EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31985R3716

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3716/85 tas-27 ta' Diċembru 1985 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet tas-sajd f'ibħra Spanjoli minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' xi Stat Membru ieħor ħlief il-Portugall

OJ L 360, 31.12.1985, p. 7–13 (DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL)
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 004 P. 102 - 108
Portuguese special edition: Chapter 04 Volume 004 P. 102 - 108
Special edition in Finnish: Chapter 04 Volume 002 P. 77 - 83
Special edition in Swedish: Chapter 04 Volume 002 P. 77 - 83
Special edition in Czech: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Estonian: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Latvian: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Lithuanian: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Hungarian Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Maltese: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Polish: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Slovak: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Slovene: Chapter 04 Volume 001 P. 165 - 171
Special edition in Bulgarian: Chapter 04 Volume 001 P. 154 - 160
Special edition in Romanian: Chapter 04 Volume 001 P. 154 - 160
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 011 P. 23 - 29

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1985/3716/oj

31985R3716



Official Journal L 360 , 31/12/1985 P. 0007 - 0013
Finnish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0077
Spanish special edition: Chapter 04 Volume 4 P. 0102
Swedish special edition: Chapter 4 Volume 2 P. 0077
Portuguese special edition Chapter 04 Volume 4 P. 0102


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3716/85

tas-27 ta' Diċembru 1985

li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi u ta' kontroll li għandhom x'jaqsmu ma' attivitajiet tas-sajd f'ibħra Spanjoli minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' xi Stat Membru ieħor ħlief il-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall, u b'mod partikolari l-Artikolu 164(4) tiegħu,

Billi għandhom jiġu stabbiliti proċeduri tekniċi għall-istabbiliment u s-sorveljanza ta' bastimenti ta' Stati Membri ħlief Spanja u l-Portugall li jkunu awtorizzati jistadu fl-istess ħin f'ibħra Spanjoli;

Billi l-Att ta' Adeżjoni jiddisponi għal sistema ta' listi ta' bastimenti awtorizzati u għal sistema ta' notifikazzjoni ta' movimenti ta' bastimenti u ta' notifikazzjoni ta' qbid lill-Kummissjoni, minbarra d-dispożizzjonijiet preskritti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2057/82 tad-29 ta' Ġunju 1982, li jistabbilixxi ċerti miżuri ta' kontroll dwar attivitajiet ta' sajd minn bastimenti ta' Stati Membri [1], kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1729/83 [2];

Billi, skond l-Artikolu 164(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni, mill-1 ta' Jannar 1986, l-attivitajiet speċjali tas-sajd imsemmija f'dak l-Artikolu għandhom jitwettqu skond l-istess proċeduri ta' kontroll bħal dawk speċifikati għal bastimenti Spanjoli awtorizzati biex jistadu fl-ibħra ta' Stati Membri ħlief Spanja u l-Portugall:

Billi hu għalhekk meħtieġ li ssir dispożizzjoni dwar il-ħruġ ta' liċenzji tas-sajd mill-Kummissjoni u biex jiġu adottati ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi li għandhom japplikaw bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 171/83 tal-25 ta' Jannar 1983 li jippreskrivi ċerti miżuri tekniċi għall-konservazzjoni ta' riżorsi ta' ħut [3], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3625/84 [4];

Billi skond l-Artikolu 2(3) tat-Trattat ta' Adeżjoni l-istituzzjonijiet tal-Komunità jistgħu jadottaw qabel l-adeżjoni l-miżuri msemmija fl-Artikolu 164 ta' l-Att, waqt li dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ bla ħsara u suġġetti għad-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat;

Billi l-Kumitat ta' Ġestjoni għar-Riżorsi tas-Sajd ma tax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-miżuri tekniċi u ta' kontroll hawnhekk u iżjed 'il quddiem preskritti għandhom japplikaw, fl-ibħra li jaqgħu taħt is-sovranità ta' ġurisdizzjoni ta' Spanja u koperti mill-Kunsill Internazzjonali dwar l-Esplorazzjoni tal-Baħar (KIEB).

Artikolu 2

1. Kull sena, mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-perjodu konċernat ta' sajd awtorizzat, Stati Membri ħlief Spanja u l-Portugall għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni listi ta' bastimenti li jistgħu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 164(1) u l-Artikolu 164(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni.

Lista separata għandha tintbagħat għal kull tip ta' sajd kif imsemmi fl-Anness I.

In-numru ta' bastimenti elenkati m'għandux jaqbeż il-limiti preskritti kull sena mill-Kunsill skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 164(3) ta' l-Att ta' Adeżjoni.

2. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu riveduti b'seħħ mill-ewwel jum ta' kull xahar; kull tibdiliet għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni sal-15-il jum tax-xahar ta' qabel.

3. Il-listi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-informazzjoni li ġejja dwar kull bastiment:

- isem tal-bastiment,

- numru tar-reġistrazzjoni,

- l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni fuq barra,

- port tar-reġistrazzjoni,

- isem (ismijiet) u indirizz/i tas-sid/ien jew ta' min jikrih u, jekk is-sid tkun entità korporata jew ta' sħubija, jew ir-rappreżentant/i tiegħu,

- it-tunnellaġġ gross u tul sħiħ,

- il-potenza tal-magni,

- is-sinjal ta' sejħa u frekwenza tar-radjo.

Artikolu 3

1. Stati Membri ħlief Spanja u l-Portugall għandhom iħejju, għal kull tip ta' sajd imsemmi fl-Artikolu 2, proposti għal-listi perjodiċi li jispeċifikaw il-bastimenti li jistgħu jistadu fl-istess ħin, skond l-Artikolu 164 ta' l-Att ta' Adeżjoni. Għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni kif ġej:

(a) fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punti 1 u 2 (a), (b), u (f) ta' l-Anness I, għall-inqas 15-il ġurnata qabel id-data preskritta għad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-listi; fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 1 ta' l-Anness I, il-lista għandha tkopri għall-inqas xahar kalendarju wieħed: fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(a) (b) u (f) ta' l-Anness I, il-listi għandhom ikopru perjodu ta' mill-inqas xahrejn kalendarji;

(b) fil-każ tal-bastimenti fil-punt 2 (ċ) u (d) ta' l-Anness I, għall-inqas erbgħat ijiem ta' xogħol qabel id-data preskritta għad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-listi; il-listi għandhom ikopru perjodu ta' xahar kalendarju wieħed fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(ċ) ta' l-Anness I u għall-inqas ġimgħatejn fil-każ ta' dawk imsemmija f'2(d) ta' l-Anness imsemmi;

(ċ) fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2 (e) ta' l-Anness I, għall-inqas jumejn ta' xogħol qabel id-data preskritta għad-dħul fis-seħħ ta' dawn il-listi; il-listi għandhom ikopru perjodu ta' jum wieħed,.

2. Il-lista perjodika ta' bastimenti msemmija fil-punt 2 (ċ) ta' l-Anness I għandha tispeċifika fuq bażi ta' jum b'jum il-bastimenti awtorizzati biex jistadu fl-istess ħin; kull bastiment irid jidher fuq il-lista mill-inqas għal jumejn konsekuttivi.

3. Fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 1 u fil-punt 2 (a), (b), (ċ), u (e) ta' l-Anness I in-numru totali ta' bastimenti inklużi fil-lista perjodika m'għandux jaqbeż in-numru ffissat mill-Kunsill skond il-proċedura preskritta fl-Artikolu 164(3) ta' l-Att ta' Adeżjoni.

4. Fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(d) ta' l-Anness I, il-lista perjodika għandha tkun magħmula minn gruppi ta' bastimenti, kull wieħed mhux ta' aktar minn tliet bastimenti. In-numru ta' dawn il-gruppi m'għandux jaqbeż in-numru ffissat mill-Kunsill skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 164(3) ta' l-Att ta' Adeżjoni.

Bastiment jista' jissemma f'lista waħda biss. Grupp ma jistax jirċievi aktar minn waħda mil-liċenzji msemmija fl-Artikolu 4.

5. Kull waħda mil-listi perjodiċi għandu jkollha l-informazzjoni li ġejja dwar kull bastiment:

- isem u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment,

- is-sinjal tas-sejħa,

- isem (ismijiet) u indirizz/i tas-sid/ien jew ta' min jikri u, jekk is-sid tkun entità korporata jew ta' sħubija, ir-rappreżentant/i tagħha,

- meta approprjat, ir-rata ta' tisrif speċifikata fl-Artikolu 158(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni,

- perjodu mitlub għall-permess tas-sajd,

- il-metodu maħsub għas-sajd,

- iż-żona maħsuba għas-sajd.

6. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-proposti msemmija fil-paragrafu 1 u tapprova l-listi perjodiċi, li għandha tibgħathom lill-awtoritajiet ta' l-Istati Membri konċernati u lill-awtoritajiet kompetenti Spanjoli kif ġej:

- fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 (a) t'hawn fuq, għall-inqas erbgħat ijiem ta' xogħol qabel id-data preskritta għad-dħul fis-seħħ tagħhom;

- fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 (b) t'hawn fuq, għall-inqas jumejn ta' xogħol qabel id-data preskritta għad-dħul fis-seħħ tagħhom;

- fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1(ċ) t'hawn fuq, għall-inqas jum wieħed qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

7. Jekk, fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(ċ), (d) u (e) ta' l-Anness I li l-Kummissjoni ma tirċevix proposti għal lista perjodika ġdida fil-limitu ta' żmien speċifikat fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu, ir-regoli fis-seħħ għall-aħħar jum tal-perjodu kurrenti għandhom jibqgħu jgħoddu sakemm tiġi stabbilita lista ġdida skond il-proċedura preskritta f'dan l-Artikolu.

8. L-awtoritajiet ta' Stati Membri ħlief Spanja u l-Portugall jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex jibdlu bastiment imsemmi f'lista perjodika imma li ma jistax għal raġunijiet ta' forza maġġuri juża l-liċenzja għas-sajd tiegħu matul il-perjodu speċifikat, jew xi parti minnu.

Kull bastiment li jinbidel għandu jiġi inkluż fil-listi msemmija fl-Artikolu 2.

Il-Kummissjoni għandha, bla dewmien, tinnotifika kull alterazzjoni fil-listi perjodiċi lill-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll Spanjoli msemmija fil-paragrafu 6 u lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.

L-ebda bastiment li nbidel ma' ieħor ma jista jiġi awtorizzat jistad qabel id-data indikata mill-Kummissjoni fin-notifikazzjoni tagħha.

Artikolu 4

1. Il-bastimenti msemmija fil-punt 2(a), (b) u (d) ta' l-Anness I, li jkunu msemmija fil-lista perjodika approvata mill-Kummissjoni, jistgħu jistadu biss jekk iżommu abbord liċenzja maħruġa mill-Kummissjoni fuq talba ta' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri.

Fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(a) u (b) ta' l-Anness I, applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom jintbagħtu fil-ħin li jkunu komunikati l-proposti għal listi perjodiċi msemmija fl-Artikolu 3(1).

Fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(d) ta' l-Anness I, applikazzjonijiet għal liċenzji għandhom jintbagħtu fil-ħin li jintbagħtu l-listi tal-bastimenti msemmija fl-Artikolu 2.

2. Fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(a) u (b) ta' l-Anness I, kull liċenzja għandha tinħareġ għal mhux aktar minn tliet bastimenti; għandha titniżżel deskrizzjoni ta' kull wieħed minn dawn il-bastimenti fuq il-liċenzja.

3. Fil-każ tal-bastimenti msemmija fil-punt 2(d) ta' l-Anness I, il-liċenzji għandhom jinħarġu għall-perjodu kollu ta' l-awtorizzazzjoni għas-sajd, mingħajr ma jissemmew il-bastimenti u bla ħsara għan-numru massimu msemmi fl-Artikolu 3(4); kull bastiment ingaġġat fis-sajd għandu jkollu din il-liċenzja.

4. Il-liċenzji għandhom jinħarġu għal perjodu ta' mill-inqas xahrejn kalendarji.

Artikolu 5

Bastiment jista' jidher fuq aktar minn waħda mil-listi msemmija fl-Artikolu 2. Bastiment jista' jidher fuq lista perjodika waħda biss, ħlief bastimenti għas-sajd tat-tonn, li jistgħu jidhru wkoll fuq il-listi ta' bastimenti li qed jistadu għall-inċova biex tintuża bħala liska ħajja.

Artikolu 6

Bastimenti awtorizzati jistadu għat-tonn ma jistgħux iżommu abbord xi ħut jew prodotti tal-ħut ħlief Thunnidae, bl-eċċezzjoni ta' inċova maħsuba biex tintuża bħala liska ħajja.

Artikolu 7

Il-kaptani jew, skond kif meħtieġ, is-sidien ta' bastimenti awtorizzati għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet speċjali speċifikati fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha temenda, fuq talba ta' l-awtoritajiet ta' l-Istati Membri konċernati, il-lista ta' l-awtoritajiet kompetenti ta' kontroll fil-punt 7 ta' l-Anness II.

Artikolu 8

Bla ħsara għar-Regolament (KEE) Nru 171/83, il-miżuri tekniċi li ġejjin għandhom jgħoddu għall-bastimenti msemmija fil-punt 2 ta' l-Anness I:

(a) l-użu ta' xbieki tal-garġi għandu jkun projbit;

(b) bastimenti m'għandux ikollhom tagħmir tas-sajd abbord ħlief dak meħtieġ għat-tip ta' sajd li għalih ikunu awtorizzati;

(ċ) kull dgħajsa tat-tkarkir għandha titfa' mhux aktar minn żewġ tartaruni kuljum; l-itwal tul ta' kull wieħed minn dawn it-tartaruni għandu jkun ta' 20 mil nawtiku; id-distanza bejn kull lenza qasira għas-snanar m'għandhiex tkun inqas minn 2,70 m.

Artikolu 9

L-Istati Membri ħlief Spanja u l-Portugall għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, qabel il-15-il jum ta' kull xahar, bil-kwantitajiet ta' tonn maqbud minn kull bastiment u l-kwantitajiet imniżżla 'l art minn dawn il-bastimenti f'kull port matul ix-xahar ta' qabel.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1986, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Adeżjoni ta' Spanja u l-Portugall.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-27 ta' Diċembru 1985.

Għall-Kummissjoni

Frans Andriessen

Viċi-President

[1] ĠU L 220, tad-29.7.1982, p. 1.

[2] ĠU L 169, tat-28.7.1983, p. 14.

[3] ĠU L 24, tas-27.1.1983, p. 14.

[4] ĠU L 335, tat-22.12.1984, p. 3.

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

TIPI TA' SAJD IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 164(1) U (2) TA' L-ATT TA' ADEŻJONI

Tip ta' sajd | Żona |

1.Bastimenti mqabbda fit-tipi ta' sajd mhux speċjalizzat | VIII c, IX |

2.Bastimenti mqabbda fit-tipi ta' sajd speċjalizzat imsemmija fl-Artikolu 164(2) ta' l-Att ta' Adeżjoni | |

(a)Dgħajjes għas-sajd tas-sardin (bl-użu ta' tartaruni, ta' anqas minn 100 grt) | VIII c |

(b)Dgħajjes tat-tkarkir ta' anqas minn 100 grt | VIII c, IX |

(ċ)Sajd mill-bastimenti li ma jaqbżux il-50 grt li jsir b'mod esklużiv bil-qasba | VIII c |

(d)Bastimenti li qed jistadu għall-inċova bħala l-attività tas-sajd ewlenija | VIII c |

(e)Bastimenti li qed jistadu għall-inċova bħala liska ħajja | VIII c |

(f)Is-sajd tat-tonn | VIII c, IX |

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

KONDIZZJONIJIET SPEĊJALI LI GĦANDHOM JITĦARSU MILL-BASTIMENTI TA' STATI MEMBRI ĦLIEF SPANJA U L-PORTUGALL LI JKUNU AWTORIZZATI JISTADU F'IBĦRA SPANJOLI

A. Il-kondizzjonijiet li għandhom jitħarsu mill-bastimenti kollha

1. Kopja ta' dawn il-kondizzjonijiet speċjali u, meta jkun xieraq, il-liċenzja tas-sajd għandhom ikunu abbord il-bastiment.

2. L-ittri u n-numri għall-identifikazzjoni esterna ta' bastiment illiċenzjat għandhom ikunu mmarkati b'mod ċar fuq il-pruwa tal-bastiment fuq iż-żewġ naħat u fuq kull naħa tas-sovrastruttura fejn jistgħu jidhru bl-aħjar mod.

L-ittri u n-numri għandhom jinżebgħu b'lewn li jikkuntrasta ma' dak tal-korp tal-bastiment jew is-sovrastruttura u m'għandhomx jitħassru, jinbidlu, jitgħattew jew jiddallmu xort'oħra.

B. Il-kondizzjonijiet miżjuda li għandhom jitħarsu mill-bastimenti kollha awtorizzati li jistadu, ħlief għal dawk li qed jistadu għat-tonn u l-bastimenti li ma jaqbżux il-50 grt li qed jistadu b'mod esklużiv bil-qasba.

3. Il-bastimenti li jkunu awtorizzati li jistadu għandhom jikkomunikaw il-dettalji li ġejjin lill-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali kompetenti speċifikati fil-punt 7, fir-rigward ta' kull wieħed mill-movimenti elenkati hawn taħt:

- l-isem tal-bastiment, l-isem tal-kaptan, is-sinjal tas-sejħa u l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni esterna u, meta jkun xieraq, in-numru tal-liċenzja;

- id-data, il-ħin, il-pożizzjoni ġeografika u l-kwadru ta' l-istatistika ICES:

3.1.1 f'kull okkażjoni li l-bastiment jidħol fiż-żona tal-200 mil tal-baħar li tinsab qrib il-kosta ta' Spanja u li hi koperta mir-regolamenti tas-sajd tal-Komunità;

3.1.2 f'kull okkażjoni li l-bastiment jitlaq miż-żona tal-200 mil tal-baħar li tinsab qrib il-kosta ta' Spanja u li hi koperta mir-regolamenti tas-sajd tal-Komunità;

3.1.3 f'kull okkażjoni li l-bastiment jiċċaqlaq minn sotto-żona waħda tal-ICES għall-oħra 'il ġewwa miż-żoni mfissra f'3.1.1 u 3.1.2;

3.1.4 f'kull okkażjoni li l-bastiment jidħol f'port Spanjol;

3.1.5 f'kull okkażjoni li l-bastiment jitlaq minn port Spanjol;

3.1.6 qabel il-bidu ta' l-operazzjonijiet tas-sajd (komunikazzjoni "attiva");

3.1.7 mal-kompletar ta' l-operazzjonijiet tas-sajd (komunikazzjoni "passiva").

4. Il-bastimenti kollha li huma awtorizzati li jistadu għandhom jikkomunikaw mad-dħul fil- u mat-tluq miż-żona ta' l-ICES li fiha huma awtorizzati li jistadu u ta' kull ġimgħa mal-bidu tad-data tal-bidu ta' l-operazzjonijiet tas-sajd, l-informazzjoni li ġejja fl-ordni murija hawn taħt, lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej fi Brussel (teleks 24189 FISEU-B):

- l-isem tal-bastiment,

- is-sinjal tas-sejħa,

- l-ittri u n-numri ta' identifikazzjoni esterna,

- meta jkun xieraq, in-numru/i tal-liċenzja,

- in-numru tas-serje tal-messaġġ għall-vjaġġ in kwistjoni,

- indikazzjoni tat-tip ta' messaġġ waqt li jittieħed kont tal-punti varji msemmija f'punt 3

- il-pożizzjoni ġeografika u l-kwadru ta' l-istatistika ICES,

- il-kwantità (f'kilogrammi) ta' kull speċi ta' ħut fl-istivi, bl-użu tal-kodiċi mogħti fil-punt 5.3,

- il-kwantità (f'kilogrammi) ta' kull speċi maqbuda mit-trasmissjoni ta' qabel,

- il-kwadru ta' l-istatistika ICES li fih kienu ttieħdu l-qabdiet,

- il-kwantità (f'kilogrammi) ta' kull speċi ttrasferita lejn bastimenti oħra mit-trasmissjoni ta' qabel,

- l-isem, is-sinjal tas-sejħa u, jekk applikabbli, l-identifikazzjoni esterna tal-bastiment li għalih sar it-trasferiment,

- l-isem tal-kaptan.

5. Il-messaġġi previsti f'punti 3 u 4 għandhom ikunu trasmessi kif ġej:

5.1 Il-messaġġi kollha għandhom ikunu trasmessi permezz ta' stazzjon tar-radju fl-elenku hawn taħt:

Isem | sinjal tas-sejħa |

North Foreland | GNF |

Humber | GKZ |

Cullercoats | GCC |

Wick | GKR |

Portpatrick | GPK |

Anglesey | GLV |

Ilfracombe | GIL |

Niton | GNI |

Stonehaven | GND |

Hebrides | GHD |

Portishead | GKA GKB GKC |

Land's End | GLD |

Valentia | EJK |

Malin Head | EJM |

Boulogne | FFB |

Brest | FFU |

St. Nazaire | FFO |

Bordeaux-Arcachon | FFC |

Tarifa | EAC |

Chipiona | Chipiona radio |

Finisterre | EAF |

Coruña | Coruña radio |

Cabo Peñas | EAS |

Machichaco | Machichaco radio |

5.2 Jekk għal raġunijiet ta' force majeure jkun impossibbli għall-messaġġ li jkun trasmess mill-bastiment illiċenzjat, jista' jkun trasmess f'isem dak il-bastiment minn bastiment ieħor.

5.3 Il-kodiċi li għandha tintuża biex ikunu indikati l-kwantitajiet ta' ħut abbord kif imsemmi f'punt 4 [1]:

A. Gamblu kbir ta' l-ilma fond (Pandalus borealis)

B. Marlozz (Merluccius merluccius)

Ċ. Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

D. Merluzz (Gadus morhua)

E. Bakkaljaw (Melanogrammus aeglefinus)

F. Ħalibatt (Hippoglossus hippoglossus)

G. Kavall (Scomber scombrus)

H. Sawrella (Trachurus trachurus)

I. Round-nose grenadier (Coryphaenoides rupestris)

J. Saithe (Pollachius virens)

K. Merlangu (Merlangus merlangus)

L. Aringa (Clupea harengus)

M. Sallura tar-ramel (Ammodytes spp.)

N. Sprat (Clupea sprattus)

O. Barbun tat-tbajja' (Pleuronectes platessa)

P. Norway pout (Trisopterus esmarkii)

Q. Molva (Molva molva)

R. Oħra

S. Gamblu (Pandalidae)

T. Inċova (Engraulis encrassicholus)

U. Salamun raġel (Sebastes spp.)

V. Barbun (Hypoglossoides platessoides)

W. Klamar (Illex)

X. Yellowtail (Limanda ferruginea)

Y. Merlangu ikħal (Gadus poutassou)

Z. Tonn (Thunnidae)

AA. Molva blu (Molva dypterygia)

BB. Tusk (Brosme brosme)

ĊĊ. Mazzola tax-xewka (Scyliorhinus retifer)

DD. Gabdoll (Cetorhindae)

EE. Porbeagle (Lamma nasus)

FRF. Klamar loligo (Loligo vulgaris)

GG. Rundin (Brama brama)

HH. Sardina komuni (Sardina pilchardus)

II. Gamblu tar-ramel (Crangon crangon)

JJ. Megrim (Lepidorhombus)

KK. Angler/Monk (Lophius spp.)

LL. Awwista tan-Norveġja (Nephroos norvegicus)

MM. Pollakkju (Pollachius pollachius)

6. Bla ħsara għall-istruzzjonijiet imniżżla fil-ġurnal ta' abbord tal-Komunitajiet Ewropej il-messaġġi tar-radju trasmessi skond il-punti 3 sa 5 għandhom ikunu reġistrati fil-ġurnal ta' abbord imsemmi.

7. L-awtoritajiet ta' kontroll nazzjonali kompetenti biex jirċievu l-komunikazzjonijiet imsemmija fil-punt 3:

Secretario general de Pesca Maritima (Segepesca),

c/Ortega y Gasset, 57,

Madrid,

Teleks 47457 SGPM E.

[1] Dan l-elenku ma jimplikax li l-ispeċi kollha msemmija jitħallew jinżammu abbord jew jittellgħu fl-art.

--------------------------------------------------

Top