EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996R1742

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1742/96 tas-6 ta’ Settembru 1996 li jemenda L-Annessi I, II u III ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali

OJ L 226, 7.9.1996, p. 5–8 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 019 P. 384 - 387
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 019 P. 197 - 200
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 019 P. 197 - 200

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2009; Impliċitament imħassar minn 32009R0470

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1996/1742/oj

31996R1742



Official Journal L 226 , 07/09/1996 P. 0005 - 0008


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 1742/96

tas-6 ta’ Settembru 1996

li jemenda L-Annessi I, II u III ta’ Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għall-istabbiliment ta’ limiti massimi ta’ residwu ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabilixxi proċedura tal-Komunità għat-twaqqif tal-limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali [1], kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1433/96 [2] u b’mod partikolari l-Artikoli 6, 7 u 8 dwar dan,

Billi, b’mod konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, limiti massimu ta’ residwu jridu jiġu stabbiliti progressivament għal kull sustanza farmakoloġikament attiva li hi wżata fil-Komunità fi prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għat-teħid lill-annimali li jipproduċu l-ikel;

Billi limiti ta’ residwu massimu għandhom jiġu stabbiliti biss wara eżami fi ħdan il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji ta’ l-informazzjoni rilevanti kollha dwar is-sigurtà ta’ residwi tas-sustanza kkonċernata għall-konsumatur ta’ prodotti ta’ l-ikel li ġejjin mill-annimali u l-impatt ta’ residwi fuq l-ipproċessar industrijali ta’prodotti tal-ikel.

Billi, fit-twaqqif tal-limiti massimu ta’ residwu għal residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel li ġejjin mill-annimali, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata l-ispeċi ta’ l-annimali li fihom residwi jistgħu ikunu preżenti, il-livelli li jistgħu ikunu preżenti f’kull wieħed mit-tessuti tal-laħam rilevanti miksuba mill-annimal ittrattat (tessut bersal) u n-natura tar-residwu li hi rilevanti għall-monitoraġġ ta’ residwi (residwu markatur);

Billi, għall-kontroll ta’ residwi, kif ipprovdut f’leġiżlazzjoni xierqa tal-Komunità, limiti ta’ residwu massimi għandhom ġeneralment jiġu stabbiliti għat-tessuti bersalji ta’ fwied jew kliewi; billi, madankollu, il-fwied u l-kliewi huma ta’ spiss imneħħija mill-karkassi li jiċċaqalqu fil-kummerċ internnazzjonali, u limiti ta’ residwu massimu għandhom għalhekk dejjem jiġu stabbiliti għall-tessuti ta’ muskolu jew grass;

Billi, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji maħsuba għall-użu f’għasafar li jbidu, annimali li jagħmlu l-ħalib jew żunżan li jagħmlu l-għasel, limiti massimi ta’ residwu għandhom jiġu stabbiliti għal bajd, ħalib jew għasel;

Billi, amitraz (għal qżieqez) għandu jiġi mdaħħal f’L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru. 2377/90;

Billi cetrimide, lobelline, pancreatin, chlorocresol, thymol u ketoprofen (għall-qżieqez) għandhom jiġu mdaħħla f’L-Anness II għar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi, sabiex tippermetti għat tlestija ta’ l-istudji xjentifiċi, amitraz (għal bovini u ovini) għandu jiġi mdaħħal f’L-Annessi III mar-Regolament (KEE) Nru 2377/90;

Billi perjodu ta’ 60 jum għandu jkun permess qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sabiex jippermetti lill-Istati Membri biex jagħmlu kull bidla li tista’ tkun meħtieġa għall-awtoriżżazzjonijiet biex il-prodotti mediċinali veterinarji kkonċernati li ġew mogħtija b’mod konformi mad-Direttiva tal-Kummissjoni 81/851/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 93/40/KEE [4] biex jittieħed akkont tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jitqegħdu fis-suq

Billi l-miżuri li għalihom hemm iprovdut f’dan ir-Regolament huma skond il-fehma tal-Kumitat Permanenti fuq Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADDOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

L-Artikolu 1

L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 huma b’dan hawn emendati kif imfassal fl-Anness hawnhekk.

L-Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-60 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament huwa rabta fl-intier tiegħu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-6 ta’ Settembru 1996.

Għall-Kummissjoni

Martin Bangemann

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 1.

[2] ĠU L 184, ta’ l-24.7.1996, p. 21.

[3] ĠU L 317, tas-6.11.1981, p. 1.

[4] ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, p. 31.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

REGOLAMENT (KEE) Nru 2377/90 hu modifikat kif ġej:

A. L-Anness I hu modifikat kif ġej:

2. Aġenti anti-parassitiċi

2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ekto-parassiti

2.2.2. Formamidines

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

2.2.2.1.Amitraz | Somma ta' amitraz u kull metabolit li jkun fiħ il-parti 2,4-DMA mfissra bħala amitraz | Qżieqez | 400 µg/kg | Grass + ġilda | |

200 µg/kg | Fwied, kliewi" | |

B. L-Anness II hu modifikat kif ġej:

2. Komposti organiċi

"Sustanza(/i) farmakoloġikament attiva(/i) | Speċi tal-annimal | Dispożizzjonijiet oħra |

2.30.Ketoprofen | Qżieqez | |

2.57.Centrimide | Kull speċi li jipproduċi l-ikel | |

2.58.Lobeline | Kull speċi li jipproduċi l-ikel | |

2.59.Pancreatin | Kull speċi mammifera li tipproduċi l-ikel | Għal użu topikali biss” |

2.60.Chlorocresol | Kull speċi li jipproduċi l-ikel | |

2.61.Thymol | Kull speċi li jipproduċi l-ikel" | |

Ċ. L-Anness III hu modifikat kif ġej:

2. Aġenti anti-parassitiċi

2.2. Aġenti li jaġixxu kontra l-ekto-parassiti

2.2.1. Formamidini

"Sustanza farmakoloġikament attiva | Residwu markatur | Speċi tal-annimal | LMR | Tessut bersall | Dispożizzjonijiet oħra |

2.2.2.1.Amitraz | Somma ta' amitraz u kull metabolit li jkun fiħ il-parti 2,4-DMA mfissra bħala amitraz | Bovini | 200 µg/kg | Fwied, kliewi, grass | LMR proviżorji jiskadu fl-1 ta' Lulju 1998 |

10 µg/kg | Ħalib |

Ovini | 400 µg/kg | Grass |

200 µg/kg | Fwied, kliewi" |

--------------------------------------------------

Top