EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32001L0088

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/88/KE tat-23 ta’ Ottubru ta’ l-2001 li temenda d-Direttiva 91/630/KEE li tistabbilixxi n-normi minimi għall-protezzjoni tal-majjali

OJ L 316, 1.12.2001, p. 1–4 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 034 P. 230 - 233
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 040 P. 4 - 7
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 040 P. 4 - 7

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/03/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2001/88/oj

32001L0088



Official Journal L 316 , 01/12/2001 P. 0001 - 0004


Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/88/KE

tat-23 ta’ Ottubru ta’ l-2001

li temenda d-Direttiva 91/630/KEE li tistabbilixxi n-normi minimi għall-protezzjoni tal-majjali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Wara li kkunulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1) Il-Protokoll dwar il-protezzjoni u l-benessere ta’ l-annimali kif anness mat-Trattat jenħtieġ li fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' l-istrateġija agrikola tal-Komunità, il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bis-sħiħ il-ħtiġiet tal-benessere ta’ l-annimali, waqt li jirrispettaw id-disposizzjonijiet leġislattivi u amministrattivi u d-drawwiet ta’ l-Istati Membri li jirrigwardaw b’mod partikolari r-riti reliġużi, it-tradizzjonijiet kulturali u l-wirt reġjonali.

(2) Permezz ta' l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/630/KEE [4], il-Kummissjoni bagħtet rapport dwar is-sistemi intensivi tat-tkabbir tal-majjali li jieħdu konsiderazzjoni b’mod partikolari l-benessere tal-majjali mrobbija fi gradi differenti ta’ l-għeluq u fi gruppi u għamlet proposti għall-bidliet fir-regoli.

(3) Il-majjali, billi huma annimali ħajjin, huma inklużi fil-lista tal-prodotti elenkati fl-Anness I tat-Trattat.

(4) L-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku Veterinarju tat-30 ta’ Settembru ta’ l-1998 jikkonkludi li l-majjali għandhom jibbenefikaw mill-ambjent li jikkorrispondi għall-ħtiġiet tagħhom għall-eżerċizzju u l-imġieba investigattiva u li l-benessere tal-majjali tkun dehret li ġiet imfixkla b'restrizzjonijiet stretti ta' l-ispazju.

(5) Il-majjali jippreferu li jkollhom interazzjonijiet soċjali ma’ majjali oħra sakemm dan ikun ipprovdut bil-libertà ta’ movement u l-kumplessità ta’ l-ambjent. Il-prassi kurrenti li l-majjali nisa jinżammu kontinwament f'għeluq ristrett għandu għalhekk ikun ipprojbit. B'dana kollu huwa xieraq li min jipproduċi jkollu ħin biżżejjed sabiex jagħmel it-tibdiliet strutturali neċessarji għall-faċilitajiet tagħhom.

(6) Bilanċ għandu jinżamm bejn l-aspetti differenti li għandhom ikunu meqjusa, fir-rigward tal-benessere inklużi konsiderazzjonijiet tas-saħħa, ekonomiċi u soċjali, kif ukoll l-impatt fuq l-ambjent.

(7) Huwa xieraq ukoll għall-Kummissjoni li tipperżenta rapport ġdid li jieħu akkont ta' aktar riċerka u l-esperjenza prattika sabiex ittejjeb il-benessere tal-majjali, b’mod partikolari fl-aspetti mhux koperti bid-Direttiva 91/630/KEE.

(8) Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/630/KEE għandhom ikunu adottata bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KEE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċitar tal-poteri ta’ l-implimentazzjoni li huma mogħtija lill-Kummissjoni [5],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 91/630/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 3 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

"Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw is-segwenti:

1) l. l-oqsma kollha għandhom ikunu konformi mal-ħtiġiet segwenti:

(a) il-wisa’ ta’ l-art mhux imfixkel li huwa disponibbli għal kull majjal li qiegħed jinfatam jew jikber miżmum f’kull grupp, apparti minn majjali mġammra wara s-servizz u majjali nisa, għandhom ikunu għall-anqas:

Piż ħaj, kg | m2 |

Sa 10 | 0,15 |

’l fuq minn 10 sa 20 | 0,20 |

’l fuq minn 20 sa 30 | 0,30 |

’l fuq minn 30 sa 50 | 0,40 |

’l fuq minn 50 sa 85 | 0,55 |

’l fuq minn 85 sa 110 | 0,65 |

Aktar minn 110 | 1,00 |

(b) il-wisa’ totali ta’ l-art mhux imfixkel disponibbli għal kull majjala mgħammra wara s-servizz u għal kull majjali meta dawk mgħammra u/jew majjali nisa ma humiex miżmuma fi gruppi għandhom ikunu għall-anqas 1,64 m2 u 2,25 m2 rispettivament. Meta dawn l-annimali huma miżmuma fi gruppi ta’ anqas minn 6 individwi, il-wisa’ ta’ art mhux ostakolata għandha tkun miżjuda b’10 %. Meta dawn l-annimali huma miżmuma fi gruppi ta’ 40 jew aktar individwi, il-wisa’ ta’ art mhux ostakolata tista’ tkun imnaqqsa b’10 %.

2. Uċuh ta’ l-art għandhom ikunu konformi mas-segwenti:

(a) għall-majjali mgħammra wara s-servizz u l-majjali tqal: parti mill-wisa’ meħtieġa f’1(b), egwali għal mill-anqas 0,95 m2 għal kull majjala mġammra u għal mill-anqas 1,3 m2 għal kull majjala, għandhom ikunu ta’ art solida kontinwa liema minnhha massimu ta’ 15 % tkun irriservata għall-ftuħ tad-dranaġġ;

(b) meta jkunu użati artijiet magħmula minn strixxi tal-konkrit għall-majjali li jkunu miżmuma fi gruppi:

(i) Il-wisa’ massima ta' l-ispazju għandha tkun:

- 11 mm għal majjalini,

- 14 mm għal dawk li qiegħdin jinfatmu,

- 18 mm għall-ħnieżer li qegħdin jitkabbru,

- 20 mm għall-majjali mgħammra wara s-servizz u għall-majjali nisa;

(ii) il-wisa’ minima ta' l-istrixxi għandha tkun:

- 50 mm għall-majjalini u dawk li qegħdin jinfatmu, u

- 80 mm għall-majjali tat-trobbija, majjali mgħammra wara servizz u majjali nisa;

3. il-kostruzzjoni ta’ jew il-konverżjoni ta' l-istallazzjonijiet li fihom jinżammu marbuta l-majjali nisa u l-majjali mgħammra hija pprojbita. Mill-1 ta’ Jannar 2006 l-użu ta’ rbit għall-majjali nisa u majjali mgħammra għandu jkun ipprojbit;

4) (a) majjali nisa u majjali mgħammra għandhom jiġi miżmuma fi gruppi waqt il-perjodu li jibda minn 4 ġimgħat wara s-servizz sa ġimgħa qabel iż-żmien mistenni ta’ meta jkollhom iż-żgħar. Il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,8 m fit-tul. Meta anqas minn 6 individwi jkunu miżmuma fi grupp, il-mandra fejn il-grupp ikun miżmum għandha jkollha l-ġnub akbar minn 2,4 m fit-tul;

(b) permezz ta’ derogi mid-disposizzjonijiet ta’ (a), majjali nisa u majjali mgħammra imkabbra f'qasam ta’ anqas minn 10 majjali jistgħu jkunu miżmuma individwalment matul il-perjodu msemmi f’(a), basta li jkunu jistgħu jduru mingħajr tbgħatija fil-kaxxi tagħhom;

5. mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet stabbiliti fl-Anness, majjali nisa u majjali mgħammra għandhom ikollhom aċċeess permanenti għal materjal manipulabbli li mill-inqas ikun konformi mal-ħtiġiet relevanti ta’ dak l-Anness;

6. il-majjali nisa u l-majjali mgħammra miżmuma fi gruppi għandhom ikunu mogħtija jieklu permezz ta’ sistema li tassigura li kull individwu jista’ jakkwista ikel biżżejjed anki meta l-kompetituri għall-ikel ikunu preżenti;

7. biex jissodisfaw il-ġuħ tagħhom u meqjusa l-ħrieġa li jomogħdu, il-majjali xotti nisa tqal u l-majjali mgħammra kollha għandhom ikunu mogħtija kwantità biżżejjed ta’ ikel ta' ċerta massa u b’fibra għolja kif ukoll ikel b’enerġija qawwija;

8. il-majjali li għandhom jinżammu fi gruppi, li huma partikolarment aggressuri, li ġew attakkati minn majjali oħra jew dawk li huma morda jew imweġġa’, jistgħu jkunu miżmuma temporanjament f’mandri individwali. F’dan il-każ il-mandra individwali użata għandha tippremetti lill-annimal sabiex idur mingħajr tbgħatija sa kemm dan ma jmurx kontra l-parir veterinarju speċifiku;

9. mill-1 ta’ Jannar 2003 id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1(b), 2, 4, 5 u l-aħħar sentenza tal-punt 8 għandhom japplikaw għall-oqsma kollha li ġew mibnija ġodda jew mill-ġdid jew miġjuba għall-użu għall-ewwel darba wara dik id-data. Mill-1 ta’ Jannar 2001 dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw għall-oqsma kollha.

Id-disposizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4(a) m'għandhomx japplikaw għall-oqsma b'anqas minn għaxart iħnieżer."

2. L-Artikolu segwenti għandu jkun miżjud:

"Artikolu 5a

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

1. kull persuna li timpjega jew tingaġġa persuni sabiex jattendu għall-majjali, jassiguraw li l-persuna li qiegħda tattendi għall-annimali tkun irċeviet l-istruzzjonijiet u l-gwida dwar id-disposizzjonijiet relevanti ta’ l-Artikolu 3 u ta' l-Anness;

2. l-korsijiet ta’ tagħlim adekwat ikunu disponibbli. B’mod partikolari tali korsijiet ta' tagħlim għandhom jiffukaw dwar l-aspetti tal-benessere."

3. L-Artikolu 6 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

"Artikolu 6

1. Preferibilment qabel l-1 ta’ Jannar 2005 u f’kwalunkwe eventwalità sa l-1 ta’ Lulju 2005, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, mħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Saħħa u l-benessere ta’ l-Annimal. Ir-rapport għandu jkun imħejji billi tittieħed konsiderazzjoni tal-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi, il-konsegwenzi sanitarji, l-effetti fuq l-ambjent u kondizzjonijiet differenti ta’ klima. Għandha tittieħed ukoll konsiderazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ tekniki u sistemi tal-produzzjoni tal-majjali u ta' l-ipproċessar tal-laħam li jista’ jnaqqas il-ħtieġa ta’ kastrazzjoni kirurġika. Jekk hemm bżonn, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati dwar l-effetti ta’ konċessjoni ta’ spazju differenti u tipi ta’ art applikabbli għall-benessere tal-majjali li jkunu jinfatmu u dawk li qegħdin jitkabbru. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq dawn il-proposti permezz ta’ maġġoranza kwalifikata.

2. Mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill rapport, imħejji fuq il-bażi ta’ l-opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Saħħa u l-benessere ta’ l-Annimal.

Ir-rapport għandu jkopri b’mod partikolari:

(a) l-effetti tad-densità ta’ l-annimali, inkluż il-qies tal-grupp u l-metodi tal-gruppi ta’ l-annimali, is-sistemi differenti tat-trobbija dwar il-benessere, inkluża is-saħħa tal-majjali;

(b) l-impatt tad-disinn tat-tqasim tal-mandra u t-tipi differenti ta’ l-artijiet dwar il-benessere, inkluża saħħa, tal-majjali, li jieħdu konsiderazzjoni tal-kondizzjonijiet differenti tal-klima;

(ċ) il-fatturi ta’ riskju assoċjati mal-gdim tad-denb u r-rakkommandazzjoni sabiex jitnaqqas il-bżonn ta’ qtugħ tad-denb;

(d) aktar żviluppi tas-sistemi tal-gruppi f’postijiet għall-majjali tqal, li jieħdu konsiderazzjoni kemm ta' l-aspetti patoloġiċi, żootekniċi, fiżjoloġiċi u etoloġiċi tas-sistemi differenti u ta’ l-impatt tas-saħħa tagħhom u ta’ l-ambjent u l-kondizzjonijiet differenti tal-klima;

(e) id-determinazzjoni tal-ħtiġiet ta’spazju, inkluża l-wisa’ tas-servizz għall-majjali adulti li qegħdin jinfatmu u li huma miżmuma individwalment;

(f) aktar żviluppi tas-sistemi ta’ mandri liberi għal majjali nisa fiż-żona tas-servizz u għall-majjali li qegħdin iwelldu, li jilħqu mal-ħtiġiet tal-majjala mingħajr kompromess għas-sopra vivenza tal-majjalini;

(g) l-atitudni tal-konsumaturi u l-imġieba lejn il-laħam tal-majjali fl-eventwalità ta’ livelli differenti tat-titjib fil-benessere ta’ l-annimali;

(h) l-implikazzjonijiet soċjo-ekonomiċi tas-sistemi differenti tal-majjali li qegħdin jitkabbru u l-effetti tagħhom fuq is-sieħba ekonomiċi tal-Komunità.

Ir-rapport jista’, jekk meħtieġ, ikun akkumpanjat minn proposti leġislattivi adekwati."

4. L-Artikolu 10 għandu jkun mibdul bis-segwenti:

"Artikolu 10

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti Veterinarju stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 68/361/KEE [6] (hawnhekk imsemmi bħala l-‘Kumitat’).

2. Meta referenza tkun magħmula għal dan l-Artikolu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE [7] għandhom japplikaw.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għall-tliet xhur.

3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.".

Artikolu 2

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2003. Għandhom jinfurmaw minnufih b'dan lill-Kummissjoni.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-disposizzjonijiet, għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif tkun magħmula tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ottubru 2001.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Neyts-Uyttebroeck

[1] ĠU C 154 E, 29.5.2001, p. 114.

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Ġunju l-2001 (għadha mhix ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali).

[3] ĠU C 221, 7.8.2001, p. 74.

[4] ĠU L 340, 11.12.1991, p. 33.

[5] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

[6] ĠU L 255, 18.10.1968, p.23.

[7] ĠU L 184, 17.7.1999, p.23.

--------------------------------------------------

Top