EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0001

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

OJ L 1, 4.1.2003, p. 1–25 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Estonian: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Latvian: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Lithuanian: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Hungarian Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Maltese: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Polish: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Slovak: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Slovene: Chapter 08 Volume 002 P. 205 - 229
Special edition in Bulgarian: Chapter 08 Volume 001 P. 167 - 191
Special edition in Romanian: Chapter 08 Volume 001 P. 167 - 191
Special edition in Croatian: Chapter 08 Volume 001 P. 165 - 189

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1/oj

32003R0001



Official Journal L 001 , 04/01/2003 P. 0001 - 0025


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003

tas-16 ta'Diċembru 2002

fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [3],

Billi:

(1) Sabiex jistabbilixxi sistema li tiżgura li l-kompetizzjoni fis-suq komuni ma tiġix distorta, l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat irridu jiġu applikati effetivament u b’mod uniformi fil-Komunità. Regolament tal-Kunsill Nru 17 tas-6 Frar 1962, L-ewwel Regolament li jimplimenta l-Artikolu 81 u 82 [4] tat-Trattat [5], iħalli l-Komunità tiżviluppa politika tal-kompetizzjoni li tgħin fit-tixrid ta’ kultura ta’ kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità. Fid-dawl tal-esperienża, madankollu, dak ir-Regolament irrid jiġi issa mibdul b’leġiżlazzjoni desinjata li tilħaq ir-rikuża ta’ suq integrat u t-tkabbir tal-Komunità fil-futur.

(2) B’mod partikolari, għandu jerġa jinħaseb l-arranġament għall-applikazzjoni ta’ l-estenzjoni tal-projbizzjoni fuq ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, stabbiliti mil-Artikolu 81(3) tat-Trattat. Taħt l-Artikolu 83(2)(b) tat-Trattat, każ irrid jingħata f’dan ir-rigward għall-bżonn li tiżgura solveljanza effettiva, min naħa, u s-simplifikazzjoni ta’ l-amministrazzjoni mil-iktar possibli, min naħa l-oħra.

(3) L-iskema ċentralizzata mwaqqfa mir-Regolament Nru 17 ma għadhiex tiżgura bilanċ bejn dawk iż-żewġ għanijiet. Dan ifixkel l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità mill-qrati u mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, u s-sistema ta’ notifikazzjoni involuta ma tħallix lill-Kummissjoni milli tikkonċentra r-riżorsi tagħha biex twaqqaf il-ksur ta’ obligi serji. Din ukoll timponi spejjeż konsiderevoli lill-impriżi.

(4) Is-sistema tal-preżent għandha għalhekk tiġi mibdula mill-applikazzjoni ta’ sistema ta’eċċezzjonijiet hija direttament applikabbli li permezz tagħhom l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati ta’ l-Istati Membri ikollhom is-saħħa li japplikaw mhux biss l-Artikolu 81(1) u l-Artikolu 82 tat-Trattat, li huma direttament applikabble bis-saħħa tal-liġijiet ta’ preċedent tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, imma ukoll l-Artikolu 81(3) tat-Trattat.

(5) Sabiex jiżgura l-infurzar effetiv tal-liġijiet kompettitivi tal-Komunità u biex fl-istess ħin tirrispetta d-dritt fundamentali tad-difiża, dan ir-Regolament għandu jirregola l-piż tal-provi taħt l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat. Għandhom jkunu l-awtoritajiet li jallegaw ksur ta’ l-Artikolu 81(1) u l-Artikolu 82 tat-Trattat li jipprovaw l-eżistenza tal-istandard legali meħtieġ. Għandhom jkunu l-impriżi jew assoċjazzjoni tal-impriża li jinvokaw l-benefiċju tad-difiża kontra s-sejba ta’ ksur li jiddemonsrta l-istandard legali meħtieġ bex jissoddisfaw il-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ difiża bħal din. Dan ir-Regolament ma jaffetwax l-liġijiet nazzjonali fuq l-istandard tal-provi u lanqas l-oblikazzjonijiet ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u qrati tal-Istati Membri biex jaċċertaw l-fatti relevanti tal-każ, iżda dawn il-liġijiet u obligazzjonijiet huma kumpattibli mal-prinċipji ġenerali tal-liġijiet tal-Komunità.

(6) Sabiex jiżgura li l-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunitàà huma applikati b’mod effettiv, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom ikun assoċjati aktar mil-qrib ma l-applikazzjoni tagħhom. Għal dan il-għan, għandhom is-saħħa li japplikaw il-liġijiet tal-Komunità.

(7) Qrati nazzjonali għandhom parti essenżjali x’jilgħabu fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompettitività tal-Komunità. Meta qed tiġi deċiża kwistjoni bejn żewġt individwi, dawn għandhom jipproteġu d-drittijiet suġġettivi taħt il-liġi tal-Komunità, per eżempju l-għotija tad-danni lil vittma ta’ xi ksur. Ir-rwol tal-qrait nazzjonali hawnhekk għandu jikkomplimenta dak ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri. Dawn għalhekk għandhom jitħallew fis-sħiħ li japplikaw l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat.

(8) Sabiex jiżgura l-infurzar effetiv tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità u il-funżjoni propja tal-mekkaniżmi tal-koperazzjoni li jinsabu fir-Regolament, huwa neċċessarju l-obligu ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri li huma ukoll japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat billi huma japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompettitività lil ftehim u prattiki li jistgħu jaffetwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Sabiex jiġu kreati kondizzjonijet ugwali għal ftehim, deċiżjonijiet permezz ta’ assoċjazzjoni ta’ impriża u prattiċi miftiehma fi ħdan is-suq intern, huwa ukoll neċċessarju li jistabilixxi skond l-Artikolu 83(2)(e) tat-Trattat ir-relazzjoni bejn il-liġijiet nazzjonali u l-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità. Sabiex dan iseħħ huwa neċessarju li l-ligijiet nazzjonali tal-kompettività provduti jiġu applikati għal ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma fi ħdan s-sens ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat ma għandhomx iwasslu għall-projbizzjoni ta’ dan il-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma sa kemm mhux projbiti taħt il-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità. Dawn in-nozzjonijiet ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma huma kunċetti awtonomi għall-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità li jkopru l-koordinazzjoni ta’ l-imġieba tal-impriża fis-suq bħalma huma nterpretati mil-Qrati tal-Komunità. L-Istati Membri ma għandhomx taħt dan ir-Regolament jiġu mwaqqfa milli jaddottaw u japplikaw fuq it-territorju tagħhom liġijiet nazzjonali ħarxa aktar li jipprojbixxu jew jimponu sanzjonijiet fuq kondotta unilaterali ingaġġati mil-impriża. Dawn il-liġijiet nazzjonali ktar stretti jistgħu jinkludu disposizzjonijiet li jipprojbixxu u jimponu sanzjonijiet fuq imġieba abusiva lejn l-imprizi li huma ekonomikament dipendenti. Aktar min hekk dan ir-Regolament ma japplikax għal dawk il-liġijiet nazzjonali li jimponu sanzjonijiet kriminali fuq il-persuna naturali b’eċċezjoni li dawn is-sanzjonijiet huma l-mezz li bihom jiġu applikati il-liġijiet tal-kompetizzjoni għall-impriża u jiġu infurzati.

(9) L-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat għandhom bħala għan il-protezzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq. Dan ir-Regolament, li ġie adottat għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-disposizzjonijiet tat-Trattat, dan ma jipprekludix l-Istati Membri li jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tat-territorju nazzjonali, li jipproteġi interessi leġittimi oħra li jipprovdu leġislazzjoni kumpattibli b’ prinċipji ġenerali u disposizzjonijiet oħrajn tal-liġi tal-Komunità. Sa kemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali ssegwi b’mod predominanti għan differenti min dik tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri jistgħu japplikaw din il-leġiżlazzjoni fit-territorju tagħhom. B’ hekk, l-Istati Membri jistgħu taħt dan ir-Regolament jimplimentaw fuq it-territorju tagħhom leġiżlazzjoni li tipprojbixxi jew timponi sanzjonijiet fuq atti fejn hemm prattiċi ta’ kummerċ inġusti kemm jekk ikunu unilatterali u sew jekk ikunu appalti. Leġiżlazzjoni bħal din issegwi għan speċifiku, irrespetivament tal-effetti attwali jew presunti ta’ atti bħal dawn fuq il-kompetizzjoni fis-suq. Dan huwa b’mod partikolari il-każ meta leġiżlazzjoni li tipprojbixxi l-impriża milli timponi fuq l-imsieħba tan-negozju, tikseb jew tipprova tikseb minnhom termini u kondizzjonijiet li huma nġustifikati, disproporzzjonati u mingħajr konsiderazzjoni.

(10) Regolamenti bħal 19/65/KEE [6], (KEE) Nru 2821/71 [7], (KEE) Nru 3976/87 [8], (KEE) Nru 1534/91 [9], jew (KEE) Nru 479/92 [10] jagħtu saħħa lill-Kommisjoni li tapplika l-Artikolu 81(3) tat-Trattat bir-Regolament ta’ ċertu kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet ta’ impriża u prattiċi miftiehma. F’żoni definiti min Regolamenti bħal dawn, il-Kumissjoni adottat u tista’ tkompli tadotta dik li tissejjaħ Regolament ta’ eżenzjoni ta’ "blokk ġenerali" li bihom tiddikjara l-Artikolu 81(1) tat-Trattat inapplikabli għall-kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma. Meta ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li magħhom Regolamenti bħal dawn jiġu applikati għandhom mhux anqas l-effetti li huma inkompattibli ma l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, il-Kumissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri għandhom ikollhom is-saħħa li jirtiraw f’każ partikolari il-benefiċċju tar-Regolament ta’ eżenzjoni ġenerali.

(11) Biex tiżgura li d-disposizzjonijiet tat-Trattat huma applikati, il-Kumissjoni għandha tkun kapaċi tindirizza deċiżjonijiet għall-impriża jew assoċjazzjoni ta’ impriża għall-għan li ġġib waqfa tal-ksur ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat. B’prevista li jkun hemm interess leġittimu billi issir hekk, il-Kumissjoni għandha tkun kapaċi li tadotta deċiżjonijiet li jsibu li l-ksur sar fil-passat anki jekk din ma timponix multa. Dan ir-Regolament ukoll jagħmel disposizzjoni espliċità għall-qawwa li l-Kummissjoni għandha meta qed tadotta deċiżjonijiet li jordnaw miżuri temporanji, li ġew rikonnoxxuti mil-Qorti tal-Ġustizzja.

(12) Dan ir-Regolament għandu jagħmel disposizzjoni espliċità għall-qawwa tal-Kummissjoni li timponi xi rimedju, sew jekk ikun komportamentali u sew jekk ikun strutturali, dan hu neċċessarju biex iġib fit-tmiem dan il-ksur b’mod effettiv, wara li kkunsidraw il-prinċipju proporzzjonali. Rimedji strutturali għandhom ikunu imposti biss meta jew ma jkunx hemm rimedju komportamentali li hu ugwalment effettiv jew jekk ir-rimedju komportamentali meqjus bħala ugwalment effettiv ikun ta’ piż fuq l-impriża kunċernata min rimedju strutturali. Bidla fl-istrattura tal-impriża kif eżistiet qabel ma sar il-ksur ikun biss proporzjonali fejn hemm riskju sustanzjali ta’ ksur fit-tul jew ripetttituttiv li jkun derivat mil-propju struttura tal-impriża.

(13) Fejn, fil-kors tal-proċeduri li jistgħu iwasslu għal ftehim jew il-projbiżjoni ta’ prattiċi, l-impriża toffri l-irbit tal-Kummissjoni bħal meta trid tilħaq il-kunċerni tagħha, il-kummissjoni għandha tkun kapaċi tadotta deċiżjonijiet li jagħmlu dawk ir-rabtiet vinkolanti fuq l-impriża kunċernata. Deċiżjoni ta’rabta għandha ssib li ma għadx fadal raġunijiet għal azzjoni mil-Kummissjoni mingħajr ma tikkonkludi jekk kienx hemm jew għadx hemm xi ksur. Deċiżjoni ta’ rabta huma mingħajr preġudizzju għall-qawwa ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri li jagħmlu sejba bħal din u jieħdu deċiżjoni fuq il-każ. Deċiżjoni ta’ rabta ma tkunx xieraqa f’każi fejn il-Kummissjoni qed taħseb li timponi multa.

(14) F’każi eċċenzjonali fejn hu obbligu minħabba l-interess tal-pubbliku tal-Kommunità, jista jkun spedjenti għall-Kummissjoni li tadotta deċiżjoni ta’ natura deklarattiva issib li l-projbizzjoni fl-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat ma japplikax, b’skop li l-liġi tiġi klarifikata u tiġi applikata b’mod konsistenti fi ħdan il-Komunità, b’mod partikolari b’rigward tipi ġodda ta’ ftehim u prattiċi li ma ġewx irraġanti b’liġijiet u prattiċi amministrattivi eżistenti.

(15) Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom jifformaw network ta’ awtoritajiet publiċi flimkien fejn japplikaw liġijiet tal-kompettizzjoni tal-Komunità f’koperazzjoni. Għal dak il-għan huwa neċċessarju li arranġamenti huma mqeda għall-informazzjoni u konsultazzjoni. Aktar modalitajiet għall-koperazzjoni bejn in-networks ħa jiġu stabbiliti u revisti mil-kummissjoni, f’koperazzjoni mal-Istati Membri.

(16) Minkejja xi disposizzjonijiet nazzjonali għal kontrarju, l-iskambju ta’ l-informazzjoni u l-użu ta din l-informazzjoni bħala evidenza għandu jiġi permess bejn il-membri ta’ dawn in-networks anki jekk l-informazzjoni hija kunfidenżjali. Din l-informazzjoni tista tiġi użata għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat kif ukoll għall-applikazzjoni parallela tal-liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, iżda din l-applikazzjoni ta’ l-aħħar tirrelata għall-istess każ u ma twassalx għall-istess riżultat. Meta l-infromazzjoni skambjata tiġi użata mil-awtorità riċevitriċi biex timponi sanzjonijiet fuq l-impriża, ma għandu jkun hemm l-ebda limitu fuq l-użu ta’ l-informazzjoni ħlief l-obligu li jintuża għall-iskopijiet li għalihom ġiet migbura minkejja għall-fatt li s-sanzjonijiet imposti fuq l-impriża huma kollha ta’ l-istess tip f’kull sistema. Id-dritt għad-difiża li minnhu tgawdi l-impriża f’diversi sistemi jistgħu jiġu kunsidrati bħala suffiċentament ekwivalenti. Madankollu, b’rigward persuna naturali, dawn jistgħu ikun suġġetti għal ammont sostanżjali ta’ tipi differenti ta’ sanzjonijiet tul sistemi varji. Fejn dan hu l-każ, ikun neċċessarju li tiżgura l-infromazzjoni tkun tista tintuża biss jekk tkun miġbura b’mod li jirripetta l-istess livell ta’ proteżjoni tad-drittijiet tad-difiża ta’ persuni naturali kif prevista taħt il-liġijiet nazzjonali ta’ l-awtorità riċevitriċi.

(17) Jekk il-liġijiet tal-kompetizzjoni huma applikati b’mod konsistenti u, fl-istess ħin, in-networks huma ħa jkunu maniġjati fl-aqwa mod possibli, huwa essenzali li tinżam ir-regola li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jitilfu awtomatikament il-kompetenzi tagħhom jekk il-Kummissjoni tibda il-proċeduri propji tagħha. Fejn l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru qed jagixxi diġa fuq każ u l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tibda l-proċeduri, hi għandha tagħmel hekk mil aktar fis possibli. Qabel ma tibda l-proċeduri, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lil awtoritajiet nazzjonali konċernati.

(18) Biex ikun żgur li l-każijiet huma negozjati mil-awtoritajiet l-aktar xierqa fi ħdan in-network, disposizzjoni ġenerali trid tiġi stabbilita Sabiex tħalli l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tissuspendi jew tagħlaq każ bl-argument li awtorità oħra qed jinnegozjaw jew diġa negozjaw magħha, l-għan hu li kull każ għandu jkun negozjat min awtorità waħda. Din id-disposizzjoni għandha tippreveni li l-Kummissjoni tirriġetta l-ilment minħabba nuqqas ta’ interess mil-Komunità, bħalma għarfet li tista tagħmel bil-liġi tal-preċedent tal-Qorti tal-Ġustizzja, anki jekk l-ebda awtorità tal-Kompetizzjoni ma tindika l-intenżjoni li tinnegozja l-każ.

(19) Il-Kumitat Konsultattiv fuq Prattiċi Restrittivi u Posizzjonijiet Dominanti mqiegħed min Regolament Nru 17 jiffunżjona b’mod sodisfaċenti ħafna. Dan ikun jaħdem aħjar fis-sistema ta’ applikazzjoni deċentralizzata. Hu neċessarju, għallura, li tibni fuq il-liġijiet stabbiliti min Regolament Nru 17, filwaqt li ttejjeb l-effettività tal-arranġamenti tal-organizzazzjonijiet. Għal dan il-għan, ikun spedjenti li l-opinjonijiet jitħallew jitwasslu permez ta’ proċedura bil-miktub. Il-Kumitat Konsultativ għandu jkun kapaċi li jaġixxi ta’ forum għad-diskussjonijiet tal-każijiet li qegħdin jiġu trattati mil-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, Sabiex tgħin fis-salvagwadja tal-konsistenza ta’ l-applikazzjonijiet tal-liġijiet tal-Kompetizzjoni tal-Komunità.

(20) Il-Kumitat Konsultattiv għandu jkun magħmul min rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri. Għall-lagħqat li fihom materji ġenerali qed jiġu diskussi, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jaħtru rappreżentanti addizzjonali. Dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għal membri tal-Kumitat li huma assistiti min esperti oħra mil-Istati Membri.

(21) Konsistenza fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tirrikjedi ukoll li l-arranġamenti jkunu satbbiliti għal koperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri u l-Kummissjoni. Dan hu rilevanti għal qrati kollha ta’ l-Istati Membri li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, sew jekk dawn il-liġijiet qed jiġu applikati għal libeli bejn partijiet privati, jagixxi bħala infurzatur publiku jew bħala reviżjoni tal-qrati. B’mod partikolari, qrati nazzjonali għandhom ikunu kapaċi li jistaqsu għall-informazzjoni lill-Kummissjoni jew għall-opinjoni fuq il-punti konċernati tal-applikazzjoni tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub jew oralment lill-qrati msejjħa biex japplikaw l-Artikolu 81 u l-Artikolu 82 tat-Trattat. Dawn l-osservazzjonjiet għandhom ikunu sottomessi fi ħdan struttura ta’ regoli u prattiċi ta’proċedura nazzjonali ikluż dawk li jissalvagwadjaw id-drittijiet ta’ partijiet. Passi għandhom għalhekk jiġu meħuda biex jiżguraw li l-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri huma informati tajjeb mil-proċeduri quddiem qrati nazzjonali.

(22) Sabiex tiżgura qbil mal-prinċipji ċerti legali u l-applikazzjoni uniformi tal-liġijiet tal-kompettività tal-Kommunità f’sistema ta poteri paralleli, deċizzjonijiet li huma f’kunflit għandhom jiġu evitati. Huwa għalhekk neċessarju li jiġi klarifikat, skond il-liġi tal-preċedent tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-effetti tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u l-proċeduri tal-qrati u l-awtoritajiet tal-Istati Membri. Deċiżjonijiet ta’ irbit adottati mil-Kummissjoni ma jaffetwax is-saħħa tal-qrati u l-awtoritajiet ta’ Stati Membri li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

(23) Il-Kummissjoni għandha jkollha is-saħħa madwar il-Komunità li tirrekwiżixxi l-informazzjoni li tiġi mogħtija kif neċċessarju biex tiskopri xi ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma projbiti mil-Artikolu 81 tat-Trattat jew xi abbuż ta’ posizzjonijiet dominanti projbiti mil-Artikolu 82 tat-Trattat. Meta qed taqbel ma deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-impriża ma tistax tiġi infurżata li tammetti sar xi ksur, imma huma obligati li jwieġbu għad-domandi b’mod fattwali u jipprovdu dokumenti, anki jekk din l-infromazzjoni tista tiġi użata biex jiġi stabbilit kontrijhom jew kontra xi impriża oħra l-eżistenza ta’ xi ksur.

(24) Il-Kummissjoni għandha jkollha s-saħħa li tinspezzjona kif hemm bżonn u tiskopri xi ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma projbiti mil-Artikolu 81 tat-Trattat jew xi abbuż ta’ posizzjoni dominanti projbiti mil-Artikolu 82 tat-Trattat. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom jikkoperaw b’mod attiv fl-eserċitazzjoni ta’ dawn il-poteri.

(25) L-skoperta ta’ ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni qed tiġi aktar diffiċli, u, Sabiex il-kompetizzjoni tiġi protteta b’mod effettiv, il-poteri investigattivi tal-Kummissjoni jridu jiġu supplimentati. Il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari jkollha s-setgħa li tintervista kwalunkwe persuna li tista tkun f’pussess ta’ xi informazzjoni utli u li tirrekordja xi stqarrijiet li saru. Tul xi spezzjoni, uffiċjali awtorizzati mil-Kummissjoni għandhom ikollhom is-setgħa li jwaħħlu siġilli għal perjodu ta’ żmien neċessarju għall-ispezzjoni. Siġilli normalment ma għandhomx jiġu mwaħħla għal aktar min 72 siegħa. Uffiċjali awtorizzati mil-Kummissjoni għandhom ikollhom is-setgħa li jistaqsu għal kwalunkwe informazzjoni rilvanti għas-suġġett u r-raġuni tal-ispezzjoni.

(26) L-esperjenza turi li hemm każijiet fejn rekords tal-kummerċ huma miżmuma d-dar tad-diretturi jew xi nies oħra li jaħdmu għal din l-impriża. Sabiex tissalvagwardja l-effettività tal-ispezzjonijiet, għallura, uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mil-Kummissjoni għandu jkollhom is-setgħa li jidħlu f’kwalunkwe siti fejn ir-rekords tal-kummerċ jistgħu ikunu qed jinżammu, inkluż djar privati. Madankollu, l-eserċitazzjoni ta’ dawn il-poteri għandhom ikunu suġġet għal awtorizzazzjoni ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji.

(27) Mingħajr preġudizzju għal liġijiet tal-preċedent tal-Qorti tal-Ġustizzja, huwabżonjuż li wieħed iqiegħed l-iskop tal-kontrol li l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ tagħmel meta tawtorizza, kif innhu previst mil-liġijiet nazzjonali inkluz il-miżuri prekawzjonarji, assistenza mil-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġijiet Sabiex tintrebaħ kwalunkwe opposizzjoni min naħa tal-impriża jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni li sseħħ spezzjoni f’siti mhux użati għall-kummerċ. Ir-riżultat mil-liġijiet tal-preċedent li l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ tistaqsi b’mod partikolari lill-Kummissjoni għal aktar informazzjoni li għandha bżonn biex twassal il-kontrol tagħha u l-assenza tagħha tista’ ttirrefjuta l-awtorizzazzjoni. Il-liġi tal-preċedent tikkonferma ukoll il-kompetenzi tal-qrati nazzjonali biex tikkontrolla l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali li jirregolaw l-implimentazzjoni ta’miżuri ta’ sfurzar.

(28) Sabiex tgħin lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat effettivament, ikun espedjenti li jkunu jistgħu jassistu lil xulxin billi jagħmlu spezzjonijiet u miżuri oħra li jgħinu fit-tfittxija tal-fatti.

(29) Qbil ma l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat u aderazzjoni ta’ obligi imposti fuq l-impriża u assoċjazzjonijiet tal-impriża taħt dawn ir-Regolament għandu jkun infurzat permezz ta’ multi u perjodu ta’ pagamenti ta’ pieni. Għal dak il-għan, livelli xierqa ta’ multi għandhom ikunu stabbiliti għal ksur tar-regoli tal-proċedura.

(30) Sabiex jiżgura li r-rikoveru effettiv ta’ multi imposti fuq assoċjazzjonijiet tal-impriża minħabba xi ksur li sar, huwa neċessarju li ssiru kondizzjonijiet li fuqhom il-Kummissjoni tkun tista tirrikjedi pagamenti ta multi mil-membri ta’ l-assoċjazzjoni meta l-assoċjazzjoni ma tkunx solventi. Billi jsir hekk, il-Kummissjoni għandha ikollha l-akbar rigward għal kobor relattiv tal-impriża ta’ l-assoċjazzjoni u b’mod partikolari għas-sitwazzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju. Pagamenti ta’ dawn il-multi min wieħed jew ħafna min dawn il-membri ta’ l-assoċjazzjoni jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-liġijiet nazzjonali li jipprovdu għar-rikovru ta’ l-ammont imħallas mil-membri l-oħra ta’ l-assoċjazzjoni.

(31) Ir-regoli fuq il-perijodu ta’ limitazzjoni fuq l-imposizzjoni ta’ l-pagamenti ġew.stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2988/74 [11], li tikkonċerna ukoll fuq pieni fl-oqsma tat-Trasport. F’sistema ta’ poteri paralleli, l-atti, li jistgħu jinterompu il-perjodu tal-limitazzjoni, għandhom jinkludu passi ta’ proċeduri li huma meħudin indipendentament mil-awtorità tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri. Biex tikklarifika l-istruttura legali, Regolament (KEE) Nru 2988/74 għandu jkun emendat biex ma jitħalliex jiġi applikat għall-materji kopruti f’dan ir-Regolament, u dan ir-Regolament għandu jinkludi disposizzjonijiet fuq il-perjodu ta’ limitazzjoni.

(32) L-impriżi konċernati għandhom jiġu mogħtija d-dritt li jidrhu quddiem il-Kummissjoni, it-Terzi pesuni li l-interssi tagħhom jistgħu jiġu affetwati mid-deċiżjoni għandhom jingħataw l-opportunità li jissottometu l-osservazzjonijiet tagħhom qabel iż-żmien, u d-deċiżjonijiet meħuda għandhom jiġu publiċizzati. Filwaqt li tiżgura d-dritt għad-difiża tal-impriża konċernata, b’mod partikolari, id-dritt ta’ aċċess għal-file, huwa essenzali li s-siġrieti tal-kummerċ jiġu protetti. L-informazzjoni konfidenzali skambjata fin-networks għandhom jiġu salvagwardjati ukoll.

(33) Minħabba li d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolamenton huma suġġetti għal reviżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja bi qbil mat-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, bi qbil ma l-Artikolu 229 tiegħu jiġi mogħti ġurisdizjoni bla limiti b’rispett għad-deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni timponi multi u perjodu ta’ pagamenti tal-pieni.

(34) Il-priċipji stabbiliti mil-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, kif ġew applikati min Regolament Nru 17, ingħataw rwol ċentrali lill-korpi tal-Komunità. Dan ir-rwol ċentrali għandu jinżamm, waqt li l-Istati Membri jassoċjaw ruħhom aktar mil-viċin mal-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità. Bi qbil mal-priċipji tas-susidji u l-proporzjonalità kif stipulata mil-Artikolu 5 tat-Trattat, dan ir-Regolament ma jmurx l’hinn min dak li hu neċessarju sabiex tilħaq il-għan, li hu li tħalli ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità li jiġu applikati b’mod effettiv.

(35) Sabiex jintlaħaq l-infurzar propju tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità, L-Istati Membri għandhom jinominaw u jagħtu poteri lil awtoritajiet li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat bħala infurzar publiku. Huma għandhom ikunu kapaċi li jinominaw l-amministrazzjoni kif ukoll l-awtorità ġudizzjarja għandhom jagħmlu l-funzjonijiet varji mogħtija lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni f’dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jagħraf il-varjazzjoni vasta li teżisti fis-sistemi ta’ infurzar publiċu tal-Istati Membri. L-effetti ta’ l-Artikolu 11(6) ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għall-awtoritajiet tal-kompetizzjoni kollha. Bħala eċċezzjoni ta’ din ir-regola ġenerali, fejn l-awtorità tal-prosekuzzjoni ġġib każ quddiem awtorità ġudizzjarja separata, l-Artikolu 11(6) għandu japplika lil awtorita tal-prosekuzzjoni suġġett għal kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 35(4) ta’ dan ir-Regolament. Fejn dawn il-kondizzjonijiet mhux qed jiġu aderuti, ir-regola ġenerali għandha tapplika. F’kwalunkwe każ, l-Artikolu 11(6) ma għandux japplika għal qrati sakemm qed jaġixxu bħala qrati ta’ reviżjoni.

(36) Bħalma jagħmel ċar il-il-liġi tal-preċedent li r-regoli tal-kompetizzjoni li japplikaw għat-trasport, dan is-settur għandu jkun magħmul suġġett għad-disposizzjonijiet proċedurali ta’ dan ir-Regolament. Regolament tal-Kunsill Nru 141 ta’ 26 Novembru 1962 li jeżenti t-trasport mil-applikazzjoni ta’ Regolament Nru 17 [12] għandu għalhekk jiġi mħassar u Regolamenti (KEE) Nru 1017/68 [13], (KEE) Nru 4056/86 [14] u (KEE) Nru 3975/87 [15] dawn għandhom jiġu emendati biex inneħħu d-disposizzjonijiet speċifiċi proċedurali li jkunu jinsabu fihom.

(37) Dan ir-Regolament jirrispetta id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji magħrufin b’mod partikolari mil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. B’ hekk, dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat b’rispett ghal dawk id-drittijiet u il-prinċipji.

(38) Ċertezza legali għall-impriża taħdem taħt ir-regoli tal-kompetiizzjoni tal-Komunità tikkontribwixxi għal promozzjoni ta’ l-innovazzjoni u l-investiment. Fejn il-każijiet jagħtu bidu għal inċertezza ġenwina għax jippreżentaw domandi ġodda jew mhux risolti għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli, impriżi individwali jistgħu jekk hekk jixtiequ iffittxu gwida infromali mil-Kummissjoni. Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-abiltà tal-Kummissjoni li twassal din il-gwida informali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

PRINĊIPJI

Artikolu 1

Applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat

1. Ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma maqbudin mil-Artikolu 81(1) tat-Trattat li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat ħa jiġu pprojbiti, l-ebda deċiżjoni għal dan l-effett mhux bżjonjuża.

2. Ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma maqbudin mil-Artikolu 81(1) tat-Trattat li ma jissodisfax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat ħa jiġu pprojbiti, l-ebda deċiżjoni għal dan l-effett mhux bżjonjuża.

3. L-abbuż tal-posizzjoni dominanti riferuta fl-Artikolu 82 tat-Trattat ħa jiġi pprjobit, l-ebda deċiżjoni għal dan l-effett ma hi bżonjuża min qabel.

Artikolu 2

L-oneru tal-Prova

F’kwalunkwe proċedura nazzjonali jew tal-Komunità għal-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, il-piż tal-prova ta’ ksur ta’ l-Artikolu 81(1) jew ta’ l-Artikolu 82 tat-Trattat ħa jpoġġi fuq il-parti jew l-awtorità li qed tallega xi ksur. L-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li tapplika għall-benefiċċji ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat ħa jġorr il-piż tal-prova li il-kondizzjonijiet ta’ dak il-paragrafu huma mwettqa.

Artikolu 3

Ir-Relazzjoni bejn l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat u liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni

1. Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri u qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet tal-impriża jew prattiċi miftiehma fis-sens ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens ta’ din id-disposizzjoni, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu 81 tat-Trattat għal ftehim bħal dawn, deċiżjonijiet jew prattiċi miftiehma. Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’l-Istati Membri jew qrati nazzjonali japplikaw liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni għal xi kwalunkwe abbuż projbit mil-Artikolu 82 tat-Trattat, dawn ħa japplikaw ukoll l-Artikolu 82 tat-Trattat.

2. L-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-kompetizzjoni ma tistax twassal għal projbizzjoni ta’ ftehim, deċiżjonijiet min assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża jew prattiċi miftiehma li jista jaffetwa il-kummerċ bejn l-Istati Membri imma ma jirrestrinġix il-kompetizzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat, jew ma jilħaqx il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat jew li huma kopruti min xi Regolament għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat. Stati Membri mhux taħt dan ir-Regolament jiġu preklużi milli jadottaw u japplikaw fuq it-territorju tagħhom liġijiet nazzjonali aktar stretti li jipprojbixxu jew jissanzjonaw kondotta unilaterali imqabdin biex jaħdmu min xi impriża.

3. Mingħajr preġudizzju għal Prinċipji ġenerali u disposizzjonijiet oħra tal-liġijiet tal-Komunità, paragrafu 1 u 2 ma japplikawx meta l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-qrati tal-Istati Membri japplikaw il-liġijiet tal-kontrol tal-għaqda u lanqas l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jsegwu b’mod predominanti għan differenti min dak segwut mil-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

KAPITOLU II

POTERI

Artikolu 4

Poteri tal-Kummissjoni

Għal għan li jiġu applikati l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha ikollha s-setgħa prevista min dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Il-poteri ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri

L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom ikollhom is-setgħa li japplikaw l-Artikolu 81u 82 tat-Trattat f’każijiet individwali. Għal dan il-għan, jaggixxu fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew fuq xi ilment, dawn jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet li ġejjin:

- jirrikjedu li xi ksur jiġi mitmum,

- jordnaw miżuri ntermedjarji,

- jaċċettaw rbit,

- jimponu multi, perjodu ta’ pagamenti penali jew xi pieni oħra previsti mil-liġijiet nazzjonali tagħhom.

Fejn fuq bażi ta’ l-informazzjoni li għandhom fil-pussess tagħhom il-kondizzjonijiet għal projbizzjoni m’humiex milħuqa huma għandhom jiddeċiedu li ma hemmx każ li jkun hemm azzjoni mil-parti tagħhom.

Artikolu 6

Poteri tal-qrati nazzjonali

Qrati nazzjonali ħa jkollhom is-setgħa li japplikaw l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat.

KAPITOLU III

DEĊIŻJONIJIET TAL-KUMMISSJONI

Artikolu 7

Is-sejba u t-temm tal-ksur

1. Fejn il-Kummissjoni, taggixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, issib li hemm ksur ta’ l-Artikolu 81 jew ta’ l-Artikolu 82 tat-Trattat, tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża konċernata li itemm dan il-ksur. Għal dan il-għan, tista’ timponi fuqhom kwalunkwe rimedju komportamentali jew strutturali li huma proporzjonali għall-ksur kommess u neċessarju biex iġib fit-temm dan il-ksur. Rimedji strutturali jistgħu jiġu imposti biss jekk ma jkunx hemm rimedju ta’ komportamentali li hu effettiv ugwalment jew jekk ir-rimedju komportamentali li hu effettiv ugwalment ikun ta’ aktar piż għal l-impriża kunċernata min rimedju strutturali. Jekk il-Kummissjoni għandha interessi legitimi li tagħmel hekk, hi tista issib li kien hemm xi ksur li sar fil-passat.

2. Dawk intitolati li iqiegħdu xi ilment għall-għan ta’ paragrafu 1 huma persuni naturali jew legali li jistgħu juru interess leġitimu u l-Istati Membri.

Artikolu 8

Miżuri Intermedjarji

1. F’każijiet urġenti dovuti għar-riskju serju u rriparabli li jsiru danni lil kompetizzjoni, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-inizjattiva tagħha tista b’deċiżjoni, fuq bażi ta’ sejba ta’ ksur prima facie, tordna miżuri intermedjarji.

2. Deċiżjoni taħt paragrafu 1 għandha tgħodd għal perjodu speċifiku ta’ ħin u tista tiġi imġedda kif neċessarja u xieraqa.

Artikolu 9

Rabta

1. Fejn il-Kummissjoni qed taħseb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm u l-impriża konċernata toffri rabta li tilħaq il-konċerni espressi lilhom mil-Kummissjoni fl-istima preliminari, il-Kummissjoni tista b’deċiżjoni tagħmel dak l-rbit vinkolanti fuq l-impriża. Deċiżjoni bħal din tista tiġi adottata għal perjodu speċifiku u ħa tikkonkludi li ma hemmx aktar raġuni għall-azzjoni mil-Kummissjoni.

2. Il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba jew l-inizjattiva tagħha, terġa tiftaħ il-proċeduri:

(a) fejn hemm bidla materjali f’kwalunkwe min dawn il-fatti li fuqhom ġiet ibbażata d-deċiżjoni;

(b) fejn l-impriża konċernata tagixxi għal kontrarju tal-irbit tagħhom; jew

(ċ) fejn id-deċiżjoni ġiet ibbażata fuq informazzjoni inkompluta, inkorreta jew qarrieqa previsti mil-partijiet.

Artikolu 10

Sejba ta’ inapplikabilità

Fejn l-interess pubbliku tal-Komunità b’relazzjoni għal applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-iniżjattiva tagħha, tista’ b’deċiżjoni issib lill-Artikolu 81 tat-Trattat mhux applikabli għal xi ftehim, deċiżjoni minn assoċjazzjoni ta’ l-impriża jew prattiċi miftiehma, sew għax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat mhux imwettqa, jew għax il-kondizzjonijiet ta’ l-Artiklu 81(3) tat-Trattat mhux sodisfatt.

Il-Kummissjoni tista’ fl-istess ħin tagħmel xi sejba b’referenza għall-Artikolu 82 tat-Trattat.

KAPITOLU IV

KOPERAZZJONI

Artikolu 11

Koperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri

1. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità f’koperazzjoni qariba.

2. Il-Kummissjoni ħa tittrażmetti lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri kopji tad-dokumenti l-aktar importanti miġbura bl-għan li japplikaw l-Artikoli 7, 8, 9, 10 u l-Artikoli 29(1). Mat-talba ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, il-Kummissjoni tipprovdiha b’kopji ta’ dokumenti eżistenti u neċessarji oħra għall-istima tal-każ.

3. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa ikollhom, meta jagixxu taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, tinforma il-Kummissjoni bil-kitba qabel u mingħajr l-ebda telf ta’ ħin wara il-bidu ta’ l-ewwel miżuri formali investigattivi. Din l-informazzjoni tista tiġi mqegħda għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri oħra.

4. Mhux aktar tard min 30 ġurnata qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġab fit-temm, aċċetazzjoni ta’ rbit jew irtirar tal-benefiċju ta’ l-eżenzjoni ġenerali tar-Regolament, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa tinforma il-Kummissjoni. Għal dak il-għan, ħa jipprovdu l-Kummissjoni b’summarju fuq il-każ, id-deċiżjoni maħsuba jew, fl-assenza ta’ dan, kwalunkwe dokumenti oħra li jindikaw x’azzjoni ħa tiġi meħuda. Din l-informazzjoni tista’ tiġi mqegħda għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri oħra. Mat-talba tal-Kummissjoni, l-awtorità tal-kompetizzjoni li qed taggixxi ħa tqiegħed għad-disposizzjoni tal-Kummissjoni dokumenti oħra li huma neċessarji għall-istima tal-każ. L-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni tista’ tiġi mqegħda għad-disposizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri l-oħra. Awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali jistgħu ukoll jiskambjaw informazzjoni neċessarja bejniethom għall-istima ta’ każ li qed jinnegozjawħ taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat.

5. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lil Kummissjoni fuq xi każ li jinvolvi l-applikazzjoni tal-liġi tal-Komunità.

6. L-inizjazzjoni mil-Kummissjoni tal-proċeduri għall-adottazzjoni ta’ deċiżjoni taħt Kapitolu III jirrileva l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri tal-kompetenzi tgħhom li japplikaw l-Artikoli 81u 82 tat-Trattat. Jekk l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru qed tagixxi diġa fuq il-każ, il-Kummissjoni għandha tibda proċeduri wara li tikkonsulta lil dik l-awtorità tal-kompetizzjoni nazzjonali.

Artikolu 12

Skambju ta’ informazzjoni

1. Bil-għan li jiġu applikati l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa jkollhom s-setgħa li jipprovdu lil xulxin u jużaw bħala evidenza kwalunkwe fatt jew liġi, incluż informazzjoni konfidenzali.

2. L-informazzjoni skambjata ħa tintuża biss bħala evidenza għall-għan li jiġi applikat ta’ l-Artikolu 81 u l-Artikolu 82 tat-Trattat u b’rispett għas-suġġett li għalih inġabar mil-awtorità trasmettenti. Madankollu, fejn liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni hi applikata fl-istess każ u paralel mal-liġi tal-kompetizzjoni Komunità u ma twassalx għar-riżultat differenti, informazzjoni skambjata taħt dan l-Artikolu jista jiġi intużat għall-applikazzjoni ta’ liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni.

3. Informazzjoni skambjata skond paragrafu 1 tista’ tiġi intużata biss bħala evidenza biex jiġu imposti sanzjonijiet fuq persuni naturali fejn:

- il-liġi ta’ l-awtorità trasmettenti tipprevedi sanzjonijijet ta’ tip simili f’relazzjoni għal ksur ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat jew, fl-assenza tiegħu,

- l-informazzjoni ġiet miġbura b’mod li tirrispetta l-istess livell ta’ protezzjoni tad-dritt għad-difiża tal-persuni naturali kif prevista taħt ir-regoli nazzjonali ta’ l-awtorità riċevitriċi. Madankollu, f’dan il-każ, l-informazzjoni skambjata ma tistax tiġi użata mil-awtorità riċevitriċi biex timponi sanzjonijiet kustodjali.

Artikolu 13

Suspensjoni jew it-tmiem tal-proċeduri

1. Fejn l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ tnejn jew aktar min Stati Membri irċievew ilment jew qed jaggixxu fuq l-iniżjattiva tagħhom taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat kontra l-istess ftehim, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni jew prattika, il-fatt li awtorità waħda qed tieħu ħsieb tal-każ ikun ta’ bażi suffiċjenti għal oħrajn biex jissuspendu il-proċeduri qabelhom jew jirriġetta ilment. Il-Kummissjoni tista’ bl-istess mod jirriġetta xi ilment fuq bażi li awtorità tal-kompetizzjoni ta’ xi Stat Membru qed tieħu ħsieb il-każ.

2. Fejn l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru jew il-Kummissjoni irċeviet xi ilment kontra xi ftehim, deċiżjoni ta’ assoċjazzjoni jew prattika li diġa ħadet ħsieba awtorità tal-kompetizzjoni oħra, hi tista tirriġettha.

Artikolu 14

Kumitat ta’ Konsulenza

1. Il-Kummissjoni ħa tikkonsulta lil Kumitat ta’ Konsulenza fuq Prattiċi Restrittivi u Posizjonijiet Dominanti qabel ma tieħu kwalunkwe deċiżjoni taħt l-Artikoli 7, 8, 9, 10, 23, l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 29(1).

2. Għad-diskusjonijiet ta’ kazijiet individwali, il-Kumitat ta’ Konsulenza ħa jiġi kompost min rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet tal-Kompetizzjoni ta’ Stati Membri. Għall-laqgħat fejn kwistjonijiet oħra u mhux kazijiet individwali qed jiġu meqjusa, rappreżentant addizzjonali ta’ Stat Membru kompetenti fil-materja tal-kompetizzjoni jistgħu jiġu maħtura. Rappreżentanti jistgħu, jekk ma humiex kapaċi jattendu, jiġu mibdula ma rappreżentanti oħra.

3. Il-konsultazzjoni tista isseħħ waqt laqgħa konvenuta u preseduta mil-Kummissjoni, miżuma mhux qabel min 14 il-ġurnata wara it-trasmessjoni tan-notizzja li ġiet konvenuta, flimkien ma summarju tal-każ, indikazzjoni ta’ l-aktar dokumenti importanti u l-abbozz preliminari tad-deċiżjoni. B’rispett ta’ deċiżjonijiet skond l-Artikolu 8, il-laqgħa tista tiġi miżuma seba’ ġranet wara it-trasmessjoni tal-parti operattiva tad-deċiżjoni abbozzata. Fejn il-Kummissjoni titrasmetti notizja li tikkonveni laqgħa fejn tagħti perjodu iqsar ta’avviż min dawk speċifikati fuq, il-laqgħa tista isseħħ fuq id-data proposta fl-assenza ta’ oġġezzjoni min xi Stat Membru. Il-Kumitat ta’ Konsulenza ħa jwassal l-opinjoni bil-miktub fuq l-abbozz preliminari tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Hi tista twassal l-opinjoni anki jekk xi membri huma neqsin u ma humiex rappreżentanti. Mat-talba ta’ wieħed jew iktar membri, il-posizzjoni msemmija fl-opinjoni ħa tiġi raġunata.

4. Konsultazzjoni tista’ jseħħ permezz ta’ proċedura bil-miktub. Madankollu, jekk xi Stat Membru jitlob hekk, il-Kummissjoni ikollha tikkonveni laqgħa. F’każ ta’ proċedura bil-miktub, il-Kummissjoni tistabilixxi limitu ta’ ħin ta’ mhux anqas min 14 il-ġurnata qabel li fihom l-Istati Membri gġandhom ipoġġu l-osservazzjonijiet tagħhom fiċ-ċirkulazzjoni lill-Istati Membri l-oħra. F’każ li deċiżjoni għandha tiġi meħuda skond l-Artikolu 8, il-limitu ta’ ħin ta’ 14 il-ġurnata jiġi mibdul f’seba’ tjiem. Fejn il-Kummissjoni tistabilixxi limitu ta’ ħin għal proċedura bil-miktub li tkun iqsar min dawk speċifikati fuq, il-limitu ta’ ħin propost jiġi applikabli fl-assenza ta’ oġezzjonijiet min kwalunkwe Stat Membru.

5. Il-Kummissjoni ħa tieħu l-akbar ħsieb tal-opinjoni mwassla mil-Kumitat Konsultativ. Hi tinforma lil Kumitat tal-manjiera li bija l-opinjoni ġiet meqjusa.

6. Fejn il-Kumitat Konsultattiv twassal opinjoni bil-miktub, din l-opinjoni ħa tiġi annessa mad-deċiżjoni abbozzata. Jekk il-Kumitat Konsultativ tirrekomanda il-publikazzjoni ta’ l-opinjoni, il-Kummissjoni ħa tagħmel din il-publikazzjoni tagħti każ ta’ l-interessi leġitimi tal-impriża fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

7. Mat-talba ta’ l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni ħa tinkludi fuq l-aġenda tal-Kumitat Konsultattiv każijiet li qed jiġu negozjati mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Il-Kummissjoni tista ukoll tagħmel hekk fuq l-iniżjattiva propja tagħha. F’kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ħa tinforma l-awtorità tal-kompetizzjoni konċernata.

Talba partikolari tista tiġi magħmula min awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru b’rispett ta’ każ fejn il-Kummissjoni taħseb li tiniżja proċeduri fl-effett ta’ l-Artikolu 11(6).

Il-Kumitat Konsultattiv mhux ser jagħti opinjoni fuq każijiet negozjati mil-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stati Membri. Il-Kumitat Konsultattiv jista jidiskuti ukoll kwistjonijiet ġenerali tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

Artikolu 15

Koperazzjoni bejn qrati nazzjonali

1. Fil-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, qrati ta’ Stati Membri jistgħu jistaqsu lil Kummissjoni biex tittrasmettilhom l-informazzjoni fil-pussess tagħha jew l-opinjoni tagħha fuq id-domandi li jikkonċernaw l-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

2. Stati Membri ħa jresqu lill-Kummissjoni kopja bil-miktub tal-ġudizzju tal-qrati nazzjonali fuq id-deċiżjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Din il-kopja għandha tintbgħat mingħajr dewmien wara li l-ġudizzju bil-miktub ġie notifikat lil partijiet l-oħra.

3. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri, jaggixxu fuq l-inizjativa proprju tagħhom, jistgħu jagħtu l-osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati nazzjonali ta’ l-Istat Membru tagħhom fuq kwistjonijiet li jirrelataw ma l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Bil-permess tal-qorti partikolari, jistgħu jagħtu ukoll l-osservazzjonijiet b’mod orali lil qrati nazzjonali ta’ l-Istat Membru. Fejn l-applikazzjoni koerenti ta’ l-Artikolu 81 u l-Artikolu 82 tat-Trattat jirrikjedi hekk, il-Kummissjoni, tagixxi fuq l-iniżjattiva proprja tagħha, tista tagħti osservazzjonijiet bil-miktub lil qrati ta’ Stati Membri. Bil-permess tal-qorti partikolari, hi tista’ tagħmel ukoll osservazzjonijiet orali.

Bil-għan ta’ preparazzjoni ta’ l-osservazzjonijiet tagħhom biss, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri u il-Kummissjoni tista’ titlob lil qorti rilevanti ta’ l-Istat Membru biex titrasmetti jew tiżgura it-trasmissjoni lilhom ta’ kwalunkwe dokumenti neċessarji għall-istima tal-każ.

4. Dan l-Artikolu hu mingħajr preġudizzju għall-poteri aktar wiesgħin li jisiru l-osservazzjonijiet quddiem il-qrati konferuti fuq l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru tagħhom.

Artikolu 16

L-applikazzjoni uniformi tal-Liġi tal-Kompetizzjoni tal-Komunità

1. Meta il-qrati nazzjonali jideċiedu fuq ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat li huma diġa suġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma ma jieħdux id-deċiżjonijiet li jmorru kontra id-deċiżjoni adottata mil-Kummissjoni. Huma jridu jevitaw li jieħdu deċiżjonijiet li huma f’kunflitt ma deċiżjoni kontemplata mil-Kummissjoni fil-proċeduri li jniżjat. Għal dak l-effet, il-qrati nazzjonali jistgħu jagħmlu stima jekk huwiex neċessarju li jpoġġu dawn il-proċeduri. Dan l-obligu hu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obligazzjonijiet taħt l-Artikolu 234 tat-Trattat.

2. Meta l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri jideċiedu fuq ftehim, deċiżjonijiet jew prattiċi taħt l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat li huma diġa suġġetti għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra għad-deċiżjoni adottata mil-Kummissjoni.

KAPITOLU V

POTERI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

Artikolu 17

Investigazzjonijiet f’setturi ta’ l-ekonomija u f’tipi ta’ ftehim

1. Fejn it-tendenza tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, ir-riġiditità tal-prezzijiet jew ta’ ċirkostanzi oħra jissuġġerixxu li il-kompetizzjoni tista’ tkun restretta jew distorta fi ħdan is-suq komuni, il-Kummissjoni tista’ tmexxi l-inkjesta fis-settur partikolari tal-ekonomija jew f’tip partikolari ta’ ftehim madwar setturi varji. F’kors ta’ din l-inkjesta, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża kunċernata biex tipprovdi l-infromazzjoni neċessarja biex tagħti effet lill-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat u tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarja tagħha għal dak il-għan.

Il-Kummissjoni tista’ b’mod partikolari titlob lill-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriża kunċernata biex tikomunikalha l-ftehim, id-deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma kollha.

Il-Kummissjoni tista’ tippublika rapport fuq ir-riżultati tal-inkjesta f’setturi partikolari ta’ l-ekonomija jew tipi partikolari ta’ ftehim madwar setturi varji u tistieden kummenti mil-partijiet interessati.

2. L-Artikoli 14, 18, 19, 20, 22, 23 and 24 għandhom jgħoddu mutatis mutandis.

Artikolu 18

Talba għall-informazzjoni

1. Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ talba sempliċi jew ta’ deċiżjoni, tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li tipprovdi l-informazzjoni kollha neċessarja.

2. Meta tintbagħat talba sempliċi għall-informazzjoni li xi impriża jew assoċjazzjoni ta’ l-impriża, il-Kummissjoni ħa ssemmi il-bażi legali u ir-raġuni għat-talba, tispeċifika liema informazzjoni hi rikjesta u twaħħal limitu ta’ ħin li fih l-informazzjoni għandha tiġi provduta, u il-pieni previsti mil-Artikolu 23 għal-fornitura inkorretta jew informazzjoni qarrieqa.

3. Fejn il-Kummissjoni tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża biex tiffornixxi informazzjoni b’deċiżjoni, hi ħa tiddikjara il-bażi legali u ir-raguni għat-talba, tispeċifika liema inofrmazzjoni hi rikjesta u twaħħal il-limitu ta’ ħin li fiħ irrid jiġi provduta. Hi ħa tindika ukoll il-pieni previsti mil-Artikolu 23 u tindika jew timponi il-pieni previsti mil-Artikolu 24. Hi ħa tindika ukoll id-dritt ta’ reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja.

4. Is-sidien tal-impriża jew ir-rappreżentanti tagħhom u, f’każ ta’ persuni legali, kumpanniji jew ditta, jew assoċjazzjoni li ma għandha l-ebda personalità legali, il-persuni awtorizzati biex jirrappreżentawhom bil-liġi jew konstizjunalment ħa jiffornixxu l-informazzjoni mitluba f’isem l-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriża kunċernata. L-avukati awtorizzati li jagixxu jistgħu jiffornixxu l-informazzjoni f’isem il-klienti tagħhom. Dan ta’ l-aħħar ħa jibqgħu reponsabbli bis-sħieħ jekk l-informazzjoni mogħtija tkun inkompluta, inkorretta jew qarrieqa.

5. Il-Kummissjoni tista’ twassal mingħajr dewmien kopja tat-talba sempliċi jew tad-deċiżjoni lill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tpoġġi l-impriża jew l-assoċjazzjoni tal-impriża li fih tkun sitwata u l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġie affetwat.

6. Mat-talba tal-Kummissjoni il-gvernijiet u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa jipprovdu lil Kummissjoni bl-informazzjoni kollha neċessarja biex jagħmlu d-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Poter li jiġu meħuda stqarrijiet

1. Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tintervista kwalunkwe persuna naturali jew legali li jagħti l-kunsens li jiġi intervistat għall-għan li jinġabar informazzjoni relata mas-suġġett ta’ l-investigazzjoni.

2. Fejn l-intervista skond paragrafu 1 tiġi kondotta fuq is-sit ta’ xi impriża, il-Kummissjoni ħa tinforma l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru li fit-territorju tiegħu saret l-intervista. Jekk ikun hekk mitlub mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru, l-uffiċjali tagħha jistgħu jassistu l-uffiċjali u persuni oħra li qed jakkompanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni biex tagħmel l-intervista.

Artikolu 20

Is-setgħa ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni

1. Sabiex tagħmel id-doveri assenjati lilha min dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tagħmel l-ispezzjonijiet neċessarji ta’ l-impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża.

2. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkompanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni jagħmlu spezzjoni għandhom is-setgħa li:

(a) li jidħlu f’kwalunkwe siti, art u metodi tat-trasport ta’ l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża;

(b) li jeżaminaw il-kotba u rekords oħra relatati mal-kummerċ, irrespettivament tal-mod kif innhu maħżun;

(ċ) li jieħu jew jikseb f’kwalunkwe forma: kopji ta’ jew estratti min dawn il-kotba jew rekords:

(d) li jagħlqu kwalunkwe post tal-kummerċ u l-kotba jew rekords għal dak il-perjodu u sal-punt neċessarju biex issir l-ispezzjoni;

(e) li tistaqsi lil kwalunkwe rappreżentant jew membru tas-staff ta’ l-impriża jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża għal l-ispjegazzjoni fuq il-fatti jew dokumenti relati mas-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni biex tirrekordja r-risposti.

3. L-uffiċjali u l-persuni l-oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mill-Kummissjoni biex jagħmlu l-ispezzjoni ħa jeserċitaw il-poteri tagħhom malli jipproduċu awtorizzazzjoni bil-miktub li jispeċiefikaw is-suġġett u l-għan tal-ispezzjoni u l-pieni previsti mil-Artikolu 23 f’każ li jipproduċu l-kotba rikjesti u rekords oħra relatati mal-kummerċ jkun inkomplut jew fejn hemm risposti għad-domandi mistoqsija taħt paragrafu 2 tal-preżent Artikolu jkun inkorret jew qarrieqi. F’ħin tajjeb qabel l-ispezzjoni, il-Kummissjoni ħa tagħti notifikazzjoni ta’ l-ispezzjoni lill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu qed isseħħ.

4. Impriżi jew assoċjazzjonijiet tal-impriża huma rikjesti li jissottomettu għall-ispezzjonijiet ordnati b’deċiżjoni mil-Kummissjoni. Id-deċiżjoni ħa tispeċifika s-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha għandha tibda u tindika l-pieni previsti mil-Artikoli 23 u 24 u d-dritt li tar-reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni ħa tieħu deċiżjoni wara li tikkonsulta l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha isseħħ l-ispezzjoni.

5. Uffiċjali ta’ kif ukoll dawk awtorizzati jew maħtura mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandha sseħħ l-ispezzjoni ħa, mat-talba ta’ din l-awtorità jew tal-Kummissjoni, tassisti b’mod attiv lil uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni. Għal dan il-għan, huma ħa jgawdu min poteri speċifikati min paragrafu 2.

6. Fejn l-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizzati mil-Kummissjoni jsibu li l-impriża topponi xi speżjoni ordnata skond dan l-Artiklu, l-Istat Membru konċernat jtihom l-assistenza neċessarja, titlob fejn hu approprjat l-assistenza tal-puliżija jew ta’ l-awtorità infurzatura oħra ekwivalenti, Sabiex tħallihom jikkonduċu l-ispezzjoni tagħhom.

7. Jekk l-assistenza prevista min paragrafu 6 tirrikjedi l-awtorizzazzjoni ta’ xi awtorità ġudizzjarja bi qbil mar-regoli nazzjonali, awtorizzazzjoni bħal din trid tapplika għaliha. Awtorizzazzjoni bħal din tista’ ukoll tapplika għaliha bħala miżura ta’ prekawzjoni.

8. Fejn l-awtorizzazzjoni kif msejħa fil-paragrafu 7 hi applikat għaliha, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ħa tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun awtentika u li l-miżuri ta’ sfurzar maħsuba huma la ta’ arbitraġġ u lanqas eċċessivi wara li kkunsidraw is-suġġett ta’ l-ispezzjoni. Fil-kontrol tal-proporzjonalità tal-miżuri ta’ sfurzar, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ tistaqsi lill-Kummissjoni, direttament jew permezz ta’ l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru, għal spjegazzjonijiet dettaljati b’mod partikolari fuq il-bażi li l-Kummissjoni għandha għal ksur sospett ta’ l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, kif ukoll għas-serjetà tal-ksur sospettat u fuq in-natura ta’ involviment ta’ l-impriża konċernata. Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ ma tistaqsix in-neċessità ta’ l-ispezzjoni u lanqas tordna li tkun provduta bl-informazzjoni fil-file tal-Kummissjoni. Il-dritt legali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ħa tkun soġetta għar-reviżjoni biss mil-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 21

L-ispezzjoni ta’ siti oħra

1. Jekk suspett raġunevoli jeżisti li l-kotba u rekords relatati mal-kummerċ u mas-suġġett tal-ispezzjoni, li jistgħu ikunu ta’ rilevanza li juru vjolazzjoni serja ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, ikunu qed jinżammu f’siti oħra, art jew meżi tat-trasport, inkluż id-djar tad-diretturi, managers u membri oħra tal-istaff ta’ l-impriża u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża konċernati, il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni tordna li ssir spezzjoni f’premises oħra, art jew meżi tat-trasport.

2. Id-deċiżjoni ħa tispeċifika is-suġġet u l-għan tal-ispezzjoni, taħtar id-data li fiha tibda u tindika d-dritt li jkollha reviżjoni tad-deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja. Id-deċiżjoni b’mod partikolari ssemmi r-raġunijiet li mexxew lill-Kummissjoni li tikkonkludi li suspett f’sens ta’ paragrafu 1 jeżisti. Il-Kummissjoni ħa tieħu deċiżjonijiet wara lil jikkonsultaw lil awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ħa ssir l-ispezzjoni.

3. Deċiżjoni adottata skond paragrafu 1 ma tistax tiġi maħruġa qabel ma jkun hemm awtorizzazzjoni mil-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ta’ l-Istat Membru kunċernat. L-awtorità ġudizzjarja nazzjonali ħa tikkontrolla li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun awtentikà u li l-miżuri ta’ infurzar maħsuba la huma arbitrarji u lanqas ikunu eċċessivi wara li kkunsidraw b’mod partikolari għas-serjetà tal-ksur suspettat, għall-importanza tal-provi mfitxjia, għal-involviment ta’ l-impriża kunċernata u probabilta’ raġunevoli li l-kotba tal-kummerċ u rekords relatati mar-raġuni ta’ l-ispezzjoni jinżammu fuq il-post li għalih inġabet l-awtorizzazzjoni mitluba. L-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ tistaqsi lill-Kummissjoni, direttament jew mill-awtorita’ tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru, għall-ispjegazzjonijiet dettaljati fuq dawk l-elementi li huma neċessarji biex iħallu l-kontrol tal-proporzjonalità tal-miżuri ta’ infurzar maħsuba.

Madankollu, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali tista’ ma tistaqsix in-neċessità ta’ l-ispezzjoni u lanqas tiddemanda li tiġi provduta bl-informazzjoni tal-file tal-Kummissjoni. Id-dritt legali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ħa tkun suġġetta għar-reviżjoni biss mil-Qorti tal-Ġustizzja.

4. L-uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni biex jagħmlu spezzjoni ordnata skond paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ħa jkollhom il-poteri maħruġa mil-Artikolu 20(2)(a), (b) u (ċ). l-Artikolu 20(5) u (6) għandhom jgħoddu mutatis mutandis.

Artikolu 22

Investigazzjonijiet mill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ L-Istati Membri

1. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’l-Istati Membri tista’ fit-territorju proprju tagħha tagħmel spezzjonijiet jew miżuri oħra biex jinġabru l-fatti taħt il-liġi nazzjonali f’isem l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ Stat Membru ieħor Sabiex jistabbilixxi jekk kienx hemm xi ksur ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat. Kwalunkwe skambju u użu ta’ informazzjoni miġbura ħa tiġi maħruġa skond l-Artikolu 12.

2. Mat-talba tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri ħa timpriża l-ispezzjonijiet li l-Kummissjoni tikkonsidra neċessarji taħt l-Artikolu 20(1) jew li ordnat bid-deċiżjoni skond l-Artikolu 20(4). L-uffiċjali ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri li huma responsabli li jagħmlu dawn l-ispezzjonijiet kif ukoll dawk awtorizati jew maħtura minnhom ħa jeżerċitaw il-poteri tagħhom skond il-liġi nazzjonali tagħhom.

Jekk ikun mitlub hekk mil-Kummissjoni jew mil-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri li fit-territorju tagħhom l-ispezzjoni għandha ssir, uffiċjali u persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni tista’ tassisti lill-uffiċjali ta’ l-awtorità kunċernata.

KAPITOLU VI

PIENI

Artikolu 23

Multi

1. Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi fuq l-impriża u l-assoċjazzjonijiet tal-impriża multi li ma jeċċedux aktar mil-1 % tal-valur totali tal-bejgħ fis-sena kummerċjali preċedenti fejn, intenzjonalment jew b’mod negligenti:

(a) jiffornixxu informazzjoni inkorretta jew qarrieqa f’risposta għat-talba magħmula skond l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18(2);

(b) b’riposta għat-talba magħmula b’deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18(3), jiffornixxu informazzjoni inkorretta, inkompluta jew qarrieqa jew ma jipprovdux l-informazzjoni fil-limitu ta’ ħin speċifikat;

(ċ) jipproduċu l-kotba u r-rekords rikjesti relatati mal-kummerċ f’forma inkompluta matul l-ispezzjonijiet taħt l-Artikolu 20 jew jirrifjutaw l-għotja ta’ l-ispezzjonijiet ordnati bid-deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 20(4);

(d) b’risposta għad-domanda mistoqsija skond l-Artikolu 20(2)(e),

- jagħtu risposta inkorretta jew qarrieqa,

- jonqsu milli jikkoreġu fil-limitu ta’ ħin stipulat mil-Kummissjoni risposta inkoretta, inkompluta jew qarrieqa mogħtija min xi membru tas-staff, jew

- jonqsu milli jew jiriffjutaw li jiffornixxu risposta kompluta dwar il-fatti relatati mas-suġġett u l-għan ta’ xi spezzjoni ordnata min deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 20(4);

(e) siġilli mwaħlin skond l-Artikolu 20(2)(d) min uffiċjali jew persuni oħra li jakkumpanjawhom awtorizati mil-Kummissjoni ġew miksurin.

2. Il-Kummissjoni tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:

(a) jiksru l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat; jew

(b) jikkontravenju deċiżjoni li tordna miżuri intermedjarji taħt l-Artikolu 8; jew

(ċ) jonqsu milli iħarsu rabta li ġiet vinkolanti b’deċiżjoni skond l-Artikolu 9.

Għal kull impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża li qed jipparteċipaw fil-ksur, il-multi mhux ser jaqbżu l-10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ fis-sena kmmerċjali preċedenti.

Fejn il-ksur ta’ assoċjazzjoni tirrelta mal-attivitajiet tal-membri tagħhom, il-multa ma taqbiż l-10 % tas-somma totali ta’ valur tal-bejgħ ta’ kull membru attiv fis-suq affetwat mil-ksur ta’ l-assoċjazzjoni.

3. Fit-twaħħil ta’ l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn il-gravità u it-tul tal-ksur.

4. Meta l-multa imposta fuq l-assoċjazzjoni tal-impriża tieħu kont tal-valur ta’ bejgħ tal-membri tagħha u l-assoċjazzjoni mhiex solventi, l-assoċjazzjoni hi obligata li tgħajjat għal kontribuzzjoni mill-membri tagħha biex jkopru l-ammont immultat.

Fejn dawn il-kontribuzzjonijiet ma sarux lill-assoċjazzjoni fi ħdan il-limitu ta’ ħin stipulat mil-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi pagamenti tal-multa direttament min kwalunkwe persuna fl-impriża fejn il-membri huma rappreżentanti mil-korpi deċiżjonali konċernati ta’ l-assoċjazzjoni.

Wara li l-Kummissjoni rikjesti pagamenti taħt it-tieni, fejn hu neċessarju biex tiżgura li l-pagament tal-multa ssir bis-sħieħ, il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi l-pagament tal-bilanċ min kwalunkwe membru ta’ l-assoċjazzjoni li kienu attivi fis-suq li fih sar il-ksur.

Madankollu, il-Kummissjoni mhux ser tirrikjedi pagamenti taħt it-tieni u t-tielet subparagrafu mil-impriżi li juru li ma mplimentawx id-deċiżjoni ta’ ksur ta’ l-assoċjazzjoni u sew jekk ma humiex konxji ta’ l-eżistenza jew li ddistanzjaw ruħhom attivament minnhu qabel ma il-Kummissjoni ma bdiet tinvestiga l-każ.

Il-liabiltà finanzjarja ta’ kull impriża b’rispett tal-pagamenti tal-multi ma teċċedix l-10 % tal-valur tal-bejgħ totali tas-sena kummerċali preċedenti.

5. Deċiżjonijiet meħuda skond paragrafi 1 u 2 ma humiex ser ikunu ta’ natura tal-liġi kriminali.

Artikolu 24

Perjodu ta’ pagamenti tal-pieni

1. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ deċiżjoni, timponi fuq l-impriżi jew l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża perjodu ta’ pagamenti tal-pieni li ma jeċċedux il-5 % tal-valur tal-bejgħ normali ta’ kuljum fis-sena kummerċjali preċedenti u kalkulata sa mid-data maħtura bid-deċiżjoni, sabiex tordnhom:

(a) biex itemm il-ksur ta’ l-Artikolu 81 jew l-Artikolu 82 tat-Trattat, skond id-deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 7;

(b) biex iħarsu id-deċiżjoni li tordna miżuri intermedjarji meħuda skond l-Artikolu 8;

(ċ) biex iħarsu xi rabta magħmula vinkolanti min deċiżjoni skond l-Artikolu 9;

(d) biex jiffornixxu l-informazzjoni kompluta u korretta li ġiet mitluba b’deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 17 jew l-Artikolu 18(3);

(e) biex jissottometu lil xi spezzjoni li ġiet ordnata b’deċiżjoni meħuda skond l-Artikolu 20(4).

2. Fejn l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet tal-impriża sodisfaw l-obligu li l-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni kienu intiżi li jiġu infurzati, il-Kummissjoni tista’ twaħħal l-ammont definittiv ta’ perjodu ta’ pagamenti tal-pieni għall-figura baxxa li tkun togħla taħt id-deċiżjoni oriġinali. L-Artikolu 23(4) għandu jgħodd korrespittavament.

KAPITOLU VII

PRESKRIZZJONI

Artikolu 25

Preskrizzjoni għall-imposizzjoni tal-pieni

1. Il-poteri konferuti fuq il-Kummissjoni mil-Artikolu 23 u 24 ħa jkun suġġett għal perjodi ta’ preskrizzjoni li ġejjin:

(a) tlett snin fil-każ ta’ ksur ta’ disposizzjonijiet li jikkonċernaw it-talba ta’ informazzjoni jew il-kondotta ta’ spezzjonijiet;

(b) ħames snin fil-każ ta’ kwalunkwe ksur ieħor.

2. It-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-ġurnata li fiha sar il-ksur. Madankollu, fil-każ li l-ksur ikun kontinwu jew ripetut, il-ħin jibda jiddekorri mill-ġurnata ta’ meta il-ksur intemm.

3. Kwalunkwe azzjoni meħuda mil-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri għall-għan ta’ l-investigazzjonijiet jew proċeduri b’rispett ta’ ksur tinterrompi t-terminu tal-preskrizzjoni għall-imposizzjoni ta’ multi jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. L-interruzzjoni tal-preskrizzjoni tapplika b’effet mid-data li fiha l-azzjoni ġiet notifikata lil mill-anqas waħda mil-impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża li pparteċipaw fil-ksur. Azzjonijiet li jinterrompu l-preskrizzjoni ser jinkludu b’mod partikolari dawn li ġejjin:

(a) talba bil-miktub għal informazzjoni mil-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru;

(b) awtorizzazzjoni bil-miktub biex jagħmlu xi spezzjonijiet maħruġa lill-uffiċjali tal-Kummissjoni jew l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru;

(ċ) il-bidu tal-proċeduri mil-Kummissjoni jew mill-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru;

(d) notifika tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni jew ta’ l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru.

4. L-interuzzjoni tal-preskrizzjoni ser tapplika għall-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi kollha li pparteċipaw fil-ksur.

5. Il-preskrizzjoni terġa’ tibda tiddekorri wara kull interruzzjoni. Madankollu, il-perjodu tal-preskrizzjoni jagħlaq ma l-aħħar ġurnata li jkun ugwali għad-dopju tal-perjodu tal-preskrizzjoni jkun għadda mingħajr ma l-Kummissjoni ma tkun imponiet xi multa jew pagamenti ta’ pieni perjodiċi. Dak il-perjodu għandu jiġi mtawwal mal-perjodu li fih il-preskrizzjoni tkun sospiża skond tl-paragrafu 6.

6. Il-limitu tal-preskrizzjoni applikabbli għall-imposizzjoni ta’ multi jew ħlas ta’ penali ser jiġi sospiż sa kemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett ta’ proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 26

Preskrizzjoni għall-infurzar tal-penali

1. Il-poteri tal-Kummissjoni li tinfurza deċiżjonijiet meħuda skond l-Artikoli 23 u 24 huma suġġetti għal terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin.

2. Il-preskrizzjoni tibda tiddekorri mill-ġurnata li fiha d-deċiżjoni ssir finali.

3. Il-preskrizzjoni għall-infurzar ta’ pieni ser ikunu interrotti:

(a) b’notifika ta’ deċiżjoni li tvarja l-ammont oriġinali tal-multa jew tal-ħlas ta’ penali perjodiku jew tirrifjuta l-applikazzjoni għall-varjazzjoni;

(b) b’kwalunkwe azzjoni tal-Kummissjoni jew ta’ xi Stat Membru, li jaggixxi fuq it-talba tal-Kummissjoni, bl-intenzjoni li tinfurza pagament tal-multa jew ħlas ta’ penali perjodiku.

4. Il-preskrizzjoni terġa’ tibda tiddekorri mill-ġdid wara kull interruzzjoni.

5. It-terminu tal-preskrizzjoni għall-infurzar ta’ pieni ser jiġi sospiż sakemm:

(a) ħin għall-pagamenti jingħata;

(b) l-infurzar ta’ pagamenti jkun sospiż skond deċiżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja.

KAPITOLU VIII

SEDUTI U SIGRIETI PROFESSJONALI

Artikolu 27

Seduta tal-partijiet, l-ilmenti u oħrajn

1. Qabel ma jiġu meħuda d-deċiżjonijiet kif previsti mil-Artikoli 7, 8, 23 u l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni ħa tagħti l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li huma suġġetti għal proċeduri kondotti mil-Kummissjoni l-opportunità li jiġu msemma’ fuq matterji li l-Kummissjoni kellha oġġezzjoni fuqhom. Il-Kummissjoni ħa tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet konċernati kienu kapaċi jikkummentaw fuqhom. L-ilmenti ħa jkunu assoċjati mil-viċin mal-proċeduri.

2. Id-dritt tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri. Huma ħa jkunu intitolati li jkollhom aċċess lil file tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġitimu ta’ l-impriża fil-prottezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ. Id-dritt għal aċċess għal file mhux ser jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenżjali u dokumenti interni tal-Kummissjoni jew ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt għal aċċess mhux ser jiġi estiż għall-korrispndenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, jew bejn dan ta’ l-aħħar, incluż dokumenti imfasla skond l-Artikoli 11 u 14. Xejn f’dan il-paragrafu m’hu ħa jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tikxef u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tipprova xi ksur.

3. Jekk il-Kummissjoni tikkonsidrah neċessarju, hi tista’ ukoll tisma lil persuni oħra naturali jew legali. Applikazzjonijiet li jridu jiġu msemma fuq parti tal-persuna ħa, fejn juru interess suffiċjenti, jiġu mogħtija. L-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri tista’ ukoll tistaqsi lill-Kummissjoni li tisma lil persuni oħra naturali jew legali.

4. Fejn il-Kummissjoni qed taħseb li tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 9 jew l-Artikolu 10, hi ħa tippublika il-każ konċiż u fil-qosor u l-kontenut prinċipali ta’ l-irbit jew ta’ azzjoni proposta. Terzi persuni interessati jistgħu jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom fl-limitu ta’ żmien stipulat mill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni tagħha u dan ma jistax ikun iqsar minn xahar. Il-publikazzjoni tieħu konsiderazzjoni ta’ l-interess leġittimu ta’ l-impriża fil-protezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ tagħhom.

Artikolu 28

Segretezza professjonali

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 12 u 15, l-informazzjoni miġbura skond l-Artikoli 17 sa 22 ser jiġu wżati biss għall-għan li għalih ġie akwistat.

2. Mingħajr preġudizzju għall-iskambju u l-użu ta’ informazzjoni pprovduti fl-Artikoli 11, 12, 14, 15 u 27, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, l-uffiċjali tagħhom, impjegati u persuni oħra li jaħdmu taħt is-sorveljanza ta’ dawn l-awtoritajiet kif ukoll l-uffiċjali u impjegati ċivili ta’ awtoritajiet oħra ta’ l-Istati Membri mhux ser jiġi żvelat informazzjoni akwistata jew skambjata minnhom skond dan ir-Regolament u tat-tip kopert mil-obligu ta’ segretezza professjonali. Dan l-obbligu japplika ukoll għar-rappreżentanti kollha u l-esperti ta’l-Istati Membri li qed jattendu l-laqgħat tal-Kumitat Konsultattiv skond l-Artikolu 14.

KAPITOLU IX

EŻENZJONIJIET TAR-REGOLAMENTI

Artikolu 29

L-irtirar ta’ każijiet individwali

1. Fejn il-Kummissjoni, mogħtija s-setgħa permezz ta’ Regolament tal-Kunsill, bħar-Regolamenti 19/65/KEE, (KEE) Nru 2821/71, (KEE) Nru 3976/87, (KEE) Nru 1534/91 jew (KEE) Nru 479/92, se japplika l-Artikolu 81(3) tat-Trattat b’regolament, iddikjara l-Artikolu 81(1) tat-Trattat inapplikabli għal ċertu kategoriji ta’ ftehim, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi jew prattiċi miftiehma, hi tista’, taggixxi fuq l-inizjattiva proprja tagħha jew fuq xi ilment, tirtira il-benfiċju ta’ l-eżenzjoni ta’ dan ir-Regolament meta ssib li f’każ partikolari ta’ ftehim, deċiżjoni jew prattiċi miftiehma li l-eżenzjoni ta’ dan ir-Regolament japplika għandhu ċertu effetti li huma inkompatibbli ma l-Artikolu 81(3) tat-Trattat.

2. Fejn, f’kwalunkwe każ partikolari, ftehim, deċiżjonijiet mil-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriżi jew prattiċi miftiehma li għalihom xi Regolament tal-Kummissjoni msejjaħ fil-paragrafu 1 japplika għandhu effetti li huma inkompattibli ma l -Artikolu 81(3) tat-Trattat fit-territorju ta’ l-Istat Membru, jew f’parti tiegħu, li għandu l-karatteristiċi ta’ suq ġeografikament distint, l-awtorità tal-kompetizzjoni ta’ l-Istat Membru tista’ tirtira l-benefiċċju ta’ dan ir-Regolament b’rispett ta’ dak it-territorju.

KAPITOLU X

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 30

Publikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1. Il-Kummissjoni ħa tippublika id-deċiżjonijiet tagħha, li tieħu skond l-Artikoli 7 sa 10, 23 u 24.

2. Il-pubblikazzjoni ħa ssemmi il-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, incluż kwalunkwe pieni imposti. Hi ħa jkollha rigward għall-interessi leġitimi ta’ l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

Artikolu 31

Reviżjoni mil-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja ħa jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni waħħlet multa jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. Hi tista’ tħassar, tnaqqas jew jżid il-multa jew il-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni imposti.

Artikolu 32

Esklużjonijiet

Dan ir-Regolament mhux ser japplika għal:

(a) "tramp vessel" internazzjonali s-servizzzi kif definit fl-Artikolu 1(3)(a) tar-Regolamenti (KEE) Nru 4056/86;

(b) servizz tat-trasport marittimu li jseħħ esklussivament bejn portijiet f’wieħed jew fl-istess Stat Membru kif prevedut fl-Artikolu 1(2) tar-Regolamenti (KEE) Nru 4056/86;

(ċ) trasport bl-ajru bejn ajrupoprti tal-Komunità u terzi pajjiżi.

Artikolu 33

L-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet

1. Il-Kummissjoni ħa tawtorizza li tieħu l-miżuri xieraqa Sabiex japplikaw dan ir-Regolament. Il-miżuri jistgħu jikkonċernaw, inter alia:

(a) il-forma, kontenut u dettalji oħra ta’ ilmenti mqiegħeda skond l-Artikolu 7 u il-proċedura tar-riġettazzjoni ta’ l-ilment;

(b) l-arranġamenti prattiċi ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni u konsultazzjonijiet previsti mil-Artikolu 11;

(ċ) l-arranġamenti prattiċi għas-seduti previsti mil-Artikolu 27.

2. Qabel l-adozzjoni ta’ kwalunkwe miżuri skond paragrafu 1, il-Kummissjoni ħa tippublika abbozz tiegħu jinvita l-partijiet kollha interessati li jagħtu l-kummenti tagħhom fi ħdan il-limitu ta’ ħin li tpoġġi, dan ma jistax ikun iqsar min xahar. Qabel ma tiġi ppublikata abbozz tal-miżura u qabel ma tiġi addottata, il-Kummissjoni ħa jikkonsulta lil Kumitat Konsultattiv fuq ir-resitrizjoni tal-Prattiċi u Posizzjoni Dominanti.

KAPITOLU XI

DISPOSIZZJONIJIET, TRANSIZZJONIJIET U EMENDI FINALI

Artikolu 34

Disposizzjonijiet transitorji

1. Applikazzjonijiet magħmula lil Kummissjoni taħt l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 17, notifikazzjonijiet magħmula taħt l-Artikolu 4 u 5 ta’ dak ir-Regolament u l-applikazzjonijiet korrespondenti u notifikazzjonijiet magħmula taħt Regolamenti (KEE) Nru 1017/68, (KEE) Nru 4056/86 u (KEE) Nru 3975/87 ħa jabeż id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. Passi proċedurali meħuda taħt Regolament Nru 17 u Regolamenti (KEE) Nru 1017/68, (KEE) Nru 4056/86 u (KEE) Nru 3975/87 ħa jkompli jkollu l-effet għal-għan ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 35

Deskrizzjoni ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri

1. l-Istati Membri ħa jinominaw l-awtorità jew l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni responsabbli għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat b’tali mod li id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma effettivament imħarsa. Il-miżuri neċessarji biex tagħti poter lill-awtoritajiet li japplikaw dawk l-Artikolu għandhom jittieħdu qabel 1 Mejju 2004. L-awtoritajiet nominati jistgħu jinkludu qrati.

2. Meta l-infurzar tal-liġijiet tal-kompetizzjoni tal-Komunità tkun fdata lill-amministrazzjoni nazzjonali u l-awtorità ġudizzjarja, l-Istati Membri jistgħu jallokaw poteri u funzjonijiet differenti lill-awtoritajiet nazzjonali differenti, sew amministrattivi u sew ġudizzjarji.

3. L-effetti ta’ l-Artikolu 11(6) japplika għall-awtoritajiet nominati mil-Istati Membri inklużi l-qrati li jeserċitaw funzjonijiet rigward il-preparazzjoni u l-adozzjoni tat-tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti mil-Artikolu 5. L-eefetti ta’ l-Artikolu 11(6) mhux ser jiġi estiż għall-qrati sakemm jagixxu bħala qrati ta’ reviżjoni b’rispett għat-tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti fl-Artikolu 5.

4. Minkejja paragrafu 3, fl-Istati Membri fejn, għal adozzjoni ta’ ċertu tipi ta’ deċiżjonijiet preveduti mil-Artikolu 5, awtorità iġġib azzjoni qabel l-awtorità ġudizzjarja li hi seperata u differenti mil-awtorità tal-prosekuzzjoni u provdut li it-termini ta’ dan il-paragrafu jiġu mħarsa, l-effetti ta’ l-Artikolu 11(6) ikunu limitati għal awtorità li qed tieħu ħsieb il-prosekuzzjoni il-każ li tirtira il-pretensjoni tagħha qabel ma l-awtorità ġudizzjarja meta il-Kummissjoni tiftaħ il-proċeduri u dan l-irtirar iġib il-proċeduri nazzjonali fit-tmiem effetiv tagħhom.

Artikolu 36

Emendament tar-Regolamenti (KEE) Nru 1017/68

Ir-Regolament (KEE) Nru 1017/68 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 2 hu mħassar;

2. Fl-Artikolu 3(1), il-kliem "Il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2" huma mibdula bil-kliem "Il-projbizzjoni fl-Artikolu 81(1) tat-Trattat";

3. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, il-kliem "Il-ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma riferuti fl-Artikolu 2" huma mibdula bil-kliem "Ftehim, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma skond l-Artikolu 81(1) tat-Trattat";

(b) il-Paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"2. Jekk l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prattiċi miftiehma kopruta mil-paragrafu 1 għandu, kull każ mogħti, effetti li huma inkompattibli mal-rekwisiti ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat, l-impriżi jew l-assoċjazzjonijiet ta’ l-impriża jistgħu jkunu rekwiżiti li jwaqqfu dawn l-effetti."

4. L-Artikoli 5 sa 29 huma mħassrin mingħajr l-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 13(3) li jkompli japplika għad-deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 1017/68 qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa d-data ta’ tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet;

5. fl-Artikolu 30, paragrafi 2, 3 u 4 huma mħassrin.

Artikolu 37

L-Emendment tar-Regolamenti (KEE) Nru 2988/74

Fir-Regolamenti (KEE) Nru 2988/74, dan l-Atikolu li ġejj irid jiġi inserit:

"Artikolu 7a

Esklużjoni

Dan ir-Regolament ma japplikax għal miżuri meħuda taħt Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat [16]."

Artikolu 38

L-emendament tar-Regolamenti (KEE) Nru 4056/86

Ir-Regolament (KEE) Nru 4056/86 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Ksur ta’ obligu

Fejn il-persuni konċernati jinsabu bi ksur ta’ xi obligu li, skond l-Artikolu 5, jitwaħħal ma l-eżenti previsti fl-Artikolu 3, il-Kummissjoni tista’, Sabiex iġġib fit-tmiem xi ksur u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat [17] jadotta d-deċiżjoni li jew tipprojbixxihom milli jagħmluha jew tirrikjedihom li jagħmlu ċertu atti speċifiċi, jew l-irtirar tal-benefiċji ta’ l-eżenzjoni ġenerali li gawdew."

(b) Paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i) F’punt (a), il-kliem "taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-taqsima II" huma mibdula bil-kliem "taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 1/2003";

(ii) It-tieni sentenza tat-tieni punt (ċ)(i) hu mibdul b’dan li ġej:

"Fl-istess ħin ħa tiddeċiedi, bi qbil ma l-Artikolu 9 tar-Regolamenti (KE) Nru 1/2003, sew jekk taċċetta l-irbit offrut mil-impriżi konċernati mal-viżjoni, inter alia, biex tikseb l-aċċess għas-suq għall-linji ta’ bla kunferenza."

2. L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a) Paragrafu 1 hu mħassar.

(b) Fil-paragrafu 2 il-kliem "skond l-Artikolu 10" huma mibdula bil-kliem "skond Regolamenti (KE) Nru 1/2003".

(ċ) Paragrafu 3 hu mħassar;

3. L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1, il-kliem "Kumitat Konsultattiv li kien msemmi fl-Artikolu 15" huma mibdula bil-kliem "Kumitat Konsulttativ li kien msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003";

(b) Fil-paragrafu 2, il-kliem "Kumitat Konsultattiv kif imsemmi fl-Artikolu 15" huma mibdula bil-kliem "Kumitat Konsultativ kif imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003";

4. L-Artikolu 10 sa 25 huma mħasrin bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 13(3) li jkompli japplika għad-deċiżjoni adottata skond l-artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sa d-data tat-tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet;

5. fl-Artikolu 26, il-kliem "il-forma, kontenut u dettalji oħra ta’ l-ilment skond l-Artikolu 10, applikazzjonijiet skond l-Artikolu 12 u is-seduta prevista mil-Artikoli 23(1) u (2)" huma mħassra.

Artikolu 39

L-emendament tar-Regolamenti (KEE) Nru 3975/87

L-Artikolu 3 sa 19 tar-Regolament (KEE) Nru 3975/87 huma mħassar bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 6(3) li jkompli japplika għad-deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament u sa d-data li tiskadi ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

Artikolu 40

L-emendament tar-Regolamenti Nru 19/65/KEE, (KEE) Nru 2821/71 u (KEE) Nru 1534/91

L-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 19/65/KEE, l-Artikolu 7 tar-Regolamenti (KEE) Nru 2821/71 u l-Artikolu 7 tar-Regolamenti (KEE) Nru 1534/91 huma mħassrin.

Artikolu 41

L-emendament tar-Regolamenti (KEE) Nru 3976/87

Ir-Regolament (KEE) Nru 3976/87 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 6 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 6

Il-Kummissjoni ħa tikkonsulta il-Kummitat Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli fuq il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat [18] qabel tippublika abbozz tar-Regolament u qabel tadotta r-Regolament."

2. L-Artikolu 7 hu mħassar.

Artikolu 42

L-Emendament ta’ Regolament (KEE) Nru 479/92

Ir-Regolament (KEE) Nru 479/92 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 5 jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 5

Qabel tippublika l-abboz tar-Regolament u qabel tadotta r-Regolament, il-Kummissjoni ħa tikkonsulta mal-Kummittat Konsultattiv msemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli fuq l-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat [19]

2. L-Artikolu 6 hu mħassar.

Artikolu 43

Tħassir tar-Regolamenti Nru 17 u Nru 141

1. Regolament Nru 17 hu mħassar bl-eċċeżjoni ta’ l-Artikolu 8(3) li jkompli japplika għad-deċiżjoni adottata skond l-Artikolu 81(3) tat-Trattat qabel id-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sad-data tat-tmiem ta’ dawk id-deċiżjonijiet.

2. Regolament Nru 141 hu mħassar.

3. Referenzi għar-Regolamenti mħasrin ħa jiġu meħuda bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Artikolu 44

Rapport fuq l-applikazzjoni tar-Regolament preżent

Ħames snin mid-data ta’ l-applikazzjoni ta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni ħa tirrapporta lil Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq l-funzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11(6) u l-Artikolu 17.

Fuq bażi ta’ dan ir-rapport, il-Kummissjoni ħa tagħmel stima biex tara jekk ikunx xieraq li tipproponi reviżjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Kunsill.

Artikolu 45

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Hu għandu jgħodd mil-1 May 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 16 Diċembru 2002.

F’isem il-Kunsill

Il-President

M. Fischer Boel

[1] ĠU C 365 E, 19.12.00, p. 284.

[2] ĠU C 72 E, 21.03.02, p. 305.

[3] ĠU C 155, 29.05.01, p. 73.

[4] It-titolu tar-Regolament Nru 17 ġie rranġat biex jieħu kont tar-rinumerazzjoni ta’ l-Artikolu tat-Trattat tal-KE, bi qbil ma l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 85 u 86 tat-Trattat.

[5] ĠU C 13, tal-21.2.1962, p. 204/62. Regolament kif ġie emendat bl-aħħar Regolament (KE) Nru 1216/1999 (ĠU L 148, tal-15.6.1999, p. 5).

[6] Regolament tal-Kunsill Nru 19/65/KEE tat-2 Marzu 1965 fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) (It-titolu tar-Regolamenti ġie rranġat biex jagħti kont tar-rinumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat tal-KE, bi qbil ma l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 85(3) tat-Trattat) tat-Trattat għal ċertu kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma (ĠU C 36, tas-6.3.1965, p. 533). Regolament kif ġie emendat bl-aħħar Regolament (KE) Nru 1215/1999 (ĠU L 148, tal-15.6.1999, p. 1).

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2821/71 ta’ l-20 Diċembru 1971 fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) (It-titolu tar-Regolamenti ġie rranġat biex jagħti kont tar-rinumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat tal-KE, bi qbil ma l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 85(3) tat-Trattat) tat-Trattat għal ċertu kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma (ĠU L 285, tad-29.12.1971, p. 46). Regolament kif ġie emendat bl-aħħar Att ta’ Adeżjoni ta’ 1994.

[8] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3976/87 ta’ l-14 Diċembru 1987 fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) (It-titolu tar-Regolamenti ġie rranġat biex jagħti kont tar-rinumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat tal-KE, bi qbil ma l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 85(3) tat-Trattat) tat-Trattat għal ċertu kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport ta’ l-ajru (ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 9). Regolament kif ġie emendat bl-aħħar Att ta’ Adeżjoni ta’ 1994.

[9] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1534/91 tal-31 Mejju 1991 fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) (It-titolu tar-Regolamenti ġie rranġat biex jagħti kont tar-rinumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat tal-KE, bi qbil ma l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 85(3) tat-Trattat) tat-Trattat għal ċertu kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma fis-settur ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 143, tas-7.6.1991, p. 1).

[10] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92 tal-25 Frar 1992 fuq l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) (It-titolu tar-Regolamenti ġie rranġat biex jagħti kont tar-rinumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat tal-KE, bi qbil ma l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikolu 85(3) tat-Trattat) tat-Trattat għal ċertu kategoriji ta’ ftehim u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji ta’ bastimenti ta’ trasport bil-baħar (Consortia) (ĠU L 55, tad-29.2.1992, p. 3). Regolament ememdat bl-Att ta’ Adeżjoni ta’ 1994.

[11] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2988/74 tas-26 Novembru 1974 li jikkonċernaw il-perjodu ta’ limitazzjoni fil-proċeduri u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt ir-regoli tal-Komunità Ekonomika Ewropea li jirrelataw għat-trasport u l-kompetizzjoni (ĠU L 319, tad-29.11.1974, p. 1).

[12] ĠU C 124, tat-28.11.1962, p. 2751/62; Regolament kif ġie emendat bl-aħħar Regolament Nru 1002/67/KEE (ĠU C 306, tas-16.12.1967, p. 1).

[13] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1017/68 tad-19 ta’ Lulju 1968 li japplika r-regoli tal-kompetizzjoni għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u permess tal-passaġġi ta’ l-ilma interni (ĠU L 175, tat-23.7.1968, p. 1). Regolament kif ġie emendat bl-aħħar Att ta’ Adeżjoni ta’ 1994.

[14] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4056/86 tat-22 Diċembru 1986 jniżżel ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 81 u 82 (It-titolu tar-Regolamenti ġie rranġat biex jagħti kont tar-rinumerazzjoni ta’ l-Artikoli tat-Trattat tal-KE, bi qbil ma l-Artikolu 12 tat-Trattat ta’ Amsterdam; ir-referenza oriġinali kienet lill-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat) tat-Trattat tat-trasport marittimu (ĠU L 378, tal-31.12.1986, p. 4). Regolament kif ġie emendat bl-aħħar Att ta’ Adeżjoni ta’ 1994.

[15] Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87 ta’ l-14 ta’ Diċembru 1987 li jippreskrivi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru (ĠU L 374, tal-31.12.1987, p. 1). Regolament kif ġie emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2410/92 (ĠU L 240, ta’ l-24.8.1992, p. 18).

[16] ĠU L 1, 04.01.03, p. 1.

[17] ĠU L 1, 04.01.03, p. 1.

[18] ĠU L 1, 04.01.03, p. 1.

[19] ĠU L 1, 04.01.03, p. 1."

--------------------------------------------------

Top