EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002D0016

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar klawsoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta' data personali għall-proċessuri stabbiliti f'pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE (notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 4540)Test b'relevanza għaż-ŻEE.

OJ L 6, 10.1.2002, p. 52–62 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Estonian: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Latvian: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Lithuanian: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Hungarian Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Maltese: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Polish: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Slovak: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Slovene: Chapter 13 Volume 027 P. 168 - 178
Special edition in Bulgarian: Chapter 13 Volume 033 P. 96 - 106
Special edition in Romanian: Chapter 13 Volume 033 P. 96 - 106

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/05/2010; Imħassar b' 32010D0087

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2002/16(1)/oj

32002D0016



Official Journal L 006 , 10/01/2002 P. 0052 - 0062


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Diċembru 2001

dwar klawsoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta' data personali għall-proċessuri stabbiliti f'pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE

(notifikata taħt id-dokument numru K(2001) 4540)

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

(2002/16/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien ta' individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' dik id-data [1], u b'mod partikolari Artikolu 26(4) tagħha,

Billi:

(1) Skond id-Direttiva 95/46/KE l-Istati Membri huma meħtieġa jistabbilixxu li t-trasferiment ta' data personali lejn pajjiż terz jista’ jseħħ biss jekk il-pajjiż terz in kwistjoni jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni tad-data u kemm-il darba l-liġijiet ta' l-Istati Membri, li għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet l-oħrajn tad-Direttiva, jiġu rispettati qabel ma jsir it-trasferiment.

(2) Madanakollu, Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE jistabbilixxi li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, suġġett għal ċerti salvagwardji, it-trasferiment jew għadd ta' trasferimenti ta' data personali lejn pajjiżi terzi li ma jiżgurawx livell adegwat ta' protezzjoni. Dawn is-salvagwardji jistgħu b'mod partikolari jirriżultaw minn klawsoli kuntrattwali approprjati.

Skond id-Direttiva 95/46/KE il-livell ta' protezzjoni ta' data għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha madwar l-operazzjoni ta' trasferiment ta' data jew għadd ta' operazzjonijiet ta' trasferiment ta' data. Il-Grupp tax-Xogħol dwar il-Protezzjoni ta' l-Individwi għar-rigward ta' l-Ipproċessar ta' Data Personali stabbilit taħt dik id-Direttiva [2] ħarġet linji ta' gwida sabiex tgħin bl-evalwazzjoni [3].

(4) Il-klawsoli kuntrattwali standard għandhom x'jaqsmu biss mal-protezzjoni tad-data. L-esportatur tad-data u l-importatur tad-data huma ħielsa li jinkludu kull klawsola oħra dwar ħwejjeġ li għandhom x'jaqsmu man-negozju li huma jqisu bħala pertinenti għall-kuntratt kemm-il darba dawn ma jmorrux kontra l-klawsoli kuntrattwali standard.

(5) Din id-Deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-awtorizzazzjonijiet nazzjonali li l-Istati Membri jistgħu jagħtu skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE. Din id-Deċiżjoni għandha biss l-effett li teħtieġ li l-Istati Membri ma jirrifjutawx li jagħrfu li l-klawsoli kuntrattwali li jinsabu fiha jagħtu salvagwardji adegwati u għaldaqstant m'għandha ebda effett fuq klawsoli kuntrattwali oħrajn.

(6) Il-qasam ta' applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni huma illimitat biex jistabbilixxi li l-klawsoli li hija tistabbilixxi jistgħu jintużaw minn kontrollur tad-data stabbilit ġewwa l-Komunità sabiex idaħħal salvagwardji adegwati skond it-tifsira ta' Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE għat-trasferiment ta' data personali lil proċessur stabbilit f'pajjiż terz.

(7) Din id-Deċiżjoni għandha timplimenta l-obbligu stabbilit f'Artikolu 17(3) tad-Direttiva 95/46/KE u ma tippreġudikax il-kontenut tal-kuntratti jew l-atti legali stabbiliti skond dik id-dispożizzjoni. Madanakollu, xi wħud mill-klawsoli kuntrattwali standard, b'mod partikolari fir-rigward ta' l-obbligi ta' l-esportatur tad-data, għandhom jiġu inklużi sabiex tiżdied iċ-ċarezza dwar id-dispożizzjonijiet li jistgħu jkunu jinsabu f'kuntratt bejn kontrollur u proċessur.

(8) L-awtoritajiet ta' sorveljanza ta' l-Istati Membri għandhom sehem essenzjali f'dan il-mekkaniżmu kuntrattwali sabiex jiżguraw li d-data personali tiġi mħarsa b'mod adegwat wara t-trasferiment. F'każijiet eċċezzjonali meta l-esportaturi tad-data ma jkunux kapaċi jagħtu struzzjonijiet kif suppost lill-importatur tad-data, bir-riskju imminenti ta' ħsara serja lis-soġġetti tad-data, il-klawsoli kuntrattwali standard għandhom jippermettu lill-awtoritajiet kuntrattwali sabiex jivverifikaw lill-importaturi tad-data u, fejn xieraq, jieħdu deċisjonijiet li jorbtu lill-importaturi tad-data. L-awtoritajiet ta' sorveljanza għandu jkollhom is-setgħa li jipprojbixxu jew jissospendu t-trasferiment ta' data jew għadd ta' trasferimenti ibbażati fuq il-klawsoli kuntrattwali standard f'dawk il-każijiet eċċezzjonali meta jiġi stabbilit li trasferiment fuq bażi kuntrattwali aktarx ikollu effett negattiv fuq il-garanziji u l-obbligi li jipprovdu protezzjoni adegwata għas-soġġett tad-data.

(9) Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra wkoll fil-ġejjieni jekk il-klawsoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta' data personali lill-proċessuri ta' data stabbiliti f'pajjiżi terzi li ma joffrux livell adegwat ta' protezzjoni ta' data, sottomessi minn organizzazzjonijiet kummerċjali jew partijiet interessati oħrajn, joffrux salvagwardji adegwati skond Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE.

(10) Il-kxif ta' data personali lil proċessur tad-data stabbilit barra l-Komunità huwa trasferiment internazzjonali protett taħt il-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma tkoprix it-trasferiment ta' data personali minn kontrolluri stabbiliti ġewwa l-Komunità lil kontrolluri stabbiliti barra l-Komunità li jaqgħu taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/497/KE tal-15 ta' Ġunju 2001 dwar klawsoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE [4].

(11) Il-klawsoli kuntrattwali standard għandhom jistabbilixxu miżuri ta' sigurtà tekniċi u organizzattivi li jiżguraw livell ta' sigurtà approprjat għar-riskji li jinħolqu mill-ipproċessar u n-natura tad-data li trid tiġi protetta li għandhom jiġu applikati mill-proċessur tad-data stabbilit f'pajjiż terz li ma jipprovdix protezzjoni adegwata.

(12) Sabiex titħaffef ċ-ċirkolazzjoni ta' data mill-Komunità, huwa mixtieq li l-proċessuri li jipprovdu servizzi ta' l-ipproċessar tad-data lil bosta kontrolluri tad-data fil-Komunità jitħallew japplikaw l-istess miżuri ta' sigurtà tekniċi u organizzattivi irrispettivament mill-Istat Membru li minnu joriġina t-trasferiment tad-data, b'mod partikolari f'dawk il-każijiet meta l-importatur tad-data jirċievi data għall-ipproċessar ulterjuri minn diversi stabbilimenti ta' l-esportatur tad-data ġewwa l-Komunità, f'liema każ għandha tapplika l-liġi ta' l-Istat Membru ta' l-istabbiliment nominat.

(13) Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-informazzjoni minima li l-partijiet għandhom jispeċifikaw fil-kuntratt tat-trasferiment. L-Istati Membri għandhom iżommu s-setgħa li jippartikularizzaw l-informazzjoni li l-partijiet huma meħtieġa jipprovdu. Il-mod kif taħdem din id-Deċiżjoni għandu jiġi rivedut fid-dawl ta' l-esperjenza.

(14) L-importatur tad-data għandu jipproċessa d-data personali trasferita biss f'isem l-esportatur tad-data biss u skond l-istruzzjonijiet tiegħu u l-obbligi li jinsabu fil-klawsoli. B'mod partikolari l-importatur tad-data m'għandux jikxef d-data personali lil parti terza ħlief jekk mhux skond ċerti kondizzjonijiet. L-esportatur tad-data għandu jagħti struzzjonijiet lill-importatur tad-data matul il-ħin meta jkunu qegħdin jingħataw is-servizzi ta' l-ipproċessar tad-data sabiex jipproċessa d-data skond l-istruzzjonijiet tiegħu, skond il-liġijiet tal-protezzjoni tad-data applikabbli u l-obbligi li jinsabu fil-klawsoli. It-trasferiment ta' data personali lil proċessuri stabbiliti barra l-Komunità ma jippreġudikax il-fatt li l-attivitajiet ta' l-ipproċessar għandhom ikunu f'kull każ regolati mill-liġi tal-protezzjoni tad-data applikabbli.

(15) Il-klawsoli kuntrattwali standard għandhom ikunu inforzabbli mhux biss mill-organizzazzjonijiet li huma partijiet kontraenti, imma wkoll mis-suġġetti tad-data, b'mod partikolari meta s-suġġetti tad-data jsofru danni b'konsegwenza ta' ksur tal-kuntratt.

(16) Is-suġġett tad-data għandu jkun intitolat jieħu azzjoni u, fejn approprjat, jirċievi kumpens mingħand l-esportatur tad-data li huwa l-kontrollur tad-data personali trasferita. F'każijiet eċċezzjonali, is-suġġett tad-data għandu jkun intitolat ukoll biex jieħu azzjoni, u fejn approprjat, jirċievi kumpens mingħand l-importatur tad-data f'dawk il-każijiet, li jirriżultaw minn ksur minn naħa ta' l-importatur tad-data ta' xi wieħed mill-obbligi tiegħu msemmija fit-tieni paragrafu tal-klawsola 3, meta l-esportatur tad-data jkun fil-fatt għeb jew ma jkunx għadu jeżisti legalment jew ikun falla.

(17) F'każ ta' tilwima bejn suġġett tad-data, li jiċċita l-klawsola tal-parti terza benefiċjarja u l-importatur tad-data, meta ma jintlaħaqx ftehim bonarju, l-importatur tad-data għandu jaqbel li jipprovdi lis-suġġett tad-data b'għażla bejn medjazzjoni, arbitraġġ jew litigazzjoni. L-għażla tas-suġġett tkun effettiva skond kemm huma disponibbli sistemi affidabbli u rikonoxxuti ta' medjazzjoni u arbitraġġ. Il-medjazzjoni mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tal-protezzjoni tad-data fejn l-esportatur tad-data huwa stabbilit għandha tkun possibiltà meta dawn jipprovdu dan is-servizz.

(18) Il-kuntratt għandu jkun irregolat mil-liġi ta' l-Istat Membru fejn l-esportatur tad-data huwa stabbilit b’mod li parti terza benefiċjarja tkun tista tinforza kuntratt. Is-suġġetti tad-data għandhom jitħallew jiġi rappreżentati minn assoċjazzjonijiet jew korpi oħrajn jekk huma jkunu jixtiequ hekk u jekk dan ikun awtorizzat mill-liġi nazzjonali.

(19) Il-Grupp tax-Xogħol dwar il-Protezzjoni ta' l-Individwi għar-rigward ta' l-ipproċessar ta' Data Personali stabbilit taħt Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE ħareġ opinjoni dwar il-livell ta' protezzjoni mogħti taħt il-klawsoli kuntrattwali standard annessi ma’ din id-Deċiżjoni, li ġiet meqjusa waqt it-tħejjija ta' din id-Deċiżjoni [5].

(20) Il-miżuri stabbiliti minn din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit taħt Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-klawsoli kuntrattwali standard stabbiliti fl-Anness huma meqjusa li joffru salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' l-individwi fir-rigward ta' l-eżerċizzju tad-drittijiet relativi kif meħtieġ minn Artikolu 26(2) tad-Direttiva 95/46/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tirrigwarda biss l-adegwatezza tal-protezzjoni mogħtija mill-klawsoli kuntrattwali standard stabbiliti fl-Anness għat-trasferiment ta' data personali lill-proċessuri. Ma taffettwax l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali oħrajn li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE li huma relatati ma’ l-ipproċessar ta' data personali ġewwa l-Istati Membri.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għat-trasferiment ta' data personali minn kontrolluri stabbiliti ġewwa l-Komunità lil reċipjenti stabbiliti barra t-territorju tal-Komunità li jaġixxu biss bħala proċessuri.

Artikolu 3

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a) id-definizzjonijiet fid-Direttiva 95/46/KE għandhom japplikaw;

(b) "kategoriji speċjali ta' data" tfisser id-data msemmija f'Artikolu 8 ta' dik id-Direttiva;

(ċ) "awtorità ta' sorveljanza" tfisser l-awtorità msemmija f'Artikolu 28 ta' dik id-Direttiva;

(d) "esportatur tad-data" tfisser il-kontrollur li jitrasferixxi d-data personali;

(e) "importatur tad-data" tfisser il-proċessur stabbilit f'pajjiż terz li jaqbel li jirċievi data personali mingħand l-esportatur tad-data li hija maħsuba għall-ipproċessar f'isem l-esportatur tad-data wara t-trasferiment skond l-istruzzjonijiet tiegħu u skond din id-Deċiżjoni u li m'huwiex soġġett għal sistema ta' pajjiż terzi li tiżgura protezzjoni adegwata;

(f) "liġi tal-protezzjoni tad-data applikabbli" tfisser il-leġislazzjoni li tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta' persuni fisiċi u, b'mod partikolari, id-dritt tagħhom għall-privatezza fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali applikabbli għal kontrollur tad-data fl-Istat Membru fejn l-esportatur tad-data huwa stabbilit;

(ġ) "miżuri ta' sigurtà tekniċi u organizzattivi" tfisser dawk il-miżuri mmirati biex jipproteġu d-data personali kontra l-qerda aċċidentali jew illegali jew kontra t-telf, il-bdil, il-kxif mingħajr awtorizzazzjoni jew l-aċċess aċċidentali, b'mod partikolari meta l-ipproċessar jinvolvi t-trasmissjoni ta' data fuq network, u kontra kull forma oħra proċessar illegali.

Artikolu 4

1. Mingħajr preġudizzju għall-poteri tagħhom biex jieħdu azzjoni sabiex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond il-Kapitoli II, III, V u VI tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom biex jipprojbixxu jew jissospendu ċ-ċirkolazzjoni ta' data lil pajjiżi terzi sabiex jipproteġu lill-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar tad-data personali tagħhom f'każijiet fejn:

(a) huwa stabbilit li l-liġi li għaliha l-importatur tad-data huwa soġġett timponi fuqu rekwiżiti li jidderoga mil-liġi dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli li jmorru lil hinn mir-restrizzjonijiet meħtieġa f'soċjetà demokratika kif stabbilit f'Artikolu 13 tad-Direttiva 95/46/KE meta dawk ir-restrizzjonijiet aktarx ikollhom effett negattiv sostanzjali fuq il-garanziji mogħtija mil-liġi dwar il-protezzjoni tad-data applikabbli u l-klawsoli kuntrattwali standard; jew

(b) awtorità kompetenti tkun stabbiliet li l-importatur tad-data ma jkunx irrispetta l-klawsoli kuntrattwali fl-Anness; jew

(ċ) ikun hemm probbabiltà sostanzjali li l-klawsoli kuntrattwali standard fl-Anness m'humiex qegħdin jiġu mħarsa jew m'humiex sejrin jiġu mħarsa u l-issoktar tat-trasferiment jista’ joħloq riskju imminenti ta' ħsara gravi lis-suġġetti tad-data.

2. Il-projbizzjoni jew is-sospenzjoni skond il-paragrafu 1 għandhom jitneħħew malli r-raġunijiet għas-sospenzjoni jew għal-projbizzjoni ma jibqgħux jeżistu.

3. Meta l-Istati Membri jadottaw miżuri skond il-paragrafi 1 u 2, huma għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-Kummissjoni li għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-mod kif taħdem din id-Deċiżjoni fuq il-bażi ta' l-informazzjoni disponibbli tlett snin wara li tiġi notifikata lill-Istati Membri. Hija għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet tagħha lill-Kumitat stabbilit taħt Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE. Hija għandha tinkludi kull xiehda li tista’ taffettwa l-evalwazzjoni li tirrigwarda l-adegwatezza tal-klawsoli kuntrattwali standard fl-Anness u kull xiehda li din id-Deċiżjoni qiegħda tiġi applikata b'mod diskriminatorju.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta' April 2002.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 2001.

Għall-Kummissjoni

Frederik Bolkestein

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 281, tat-23.11.1995, p. 31.

[2] L-indirizz web tal-Grupp tax-Xogħol huwa:

- http://europa.eu.int/comm/internal_market/en/dataprot/wpdocs/index.htm.

[3] WP 4 (5020/97): "First orientations on Transfers of Personal Data to Third Countries – Possible Ways Forward in Assessing Adequacy", dokument ta' diskussjoni adottat mill-Grupp tax-Xogħol fl-14 ta' Jannar 1998.WP 7 (5057/97): Working document: "Judging industry self-regulation: when does it make a meaningful contribution to the level of data protection in a third country?" adottat mill-Grupp tax-Xogħol fl-14 ta' Jannar 1998.WP 9 (5005/98): Working document: "Prelimary views on the use of contractual provisions in the context of transfers of personal data to third countries", adottat mill-Grupp tax-Xogħol fit-22 ta' April 1998.WP 12: It-trasferiment ta' data personali lejn pajjiżi terzi: Li Japplika Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva UE dwar il-protezzjoni tad-data, adottata mill-Grupp tax-Xogħol fl-24 ta' Lulju 1998, aċċessibli fuq il-website

- "http://europa.eu.int/comm/internal_market/en/dataprot/wpdocs/wp12en.htm".

[4] ĠU L 181, ta' l-4.7.2001, p. 19

[5] Opinjoni Nru 7/2001 adottata mill-Grupp tax-Xogħol fit-13 ta' Settembru 2001 (DG MARKT…), aċċessibli fil-website "Europa" ospitata mill-Kummissjoni Ewropea.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi 1

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Appendiċi 2

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top