Help Print this page 

Document 32002L0058

Title and reference
Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)

OJ L 201, 31.7.2002, p. 37–47 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 029 P. 514 - 524
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 036 P. 63 - 73
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 036 P. 63 - 73
Special edition in Croatian: Chapter 13 Volume 052 P. 111 - 121

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/58/oj
Multilingual display
Authentic language
  • Authentic language: Spanjol, Daniż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Franċiż, Taljan, Olandiż, Portugiż, Finlandiż, Svediż, Islandiż, Norveġiż
Dates
  • Date of document: 12/07/2002
  • Date of effect: 31/07/2002; Dħul fis-seħħ Data tal-pubblikazzjoni Ara Art. 20
  • Date of effect: 31/07/2002; Dħul fis-seħħ Data tal-pubblikazzjoni Ara Art. 20
  • Deadline: 30/10/2003; L-aktar tard Ara Art. 17.1
  • Deadline: 30/10/2003; L-aktar tard Ara Art. 17.1
  • Date of end of validity: 31/12/9999
Miscellaneous information
  • Author: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Form: Direttiva
  • Addressee: L-Istati Membri
  • Additional information: Estiża għaż-ŻEE permezz ta' 22003D0080, COD 2000/0189
Relationship between documents
Text

32002L0058



Official Journal L 201 , 31/07/2002 P. 0037 - 0047


Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-12 ta' Lulju 2002

dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika(Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika)

Il-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],

Wara li kkonsultaw il-proposta tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data [4] teħtieġ illi l-Istati Membri jiżguraw illi d-drittijiet u libertajiet ta' persuni naturali fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali, u b'mod partikolari d-dritt tagħhom għall-privatezza, sabiex ikun żgurat il-moviment liberu tad-data personali fil-Komunità.

(2) Din id-Direttiva tfittex li tirrispetta d-drittijiet fondamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta' l-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 8 ta' dik il-Karta.

(3) Il-kunfidenzjalità fil-komunikazzjoni hija garantita skond l-istrumenti internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali, kif ukoll il-Kostituzzjonijiet ta' l-Istati Membri.

(4) Id-Direttiva 97/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar l-ipproċessar ta' data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjoni [5] ttraduċiet il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE f'regoli speċifiċi għas-settur tat-telekomunikazzjoni. Id-Direttiva 97/66/KE għandha tiġi adattata għall-iżviluppi fis-swieq u t-tekonoloġiji għas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika sabiex tipprovdi livell indaqs ta' protezzjoni tad-data personali u l-privatezza ta' l-utenti ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, irrispettivament mit-teknoloġija użata. Dik id-Direttiva għandha għaldaqstant titħassar u tiġi sostitwita b'din id-Direttiva.

(5) Teknoloġiji diġitali avvanzati ġodda li qed ikunu introdotti bħalissa fin-networks pubbliċi ta' komunikazzjoni fil-Komunità, li jwasslu għal ħtiġiet speċifiċi dwar il-protezzjoni ta' data personali u l-privatezza ta' l-utent. L-iżvilupp tas-soċjetà ta' l-informazzjoni huwa karatterizzat mill-introduzzjoni ta' servizzi elettroniċi ta' komunikazzjoni ġodda. L-aċċess għan-networks diġitali mobbli sar aktar disponobbli u jista’ jintlaħaq mill-but tal-pubbliku in ġenerali. Dawn in-networks diġitali għandhom kapaċitajiet u possibiltajiet kbar għall-ipproċessar tad-data personali. L-iżvilupp transkonfini b'suċċess għal dawn is-servizzi huwa dipendenti f'parti fuq il-kunfidenza ta' l-utenti li l-privatezza tagħhom ma tkunx f'riskju.

(6) L-Internet qed jaqleb l-istrutturi tas-suq tradizzjonali billi jipprovdi infrastruttura komuni u globali għat-twassil ta' medda wiesgħa ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika. Servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament fuq l-Internet jiftħu possibiltajiet ġodda għal min jużahom iżda ukoll riskji ġodda għal data personali u privatezza tagħhom.

(7) Fil-każ ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjoni, dispożizzjonijiet speċifiċi legali, regolatorji, u tekniċi għandhom jsiru sabiex ikunu protetti d-drittijiet u libertajiet fondamentali tal-persuni naturali u l-interessi leġittimi tal-persuni legali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċità li dejjem tiżdied tal-ħażna awtomatizzata u l-ipproċessar tad-data li għandha x'taqsam ma' l-abbonati u l-utenti.

(8) Dispożizzjonijiet legali, regolatorji u tekniċi adottati mill-Istati Membri dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-privatezza u l-interess leġittimu tal-persuni legali fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, għandhom jiġu armonizzati sabiex jiġu evitati ostakoli għas-suq intern għall-komunikazzjoni elettronika skond l-Artikolu 14 tat-Trattat. L-armonizazzjoni għandha tkun limitata għal ħtiġiet neċessarji sabiex jiggarantixxu illi l-promozzjoni u l-iżvilupp ta' servizzi u networks ġodda ta' komunikazzjonijiet elettroniċi bejn l-Istati Membri ma jiġux ostakolati.

(9) L- Istati Membri, il-provdituri u l-utenti tas-servizzi konċernati, flimkien mal-korpi Komunitarji kompetenti, għandhom jikkoperaw sabiex jintroduċu u jiżviluppaw it-teknoloġiji relevanti fejn dan huwa neċessarju biex ikunu applikati l-garanziji previsti f'din id-Direttiva u jqisu partikolarment l-obbjettivi biex jimminimizzaw l-ipproċessar tad-data personali u li jużaw data anonima jew u psewdonoma fejn possibbli.

(10) Fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika, id-Direttiva 95/46/KE tapplika b'mod partikolari għall-materji kollha li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet fondamentali, li mhumiex speċifikatament koperti mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, inklużi l-obbligazzjonijiet fuq il-kontrollur u drittijiet ta' l-individwi. Id-Direttiva 95/46/KE tgħodd għal servizzi ta' komunikazzjoni mhux pubbliċi.

(11) Bħad-Direttiva 95/46/KE, din id-Direttiva ma tittrattax kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fondamentali relatati ma’ l-attivitajiet li mhumiex regolati mil-liġi Komunitarja. Għaldaqstant ma tbiddilx il-bilanċ eżistenti bejn id-dritt ta' l-individwu għall-privatezza u l-possibbiltà għall-Istati Membri li jieħdu l-miżuri msemmijin fl-Artikolu 15(1) ta' din id-Direttiva, neċessarji għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, difiża, sigurta ta' l-Istat (li tinkludi il-ġid ekonomiku ta' l-Istat meta l-attivitajiet huma ta' materja ta' sigurtà ta' l-Istat) u l-infurzar tal-liġi kriminali. Konsegwenetement, din id-Direttiva ma taffetwax l-abbiltà ta' l-Istati Membri li jwettqu l-interċezzjoni legali ta' komunikazzjoni elettronika, jew li jieħdu miżuri oħra, jekk neċessarji għal kwalunkwe wieħed minn dawn l-iskopijiet u skond il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali, hekk kif interpretati mid-deċi\jonijiet tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dawn il-miżuri għandhom jkunu xierqa, strettament proporzjonali għall-iskop maħsub kif ukoll neċessarji fi ħdan soċjetà demokratika u għandhom ikunu suġġetti għal salvagwardji adegwati skond il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fondamentali.

(12) L-abbonati ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika li huwa aċċessibbli għall-pubbliku jistgħu jkunu persuni naturali jew legali. Billi tissupplimenta d-Direttiva 95/46/KE, din id-Direttiva hija intiża biex tipproteġi d-drittijiet fondamentali ta' persuni naturali u partikolarment id-dritt tagħhom għall- privatezza, kif ukoll l-interessi leġittimi ta' persuni legali. Din id-Direttiva ma tinvolvix obbligazzjoni għall-Istati Membri illi jestendu l-applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE għall-protezzjoni ta' l-interessi leġittimi ta' persuni legali, li hija żgurata fi ħdan il-kwadru tal-leġislazzjoni Komunitarja u nazzjonali applikabbli.

(13) Ir-relazzjoni kontrattwali bejn l-abbonat u l-provditur tas-servizz tista’ tinvolvi pagament perjodiku jew ta' darba għas-servizz provdut jew li għandu jkun provdut. Cards imħallsin minn qabel huma kunsidrati ukoll bħala kuntratt.

(14) Data dwar is-sit tista’ tirreferi għal-latitudni, lonġitudni u altiduni tat-tagħmir terminali ta' l-utent, għad-direzzjoni tal-vjaġġ, għal-livell ta' eżattezza ta' l-infomazzjoni tas-sit, għall-identifikazzjoni taċ-ċellola tan-network li fiha huwa lokat it-tagħmir terminali f'fċertu punt fi żmien u għall-ħin li l-informazzjoni tas-sit ġiet rrekordjata.

(15) Komunikazzjoni tista’ tinkludi kull informazzjoni dwar l-isem, in-numru, l-indirizz provdut mill-mittent tal-komunikazzjoni jew l-utent ta' konnessjoni sabiex issir il-komunikazzjoni. Traffic data tista tinkludi kull traduzzjoni ta' din l-informazzjoni permezz tan-network fejn il-komunikazzjoni hija trasmessa sabiex issir it-trasmissjoni. Traffic data tista', fost oħrajn, tikkonsisti minn data li tirreferi għar-rotta, durata, ħin jew volum tal-komunikazzjoni, għall-protokoll użat, għas-sit tat-tagħmir terminali ta' min jibgħat jew jirċevi, għan-network fejn il-komunikazzjoni tibda jew tispiċċa, għall-bidu, tmiem jew durata tal-konnessjoni. Jistgħu jikkonsistu ukoll minn format fejn il-komunikazzjoni tintbagħat miin-network.

(16) Informazzjoni li hija parti mis-servizz tax-xandir provdut fuq network ta' komunikazzjoni pubblika hija intiża għal udjenza potenzjalment bla limitu u ma tikkostitwix komunikazzjoni fis-sens ta' din id-Direttiva. Madanakollu, f'każijiet fejn l-abbonat individwali jew utent li jirċevi din l-informazzjoni jista’ jkun identifikat, per eżempju b'servizzi video-on-demand, l-informazzjoni li tintbagħat hija koperta mit-tifsira ta' komunikazzjoni għall-iskopijiet ta' din id- Direttiva.

(17) Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, kunsens ta' l-utent jew ta' l-abbonat, irrispettivament minn jekk dan ta' l-aħħar huwiex persuna naturali jew legali, għandu jkollu l-istess tifsira tal-kunsens tas-su[[ett tad-data hekk kif definita u speċifikata aktar fid-Direttiva 95/46/KE. Il-kunsens jista’ jngħata b'kull mod xieraq li jippermetti indikazzjoni speċifika u informata mogħtija b'mod liberu tax-xewqat ta' l-utent, li tinkludi l-ittikkjar ta' kaxxa meta żżur l-Internet website ta' l-Internet.

(18) Servizzi ta' valur miżjud jistgħu, per eżempju, jikkonsistu minn pariri fuq pakketti ta' tariffi l-aktar irħas, gwidi tar-rotta, informazzjoni tat-traffiku, tbassir tat-temp u informazzjoni għat-turisti.

(19) L-applikazzjoni ta' ċerti ħtiġiet dwar il-preżentazzjoni u restrizzjoni ta' telefonati u l-identifikazzjoni tal-linja konnessa u t-trasferiment awtomatiku ta' sejħiet lil-linji ta' l-abbonati mwaħħlin ma’ exchanges analogi m'għandhomx ikunu magħmula obbligatorji f'każijiet speċfiċi meta din l-applikazzjoni tkun teknikament impossibbli jew tkun teħtieġ sforz ekonomiku sproporzjonat. Huwa importanti għalll-partijiet interessati li jkunu informati b'dawn il-każijiet u l-Istati Membri għandhom għalhekk jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.

(20) Il-provdituri ta' servizzi għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jissalvagwardjaw is-sigurtà tas-servizzi tagħhom, jekk neċessarju flimkien mal-provditur tan-network, u jinformaw lill-abbonati dwar kull riskju speċjali ta' ksur ta' sigurtà tan-network. Dawn ir-riskji jistgħu jseħħu speċjalment f'servizzi ta'komunikazzjoni elettronika fuq open network bħall-Internet jew telefonija mobbli analoga. Huwa partikolarment importanti għall-abbonati u l-utenti ta' dawn is-servizzi li jkun informati b'mod sħiħ mill-provditur tas-servizz tagħhom dwar ir-riskji ta' sigurtà eżistenti 'l barra mill-kamp ta' applikazjoni ta' rimedji possibbli mill-provditur tas-servizz. Provdituri ta' servizzi li joffru servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli publikament fuq l-Internet għandhom jinformaw lill-utenti u l-abbonati b'miżuri illi jistgħu jieħdu sabiex jipproteġju is-sigurtà tal-komunikazzjonijiet tagħhom bħal per eżempju billi jużaw tipi speċifiċi ta' software jew teknoloġiji ta' encryption. Il-ħtieġa li l-abbonati jkunu informati b'riskji partikolari għas-sigurtà ma je]lisx lill-provditur tas-servizz mill-obbligu illi jieħu, bi spejjez tiegħu, passi xierqa u immedjati sabiex jirrimedja kull riskju ta' sigurtà ġdid u mhux previst u li jistabbilixxi mill-ġdid il-livell normali ta' sigurtà tas-servizz. Il-proviżjoni ta' informazzjoni dwar riskji ta' sigurtà lill-abbonat għandhom ikunu bla ħlas bl-eċċezzjoni ta' spejjez nominali li l-abbonat jista' jsofri meta jirċevi jew jiġbor informazzjoni, bħal per eżempju permezz ta' downloading ta' messaġġ ta' posta elettronika. Is-sigurtà hija valutata fid-dawl ta' l-Artikolu 17 tad- Direttiva 95/46/KE.

(21) Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġi pprevenut l-aċċess mhux awtorizzat ta' komunikazzjonijiet sabiex titħares il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjoni, li tinkludi kemm il-kontenut kif ukoll kull data relatata ma’ din il-komunikazzjoni, permezz ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjoni u servizzi ta' telekomunikazzjoni elettroniċi disponibbli pubblikament. Il-leġislazzjoni nazzjonali f'ċerti Stati Membri tipprojbixxi biss l-aċċess intenzjonali mhux awtorizzat għall-komunikazzjonijiet.

(22) Il-projbizzjoni tal-]a\na tal-komunikazzjonijiet u d-data dwar it-traffiku relatati minn persuni minbarra l-utenti jew mingħajr il-kunsens tagħhom mhix maħsuba li tipprojbixxi ħażna awtomatika, intermedja u temporanja ta' din l-informazzjoni sa fejn dan isir għall-iskop uniku li titwettaq it-trasmissjoni fin-network tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u sakemm l-informazzjoni ma tinħażinx għal żmien itwal milli huwa meħtieġ għat-trasmissjoni u għall-iskopijiet tal-ġestjoni tat-traffiku, u li matul iż-żmien tal-ħażna tibqa' garantita l-kunfidenzjalità. Fejn dan huwa meħtieġ biex tkun aktar effiċjenti t-trasmissjoni 'l quddiem ta' informazzjoni aċċessibbli b'mod pubbliku lil reċipjenti oħrajn tas-servizz fuq talba tagħhhom, din id-Direttiva m'għandhiex tipprevjeni li tali informazzjoni tkompli tinħażen, sakemm din l-informazzjoni f'kull każ tkun aċċessibbli g]all-pubbliku mingħajr restrizzjonijiet u li kull data li jirreferu għal abbonati jew l-utenti indivdwali li jitolbu din l-informazzjoni jitħassru.

(23) Il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet għandha wkoll tiġi żgurata fil-kors tal-prattika tal-kummer' skond il-liġi. Fejn huwa meħtieġ u legalment awtorizzat, il-komunikazzjonijiet jistgħu jiġu rreġistrati għall-iskop ta' prova ta' transazzjoni kummerċjali. Id-Direttiva 95/46/KE tapplika għal dan it-tip ta' proċessar. Il-partijiet għall-komunikazzjonijiet għandhom jiġu informati qabel ir-reġistrazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni, l-iskop tagħha u ż-żmien tal-ħażna tagħha. Il-komunikazzjoni reġistrata għandha titħassar malajr kemm jista' jkun u f'kull każ mhux aktar tard mit-tmiem tal-perjodu li fih it-transazzjoni tista' legalment tiġi kkontestata.

(24) Tagħmir terminali ta' utenti ta' networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u kull informazzjoni maħżuna fuq tali tagħmir huma parti mill-isfera privata ta' l-utenti li teħtieġ protezzjoni skond il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. L-hekk imsejħa spyware, web bugs, hidden identifiers u mezzi simili jistgħu jidħlu fit-terminal ta' l-utenti mingħajr l-għarfien tagħhom sabiex ikun hemm aċċess għall-informazzjoni, biex tinħażen informazzjomi moħbija jew biex jiġu traċċati l-attivitajiet ta' l-utent u jistgħu serjament jinvadu l-privatezza ta' dawn l-utenti. L-użu ta' dawn il-mezzi għandu jiġi permess biss għal skopijiet leġittimi, bl-għarfien ta' l-utenti konċernati.

(25) Iżda, dawn il-mezzi, bħal per eżempju l-hekk imsejħa cookies, jistgħu jkunu għodda leġittima u utli, per eżempju, per eżempju, fl-analiżi ta' l-effettività ta' disinn ta' website u r-riklamar, u fil-verifika ta' l-identità ta' utenti li jagħmlu transazzjonijiet online. Fejn dawn il-mezzi, bħal per eżempju l-cookies, huma ntiżi għal skop leġittimu, bħalma huwa li jiffaċilitaw il-provediment tas-servizzi ta' soċjeta’ ta' l-informazzjoni, l-użu tagħhom għandu jiġi permess b'kondizzjoni li l-utenti jingħataw informazzjoni ċara u preċiża skond id-Direttiva 95/46/KE dwar l-iskopijiet tal-cookies jew mezzi simili sabiex jiġi żgurat li l-utenti jkunu konxji mill-informazzjoni li titqiegħed fuq it-tagħmir terminali li jkunu qed jużaw. L-utenti għandu jkollhom l-opportunità li jirrifjutaw li jkollhom cookie jew mezz simili maħżuna fuq it-tagħmir terminali tagħhom. Dan huwa partikolarment importanti fejn utenti minbarra l-utent oriġinali għandhom aċċess għat-tagħmir terminali u għalhekk għal kull data li fiha informazzjoni sensitiva għall-privatezza maħżuna fuq tali tagħmir. L-informazzjoni u d-dritt tar-rifjut jistgħu jiġu offruti darba għall-użu ta' mezzi diversi li għandhom jiġu istallati fuq it-tagħmir terminali ta' l-utenti matul l-istess konnessjoni u li jkopru wkoll użu ulterjuri li jista jsir minn dawn il-mezzi matul konnessjonijiet sussegwenti. Il-metodi għall-għotji ta' informazzjoni, li joffru dritt ta' rifjut jew li jitolbu il-kunsens għandhom ikunu kemm jista’ jkun faċli għall-utent. Aċċess għal kontenut speċifiku fuq website jista xorta jkun kondizzjonali fuq aettazzjoni informata sew ta' cookie jew mezz simili, jekk tintuża għal skop leġittimu.

(26) Id-data dwar l-abbonati li tiġi pproċessata fin-networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex jiġu stabbiliti l-konnessjonijiet u tiġi trasmessa l-informazzjoni ikun fihom informazzjoni dwar il-ħajja privata ta' persuni naturali u jikkonċernaw id-dritt għar-rispett tal-korrispondenza tagħhom jew jikkonċernaw l-interessi leġittimi ta' persuni legali. Dawn id-data jistgħu jinħażnu biss sa fejn huma meħtieġa g]all-provvista tas-servizz u għall-iskop tal-kontijiet u l-ħlas ta' l-interkonnessjoni, u għal żmien limitat. Kull proċessar ulterjuri ta' dawn id-data li l-provditur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jista’ jkun irid iwettaq, għall-marketing ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jew għall-provvista ta' servizzi ta' valur miżjud jista jiġi permess biss jekk l-abbonat ikun qabel ma’ dan fuq il-ba\i ta' informazzjoni preċiża u sħiħa mogħtija mill-provditur ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament dwar it-tipi ta' proċessar ulterjuri li bi ħsiebu jagħmel u dwar id-dritt ta' l-abbonat li ma jagħtix jew li jirtira l-kunsens tiegħu/tag]ha għal tali proċessar. Id-data dwar it-traffiku użati għall-marketing ta' servizzi ta' komunikazzjoni jew għall-provvista ta' servizzi bil-valur miżjud għandhom jitħassru wkoll jew isiru magħmula anonimi wara l-provvista tas-servizz. Il-provdituri tas-servizzi għandhom dejjem iżommu lill-abbonati informati dwar it-tipi ta' data li qegħdin jipproċessaw u l-iskopijiet u d-durata ta' dan.

(27) Il-mument preċiż tat-tlestija tat-trasmissjoni ta' komunikazzjoni, li warajha d-data dwar it-traffiku għandhom jitħassru ħlief għal skopijiet li jintbagħat kont, jista’ jiddependi fuq it-tip ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika li huwa provdut. Per eżempju, għal sejħa ta' telefonija bil-leħen, it-trasmissjoni hija kompluta malli wieħed mill-utenti jtemm il-konnessjoni. Għall-posta elettronika it-trasmissjoni tintemm malli l-indirizzat jiġbor il-messaġġ, tipikament mis-server tal-provditur tas-servizz tiegħu.

(28) L-obbligu li jitħassru d-data dwar it-traffiku jew li dawn id-data jsiru anonimi meta m'għadhomx meħtieġa għall-iskop tat-trasmissjoni ta' komunikazzjoni ma tikkonfliġġix ma’ proċeduri fuq l-Internet bħalma huma l-caching fis-sistema ta' l-isem tad-domain ta' indirizzi ta' l-IP jew il-caching ta' indirizzi ta' l-IP ma marbuta ma' indirizz fiżiku jew l-użu ta' informazzjoni għall-log-in biex jiġi kkontrollat id-dritt għall-aċċess għal networks jew servizzi.

(29) Il-provditur tas-servizz jista' jipproċessa d-data dwar it-traffiku relatata ma' l-abbonati u l-utenti fejn meħtieġ f'każijiet individwali sabiex jiġu skoperti ħsarat tekniċi jew żbalji fit-trasmissjoni tal-komunikazzjonijiet. Id-data dwar it-traffiku meħtieġa għall-skopijiet li jintbagħat kont tista’ tiġi pproċessata wkoll mill-provditur sabiex jiskopri u jwaqqaf frodi li jikkonsisti f'użu mhux imħallas tas-servizz ta' komunikazzjoni elettronika.

(30) Sistemi għall-provvista ta' networks u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika għandhom ikunu diżinjati li jillimitaw l-ammont ta' data personali meħtieġa għall-minimu strettament possibbli. Kull attività relatata mal-provvista ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika li tmur lil hinn mit-trasmissjoni ta' komunikazzjoni u li jsir il-kont għaliħa għandu jkun ibbażat fuq id-data dwar it-traffiku aggregati li ma jistgħux jiġu relatati ma’ abbonati jew utenti. Fejn dawn l-attivitajiet ma jistgħux jiġu bbażati fuq data aggregati, għandhom jitqiesu bħala servizzi bil-valur miżjud li għalihom huwa meħtieġ il-kunsens ta' l-abbonat.

(31) Jekk il-kunsens li għandu jinkiseb għall-ipproċessar tad-data personali bil-għan li jiġi pprovdut servizz partikolari ta' valur miżjud għandux ikun dak ta' l-utent jew ta' l-abbonat, ikun jiddependi mid-data li għandha tiġi proċessata u t-tip ta' servizz li għandu jkun ipprovdut u fuq jekk hijiex teknikament, proċeduralment u kontrattwalment possibbli li tiddistingwi l-individwu li juża servizz ta' komunikazzjoni elettronika mill-persuna legali jew naturali li jkun abbona fih.

(32) Fejn il-provditur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika jew ta' servizz bil-valur miżjud jissottokuntratta l-ipproċessar ta' data meħtieġa għall-provvista ta' dawn is-servizzi lil entità’ oħra, dan is-sottokuntrattar u l-ipproċessar tad-data sussegwenti għandhom ikunu f'konformità sħiħa mal-ħtiġiet dwar il-kontrolluri u l-proċessuri tad-data personali kif stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE. Fejn il-provvista ta' servizz bil-valur miżjud jirirkjedi li d-data dwar it-traffiku jew sit jintbagħtu minn provditur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika lil provditur ta' servizz bil-valur miżjud, l-abbonati jew l-utenti li għalihom hija relatata d-data għandhom ikunu wkoll infurmati bis-sħiħ dwar dan it-traferiment qabel ma jagħtu l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tad-data.

(33) L-introduzzjoni ta' kontijiet dettaljati tebet il-possibilitajiet ghall-abbonat li jivverifika l-preċiżjoni tat-tariffi mitluba mill-provditur tas-servizz iżda, fl-istess ħin, tista’ tipperikola l-privatezza ta' l-utenti ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament. Għalhekk, sabiex tiġi ppriservata l-privatezza ta' l-utent, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iżvilupp ta' għażliet ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bħal faċilitajiet ta' ħlas alternattivi li jippermettu aċċess anonimu jew strettament privat għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament bħal calling cards u faċilitajiet għall-ħlas bil-karta tal-kreditu. Għall-istess skop, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-operaturi joffru lill-abbonati tagħhom tip differenti ta' kont dettaljat li fih ikunu tħassru xi numru min-numru msejjaħ.

(34) Huwa neċessarju, fir-rigward ta' l-identifikazzjoni tal-linja li qed tagħmel is-sejħa, li jitħares id-dritt tal-persuna li qed tagħmel is-sejħa li tiċħad il-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li minnha qed issir is-sejħa u d-dritt tal-persuna msejħa li tiċhad sejħiet minn linji mhux identifikati. Hemm ġustifikazzjoni biex tiġi sorpassata l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li minnha qed issir is-sejħa f'każijiet speċifiċi. Xi abbonati, f'xi linji ta' għajnuna u organizzazzjonijiet simili, għandhom interess li jiggarantixxu l-anonimità ta' min jagħmel is-sejħa. Huwa meħtieġ, rigward l-identifikazzjoni tal-linja konnessa, li jitħarsu d-dritt u l-interess leġittmu tal-persuna msejħa li tiċħad il-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li magħha l-persuna li qed tagħmel is-sejħa hija attwalment konnessa, partikolarment fil-każ ta' sejħiet trasferiti. Il-provdituri ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għandhom jinfurmaw lill-abbonati tagħhom dwar l-eżistenza ta' identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ jew li hija konnessa fin-newtork u dwar is-servizzi kollha li huma offruti fuq il-bażi ta' identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ jew li hija konnessa kif ukoll dwar l-għażliet ta' privatezza disponibbli. Dan jippermetti lill-abbonati jagħmlu għażla infurmata dwar l-għażliet ta' privatezza li jixtiequ jużaw. L-għażliet ta' privatezza li huma offruti fuq bażi per line m'għandhomx għalfejn neċessarjament ikunu disponibbli bħala servizz tan-newtork awtomatiku iżda jistgħu jiġu akkwistati permezz ta' talba sempliċi lill-provditur tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament.

(35) Fin-networks mobbli diġitali, id-data dwar is-sit li tagħti l-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali ta' l-utent mobbli hija proċessata biex tiġi permessa t-trasmissjoni tal-komunikazzjonijiet. Din id-data hija data dwar it-traffiku koperta mill-Artikolu 6 ta' din id- Direttiva. Iżda, minbarra hekk, networks mobbli diġitali jista’ jkollhom il-kapaċità li jipproċessaw id-data dwar is-sit li huma aktar preċiżi milli huwa meħtieġ għat-trasmissjoni ta' komunikazzjonijiet u li huma wżati għall-provvista ta' servizz bil-valur miżjud bħal servizzi li jipprovdu informazzjoni dwar traffiku individwalizzata u gwidi għas-sewwieqa. L-ipproċessar ta' tali data għal servizz bil-valur miżjud għandu jiġu permess biss fejn l-abbonati jkunu taw il-kunsens tagħhom. Ukoll fil-każijiet fejn l-abbonati jkunu taw il-kunsens tagħhom, għandu jkollhom mod sempliċi biex temporanjament jiċħdu l-ipproċessar tad-data dwar is-sit, mingħajr ebda ħlas.

(36) L-istati Membri jistgħu jirrestrinġu d-drittjiet ta' l-utenti u ta' l-abbonati għall-privatezza fir-rigward ta' l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ fejn dan huwa meħtieġ biex jiġu traċċati sejħiet malizzjużi u fir-rigward ta' l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ u id-data dwar is-sit fejn dan huwa meħtieġ biex is-servizzi ta' l-emerġenza jkunu jistgħu jwettqu l-funzjonijiet tagħhom bl-aktar mod effettiv possibbli. Għal dawn l-iskopijiet l-Istati Membri jistgħu jaddottaw dispożizzjonijiet speċifiċi biex jintitolaw lil provdituri ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jipprovdu aċċess għall-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ u d-data dwar is-sit mingħajr il-kunsens minn qabel ta' l-utenti jew abbonati konċernati.

(37) Għandhom jingħataw salvagwardji għall-abbonati kontra l-inkonvenjent li jista’ jiġi kkawżat mis-sejħiet trasferiti awtomatikament minn ħaddieħor. Minbarra hekk, f'dawn il-każijiet, għandu jkun possibbli għall-abbonati li jwaqqfu s-sejħiet trasferiti milli jiġu mgħoddija lit-terminali tagħhom permezz ta' talba sempliċi lill-provditur tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika.

(38) Id-direttorji ta' abbonati ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi huma distribwiti b'mod wiesa’ u pubbliku. Id-dritt ta' privatezza ta' persuni naturali u l-interess leġittimu ta' persuni legali jitolbu li l-abbonati jistgħu jiddeterminaw jekk id-data personali tagħhom jiġux ippubblikati f'direttorju u jekk iva, liema. Providituri ta' direttorji pubbliċi għandhom jinfurmaw lill-abbonati li ser jiġu inklużi f'tali direttorji dwar l-iskop tad-direttorju u dwar kull użu partikolari li jista jsir minn verżjonijiet elettroniċi ta' direttorji pubbliċi, partikolarment permezz ta' funzjonijiet ta' tfittxija inkorporati fis-software, bħal funzjonijiet ta' tfittxija b'lura li jippermettu lil utenti tad-direttorji li jiskopru l-isem u l-indirizz ta' l-abbonat fuq il-bażi ta' numru tat-telefon biss.

(39) L-obbligu li abbonat jiġi infurmat dwar l-iskop(ijiet) ta' direttorji pubbliċi li fihom għandhom jiġu inklużi d-data personali tagħhom għandu jiġi impost fuq il-persuna li qed tiġbor id-data għal din l-inklużjoni. Fejn id-data jistgħu jiġu trasmessi lil terza persuna jew aktar, l-abbonat għandu jiġi infurmat dwar din il-possibbilità u dwar ir-riċevent jew il-kategoriji ta' riċeventi possibbli. Kull trasmissjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjoni li d-data ma tistax tintuża għal skopijiet oħrajn minbarra dawk li għalihom ġiet miġbura. Jekk il-persuna li tiġbor id-data mill-abbonat jew kwalunkwe terza persuna li lilha ġew trasmessi d-data, jixtieq juża d-data għal skop addizzjonali, għandu jinkiseb il-kunsens imġedded ta' l-abbonat jew mill-parti inizjali li tiġbor id-data jew mit-terza persuna li lilha tkun ġiet trasmessa id-data

(40) Għandhom jingħataw salvagwardji għall-abbonati kontra l-intrużjoni tal-privatezza tagħhom permezz ta' komunikazzjonijiet mhux soleċitati għal skopijiet ta' marketing dirett partikolarment permezz ta' magni li jsejħu awtomatikament, telefaxes u posta elettronika, inklużi messaġġi bl-SMS. Dawn il-forom ta' komunikazzjoni kummerċjali mhux soliċitati jistgħu minn banda jkunu relativament faċli u rħas biex jintbagħtu u mill-oħra jistgħu jimponu piż u/jew spiża fuq ir-riċevent. Minbarra hekk, f'xi każijiet il-volum tagħhom jista’ wkoll jikkawża diffikultajiet għal networks ta' komunikazzjoni elettronika u tagħmir terminali. Għal tali forma ta' komunikazzjonijiet mhux soliċitati għal skopijiet ta' marketing dirett huwa ġustifikat li jenħtieġ li jiġi akkwistat il-kunsens minn qabel espliċitu tar-riċeventi qabel ma jiġu indirizzati lilhom tali komunikazzjonijiet. Is-suq wieħed jeħtieġ pożizzjoni armonizzata biex jiġu żgurati regoli sempliċi fil-Komunità kollha għan-negozji u għall-utenti.

(41) Fil-kuntest ta' relazzjoni eżistenti mal-klijenti, huwa raġonevoli li jiġi permess l-użu ta' dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-offerta ta' prodotti jew servizzi simili, iżda biss mill-istess kumpannija li akkwistat id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi skond id-Direttiva 95/46/KE. Meta jiġu akkwistati d-dettalji ta' kuntatt elettroniċi, il-klijent għandu jiġi infurmat dwar l-użu ulterjuri tagħhom għall-marketing dirett b'mod ċar u distint, u jingħata l-opportunità li jirrifjuta tali użu. Din l-opportunità għandha tkompli tiġi offruta ma’ kull messaġġ sussegwenti ta' marketing dirett, mingħajr ħlas, ħlief għall-spejjeż għat-trasmissjoni ta' tali ċaħda.

(42) Forom oħrajn ta' marketing dirett li huma akter għaljin għal min jibgħathom u ma jimponu l-ebda spiża finanzjarja fuq l-abbonati u l-utenti, bħal telefonija bil-leħen minn persuna għal oħra, jistgħu jiġġustifikaw l-manteniment ta' sistema li tagħti lill-abbonati u ’l-utenti l-possibilità li jindikaw li ma jixtiequx li jirċievu tali telefonati. Madankollu, sabiex ma jonqsux il-livelli eżistenti tal-ħarsien tal-privatezza, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jżommu sistemi nazzjonali, li jippermettu biss tali sejħiet lil abbonati u utenti li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel.

(43) Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv tar-regoli Komunitarji dwar messaġġi mhux soliċitati għall-marketing dirett, huwa meħtieġ li jiġi pprojbit l-użu ta' identitajiet foloz jew indirizzi jew numri ta' ritorn foloz waqt li jintbagħtu messaġġi mhux soliċitati għal skopijiet ta' marketing dirett.

(44) Xi sistemi ta' posta elettronika jippermettu lill-abbonati jaraw lill-mittent u l-linja tas-suġġett ta' posta elettronika, u wkoll li jħassru l-messaġġ mingħajr ma jkollhom għalfejn iniżżlu l-bqija tal-kontenut tal-posta elettronika jew affarijiet mehmuża, b'hekk inaqqsu l-ispejjeż li jirriżultaw mit-tniżżil ta' posta elettronika jew affarijiet mehmuża mhux soliċitati. Dawn l-arranġamenti jistgħu jkomplu jkunu utli f'xi każijiet bħala għodda addizzjonali għall-obbligi ġenerali stabbiliti f'din id-Direttiva.

(45) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti li l-Istati Membri jistgħu jagħmlu biex iħarsu l-interessi leġittimi ta' persuni legali dwar komunikazzjonijiet mhux soliċitati għl skopijiet ta' marketing dirett. Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu reġistru ta' opt-out għal tali komunikazzjonijiet lil persuni legali, l-aktar utenti negozjanti, jgħoddu fl-intier tagħom id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar xi aspetti legali tas-servizzi tas-soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-suq intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) [6].

(46) Il-funzjonalitajiet għall-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi jistgħu jiġu integrati fin-network jew f'kull parti tat-tagħmir terminali ta' l-utent, inkluż is-software. Il-ħarsien tad-data personali u l-privatezza ta' l-utenti ta' servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament għandu jkun indipendenti mill-konfigurazzjoni tal- komponenti varji meħtieġa biex ikun provdut s-servizz u dwar id-distribuzzjoni tal-funzjonalitajiet meħtieġa bejn dawn il-komponenti. Id-Direttiva 95/46/KE tkopri kull forma ta' proċessar ta' data personali irrispettivament mit-teknoloġija użata. L-eżistenza ta' regoli speċifiċi għal servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi flimkien mar-regoli ġenerali għall-komponenti l-oħrajn neċessarji għal provvista ta' tali servizzi ma jistgħux jiffaċilitaw il-protezzjoni ta' data personali u l-privatezza b'mod teknoloġikament newtru. Jista’ għalhekk ikun neċessarju li jiġu adottati miżuri li jeħtieġu lill-manifatturi ta' xi tipi ta' tagħmir użat għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika li jibnu l-prodott tagħħom b'tali mod li jinkorpora is-salvagwardji biex jiżguraw illi d-data personali u l-privatezza ta' l-utent jitħarsu. L-adozzjoni ta' tali miżuri skond id-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali ta' telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [7] għandu jiżgura li l-introduzzjoni ta' karatteristiċi tekniċi ta' tagħmir ta' komunikazzjoni elettronika inkluż software għall-iskopijiet tal-ħarsien tad-data personali hija armonizzata sabiex tkun kompatibbli ma’ l-implimentazzjoni tas-suq intern.

(47) Fejn id-drittjiet ta' l-utenti u l-abbonati ma jiġux rispettati, il-leġislazzjoni nazzjonali għandha tipprovdi għal rimedji ġudizzjarji. Il-pieni għandhom jiġu imposti fuq kull persuna, kemm jekk regolati mid-dritt privat jew pubbliku, li ma tikkonformax mal-miżuri nazzjonali meħuda taħt din id-Direttiva.

(48) Fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, huwa utli li tintuża l-esperjenza tal- Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fl-Ipproċessar ta' Data Personali kompost minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri, stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE.

(49) Biex tiġi faċilitata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, huma meħtieġa xi arranġamenti speċifiċi għall-ipproċessar tad-data diġa mibdija fid-data meta tidħol fis-seħħ il-leġislazzjoni nazzjonali implimentattiva bis-saħħa ta' din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni u mira

1. Din id-Direttiva tarmonizza d-dispożizzjonijiet ta' l-Istati Membri meħtieġa biex jiġi żgurat livell ekwivalenti ta' ħarsien ta' drittijiet u libertajiet fundamentali, partikolarment id-dritt għall-privatezza, fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali fis-settur ta' komunikazzjonijiet elettroniċi u sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu ta' tali data u tat-tagħmir u s-' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fil-Komunità.

2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jippartikularizzaw u jikkomplementaw id-Direttiva 95/46/KE għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 1. Minbarra hekk, jipprovdu għall-ħarsien ta' l-interessi leġittimi ta' l-abbonati li huma persuni legali.

3. Din id-Direttiva ma tgħoddx għal attivitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, bħal dawk koperti mit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u f’ kull każ għal attivitajiet li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurta ta' l-Istat (inkluż il-benessere ekonomiku ta' l-Istat meta l-attivitajiet jirrigwardaw affarjiet ta' sigurtà ta' l-Istat) u l-attivitajiet ta' l-Istat f'oqsma tal-liġi kriminali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Ħlief kif provdut mod ieħor, għandhom jgħoddu d-definizzjonijiet fid-Direttiva 95/46/KE u fid-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) [8].

Għandhom jgħoddu wkoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) "utent" tfisser kull persuna naturali li tuża servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, għal skopijiet privati jew ta' negozju, mingħajr ma tkun neċessarjament abbonat għal dan is-servizz;

(b) "Data dwar it-traffiku" tfisser data pproċessata għall-iskopijiet li titntbagħat komunikazzjoni fuq network ta' komunikazzjoni elettonika jew biex isir il-kont għaliha;

(ċ) "data dwar is-sit" tfisser data pproċessata f'network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi li jindikaw il-pożizzjoni ġeografika tat-tagħmir terminali ta' utent ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;

(d) "komunikazzjoni" tfisser informazzjoni skambjata jew mibgħuta bejn numru finit ta' partijiet permezz ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament. Dan ma jinkludix informazzjoni mibgħuta bħala parti minn servizz ta' xandir lill-pubbliku fuq network ta' komunikazzjoni elettronika, ħlief sa fejn l-informazzjoni tista' tkun relatata ma' l-abbonat jew utent identifikabbli li jirċievi l-informazzjoni;

(e) "sejħa" tfisser konnessjoni stabbilita permezz ta' servizz tat-telefon disponibbli pubblikament li tippermetti komunikazzjoni f'żewġ direzzjonijiet fil-ħin reali;

(f) "kunsens" minn utent jew abbonat jikkorrespondi għall-kusnens tas-suġġett tad-data fid-Direttiva 95/46/KE;

(g) "servizz bil-valur miżjud" tfisser kull servizz li jeħtieġ l-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku jew data dwar is-sit minbarra data dwar it-traffiku 'l hinn minndak li huwa neċessarju għat-trasmissjoni ta' komunikazzjoni jew biex jingħata kont għaliha;

(h) "posta elettronika" tfisser kull messaġġ ta' test, leħen, ħoss jew stampi mibgħut fuq network ta' komunikazzjoni pubblika li jista' jinħażen fin-network jew fit-tagħmir terminali tar-riċevent sakemm jinġabar mir-riċevent.

Artikolu 3

Servizzi kkonċernati

1. Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-ipproċessar ta' data personali konnessa mal-provvista ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament f’networks ta' komunikazzjoni pubblika fil-Komunità.

2. L-Artikoli 8, 10 u 11 għandhom jgħoddu għal-linji ta' l-abbonati konnessi ma’ exchanges diġitali u, fejn teknikament possibbli u jekk ma jeħtieġx sforz ekonomiku sproporzjonat, għal-linji ta' l-abbonati konnessi ma exchanges analogi.

3. Każijiet fejn ikun teknikament impossibbli jew jeħtieġ sforz ekonomiku sproporzjonat biex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet ta' l-Artikoli 8, 10 u 11 għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri.

Artikolu 4

Sigurtà

1. Il-provditur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandu jieħu passi xierqa tekniċi u ta' organizzazzjoni biex jissalvagwardja s-sigurtà tas-servizzi tiegħu, jekk meħtieġ flimkien mal-provditur tan-network ta' komunikazzjoni pubblika fir-rigward tas-sigurtà tan-network. Filwaqt li tiġi kkunsidrata l-istat l-aktar avvanzat u l-ispiża ta' l-implimentazzjoni tagħhom, dawn il-miżuri għandhom jiżguraw livell ta' sigurtà xieraq għar-riskju ppreżentat.

2. Fil-każ ta' riskju partikolari ta' vjolazzjoni tas-sigurtà tan-network, il-provditur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandu jinforma lill-abbonati dwar dan ir-riskju u, fejn dan ir-riskju huwa lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mill-provditur tas-servizz, dwar kull rimedji possibbli, inkluża indikazzjoni ta' l-ispejjeż x'aktarx involuti.

Artikolu 5

Konfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet u data dwar it-traffiku relatati permezz ta' network ta' komunikazzjoni pubblika u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, permezz ta' liġijiet nazzjonali. Partikolarment għandhom jipprojbixxu s-smigħ, tapping, ħażna jew modi oħrajn ta' interċettazzjoni jew sorveljanza ta' komunikazzjonijiet u d-data dwar it-traffiku relatati minn persuni minbarra l-utenti, mingħajr il-kunsens ta' l-utenti konċernati, ħlief fejn legalment awtorizzati li jagħmlu dan skond l-Artikolu 15(1). Dan il-paragrafu m'għandux jipprevjeni l-ħażna teknika li hija meħtieġa biex tintbagħat komunikazzjoni mingħajr preġudizzju għall-prinċijpju tal-kunfidenzjalità.

2. Il-paragrafu 1 m'għandux jaffettwa reġistrazzjoni legalment awtorizzata ta' komunikazzjonijiet u tad-data dwar it-trafffiku relatati meta mwettqa fil-kors ta' prattika tal-kummerċ legali għall-iskop li tiġi pprovduta prova ta' transazzjoni kummerċjali jew kull komunikazzjoni oħra kummerċjali.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu ta' network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi biex jaħżnu informazzjoni jew ikollhom aċċess għall-informazzjoni maħżuna fit-tagħmir terminali ta' abbonat jew utent huwa biss permess b'kondizzjoni li l-abbonat jew l-utent ikkonċernat jingħata informazzjoni ċara u komprensiva skond id-Direttiva 95/46/KE, inter alia, dwar l-iskopijiet ta'l-ipproċessar, u jiġi offrut id-dritt li jiċħad tali proċessar mill-kontrollur tad-data. Dan m'għandux jipprevjeni ħażna teknika jew l-aċċess għall-iskop uniku li titwettaq jew tiġi ffaċiliata t-trasmissjoni ta' komunikazzjoni fuq network ta' komunikazzjoni elettronika, jew kif strettament meħtieġ sabiex jiġi provdut servizz ta' soċjetà ta' l-informazzjoni espliċitament mitlub mill-abbonat jew utent.

Artikolu 6

Data dwar it-traffiku

1. Data dwar it-traffiku relatata ma’ abbonati u utenti ipproċessat u maħżun mill-provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament għandhom jitħassru jew jiġu magħmula anonimi meta m'għadhomx aktar meħtieġa għall-iskop tat-trasmissjoni ta' komunikazzjoni mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 15(1).

2. Data dwar it-traffiku meħtieġa biex isiru l-kontijiet ta' l-abbonati u ħlasijiet ta' interkonnessjoni jistgħu jiġu proċessati. Tali proċessar huwa permissibbli biss sat-tmiem tal-perjodu li fih il-kont jista’ legalment jiġi kkontestat jew il-ħlas jiġi persegwit.

3. Għall-iskopijiet ta' marketing ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jew għall-provvista ta' servizzi bil-valur miżjud, il-provditur ta' servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jista’ jipproċessa d-data msemmija fil-paragrafu 1 sa fejn u għaż-żmien meħtieġ għal dawn is-servizzi jew marketing, jekk l-abbonat jew l-utent li għalih jirrelataw id-data jkun ta l-kunsens tiegħu/tagħha. L-utenti jew abbonati għandhom jingħataw il-possibilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' -data dwar it-traffiku f kull ħin.

4. Il-provditur tas-servizz għandu jinforma lill-abbonat jew utent dwar it-tipi ta'data dwar it-traffiku li huma pproċessati u dwar iż-żmien ta' dan l-ipproċessar għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 2, u qabel ma jakkwista l-kunsens, għall-iskopijiet imsemmija fil-paragrafu 3.

5. L-ipproċessar ta' data dwar it-traffiku, skond il-paragrafi 1, 2, 3 u 4, għandu jiġi ristrett għal persuni li jaġixxu taħt l-awtorità ta' provdituri ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament li jġestixxu l-kontijiet jew it-traffiku, talbiet tal-klijenti, skoperta tal-frodi, marketing ta' komunikazzjoni elettronika kummerċjali jew il-provvista ta' servizz bil-valur miżjud, u għandu jkun ristrett għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop ta' dawn l-attivitajiet.

6. Il-paragrafi 1, 2, 3 u 5 għandhom jgħoddu bla preġudizzu għall-possibilità ta' korpij kompetenti li jiġu informati dwar data dwar it-traffiku skond il-leġislazzjoni applikabbli sabiex jiġu riżolti d-disputi, partikolarment disputi dwar interkonnessjoni jew kontijiet.

Artikolu 7

Kontijiet dettaljati

1. L-abbonati għandu jkollhom id-dritt li jirċievu kontijiet mhux dettaljati.

2. L-Istati Membri għandhom japplikaw dispożizzjonijiet nazzjonali sabiex jirrikonċiljaw id-drittijiet ta' l-abbonati li jirċievu kontijiet dettaljati mad-dritt tal-privatezza ta' utenti li jsejħu u abbonati li ġew imsejħa, per eżempju billi jiżguraw li huma disponibbli għal tali abbonati jew utenti metodi suffiċjenti alternativi li jsaħħu l-privatezza tal-komunikazzjonijiiet jew ħlasijiet.

Artikolu 8

Preżentazzjoni u restrizzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ jew konnessa

1. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-utent li qed isejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas, tal-prevenzjoni tal-preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ fuq bażi per-call. L-abbonat li jsejjaħ għandu jkollu din il-possibilità fuq bażi per-line.

2. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-utent li qed jissejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas ghal użu raġonevoli ta' din il-funzjoni, li jipprevjeni l-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ ta' sejħiet li jkunu deħlin.

3. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ, u fejn l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ tiġi ppreżentata qabel ma tiġi stabbilita s-sejħa, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-abbonat imsejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi, li jiċħad is-sejħiet li deħlin fejn il-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja li qed issejjaħ tkun ġiet prevenuta mill-utent jew l-abbonat li qed isejjaħ.

4. Fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja konnessa, il-provditur tas-servizz għandu joffri lill-abbonat imsejjaħ il-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi mingħajr ħlas, li jipprevjeni l-preżentazzjoni ta' l-identifikazzjoni tal-linja konnessa lill-utent li qed isejjaħ.

5. Il-paragrafu 1 għandu jgħodd ukoll rigward sejħiet lil pajjiżi terzi li joriġinaw fil-Komunità. Il-paragrafi 2, 3 u 4 għandhom jgħoddu wkoll għal sejħiet li deħlin li joriġinaw f'pajjiżi terzi.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn tiġi offruta preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ u/jew konnessa, il-provdituri tas-servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi disponibbli pubblikament jinfurmaw lill-pubbliku dwar dan u dwar il-possibiltajiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3 u 4.

Artikolu 9

Data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it -traffiku

1. Fejn id-data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it-traffiku, relatata ma’ utenti jew abbonati ta' networks pubbliċi ta' komunikazzjoni jew servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament, tista tiġi pproċessata, din id-data tista’ tiġi pproċessata biss fejn tkun ġiet magħmula anonima, jew bil-kunsens ta' l-utenti jew ta' l-abbonati sa fejn u għaż-żmien meħtieġ għall-provvista ta' servizz bil-valur miżjud. Il-provditur tas-servizz għandu jinforma lill-utenti jew abbonati, qabel ma jakkwista l-kunsens tagħhom, dwar it-tip ta' data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it-traffiku li ser tiġi pproċessata, dwar l-iskopijiet u ż-żmien ta' l-ipproċessar u jekk id-data hix ser tiġi trasmessa lil xi terza persuna għall-iskop li jkunprovdut servizz bil-valur miżjud. L-utenti jew l-abbonati għandhom jingħataw il-possibbilità li jirtiraw il-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' data dwar is-sit li mhix data dwar it-traffiku f'kull ħin.

2. Fejn ġie akkwistat il-kunsens ta' l-utenti jew l-abbonati għall-ipproċessar ta' data dwar is-sit li ma tkunx id-data dwar it-traffiku, l-utent jew l-abbonat għandu jkompli jkollu l-possibilità, bl-użu ta' mezz sempliċi u mingħajr ħlas, li temporanjament jirrifjuta l-ipproċessar ta' din id-data għal kull konnessjoni man-network jew għal kull trasmissjoni ta' komunikazzjoni.

3. Proċessar ta' data dwar is-sit li ma tkunx data dwar it-traffiku skond il-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi ristrett għal persuni li jaġixxu taħt l-awtorità tal-provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jew tat-terza persuna li tipprovdi s-servizz bil-valur miżjud, u għandu jiġi ristrett għal dak li huwa meħtieġ għall-iskopijiet tal-provvista tas-servizz bil-valur miżjud.

Artikolu 10

Eċċezzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm proċeduri trasparenti li jirregolaw il-mod li bih provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet u/jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament jista' jwarrab:

(a) l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ fuq bażi temporanja, fuq applikazzjoni ta' abbonat li jitlob l-intraċċar ta' sejħiet malizjużi jew ta' inkonvenjent. F'dan il-każ, skond il-liġi nazzjonali, id-data li fiha l-identifikazzjoni ta' l-abbonat li qed isejjaħ jinħażnu u jkunu disponibbli mill-provditur ta' network pubbliku ta' komunikazzjonijiet u/jew servizz ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli pubblikament;

(b) l-eliminazzjoni tal-preżentazzjoni ta' identifikazzjoni tal-linja li ssejjaħ u ċ-ċaħda jew nuqqas temporanju tal-kunsens ta' l-abbonat jew l-utent għall-ipproċessar ta' data dwar is-sit, fuq bażi per-line għal organizzazzjonijiet li jittrattaw sejħiet ta' emerġenza u rikonoxxuti bħala tali minn Stat Membru, inklużi aġenziji li jinfurzaw il-liġi, servizzi ta' ambulanzi u servizzi tat-tifi tan-nar, għall-iskopijiet li dawn is-sejħiet jitwieġbu.

Artikolu 11

Trasferiment awtomatiku tas-sejħiet

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull abbonat għandu l-possibbilità, bl-użu ta' mezz sempliċi u mingħajr ħlas, li jwaqqaf it-trasferiment awtomatiku minn terza persuna lit-terminal ta' l-abbonat.

Artikolu 12

Direttorji ta' l-abbonati

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati huma infurmati, mingħajr ħlas u qabel ma jiġu inklużi f'direttorji, dwar l-iskop(ijiet) ta' direttorju stampat jew elettroniku ta' l-abbonati disponibbli għall-pubbliku jew li jista’ jiġi akkwistat minn servizz ta' talbiet tad-direttorju, li fihom id-data personali tagħhom jistgħu jiġu inklużi u dwar possibilitajiet ta' użu ulterjuri bbażati fuq funzjonijiet ta' tfittxija inkorporati fil-verżjonijiet elettroniċi tad-direttorju.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-abbonati jingħataw l-opportunità li jiddeterminaw jekk id-data personali tagħhom humiex inklużi f'direttorju pubbliku, u jekk iva, sa fejn tali data huma rilevanti għall-iskopijiet tad-direttorju kif determinat mill-provditur tad-direttorju, u li jivverifikaw, jikkoreġu jew jirtiraw din id-data. Għandu jkun mingħajr ħlas li wieħed ma jkunx inkluż f'direttorju ta' l-abbonati, kif ukoll, li tkun ivverifikata, ikkoreġuta jew irtirata d-data personali minnu.

3. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li għal kull skop ta' direttorju pubbliku minbarra t-tfittxija ta' dettalji tal-kuntatt ta' persuni fuq il-bażi ta' isimhom u, fejn meħtieġ, minimu ta' identifikaturi oħrajn, jista’ jintalab kunsens ulterjuri ta' l-abbonati.

4. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom jgħoddu għal abbonati li huma persuni naturali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll, fil-kwadru tal-liġi Komunitarja u l-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, li l-interessi leġittimi ta' abbonati minbarra persuni naturali rigward id-dħul tagħhom fid-direttorji pubbliċi huma mħarsa b'mod suffiċjenti.

Artikolu 13

Komunikazzjonijiet mhux soliċitati

1. L-użu ta' sistemi ta' sejħiet awtomatizzati, mingħajr l-intervent uman (magni tas-sejħiet awtomatiċi), magni tal-facsimile (fax) jew posta elettronika għall-iskopijiet ta' marketing dirett jista’ jiġi permess biss rigward abbonati li jkunu taw il-kunsens tagħhom minn qabel.

2. Minkejja l-paragrafu 1, fejn persuna naturali jew legali takkwista mill-klijenti tagħha id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-posta elettronika, fil-kuntest ta' bejgħ ta' prodott jew servizz, skond id-Direttiva 95/46/KE, l-istess persuna naturali jew legali tista’ tuża dawn id-dettalji ta' kuntatt elettroniċi għall-marketing dirett tal-prodotti jew servizzi simili tagħha stess, basta li l-klijenti jingħataw b'mod ċar u distint l-opportunità li joġġezzjonaw, mingħajr ħlas u b'mod faċli, għat-tali użu ta' dettalji ta' kuntatt elettroniċi meta jinġabru u fl-okkażjoni ta' kull messaġġ fejn il-klijent ma jkunx irrifjuta inizjalment għal tali użu.

3. L-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa biex jiżguraw illi, mingħajr ħlas, il-komunikazzjonijiet mhux solleċitati għall-iskopijiet ta' marketing dirett, minbarra f'każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, ma jkunux permessi jew mingħajr il-kunsens ta' l-abbonati kkonċernati jew rigward abbonati li ma jixtiqux jirċievu tali komunikazzjonijiet, bl-għażla bejn dawn it-tnejn tiġi determinata mil-liġijiet nazzjonali.

4. F'kull każ, il-prattika li tintbagħat il-posta elettronika għall-iskopijiet ta' marketing dirett, li jiddissimula jew jaħbi l-identità tal-mittent li f’ismu tkun saret il-komunikazzjoni, jew mingħajr indirizz validu li r-riċevent jista jibgħatlu talba biex ma jirċevix tali komunikazzjonijiet, għandha tiġi pprojbita.

5. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom jgħoddu għal abbonati li huma persuni naturali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll fil-kwadru tal-liġi Komunitarja u l-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli, li l-interessi leġittimi ta' l-abbonati li ma jkunux persuni naturali rigward il-komunikazzjonijiet mhux soliċitati huma mħarsa b'mod suffiċjenti.

Artikolu 14

Karatterisitiċi tekniċi u standardizzazzjoni

1. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, l-ebda obbligazzjonijiet mandatorji għall-karatterisitiċi tekniċi speċifiċi ma jiġu imposti fuq tagħmir terminali jew ta' komunikazzjoni elettronika oħra, li jistgħu jimpedixxi t-tqegħid ta' tagħmir fis-suq u ċ-ċirkolazzjoni libera ta' tali tagħmir fi jew bejn l-Istati Membri.

2. Fejn id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jistgħu jiġu implimentati biss billi jenħtieġu karatteristiċi tekniċi speċifiċi fin-networks ta' komunikazzjoni elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skond il-proċedura prevista fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u tar-regolamenti tekniċi u dwar regoli dwar servizzi tas-soċjeta’ ta' l-informazzjoni [9].

3. Fejn meħtieġ, jistgħu jiġu adottati miżuri biex ikun żgurat li t-tagħmir terminali jinbena b'tali mod li huwa kompatibbli mad-dritt ta' l-utenti li jħarsu u jikkontrollaw l-użu tad-data personali tagħhom, skond id-Direttiva1999/5/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet [10].

Artikolu 15

Applikazzjoni ta' xi disposizzjonijet tad-Direttiva 95/46/KE

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislativi biex jirrestrinġu l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet u l-obbligi previsti fl-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8(1), (2), (3) u (4), u l-Artikolu 9 ta' din id- Direttiva meta tali restrizzjoni tikkostitwixxi miżura neċessarja, xierqa u proporzjonata f'soċjeta’ demokratika biex tiġi salvagwardjata s-sigurtà nazzjonali (i.e. is-sigurtà ta' l-Istat), id-difiża, is-sigurtà pubblika, u l-prevenzjoni, investigazzjoni, skoperta u prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew ta' użu mhux awtorizzat tas-sistema ta' komunikazzjoni elettronika, kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 95/46/KE. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu, inter alia, jadottaw miżuri leġislativi li jipprovdu għaż-żamma ta' l-informazzjoni għal perjodu limitat iġġustifikat għarr-raġunijiet stabbiliti f'dan il-paragrafu. Il-miżuri kollha msemmija f'dan il-paragrafu għandhom ikunu skond il-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2. Id-dispożizzjonijiet fil-Kaptilu III dwar rimedji ġudizzjarji, risponsabbilità u sanzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE għandhom jgħoddu fir-rigward ta' dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva u fir-rigward tad-drittijiet individwali derivati minn din id-Direttiva.

3. Il-Grupp ta' Ħidma dwar il-Protezzjoni ta' Individwi fl-Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE għandu wkoll iwettaq il-kompiti preskritti fl-Artikolu 30 ta' dik id-Direttiva fir-rigward ta' affarijiet koperti minn din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta' drittijiet u libertajiet fundamentali u ta' interessi leġittimi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Artikolu 16

Arranġamenti tranżitorji

1. L-Artikolu 12 m' għandux jgħodd għal edizzjonijiet ta' direttorji diġa' prodotti jew imqiegħda fis-suq f'forma stampata jew elettronika offline qabel ma jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali skond din id-Direttiva.

2. Fejn id-data personali ta' abbonati għal servizzi pubbliċi fissi jew mobbli ta' telefonija bil-leħen ġew inklużi f'direttorju pubbliku ta' abbonati skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE, u l-Artikolu11 tad-Direttiva 97/66/KE qabel ma jidħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet nazzjonali skond din id-Direttiva, id-data personali ta' tali abbonati jistgħu jibqgħu inklużi f'dan id-direttorju pubbliku fil-forom stampati jew elettroniċi tiegħu, inklużi verżjonijiet bil-funzjoni ta' tfittxija b'lura, sakemm l-abbonati ma jindikawx mod ieħor, wara li jkunu rċevew informazzjoni sħiħa dwar l-iskopijiet u l-għażliet skond l-Artikolu 12 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 17

Transpożizzjoni

1. Qabel il-31 ta' Ottubru 2003 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id- Direttiva. Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjata b'din ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-riferenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. StatiMembri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva u ta' kull emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet.

Artikolu 18

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, mhux aktar tard minn tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 17(1), rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u l-impatt tagħha fuq operaturi ekomomiċi u fuq konsumaturi, partikolarment rigward id-dispożizzjonijiet dwar komunikazzjonijiet mhux soliċitati, waqt li jitqies l-ambjent internazzjoniali. Għal dan l-iskop il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri, li għandha tingħata mingħajr dewmien mhux xieraq. Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti biex tiġi emendata din id-Direttiva, waqt li jitqiesu ir-riżultati ta' dak ir-rapport, tibdiliet fis-settur u kull proposta oħra li jidhrilha neċessarja sabiex tittejjeb l-effettività ta' din id-Direttiva.

Artikolu 19

Tħassir

Id-Direttiva 97/66/KE hija b'dan imħassra mid-data msemmija fl-Artikolu 17(1).

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala li qed isiru għal din id-Direttiva.

Artikolu 20

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 21

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fit-12 ta' Lulju 2002.

Għall-Parlament Ewropew

Il- President

P. Cox

Għall-Kunsill

Il- President

T. Pedersen

[1] ĠU C 365 E, tad-19.12.2000, p. 223.

[2] ĠU C 123, tal-25.4.2001, p. 53.

[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Novembru 2001 (għandha mhux ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 (ĠU C 113 E, ta' l-14.5.2002, p. 39) u Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill tat-30 ta' Ġunju 2002 (għandha mhux ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002

[4] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[5] ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 1.

[6] ĠU L 178, tas-17.7.2000, p. 1.

[7] ĠU L 91, tas-7.4.1999, p. 10.

[8] ĠU L 108, ta' l-24.4.2002, p. 33.

[9] ĠU L 204, tal-21.7.1998, 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (ĠU L 217, tal-5.8.1998, p.18).

[10] ĠU L 36, tas-7.2.1987, p. 31. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-1994.

--------------------------------------------------

Top