EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R0565

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2002 tat-2 ta'April 2002 li jistabbilixxi l-metodu biex jamministra kwoti ta' tariffi u li jintroduċi sistema ta' ċertifikati ta' oriġini għat-tewm importat minn pajjiżi terzi

OJ L 86, 3.4.2002, p. 11–16 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Estonian: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Latvian: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Lithuanian: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Hungarian Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Maltese: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Polish: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Slovak: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230
Special edition in Slovene: Chapter 02 Volume 012 P. 224 - 230

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/03/2006; Imħassar b' 32005R1870

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/565/oj

32002R0565



Official Journal L 086 , 03/04/2002 P. 0011 - 0016


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 565/2002

tat-2 ta'April 2002

li jistabbilixxi l-metodu biex jamministra kwoti ta' tariffi u li jintroduċi sistema ta' ċertifikati ta' oriġini għat-tewm importat minn pajjiżi terzi

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex ta' l-ikel [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 911/2001 [2], u partikolarment l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/104/KE tat-28 ta' Mejju 2001 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim f'forma ta' skambju ta' ittri bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Arġentina skond l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali fuq it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet dwar it-tewm prevista fl-Iskeda CXL annessa mal-GATT [3], u partikolarment l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1) Wara n-negozjati li saru skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, il-Komunità emendat il-kondizzjonijiet dwar l-importazzjoni tat-tewm. Mill-1 ta' Ġunju 2001 id-dazju normali għal importazzjonijiet tat-tewm li jaqa’ fil-kodiċi tan-NM 07032000 ikkonsista f'dazju ad valorem ta' 9,6 % u ammont speċifiku ta' 1200 EUR kull tunnellata metrika netta. Madankollu, kwota ta' 38370 tunnellata metrika bla dazju speċifiku nfetħet bil-Ftehim konkluż ma’ l-Arġentina, approvat bid-Deċiżjoni Nru 2001/404/KE, minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-kwota tal-GATT". Il-Ftehim jgħid li l-kwota għandha tinqasam sa f'19147 tunnellata metrika għal importazzjonijiet mill-Arġentina (numru tas-serje 09.4104), 13200 tunnellata metrika għal importazzjonijiet miċ-Ċina (numru tas-serje 09.4105) u 6023 tunnellata metrika għal importazzjonijiet minn pajjiżi oħra (numru tas-serje 09.4106).

(2) Importazzjonijiet ta' tewm jistgħu isiru wkoll, barra l-kwota tal-GATT jew id-dazju normali, fuq termini preferenzjali, taħt ftehim konklużi bejn il-Komunità u ċerti pajjiżi terzi.

(3) Il-metodu ta' amministrazzjoni tal-kwota tal-GATT ġie stabbilit bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1047/2001 [4], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1865/2001 [5]. L-esperjenza madankollu turi li din l-amministrazzjoni tista’ tittejjeb u tkun simplifikata. B'mod partikolari, il-bżonn ta' liċenzji għal importazzjonijiet barra l-kwota tal-GATT għandu jitneħħa, u l-kondizzjonijiet għal aċċess minn importaturi għal din il-kwota għandhom ikunu addattati biex tittieħed kunsiderazzjoni aħjar ta' l-andamenti kummerċjali tradizzjonali.

(4) Importazzjonijiet ta' tewm jistgħu ikunu monitorjati skond l-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jippreskrivi d-disposizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [6], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 444/2002 [7].

(5) Minħabba l-eżistenza ta' dazju speċifiku għal importazzjonijiet mhux preferenzjali barra l-kwota tal-GATT, l-amministrazzjoni tal-kwota teħtieġ l-introduzzjoni ta' sistema ta' liċenzji ta' l-importazzjoni. Ir-regoli dettaljati ta' dik is-sistema għandhom ikunu komplementari ma’, jew jidderogaw minn, dawk preskritti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1291/2000 tad-9 ta' Ġunju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni u esportazzjoni u ċertifikati fissi bil-quddiem għal prodotti agrikoli [8], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2299/2001 [9].

(6) Miżuri huma meħtieġa biex jinżammu għall-minimu l-applikazzjonijiet spekulattivi għal-liċenzji ta' importazzjoni li mhumiex marbutin ma’ attività kummerċjali ġenwina fis-suq tal-frott u tal-ħxejjex ta' l-ikel. Għal dan il-għan regoli speċjali għandhom jiġu preskritti dwar applikazzjonijiet għal u l-validità ta' liċenzji.

(7) Minħabba li l-Ftehim konkluż ma’ l-Arġentina jiddisponi għall-amministrazzjoni tal-kwota tal-GATT fuq il-bażi ta' sistema ta' importaturi tradizzjonali u ġodda, il-kunċett ta' l-importaturi tradizzjonali għandu jkun definit u l-kwota tiġi allokata bejn iż-żewġ kategoriji ta' importatur, waqt li jitħalla jsir l-aħjar użu mill-kwota.

(8) Biex jiggarantixxu amministrazzjoni korretta tal-kwota tal-GATT, il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni fil-każ li l-applikazzjonijiet għal liċenzji jeċċedu, għal xi oriġini speċifiku jew f'xi tliet xhur speċifiċi, il-kwantitajiet fissi mid-Deċiżjoni 2001/404/KE u l-kwantitajiet mhux użati minn liċenzji maħruġa qabel, għandhom ikunu stabbiliti. Fejn dawn il-miżuri jinvolvu ko-effiċjent ta' tnaqqis li għandu jkun applikat fil-ħin tal-ħruġ tal-liċenzji, il-possibilta għandha tingħata għal applikazzjonijiet għal dawk il-liċenzji li għandhom ikunu rtirati b'rilaxx immedjat tal-garanzija.

(9) Biex jittejbu l-kontrolli u ma jitħalla ebda riskju ta' tbegħid ta' kummerċ ibbażat fuq dokumentazzjoni mhux eżatta, is-sistema eżistenti taċ-ċertifikati ta' oriġini għal tewm importat minn ċerti pajjiżi terzi u l-ħtieġa ta' dan it-tewm biex jinġarr dirett mit-tielet pajjiż ta' oriġini lejn il-Komunità għandha tibqa’. Dak iċ-ċertifikat ta' oriġini għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali skond l-Artikoli 56 sa 62 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(10) Ir-Regolament (KE) Nru 1047/2001 għandu jitħassar.

(11) Il-miżuri li għalihom jiddisponi dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Ġestjoni għall-Frott Frisk u l-Ħxejjex ta' l-Ikel,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

KWOTI TA' TARIFFI

Artikolu 1

Skop u ffissar ta' dazju applikabbli għall-kwota.

1. Dan il-Kapitolu jippreskrivi r-regoli għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi għal tewm li jaqgħu fil-kodiċi tas-CN 07032000, miftuħa bid-Deċiżjoni 2001/404/KE.

2. Id-dazju ad valorem applikabbli għal prodotti mportati taħt il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 9,6 %.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dan ir-Regolament:

(a) "perjodu ta' importazzjoni" ifisser perjodu ta' sena li jibda mill-1 ta' Ġunju ta' sena waħda sal-31 ta' Mejju ta' wara;

(b) "importaturi" tfisser operaturi, persuni naturali jew legali, individwi jew gruppi li jkunu mportaw ġewwa l-Komunità, għall-inqas f'waħda mis-sentejn kalendarji ta' qabel, mill-anqas 50 tunnellata metrika kull sena ta' frott u ħxejjex ta' l-ikel kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 2200/96;

(ċ) "importaturi tradizzjonali" tfisser importaturi li mportaw tewm ġewwa l-Komunità għall-inqas fi tnejn mit-tliet perjodi ta' importazzjoni ta' qabel, irrispettivament mill-oriġini u d-data ta' dawn l-importazzjonijiet;

(d) "kwantità ta' riferenza" tfisser il-kwantità massima ta' importazzjonijiet fis-sena ta' tewm magħmula minn importatur tradizzjonali matul is-snin kalendarji 1998, 1999 u 2000. Fejn l-importatur in kwestjoni ma jkunx importa xi tewm matul f'għall-inqas tnejn minn dawn it-tliet snin, il-kwantità ta' riferenza għandha tkun il-kwantità massima ta' importazzjonijiet fis-sena ta'tewm matul it-tliet perjodi ta' importazzjoni ta' qabel dik li fiha kienet preżentata applikazzjoni għal liċenza;

(e) "importaturi ġodda" tfisser importaturi li mhumiex importaturi tradizzjonali.

Il-kwantità ta' riferenza kalkolata għal perjodu għandha tibqa' valida għal dak il-perjodu kollu.

Artikolu 3

Sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni

1. L-importazzjoni kollha taħt il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa il-"liċenza", maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1291/2000, bla ħsara għad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

2. L-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 m'għandux japplika għal-liċenzji. Il-kaxxa 19 ta' liċenzji għandha tkun immarkata "0".

3. Minkejja l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000, id-drittijiet li joħorġu mil-liċenzji ma jkunux trasferibbli.

4. L-ammont ta' garanzija msemmija fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament (KE) Nru 1291/2000 għandu jkun EUR 15 għal kull tunellata metrika netta.

Artikolu 4

Validità ta' liċenzji

1. Il-kaxxa 8 ta' l-applikazzjonijiet għall-liċenzji u tal-liċenzji għandha turi l-pajjiż ta' oriġini tal-prodott. Il-kelma "iva" fil-kaxxa 8 għandha tkun immarkata b'salib. Il-liċenzji jkunu validi biss għall-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż indikat f'dik il-kaxxa.

2. Il-liċenzji jkunu validi biss għat-tliet xhur li nħarġu għalihom. Il-kaxxa 24 tagħhom għandu jkun fiha waħda minn dawn l-annotazzjonijiet:

- certificado expedido y válido solamente para el trimestre comprendido entre el 1 … y el 28/29/30/31 …

- licens, der kun er udstedt og gyldig for kvartalet fra 1. … til 28./29./30./31. …

- Lizenz nur erteilt und gültig für das Quartal vom 1. … bis 28./29./30./31. …

- Πιστοποιητικό εκδοθέν και ισχύον μόνο για το τρίμηνο από την 1η … έως τις 28/29/30/31 …

- licence issued and valid only for the quarter from 1 [month] to 28/29/30/31 [month]

- certificat émis et valable seulement pour le trimestre du 1er … au 28/29/30/31 …

- titolo rilasciato e valido unicamente per il trimestre dal 1° … al 28/29/30/31 …

- voor het kwartaal van 1… tot en met 28/29/30/31 … afgegeven en uitsluitend in dat kwartaal geldig certificaat.

- certificado emitido e válido apenas para o trimestre de 1 de … a 28/29/30/31 de …

- todistus on myönnetty 1 päivän … ja 28/29/30/31 päivän … väliselle vuosineljännekselle ja se on voimassa ainoastaan kyseisenä vuosineljänneksenä

- licens utfärdad och giltig endast för tremånadersperioden den 1 … till den 28/29/30/31 …

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal liċenzji

1. Applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jintefgħu biss minn importaturi.

Biex isostnu l-applikazzjonijiet tagħhom, importaturi, u partikolarment importaturi tradizzjonali, għandhom jipprovdu informazzjoni li tivverifika għas-sodisfazzjon ta' l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti konformità ma’ l-Artikolu 2(b) u (ċ).

Fejn importaturi ġodda jkunu kisbu liċenzji skond dan ir-Regolament jew ir-Regolament (KE) Nru 1047/2001 matul il-perjodu ta' importazzjoni ta' qabel, għandhom jipprovdu evidenza li għall-inqas 90 % tal-kwantità allokata lilhom verament kienet rilaxxata għal ċirkolazzjoni libera.

2. Għal kull tliet xhur imsemmija fl-Anness I, applikazzjonijiet għal liċenzji jistgħu jintefgħu biss mit-tieni Tnejn tax-xahar qabel ix-xahar preċedenti għat-tliet xhur inkwistjoni sa l-aħħar Ġimgħa nkluża ta' dawk it-tliet xhur.

Il-kaxxa 20 ta' dawk l-applikazzjonijiet għandu jkun fiha waħda minn dawn l-annotazzjonijiet:

- certificado solicitado para el trimestre comprendido entre el 1… y el 28/29/30/31…

- licens, der er ansøgt om for kvartalet fra 1.… til 28./29./30./31.…

- Lizenz beantragt für das Quartal vom 1.… bis 28./29./30./31.…

- Πιστοποιητικό που ζητήθηκε για το τρίμηνο από την 1η … έως τις 28/29/30/31. …

- licence sought for the quarter from 1 [month] to 28/29/30/31 [month]

- certificat demandé pour le trimestre du 1er… au 28/29/30/31…

- titolo richiesto per il trimestre dal 1o… al 28/29/30/31…

- voor het kwartaal van 1… tot en met 28/29/30/31… aangevraagd certificaat.

- certificado pedido para o trimestre de 1 de… a 28/29/30/31 de…

- todistus on haettu 1 päivän… ja 28/29/30/31 päivän… väliselle vuosineljännekselle

- licens begärd för tremånadersperioden den 1… till den 28/29/30/31…

3. Applikazzjonijiet għal liċenzji mitfugħa mill-importaturi tradizzjonali jistgħu ikopru, bil-perjodu ta' importazzjoni, kwantita mhux iżjed mill-kwantità ta' riferenza għal dawk l-importaturi.

4. Għal kull wieħed mit-tliet oriġini u għal kull tliet xhur indikati fl-Anness I, applikazzjonijiet għal liċenzji mitfugħa mill-importaturi ġodda jistgħu ikopru mhux aktar minn 10 % tal-kwantita msemmija fl-Anness I għal dawk it-tliet xhur u għal dik l-oriġini.

5. L-ebda applikazzjoni għal liċenza ma tista’ tintefa’ għal xi tliet xhur speċifiċi u għal oriġini speċifiku fejn l-ebda kwantita ma tkun indikata fl-Anness I għal dawk it-tliet xhur u għal dik l-oriġini.

6. Il-kaxxa 20 ta' applikazzjonijiet għal liċenzji għandha tindika "importatur tradizzjonali" jew "importatur ġdid" skond il-każ.

Artikolu 6

Il-kwantita massima li għandha toħroġ

1. Għal kull wieħed mit-tliet oriġini u għal kull tliet xhur indikati fl-Anness I, liċenzji jinħarġu biss sa kwantita massima ugwali għas-somma ta':

(a) il-kwantità indikata fl-Anness I għal dawk it-tliet xhur u għal dik l-oriġini;

(b) il-kwantitajiet li ma applikawx għalihom matul it-tliet xhur ta' qabel għal dik l-oriġini;

(ċ) il-kwantitajiet mhux użati notifikati lill-Kummissjoni minn liċenzji li nħarġu qabel għal dik l-oriġini.

Madankollu, il-kwantitajiet li ma applikawx għalihom jew mhux użati matul perjodu ta' importazzjoni ma jistgħux ikunu trasferiti għall-perjodu ta' importazzjoni ta' wara.

2. Għal kull wieħed mit-tliet oriġini u għal kull tliet xhur tas-sena indikati fl-Anness I, il-kwantita massima ikkalkolata skond il-paragrafu 1 għandha tkun allokata kif ġej:

(a) 70 % għall-importaturi tradizzjonali,

(b) 30 % għall-importaturi ġodda.

Madankollu, il-kwantitajiet disponibbli għandhom ikunu allokati għal kull wieħed miż-żewġ kategoriji ta' importaturi mingħajr diskriminazzjoni mill-ewwel Tnejn tat-tieni xahar ta' kull tliet xhur.

Artikolu 7

Komunikazzjonijiet ta' l-Istati Membri lill-Kummissjoni

1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi:

(a) il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji;

(b) il-kwantitajiet koperti minn liċenzji mhux użati jew użati parzjalment, li jikkorrispondu mad-differenza bejn il-kwantitajiet imdaħħla fuq wara tal-liċenzji u l-kwantitajiet li nħarġu għalihom;

(ċ) il-kwantitajiet li jirrelataw għal applikazzjonijiet għal liċenzji rtirati skond l-Artikolu 8(4).

2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tkun notifikata kull nħar ta' Ħamis dwar applikazzjonijiet mitfugħa t-Tnejn u t-Tlieta ta' dik il-ġimgħa u kull nhar ta' Tnejn dwar applikazzjonijiet mitfugħa l-Erbgħa, il-Ħamis u l-Ġimgħa ta' qabel.

L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) u (ċ) għandha tkun notifikata kull nħar ta' Ħamis dwar informazzjoni li tkun waslet il-ġimgħa ta' qabel.

Il-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru sa nofsinhar (ħin ta' Brussel) l-aktar tard.

Jekk l-ebda applikazzjoni għal liċenza ma tkun intefgħet jew jekk ma jkunx hemm kwantitajiet mhux użati jew irtirati fis-sens tal-paragrafu 1(b) u (ċ), l-Istat Membru ikkonċernat għandu javża lill-Kummissjoni b'dan fil-ġranet indikati f'dan il-paragrafu.

Jekk il-ġurnata tal-komunikazzjoni ta' informazzjoni kif hemm dispost f'dan il-paragrafu tkun festa nazzjonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jibgħat l-imsemmija komunikazzjoni sat-3p.m. (ħin ta' Brussel) l-aktar tard fil-ġurnata tax-xogħol ta' qabel.

3. Il-komunikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom isiru b'mezzi elettroniċi fuq il-formola mibgħuta għal dik ir-raġuni mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

Għandhom ikunu maqsuma skond il-ġurnata ta' l-applikazzjoni għal-liċenza, il-pajiż terz ta' oriġini, it-tliet xhur tas-sena u t-tip ta' importatur fis-sens ta' l-Artikolu 2.

Artikolu 8

Ħruġ tal-liċenzji

1. Liċenzi għandhom jinħarġu fil-ħames ġurnata tax-xogħol ta' wara l-ġurnata li fiha jintefgħu l-applikazzjonijiet sakemm il-Kummissjoni ma tieħux miżuri f'dak iż-żmien skond il-paragrafu 2.

Fejn miżuri jkunu adottati skond il-paragrafu 2, liċenzji għandhom jinħarġu fit-tielet ġurnata tax-xogħol wara d-dħul fis-seħħ ta' dawk il-miżuri.

2. Fejn il-Kummissjoni ssib, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni notifikata mill-Istati Membri skond l-Artikolu 7, li l-applikazzjonijiet għal liċenzji jeċċedu l-bilanċ disponibbli ta' waħda mill-kwantitajiet massimi stabbiliti skond l-Artikolu 6, għandha, jekk hemm bżonn, tadotta permezz ta' regolament, tnaqqis wieħed ta' perċentwal għall-applikazzjonijiet inkwistjoni u għandha twaqqaf il-ħruġ ta' liċenzji sad-data msemmija fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 6(2) jew għall-bqija ta' dawk it-tliet xhur tas-sena għal applikazzjonijiet sussegwenti.

3. Għall-finijiet ta' l-eżami msemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-liċenzji li jkunu diġà ħarġu jew li għad iridu joħorġu għat-tliet xhur tas-sena u għall-oriġini in kwestjoni.

4. Fejn, skond il-paragrafu 2, il-kwantità li għaliha nħarġet liċenza hija anqas mill-kwantità mitluba, l-applikazzjoni għall-liċenza tista’ tiġi rtirata fi żmien tlett ijiem tax- xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri adottati skond il-paragrafu 2. Fil-każ ta' dan l-irtirar il-garanzija għandha tiġi rilaxxata minnufih.

5. L-ebda liċenza ma tista’ tinħareġ bil-ħsieb li jkunu importati prodotti li joriġinaw mill-pajjiżi mniżżla fl-Anness II li jkun għadhom ma għaddewx lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tinħoloq proċedura ta' koperazzjoni amministrattiva skond l-Artikoli 63 sa 65 tar-Regolament (KE) Nru 2454/93. L-informazzjoni titqies li għaddiet fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha kif hemm dispost fl-Artikolu 11.

KAPITOLU II

ĊERTIFIKATI TA' ORIĠINI

Artikolu 9

Disposizzjonijiet generali

Kull rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta' tewm li joriġina f'pajjiż terz imniżżel fl-Anness II ikun suġġett għal:

(a) preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' oriġini maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali ta' dak il-pajjiż skond l-Artikoli 55 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, u

(b) il-kondizzjoni li l-prodott kien trasportat direttament, fis-sens ta' l-Artikolu 10, minn dak il-pajjiż għall-Komunità.

Artikolu 10

Trasport dirett

1. Dan li ġej għandu jkun ikkunsidrat bħala ttrasportat dirett lejn il-Komunità mill-pajjiżi terzi mniżżla fl-Anness II:

(a) prodotti ttrasportati mingħajr ma jgħaddu mit-territorju ta' xi pajjiż terz ieħor;

(b) prodotti trasportati minn ġo pajjiż terz wieħed jew iżjed barra l-pajjiż ta' oriġini, bi jew mingħajr trasport jew maħżuna temporanjament f'dawk il-pajjiżi, sakemm dak il-passaġġ huwa ġustifikat minħabba raġunijiet ġeografiċi jew eskluivament minħabba ħtiġijiet ta' trasport u sakemm il-prodotti:

(i) baqgħu taħt is-sorveljanza ta' l-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew pajjiżi tal-passaġġ jew tal-ħażna,

(ii) ma kienux daħlu fil-kummerċ jew ġew rilaxxati għall-konsum hemmhekk, u

(iii) ma għaddewx minn xi operazzjonijiet hemmhekk għajr il-ħatt u t-tagħbija mill-ġdid jew xi operazzjoni oħra biex jinżammu f'kondizzjoni tajba.

2. Prova li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(b) kienu mħarsa tintbagħat lill-awtoritajiet tal-Komunità. Dik il-prova tista’ tingħata, partikolarment, f'forma ta' wieħed mid-dokumenti li ġejjin:

(a) dokument ta' trasport wieħed maħruġ fil-pajjiż ta' oriġini li jkopri l-passaġġ minn ġol-pajjiż jew pajjiżi ta' transitu

(b) ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tad-dwana tal-pajjiż jew pajjiżi ta' transitu li jkun fih:

(i) deskrizzjoni preċiża ta' l-oġġetti;

(ii) id-dati tal-ħatt u tat-tagħbija mill-ġdid tagħhom jew il-ħatt jew it-tagħbija tagħhom fuq jew minn vapur, li jidentifikaw il-vapuri użati;

(iii) ċertifikazzjoni tal-kondizzjonijiet li kienu miżmumin fihom.

Artikolu 11

Koperazzjoni amministrattiva

Hekk kif l-informazzjoni meħtieġa biex biġi stabbilita proċedura ta' koperazzjoni amministrattiva skond l-Artikoli 63 sa 65 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 tkun intbagħtet minn kull pajjiż terz imniżżel fl-Anness II, komunikazzjoni dwar id-dispaċċ ta' dik l-informazzjoni għandu jiġi pubblikat fis-serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej [10].

KAPITOLU III

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 12

Tħassir

Ir-Regolament (KE) Nru 1047/2001 huwa b'dan imħassar b'effett mill-1 ta' Ġunju 2002.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan għandu japplika għal liċenzji li applikaw għalihom mit-8 ta'April 2002, għat-tliet xhur mill-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Awissu 2002, u għal rilaxxi fiċ-ċirkolazzjoni libera mill-1 ta' Ġunju 2002. Ma għandux japplika għal rilaxxi fiċ-ċirkolazzjoni libera li jkunu saru, qabel il-31 ta' Mejju 2002, b'liċenzji ta' importazzjoni maħruġa skond ir-Regolament (KE) Nru 1047/2001.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-2 ta' April 2002.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 297, tal-21.11.1996, p. 1.

[2] ĠU L 129, tal-11.5.2001, p. 3.

[3] ĠU L 142, tad-29.5.2001, p. 7.

[4] ĠU L 145, tal-31.5.2001, p. 35.

[5] ĠU L 254, tat-22.9.2001, p. 3.

[6] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.

[7] ĠU L 68, tat-12.3.2002, p. 11.

[8] ĠU L 152, ta' l-24.6.2000, p. 1.

[9] ĠU L 308, tas-27.11.2001, p. 19.

[10] Għall-Iran, ara l-Komunikazzjoni 98/C 12/04 (ĠU C 12, tas-16.1.1998, p. 13).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Kwoti ta' tariffi miftuħa skond id-Deċiżjoni 2001/404/KE għal importazzjonijiet ta' tewm li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 07032000

(f'tonniet) |

Oriġini | Numru tas-serje | Kwota |

L-ewwel tliet xhur (Ġunju/Awissu) | It-tieni tliet xhur (Settembru/Novembru) | It-tielet tliet xhur (Diċembru/Frar) | Ir-raba’ tliet xhur (Marzu/Mejju) | Total |

L-Arġentina | 09.4104 | – | – | 13700 | 5447 | 19147 |

Iċ-Ċina | 09.4105 | 3600 | 3600 | 3000 | 3000 | 13200 |

Il-pajjiżi terzi l-oħra | 09.4106 | 1344 | 2800 | 1327 | 552 | 6023 |

Total | – | 4944 | 6400 | 18027 | 8999 | 38370 |

--------------------------------------------------

ANNESS II

Lista ta' pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 9

Il-Libanu

L-Iran

L-Emirati Għarab Magħquda

Il-Vjetnam

Il-Malasja

--------------------------------------------------

Top