġenerazzjoni bħal koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja mingħjar ma' jivverifikaw li l-produzzjoni tal-koġenerazzjoni taderixxi ma' l-Anness III(a), jekk ikun pruvat fuq livell nazzjonali li l-produzzjoni ta' koġenerazzjoni ddentifikata b'metodoloġija ta' kalkolazzjoni alternattiva bħal din fuq medja taderixxi mal-kriterja fl-Anness III(a). Jekk garanzija ta' oriġini hija maħruġa għal produzzjoni bħal din mela l-effiċjenza tal-produzzjoni ta' koġenerazzjoni speċifikata fuq il-garanzija m'għandhix tkun iktar mill-limitu ta' valuri tal-kriterja fl-Anness III(a) kemm-il darba l-kalkolazzjonijiet skond l-Anness III jippruvaw mod ieħor. Madankollu, speċifikazzjoni tal-kwantità ta' elettriċità mill-koġenerazzjoni prodotta fi produzzjoni bħal din, għall-ħruġ ta' garanzija ta' oriġini u għal skopijiet statistiċi, għandha tkun determinata skond l-Anness II.

Artikolu 13

Reviżjoni

1. Il-limitu ta' valuri użati għall-kalkolazzjoni ta' elettriċità mill-koġenerazzjoni msemmija fl-Anness II(a) għandhom ikunu addottati għal progress tekniku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

2. Il-limitu ta' valuri għal kalkolazzjoni ta' effiċjenza tal-produzzjoni ta' koġenerazzjoni u tfaddil ta' enerġija primarja msemmija fl-Anness III(a) għandhom jkun addattati għal progress tekniku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

3. Il-linji gwida biex jistabilixxu l-proporzjon ta' enerġija elettrika u enerġija termali msemmija fl-Anness II(d) għandhom jkunu addattati għal progress tekniku skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2).

Artikolu 14

Proċedura tal-Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jkunu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu ta' żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta' proċedura.

Artikolu 15

Trasposizzjoni

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva mhux iktar tard mill-21 ta' Frar 2006. Huma għandhom minnufih jinfurmaw il-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, huma għandhom jkollhom fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jkunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhomn. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi li jagħmlu refernza bħal din.

Artikolu 16

Emendament għad-Direttiva 92/42/KEE

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud ma l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 92/42/KEE:

"— unitajiet ta' koġenerazzjoni kif definiti fid-Direttiva 2004/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar il-promozzjoni ta' koġenerazzjoni bbażata fuqid-domanda għal sħana utli fis-suq intern ta' l-enerġija(20)."

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 18

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, fil-11 ta' Frar 2004.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

P. Cox

F'isem il-Kunsill

Il-President

M. McDowell

[1] ĠU C 291 E, tas-26.11.02, p. 182.

[2] ĠU C 95, tat-23.04.03, p. 12.

[3] ĠU C 244, ta' l-10.10.03, p. 1.

[4] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Mejju 2003 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-8 ta' Settembru 2003 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2003 (għad mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[5] ĠU L 176, tal-15.07.03, p. 37.

[6] ĠU C 140 E, tat-13.06.02, p. 543.

[7] ĠU C 257, ta' l-10.10.96, p. 26.

[8] ĠU L 309, tas-27.11.01, p. 1.

[9] ĠU L 332, tat-28.12.00, p. 91.

[10] ĠU C 37, tat-03.02.01, p. 3.

[11] ĠU C 273 E, ta' l-14.11.03, p. 172.

[12] ĠU C 4, tat-08.01.98, p. 1.

[13] ĠU C 167, ta' l-01.06.98, p. 308.

[14] ĠU C 343, tal-05.12.01, p. 190.

[15] ĠU L 1, ta' l-04.01.03, p. 65.

[16] ĠU L 283, tas-27.10.01, p. 33.

[17] ĠU L 167, tat-22.6.1992, p. 17. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/68/KEE (ĠU L 220, tat-30.8.1993, p. 1).

[18] ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23.

[19] ĠU L 275, tal-25.10.03, p. 32.

[20] ĠU L 52, tal-21.02.04, p. 50.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

Teknoloġiji ta' koġenerazzjoni kopruti minn din id-Diretttiva

(a) Turbina tal-gass b'ċiklu kombint bl-irkupru tas-sħana

(b) Turbina tal-backpressure tal-fwar

(ċ) Turbina għall-estrazzjoni ta' fwar kondensat

(d) Turbina tal-gass bl-irkupru ta' sħana

(e) Magna tal-kombustjoni interna

(f) Mikroturbini

(g) Magni ta' l-istirling

(h) Ċelloli tal-karburant

(i) Magni tal-fwar

(j) Ċikli organiċi Rankine

(k) Kull tip ieħor ta' teknoloġija jew tagħqid tiegħu li jaqa' taħt id-definizzjoni stabbilità fl-Artikolu 3(a)

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

Kalkolazzjoni ta' elettriċità minn koġenerazzjoni

Il-valuri użat għal kalkolazzjoni ta' elettriċità minn koġenerazzjoni għandhom ikunu determinati fuq il-bażi ta' l-operat ta' l-unità mistenni jew jew attwali taħt kondizzjonijiet ta' l-użu normali. Għall-unitajiet ta' mikro-koġenerazzjoni l-kalkolazzjoni tista' tkun bbażata fuq valuri ċertifkati.

(a) Il-produzzjoni ta' l-elettriċità mill-koġenerazzjoni għandha tkun ikkonsidrata ugwali għall-produzzjoni ta' elettriċità annwali totali ta' l-unità mkejjla fl-iżbokk tal-ġeneraturi prinċipali;

(i) fil-koġenerazzjoni unitajiet ta' tip (b), (d), (e), (f), (g) u (h) msemmijia fl-Anness I, b'effiċjenza annwali totali stabbilità mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 75 %,u

(ii) fil-koġenerazzjoni unitajiet ta' tip (a) u (c) msemmija fl-Anness I b'effiċjenza annwali totali stabbilità mill-Istati Membri f'livell ta' mill-inqas 80 %.

(b) Fil-koġenerazzjoni unitajiet b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur msemmi fil-paragrafu (a)(i) (unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' tip (b), (d), (e), (f), (g), u (h) msemmija fl-Anness I) jew b'effiċjenza annwali totali taħt il-valur msemmi fil-paragrafu (a)(ii) (unitajiet ta' koġenerazzjoni ta' tip (a) u (c) msemmija fl-Anness I) koġenerazzjoni hija kkalokolata skond il-formula li ġejja:

E CHP = HCHP. C

fejn:

E CHP huwa l-ammont ta' elettriċità mill-koġenerazzjoni

C huwa l-proporzjon ta'enerġija elettrika għal enerġija termali

HCHP huwa l-ammont ta'sħana utlimill-koġenerazzjoni (kalkolat għal dan l-iskop bħala produzzjoni ta' sħana totali nieqes xi sħana prodotta f'tankijiet separati jew b'estrazzjoni ta' fwar ħaj minn ġeneraturi tal-fwar qabel it-turbina).

Il-kalkolazzjoni ta' l-elettriċità mill-koġenerazzjoni trid tkun bbażata fuq il-proporzjon attwali ta' enerġija elettrika għal enerġija termali. Jekk il-proporzjon attwali ta' enerġija elettrika għal enerġija termali ta' l-unità tal-koġenerazzjoni mhuwiex magħruf, il-valuri kontumaċja li ġejjin jistgħu jiġu użati, notevolment għal skopijiet statistiċi, għal unitajiet ta' tip (a), (b), (c), (d), u (e) msemmija fl-Anness I bil-kondizzjoni li l-elettriċità tal-koġenerazzjoni kkalkolat huwa inqas jew ugwali għal produzzjoni ta' elettriċità totali ta' l-unità:

Tip ta' unità | Il-proporzjon kontumaċja ta' enerġija elettrika għal enerġija termali, C |

Turbina tal-gass b'ċiklu kombint bl-irkupru tas-sħana | 0,95 |

Turbina tal-backpressure tal-fwar | 0,45 |

Turbina għall-estrazzjoni ta' fwar kondensat | 0,45 |

Turbina tal-gass bl-irkupru ta' sħana | 0,55 |

Magna tal-kombustjoni interna | 0,75 |

Jekk l-Istati Membri jintroduċu l-valuri kontumaċja għall-proporzjonijiet power to heat għall-unitajiet ta' tip (f), (g), (h), (i), (j) u (k) msemmija fl-Anness I, kontumaċja valuri bħal dawn għandhom jiġu ppubblikati u għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

(ċ) Jekk sehem tal-kontenut ta' l-enerġija tad-dħul tal-karburant għal proċess ta' koġenerazzjoni huwa rkuprat f'kimiċi u riċiklat dan is-sehem jista' jiġi mnaqqas mid-dħul ta' karburant qabel tiġi kkalkolata l-effiċjenza totali użat f'paragrafi (a) u (b).

(d) L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu l-proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali bħala l-proporzjon bejn elettriċità usħana utlimeta jaħdem fil-mod ta' koġenerazzjoni b' kapaċità iktar baxxa li jużaw pjan operazzjonali data ta' unità speċifika.

(e) Il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 14(2), tistabbilixxi linji gwida dettaljati għall-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' l-Anness II, inklużi d-determinazzjoni tal-proporzjon ta' enerġija elettrika għal enerġija termali.

(f) L-Istati Membri jistgħu jużaw perjodi ta' rapportaġġ oħra flok sena għal fini tal-kalkolazzjonijiet skond il-paragrafi (a) u (b).

--------------------------------------------------

L-ANNESS III

Metodoloġija biex tistabilixxi l-effiċjenza tal-proċess ta' koġenerazzjoni

Valuri użati għall-kalkolazzjoni ta' l-effiċjenza ta' koġenerazzjoni u tfaddil ta' enerġija primarja għandhom jiġu determinati fuq il-bażi ta' l-operat ta' l-unità mistenni jew attwali taħt kondizzjonijiet ta' l-użu normali.

(a) Koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja

Għall-fini ta' din id-Direttiva koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja għandha taderixxi mal-kriterja li ġejja:

- Produzzjoni ta' koġenerazzjoni prodotta minn unitajiet ta' koġenerazzjoni għandhom jipprovdu tfaddil ta' enerġija primarja kalkolati skond punt (b) ta' mill-inqas 10 % komparati mar-referenzi għal produzzjoni separata ta' sħana u elettriċità,

- produzzjoni minn unitajiet ta' skala żgħira u mikro koġenerazzjoni li jipprovdu tfaddil ta' enerġija primarja jistgħu jikkwalifikaw bħal koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja.

(b) Kalkolazzjoni ta'tfaddil ta' enerġija primarja

L-ammont ta' tfaddil ta' enerġija primarja provdut mill-produzzjoni ta' koġenerazzjoni definit skond l-Anness II għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-formula li ġejja:

+++++ TIFF +++++

Fejn:

PES hija tfaddil ta' enerġija primarja.

CHP Hη hija l-effiċjenza tas-sħana tal-produzzjoni tal-koġenerazzjoni definita bħala produzzjoni ta' sħana utli annwali diviża bid-dħul ta'karburant użat biex tipproduċi s-somma ta' produzzjoni ta' sħana u elettriċità mill-koġenerazzjoni.

Ref Hη huwa l-valur tar-referenza ta' l-effiċjenza għall-produzzjoni separata ta' sħana.

CHP Eη hija l-effiċjenza elettrika tal-produzzjoni ta' koġenerazzjoni definita bħala elettriċità annwali minn koġenerazzjoni diviż bid-dħul ta' karburant biex jipproduċi s-somma tal-produzzjoni ta' sħana utli u elettriċità minn koġenerazzjoni. Fejn unità ta' koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriċità annwali mill-koġenerazzjoni jista' jkun mkabbar b' element addizzjonali li jirrapreżenta l-ammont ta' elettriċità li huwa ekwivalenti għal dak ta' l-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhuwiex ser joħloq dritt għall-ħruġ ta' garanzija ta' oriġini skond l-Artikolu 5.

Ref Eη huwa l-valur ta' referenza ta' effiċjenza għal produzzjoni ta' elettriċità separata.

(ċ) Kalkolazzjonijiet tat-tfaddil ta' l-enerġija savings bl-użu ta' kalkolazzjoni alternattiva skond l-Artikolu 12(2)

Jekk it-tfaddil ta' enerġija primarja għall-proċess huma kkalkolati skond l-Artikolu 12(2) it-tfaddil ta' enerġija primarja għandhom jiġu kkalkolati using il-formula fil-paragrafu (b) ta' dan l-Anness li tbiddel:

"CHP Hη" ma "Hη" u

"CHP Eη" ma "Eη",

fejn:

Hη għandha tfisser l-effiċjenza tas-sħana tal-proċess, definita bħala l-produzzjoni ta' sħana annwali diviża bid-dħul ta' karburant użat biex tipproduċi s-somma ta' produzzjoni ta' sħana u produzzjoni ta' elettriċità.

Eη għandha tfisser l-effiċjenza ta' l-elettriċità tal-proċess, definit bħala l-produzzjoni ta' l-elettriċità annwali diviża bid-dħul tal-karburant użat biex jipproduċi s-somma tal-produzzjoni ta' sħana u produzzjoni ta' l-elettriċità. Billi l-unità ta' koġenerazzjoni tiġġenera enerġija mekkanika, l-elettriċità annwali mill-koġenerazzjoni jista' jiġi mkabbar b'element addizzjonali li jirrapreżenta l-ammont ta' elettriċità li huwa ekwivalenti għal dak ta' l-enerġija mekkanika. Dan l-element addizzjonali mhuwiex ser joħloq dritt għall-ħruġ ta'garanzija ta' oriġini skond l-Artikolu 5.

(d) L-Istati Membri jistgħu jużaw perjodi ta' rapportaġġ oħra flok sena għal fini tal-kalkolazzjonijiet skond il-paragrafi (b) u (c) ta' dan l-Anness.

(e) Għall-unitajiet tal-mikro-koġenerazzjoni l-kalkolazzjoni ta' tfaddil ta' enerġija primarja tista' tkun ibbażata fuq data ċċertifikata.

(f) Valuri ta' referenza ta' l-effiċjenza għall-produzzjoni ta' sħana separate

Il-prinċipji għad-definiment tal-valuri ta' referenza ta' l-effiċjenza għal produzzjoni separata ta' sħana u elettriċità msemmija fl-Artikolu 4(1) u fil-formula ddikjarata fil-paragrafu (b) ta' dan l-Anness għandhom jistabbilixxu l-effiċjenza ta' l-operat tal-produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriċità li l-koġenerazzjoni hija intiża li tissostitwixxi.

Il-valuri ta' referenza ta' l-effiċjenza għandhom jiġu kkalkolati skond il-prinċipji li ġejjin:

1. Għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni kif definiti fl-Artikolu 3, il-paragun mal-produzzjoni ta' elettriċità separata għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju li l-istess kategoriji ta' karburant huma paragunati.

2. Kull unità ta' koġenerazzjoni għandha tiġi paragunata mat-teknoloġija l-iktar li qiegħda għad-dispożizzjoni u ekonomikament ġustifikabbli għall-produzzjoni separata ta' sħana u elettriċità fuq is-suq fis-sena tal-kostruzzjoni ta' l-unità ta' koġenerazzjoni.

3. Il-valuri ta' referenza ta' l-effiċjenza għall-unitajiet ta' koġenerazzjoni ikbar minn 10 snin għandhom jiġu ffissati fuq il-valuri ta' referenza ta' unitajiet ta' 10 snin.

4. Il-valuri ta' referenza ta' l-effiċjenza għl produzzjoni ta' elettriċità separata u produzzjoni ta' sħana għandhom jirrifletu d-differenzi klimatiċi bejn l-Istati Membri.

--------------------------------------------------

L-ANNESS IV

Kriterja għall-analiżi tal-potenzali nazzjonali għal koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja

(a) L-analiżi tal-potenzali nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6 għandha tikkonsidra:

- it-tip ta' karburanti li x'aktarx ser jiġu użati biex jirrealizzaw il-potenzali tal-koġenerazzjoni, inklużi konsiderazzjonijiet fuq il-potenzal għaż-żieda fl-użu ta' egħjun t' enerġija li tiġġedded fis-swieq tas-sħana nazzjonali via koġenerazzjoni,

- it-tip ta' teknoloġiji ta' koġenerazzjoni kif elenkati fl-Anness I li x'aktarx ser jiġu użati biex jirrealizzaw il-potenzal nazzjonali,

- it-tip ta' produzzjoni separata tas-sħana u elettriċià jew, fejn prattikabbli, enerġija mekkanika li l-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja x'aktarx tissostitwixxi,

- diviżjoni tal-potenzal f'immodernzzar tal-kapaċità eżistenti u l-kostruzzjoni ta' kapaċità ġdida.

(b) L-analiżi għandha tinkludi mekkaniżmi addattati biex jagħmlu stima tal-effettiv, taħt il-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż skond it-tfaddil ta' enerġija primarja – li żżid is-sehem tal-koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja fit-taħlita ta' l-enerġija nazzjonali. L-analiżi tal-effettiv, taħt il-profil ta' ġestjoni u ta' spejjeż għandha tieħu qies ukoll ta' l-impenji nazzjonali aċċettati fil-kuntest ta' l-impenji tal-kambjament tal-klima aċċettati mill-Komunità skond il-Protokoll ta' Kyoto għal Kwadru tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kambjament fil-Klima.

(ċ) L-analiżi tal-potenzal tal-koġenerazzjoni nazzjonali għandha tispeċifika il-potenzali b'relazzjoni ma' l-ispazji ta' żmien 2010, 2015 u 2020 u tinkludi, fejn possibbli, stimi ta' spejjeż addattati għal kull spazju ta' żmien.

--------------------------------------------------

Top