EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0348

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali

OJ L 121, 8.5.2002, p. 1–3 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Estonian: Chapter 19 Volume 004 P. 238 - 240
Special edition in Latvian: Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Lithuanian: Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Hungarian Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Maltese: Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Polish: Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Slovak: Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Slovene: Chapter 19 Volume 004 P. 237 - 239
Special edition in Bulgarian: Chapter 19 Volume 003 P. 236 - 238
Special edition in Romanian: Chapter 19 Volume 003 P. 236 - 238
Special edition in Croatian: Chapter 19 Volume 003 P. 80 - 82

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 16/06/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/348/oj

32002D0348



Official Journal L 121 , 08/05/2002 P. 0001 - 0003


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-25 ta' April 2002

dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali

(2002/348/JHA)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 30(1)(a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Renju tal-Belġju,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Taħt it-termini ta' l-Artikolu 29 tat-Trattat, l-għan ta' l-Unjoni Ewropea għandu jkun li jipprovdi liċ-ċittadini b'livell għoli ta' sigurtà fi ħdan żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja billi tiġi żviluppata azzjoni komuni bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-koperazzjoni bejn il-pulizija.

(2) Bħala riżultat tal-kompetizzjonijiet varji internazzjonali u Ewropej u n-numru kbir ta' sostenituri li jivvjaġġaw, il-futbol qiegħed isir internazzjonali ħafna fl-iskala tiegħu. L-iskala internazzjonali tqanqal il-ħtieġa li s-sigurtà tiġi konsidrata f'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'mod li jestendi 'l hinn mill-fruntieri nazzjonali.

(3) Il-futbol għandu jitqies mhux biss bħala sors potenzjali ta' problemi fir-rigward tal-ksur tal-liġi u l-ordni jew is-sigurtà iżda bħala grajja li, minkejja r-riskju possibbli, għandu jiġi ttrattat b'mod effiċjenti.

(4) B'mod partikolari għall-għanijiet tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza relatata mal-futbol, huwa importanti li tiġi skambjata informazzjoni, sabiex l-awtoritajiet kompetenti tal-pulizija, u l-awtoritajiet fl-Istati Membri, ikunu jistgħu jagħmlu l-preparazzjonijiet xierqa u jipprovdu rispons adattat.

(5) Għall-iskambju ta' informazzjoni li għandha x'taqsam ma' grajja tal-futbol u bil-ħsieb tal-koperazzjoni internazzjonali meħtieġa tal-pulizija b'konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali, huwa kruċjalment importanti li jiġi stabbilit punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol ta' natura polizjeska f'kull Stat Membru.

(6) Wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Kunsill ta' l-Ewropa ta' l-atti li ġejjin: il-Konvenzjoni tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar awtomatiku ta' data personali, ir-Rakkomandazzjoni Nru R(87)15 tas-17 ta' Settembru 1987 tal-Kumitat tal-Ministri li tirregola l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija u l-Konvenzjoni Ewropea tad-19 ta' Awissu 1985 dwar il-vjolenza ta' l-ispettaturi u l-imġieba ħażina fi grajjiet sportivi u b'mod partikolari f'logħbiet tal-futbol.

(7) Fis-26 ta' Mejju 1997, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 97/339/JHA fir-rigward ta' koperazzjoni fil-liġi u l-ordni u s-sigurtà [2], u fid-9 ta' Ġunju 1997, Riżoluzzjoni dwar il-prevenzjoni u t-trażżin ta' delinkwenti tal-futbol permezz ta'l-iskambju ta' esperjenzi, esklużjoni mill-istadji u politika tal-midja [3].

(8) U aktar, fis-6 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta Riżoluzzjoni dwar ktejjeb b'rakkomandazzjonijiet għall-koperazzjoni tal-pulizija internazzjonali u miżuri biex tiġi kontrollata l-vjolenza u d-disturbi b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali, li fihom ta'l-anqas Stat Membru wieħed ikun involut [4],

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Stabbiliment ta' punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi jew jinnomina punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol ta' natura polizjeska.

2. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bil-miktub bid-dettlja tal-punt nazzjonali tiegħu ta' informazzjoni dwar il-futbol, u kull emendi sussegwenti taħt din id-Deċiżjoni. Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jġiegħel li jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

3. Il-punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandu jaġixxi bħala punt dirett, ċentrali ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni relevanti u għall-iffaċilitar ta' koperazzjoni internazzjonali tal-pulizija b'konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali.

Stat Membru jista' jiddeċiedi li jwettaq ċerti kuntatti dwar aspetti relatati mal-futbol permezz tas-servizzi kompetenti għal dawk l-aspetti speċifiċi, bil-kondizzjoni li l-punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol jiġi provdut, malajr u b'mod adegwat b'minimu ta' informazzjoni.

4. Kull Stat Membru għandu jassigura li l-punt nazzjonali tiegħu ta' informazzjoni dwar il-futbol ikun kapaċi li jwettaq b'mod effiċjenti u malajr il-kompiti assenjati lilu.

5. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti, b'mod partikolari fl-allokazzjoni tas-setgħat fost is-servizzi differenti u awtoritajiet fl-Istati Membri konċernati.

Artikolu 2

Kompiti tal-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol

1. Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandhom ikunu responsabbli għall-kordinazzjoni u l-iffaċilitar ta' skambju ta' informazzjoni tal-pulizija b'konnessjoni mal-logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali. Dak l-iskambju ta' informazzjoni jista' wkoll jinvolvi awtoritajiet oħra ta' l-infurzar tal-liġi li jikkontribwixxu għas-sigurtà jew il-liġi u l-ordni skond id-distribuzzjoni tas-setgħat fl-Istat Membru konċernat.

2. Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandhom, skond ir-regoli applikabbli domestiċi u internazzjonali, jkollhom aċċess għal informazzjoni li tinvolvi data personali dwar sostenituri b'riskju għoli.

3. Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandhom jiffaċilitaw, jikkordinaw jew jorganizzaw l-implimentazzjoni tal-koperazzjoni tal-pulizija internazzjonali b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali.

4. Skond id-disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti, b'mod partikolari l-allokazzjoni tas-segħat fost is-servizzi differenti u awtoritajiet fl-Istati Membri konċernati, il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol jistgħu jkunu responsabbli biex jipprovdu assistenza lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

5. Għal partiti b'dimensjoni internazzjonali, il-punti nazzjonali t' informazzjoni dwar il-futbol għandhom jipprovdu, ta'l-anqas fuq it-talba ta'punt ieħor nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol fi Stat Membru konċernat, stima tar-riskju tal-każini tagħhom stess u tat-tim nazzjonali.

Artikolu 3

Skambju ta' informazzjoni tal-pulizija bejn il-punti nazzjonali ta' informazzjoni tal-furbol

1. Qabel, matul u wara ġrajja tal-futbol b'dimensjonijiet internazzjonali, punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandu jwettaq, fuq it-talba tal-punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol konċernat, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, skambju reċiproku ta' informazzjoni ġenerali u, bla ħsara għall-kondizzjonijiet preskritti fil-paragrafu 3, data personali.

2. L-iskambju ġenerali b'konnessjoni ma' logħba futbol b'dimensjoni internazzjonali għandu jikomprendi informazzjoni strateġika, operazzjonali u tattika. Dik l-informazzjoni għandha tkun definita kif ġej:

- informazzjoni strateġika: informazzjoni li tispeċifika l-aspetti kollha tal-ġrajja, b'referenza partikolari għar-riskji ta' sigurtà involuti fiha;

- informazzjoni operazzjonali: informazzjonili tipprovdi stampa eżatta tal-proċeduri fil-kors tal-ġrajja;

- informazzjoni tattika: informazzjonili tippermetti lil dawk inkarigati mill-operazzjonijiet li jiedu azzjoni xierqa għall-finijiet taż-żamma ta' l-ordni u s-sigurtà b'konnessjoni mal-ġrajja.

3. Id-data personali għandha tiġi skambjata skond ir-regoli domestiċi u internazzjonali applikabbli, waqt li jingħata kont tal-prinċipji tal-Konvenzjoni Nru 108 tal-Kunsill ta' l-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 għall-protezzjoni ta' individwi fir-rigward ta' proċessar awtomatiku ta' data personali u – kif xieraq – ir-Takkomandazzjoni Nru R (87)15 tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-17 ta' Settembru 1987 li jirregolaw l-użu ta' data personali fis-settur tal-pulizija. Dawk l-iskambji għandhom ikunu bil-ħsieb tal-preparazzjoni u t-teħid ta' miżuri xierqa biex tinżamm il-liġi u l-ordni meta sseħħ ġrajja tal-futbol. Dak l-iskambju jista' b'mod partikolari jinvolvi dettalji ta' individwi li attwalment jew potenzjalment jistgħu jkunu ta' theddida għal-liġi u l-ordni u s-sigurtà.

Artikolu 4

Proċedura għall-komunikazzjoni bejn punti nazzjonali ta' informazzjoni tal-furbol

1. L-immaniġġar ta' informazzjoni dwar logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali għandu jkun koordinat permezz ta' punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol. Huma għandhom jassiguraw li s-servizzi kollha konċernati tal-pulizija jirċievu fil-waqt l-informazzjoni meħtieġa. Wara l-ipproċessar, l-informazzjoni għandha jew tintuża mill-punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol innifsu jew tingħadda lill-awtoritajiet relevanti jew lill-forzi tal-pulizija.

2. Il-punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol fi Stat Membru li jospita ġrajja tal-futbol għandu jikkomunika, qabel, matul u wara l-kompetizzjoni jew logħba, mal-forza/i nazzjonali tal-pulizija ta' l-Istati Membri konċernati, fejn xieraq permezz ta' l-uffiċjal/i ta' koperazzjoni maħtura u provduti minn dawk l-Istati Membri. L-uffiċjali ta' kordinazzjoni jistgħu kuntattati fiż-żoni ta' suġġett tal-liġi u l-ordni u s-sigurtà, vjolenza relatata mal-futbol u kriminalità ordinarja, fejn huma konnessi ma' logħba partikolari tal-futbol jew turnament.

3. Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandhom jikkomunikaw b'dak il-mod li jippriservaw il-konfidenzalità tad-data. Iżda fejn ma tkunx konċernata data personali, għandu jinżamm rekord tar-rapporti skambjati. Dawn jistgħu jiġu sussegwentement konsultati minn punti oħra interessati nazzjonali ta' informazzjoni, bil-kondizzjoni li l-punt nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol li mingħandu toriġina l-informazzjoni jiġi offrut il-possibbiltà bil-quddiem li jieħu pożizzjoni dwar it-twassil.

Artikolu 5

Użu tal-lingwi

Il-punti nazzjonali ta' informazzjoni dwar il-futbol għandhom kull wieħed jikkomunika bil-linwa tiegħu stess, bi traduzzjoni f'waħda mill-lingwi tax-xogħol komuni għaż-żewġ naħat, ħlief kif mod ieħor miftiehem bejn il-partijiet konċernati.

Artikolu 6

Evalwazzjoni

Il-Kunsill għandu jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fi żmien sentejn mill-adozzjoni tagħha.

Artikolu 7

Data operattiva

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mil-jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

Magħmula fil-Lussemburgu, fil-25 ta'April 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Rajoy Brey

[1] Opinjoni mogħtija fid-9 ta' April 2002 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 147, tal-5.6.1997, p. 1.

[3] ĠU C 193, ta' l-24.6.1997, p. 1.

[4] ĠU C 22, ta' l-24.1.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

Top