EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31987D0119

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 1987 dwar il-lista ta’ l-istabbilimenti fil-Brażil approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam fil-Komunità

OJ L 49, 18.2.1987, p. 37–38 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 03 Volume 022 P. 208 - 209
Special edition in Swedish: Chapter 03 Volume 022 P. 208 - 209
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 007 P. 158 - 159
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 006 P. 7 - 9
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 006 P. 7 - 9
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 028 P. 55 - 56

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/03/2014; Imħassar b' 32014D0160

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/119/oj

31987D0119



Official Journal L 049 , 18/02/1987 P. 0037 - 0038
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0208
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 22 P. 0208


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ Jannar 1987

dwar il-lista ta’ l-istabbilimenti fil-Brażil approvati għall-għan ta’ importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam fil-Komunità

(87/119/KEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/99/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1976 dwar il-problemi tas-saħħa li jaffettwaw kummerċ intra-Komunitarju fi prodotti tal-laħam [1], kif emendat l-aħħar bid-Direttiva 86/469/KEE [2], u partikolarment b’Artikolu 17(1) tiegħu,

Billi, skond Artikolu 17(1) tad-Direttiva 77/99/KEE, iridu jitfasslu listi ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi awtorizzati għall-esportazzjoni ta’ prodotti tal-laħam lejn il-Komunità; billi dawn l-istabbilimenti jridu jissodisfaw il-kondizzjonijiet preskritti fl-Anness tad-Direttiva msemmija;

Billi l-Brażil bagħat lista ta’ l-istabbilimenti awtorizzati biex jesportaw prodotti tal-laħam lejn il-Komunità;

Billi spezzjonijiet tal-Komunità fuq il-post urew li l-livelli ta’ iġjene ta’ xi wħud minn dawn l-istabbilimenti huma suffiċjenti; billi, għalhekk jistgħu jiddaħħlu f’lista inizjali, stabbilita skond Artikolu 17(1) msemmi, ta’ stabbilimenti li minnhom importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam jistgħu jiġu awtorizzati;

Billi l-każ ta’ stabbilimenti oħra proposti mill-Brażil irid jiġi eżaminat mill-ġdid fuq il-bażi ta’ tagħrif addizzjonali dwar l-istandards ta’ iġjene u l-kapaċità tagħhom li jadattaw malajr għall-ħtiġijiet tal-Komunità;

Billi, sadattant u sabiex tiġi evitata xi interruzzjoni f’daqqa ta’ xejriet ta’ kummerċ eżistenti, dawn l-istabbilimenti jistgħu jiġu awtorizzati temporanjament biex ikomplu l-esportazzjonijiet tagħhom ta’ prodotti tal-laħam lejn dawk l-Istati Membri li huma preparati li jaċċettawhom;

Billi jkun għalhekk meħtieġ li tiġi eżaminata mill-ġdid u, jekk ikun meħtieġ, tiġi emendata din id-Deċiżjoni fid-dawl ta’ miżuri meħuda għal dan il-għan u ta’ titjib li jkun sar;

Billi din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ir-regoli eżistenti tal-Komunità applikabbli għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi; billi jkun għalhekk meħtieġ li tiġi eżaminata mill-ġdid din id-Deċiżjoni jekk ir-regoli msemmija qabel ikunu se jiġu modifikati;

Billi, barra minn hekk, skond Artikolu 17(1) tad-Direttiva 77/99/KEE, id-dispożizzjonijiet applikati mod ieħor mill-Istati Membri li jikkonċernaw importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam minn pajjiżi terzi jistgħu ma jkunux aktar favorevoli minn dawk li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju; billi, f’ dan ir-rigward, l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam mill-istabbilimenti li jidhru fuq il-lista fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni tibqa’ suġġetta għal leġislazzjoni veterinarja oħra, partikolarment rigward ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimal, u għad-dispożizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti tal-laħam mill-Brażil biss mill-istabbilimenti elenkati fl-Anness.

2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu ikomplu jawtorizzaw sal-15 ta’ Awissu 1987 importazzjonijiet ta’ prodotti tal-laħam li jiġu minn stabbilimenti li mhumiex elenkati fl-Anness imma li ġew approvati uffiċjalment u proposti mill-awtoritajiet Brażiljani mit-8 ta’ Mejju 1986, sakemm ma titteħidx deċiżjoni għall-kuntrarju qabel is-16 ta’ Awwissu 1987.

Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-lista ta’ dawn l-istabbilimenti lill-Istati Membri.

3. Importazzjonijiet li jiġu mill-istabbilimenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jibqgħu suġġetti għad-dispożizzjonijiet veterinarji preskritti fi bnadi oħra, partikolarment rigward ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimal.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’effett mill-15 ta’ Jannar 1987.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta u jekk ikun meħtieġ emendata qabel is-16 ta’ Awwissu 1987.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta’ Jannar 1987.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 26, tal-31.1.1977, p. 85.

[2] ĠU L 275, tas-26.9.1986, p. 36.

--------------------------------------------------

ANNESS

LISTA TA’ STABBILIMENTI

Nru ta' Approvazzjoni | Stabbiliment | Indirizz |

| |

SIF | 7 | Swift Armour SA Indústria e Comércio | Santana do Livramento, Rio Grande do Sul |

SIF | 10 | Frigorífico Bordon SA | São Paulo, São Paulo |

SIF | 381 | Frigorífico Kaiowa SA | Guarulhos, São Paulo |

SIF | 385 | Frigorífico Mouran SA | Andradina, São Paulo |

SIF | 736 | Sola SA Indústrias Alimentícias | Tres Rios, Rio de Janeiro |

SIF | 1676 | Swift Armour SA Indústria e Comércio | Uberlandia, Minas Gerais |

SIF | 2015 | Sadia Oeste SA Indústria e Comércio | Varzea Grande, Mato Grosso |

SIF | 2023 | Frigorífico Quatro Rios SA | Votuporanga, São Paulo |

--------------------------------------------------

Top