EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21990A1231(01)

Ftehim li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp

OJ L 372, 31.12.1990, p. 4–26 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)
Special edition in Finnish: Chapter 11 Volume 016 P. 138 - OP_DATPRO
Special edition in Swedish: Chapter 11 Volume 016 P. 138 - OP_DATPRO
Special edition in Czech: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Estonian: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Latvian: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Lithuanian: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Hungarian Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Maltese: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Polish: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Slovak: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Slovene: Chapter 11 Volume 017 P. 179 - 201
Special edition in Bulgarian: Chapter 11 Volume 006 P. 121 - 143
Special edition in Romanian: Chapter 11 Volume 006 P. 121 - 143
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 107 P. 17 - 39

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1990/674/oj

Related Council decision

21990A1231(01)



Official Journal L 372 , 31/12/1990 P. 0004 - 0026
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0138
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 16 P. 0138


Ftehim

li jistabbilixxi l-Bank Ewropew għar-rikostruzzjoni u l-iżvilupp

IL-PARTIJIET KONTRAENTI,

INTRABTU bil-prinċipji fondamentali ta' demokrazija b'ħafna partiti, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għall-ekonomija fis-suq;

FTAKKRU fl-Att Finali tal-Konferenza ta' Helsinki dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa, u b'mod partikolari fid-Dikjarazzjoni tagħha dwar il-Prinċipji;

LAQGĦU l-għan tal-pajjiżi taċ-Ċentru u tal-Lvant ta' l-Ewropa li jkomplu l-implimentazzjoni prattika ta' demokrazija b'ħafna partiti, li jsaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-disposizzjoni li jimplimentaw riformi sabiex jinfetħu għal ekonomiji orjentati lejn is-suq;

QISU l-importanza ta' koperazzjoni magħluqa u kkordinata sabiex jgħollu l-progress ekonomiku tal-pajjiżi taċ-Ċentru u tal-Lvant ta' l-Ewropa biex jgħinu l-ekonomija tagħhom issir iktar kompetittiva f'għamla internazzjonali u biex jgħinhom fir-rikostruzzjoni u l-iżvilupp tagħhom u b'hekk inaqqsu, meta approprjat, kull riskju li hu relatat mal-imaniġġar tal-flus ta' l-ekonomija tagħhom;

HUMA KONVINTI li l-istabbiliment ta' istituzzjoni finanzjarja multilaterali li hi Ewropea fil-karattru bażiku tagħha u internazzjonali fl-istat ta' min hu membru jgħin biex jintlaħqu dawn l-għanijiet u jsawwar struttura ġdida u unika ta' koperazzjoni fl-Ewropa;

QABLU li jistabbilixxu hawnhekk il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (iżjed "il quddiem msejjaħ" il-Bank') li se jaħdem bi qbil ma' li ġej:

KAPITOLU I

GĦAN, FUNZJONIJIET U SĦUBIJA

Artikolu 1

Għan

Billi jikkontribixxi għall-progress ekonomiku u rikostruzzjoni, l-għan tal-Bank għandu jkun li jieħu ħsieb t-transitorju lejn ekonomiji miftuħa orjentati lejn is-suq u li jippromovi inizjattivi privati u intrapriniżmi fil-pajjiżi fiċ-Ċentru u Lvant ta' l-Ewropa li huma marbuta u li japplikaw l-prinċipji ta' demokrazija b'ħafna partiti, pluraliżmu u ekonomiji tas-suq.

Artikolu 2

Funzjonijiet

1. Biex jitwettaq fuq bażi fit-tul l-għan tagħha li tieħu ħsieb it-transitorju tal-pajjiżi taċ-Ċentru u ta' Lvant ta' l-Ewropa lejn ekonomiji miftuħa orjentati lejn is-suq u l-promozzjoni ta' inizjattiva privata u intrapriniżma, il-Bank għandu jgħin lill-pajjiżi reċipjenti membri biex jimplimentaw riformi strutturali u ekonomija settorali, li jinkludu demonopolizzazzjoni, deċentralizzazzjoni u privatizzazzjoni, biex jghinu l-ekonomiji tagħhom jintegraw ruħhom b'mod sħiħ fl-ekonomija internazzjonali bil-miżuri:

(i) biex jippromovi, bl-għajnuna ta' investituri privati u oħrajn interessati, l-istabbiliment, t-titjib u t-tkabbir ta' attivitajiet produttivi, kompetittivi u fis-settur privat, b'mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju;

(ii) biex jimmobbilizza l-kapital domestiku u barrani u amministrazzjoni bl-esperjenza kif iddeskrivit f'(i);

(iii) biex jieħu ħsieb investiment produttiv, inkluż fis-setturi tas-servizzi u l-finanzi, u f'infrastruttura relatata fejn dan hu bżonn biex jappoġġa inizjattiva privata u intrapriniżma, b'hekk ikun qed jgħin biex jinħoloq ambjent kompetittiv u biex tiżdied il-produttività, il-livell ta' l-għajxien u l-kondizzjonijiet tax-xogħol;

(iv) biex jipprovdi għajnuna teknika għall-preparazzjoni, il-finanzjaru l-implimentazzjoni ta' proġetti relevanti, kemm jekk individwali kif ukoll f'kuntest ta' programmi ta'investiment speċifiku;

(v) biex jistimulau jħeġġeġ l-iżvilupp tas-swieq kapitali;

(vi) biex jagħti għajnuna għall-proġetti sodi u ekonomikament viabbli li jinvolvu iżjed minn pajjiż reċipjent membru wieħed;

(vii) biex jgħollu fil-firxa vasta ta' l-attivitajiet ambjentali żvilupp sod u sostenibbli;

u

(viii) biex jimpriżaw attivitajiet oħra simili u jipprovdu servizzi oħra simili li jistgħu jkabbru dawn il-funzjonijiet.

2. Waqt li jkun qed jagħmel il-funzjonijiet msejħa fil-paragrafu 1 ta' dan l-artikolu, il-Bank għandu jaħdem f'koperazzjoni sħiħa mal-membri tiegħu kollha u, b'dik il-manjiera li tidher xierqa skond il-kondizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, mal-Fond Monetarju Internazzjonali, mal-Bank Internazzjonali tar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, mal-Koperazzjoni Finanzjarja Internazzjonali, ma' l-Aġenzija għall-Investiment Garantit Multilaterali, u mal-Organizazzjoni għall-Koperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku, u għandu jikkopera man-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha u korpijiet u entitajiet oħra relatati, kemm jekk pubbliċi kif ukoll jekk privati, li għandhom x'jaqsmu ma' l-iżvilupp ekonomiku ta', u l-investiment fil-pajjiżi fiċ-Ċentru u fil-Lvant ta' l-Ewropa.

Artikolu 3

Sħubija

1. Sħubija fil-Bank għandha tkun miftuħa:

(i) għall-(1) pajjiżi Ewropew u (2) pajjizi li mhumiex Ewropew imma li huma membri fil-Fond Monetarju Internazzjonali;

u

(ii) għall-Komunità Ekonomika Ewropea u għall-Bank Ewropew ta' l-Investiment.

2. Pajjiżi li huma eleġibbli biex jissieħbu taħt paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, li ma jsirux membri skond l-Artikolu 61 ta' dan il-Ftehim, jistgħu jitħallew jissieħbu, taħt dawk it-termini u l-kondizzjonijiet li jista' jistabilixxi l-Bank, fi sħubija fil-Bank la darba jkunu kisbu l-vot affermittiv ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-Gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti ta' dawk il-membri eleġibbli li jivvotaw.

KAPITOLU II

KAPITAL

ARTIKOLU 4

Ħażniet ta' kapital awtorizzati

1. Il-ħażniet ta' kapitali oriġinali awtorizzati għandhom ikunu għaxart elef miljun (10000000000) ECU. Dawn għandhom ikunu maqsuma f'miljun (1000000) ishma, li kull wieħed ikollu valur ekwivalenti ta' għaxart elef (10000) ECU, li se jkunu disponibbli għas-sottoskrizzjoni għall-membri biss bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim.

2. Il-ħażniet ta' kapital oriġinali għandhom ikunu maqsuma f'ishma mħallsa u f'ishma li għad iridu jitħallsu. L-aggregat totali tal-bidu b'valur ekwivalenti ta' l-ishma għandu jkun ta' tlett elef miljun (3000000000) ECU.

3. Il-ħażniet ta' kapital awtorizzati jistgħu jiġu miżjuda f'dak iż-żmien u taħt dawk it-termini kif jidher xieraq, b'vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti ta' dawk il-membri eleġibbli li jivvotaw.

Artikolu 5

Sottoskrizzjoni ta' l-ishma

1. Kull membru jista' jissottoskrivi għall-ishma tal-ħażniet tal-kapital tal-Bank, basta jissodisfa il-bżonnijiet legali tal-membru. Kull sottoskrizzjoni għall-ħażniet tal-kapital oriġinali awtorizzati għandha tkun għall-ishma mħallsa u għall-ishma li għad iridu jitħallsu bil-proporzjon ta' tlieta (3) għal sebgħa (7). In-numru inizzjali ta' ishma disponibbli għas-sottoskrizzjoni minn dawk li iffirmaw dan il-Ftehim li se jsiru membri bi qbil ma' l-Artikolu 61 ta' dan il-Ftehim għandu jkun dak stabbilit fl-Anness A. L-ebda membru m'għandu jkollu sottoskrizzjoni inizzjali ta' inqas minn mitt (100) sehem.

2. In-numru inizzjali ta' ishma disponibbli għas-sottoskrizzjoni minn pajjiżi li se jitħallew jissieħbu bi qbil mal-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim għandu jkun determinat mill-Bord tal-Gvernaturi; basta, madankollu, l-ebda sotoskrizzjoni bħal din ma tiġi awtorizzata li jkollha l-effett li tbaxxi l-perċentwali tal-ħażna kapitali miżmuma minnmembri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, flimkien mal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment, inqas mill-maġġuranza tal-ħażniet kapitali totali sottoskritti.

3. Il-Bord tal-Gvernaturi għandhom f'intervalli ta'mhux iżjed minn ħames (5) snin jagħmlu reviżjoni tal-ħażna tal-kapital tal-Bank. Fil-każ ta' żjieda fil-ħażniet tal-kapital awtorizzati, kull membru għandu jkollu opportunità raġunevoli biex jagħmel sottoskrizzjoni, taħt dawk it-termini u dawk il-kondizzjonijiet li l-Bord tal-Gvernaturi jiddetermina, għall-proporzjon taż-żieda fil-ħażniet ekwivalenti għall-proporzjon li l-ħażniet sottoskritti tiegħu jikkontribbwixxi għall-ħażna totali tal-kapital sottoskritt immedjatament qabel dik iż-żieda. L-ebda membru m'hu se jkun obbligat biex jagħmel sottoskrizzjoni għal si parti miż-żieda tal-ħażna tal-kapital.

4. Skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-Bord tal-Gvernaturi jista', fuq talba ta' xi membru, iżied is-sottoskrizzjoni ta' dak il-membru, jew jalloka ishma lil dak il-membru taħt il-ħażna kapitali allokata li mhumiex meħuda minn membri oħrajn; basta, madankollu, li żieda bħal din ma jkolliex l-effett li tnaqqas il-perċentwali tal-ħażna kapitali miżmuma minn pajjiżi li huma membri tal-Komunità Ekonomika Ewropea, flimkien mal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Bank Ewropew ta' l-Investiment, inqas mill-maġġuranza tal-ħażniet kapitali totali sottoskritti.

5. Ishma ta' ħażniet li għall-ewwel kienu sottoskritti minn membri għandhom jinħarġu b'mod par. Ishma oħra għandhom jinħarġu b'mod par sakemm ma' l-Bord tal-Gvernaturi, b'vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrappreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti ta' dawk il-membri eleġibbli li jivvotaw, ma jiddeċidiex li joħroġhom f'ċirkustanzi speċjali fuq termini oħra.

6. Ishma tal-ħażniet m'għandhomx jiġu mogħtija b'rahan jew mxekkla/mfixxkla b'ebda mod possibli, u dawn m'għandhomx jiġu trasferiti ħlief lill-Bank bi qbil mal-Kapitolu VII ta' dan il-Ftehim.

7. L-ammont li l-membri għandhom iħallsu għall-ishma għandu jkun limitat għal dik il-parti mhux imħallsa tal-prezz tal-ħruġ tagħhom. L-ebda membru m'għandu jkun obbligat, minħabba l-isħubija tiegħu, għall-obbligazzjonijiet lejn il-bank.

Artikolu 6

Ħlas għas-sottoskrizzjonijiet

1. Ħlas ta' l-ishma mħallsin minn qabel ta' l-ammont inizzjalment sottoskritt minn kull minn iffirma dan il-Ftehim, li jsir membru bi qbil ma' l-Artikolu 61 ta' dan il-Ftehim, għandu jsir f'ħames (5) pagamenti ta' għoxrin (20) fil-mija kull wieħed għall-ammont bħal dan. L-ewwel pagament għandu jitħallas minn kull membru fi żmien sittin (60) ġurnata wata d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jew wara d-data ta' depożitu ta' l-instrumenti tiegħu ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni b' mod konformi ma' l-Artikolu 61, jekk din ta' l-aħħar tkun wara d-data tad-dħul fis-seħħ. Kull wieħed mill-erbgħa (4) pagamenti li jifdal ikun dovut sena waħda wara d-data li fiha kien dovut il-pagament ta' qabel u kull wieħed għandu, suġġett għall-bżonnijiet leġislattivi ta' kull membru, jiġi mħallas.

2. Ħamsin (50) fil-mija tal-ħlas ta' kull pagament skond paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew minn membru li ġid aċċettat bi qbil ma' paragrafu 2 ta' l-Artikolu 3 ta' dan il-Ftehim, għandu jsir b'noti promissorji jew obbligazzjonijiet oħra maħruġa minn membru bħal dan u denominati f'ecu, f'dollari Amerikani jew yen Ġappuniżi, li għandhom jitfasslu billi l-Bank jeħtieġ fondi għal żburżar bħala ri¿ultat ta' l-operazzjonijiet tiegħu. Noti jew obligazzjonijiet bħal dawn m'għandhomx ikunu negozzjabbli, jew ifittx xi interess u għandhom jitħallsu lill-Bank b'valur par fuq talba. Talbiet fuq dawn in-noti jew l-obligazzjonijiet għandhom, fuq perjodi raġonevoli ta' żmien, jiġu magħmula sabiex l-valur ta' dawn it-talbiet fl-ecu fi żmien tat-talba minn kull membru ikun proporzjonali man-numru ta' l-ishma abbonati u miżmuma minn kull membru bħal dan li ddepożita noti jew obbligazzjonijiet bħal dawn.

3. Kull obligazzjoni għall-ħlas ta' kull membru b'rispett għas-sottoskrizzjoni għall-ishma fil-ħażniet kapitali inizjali għandu jiġi finalizzat jew fl-ecu, f'dollari Amerikani jew jen Ġappuniż fuq bażi tar-rata medja ta' skambju tal-kambju relevanti f'ecu għall-perjodu mit-30 ta' Settembru 1989 sal-31 ta' Marzu 1990 inklużi.

4. Ħlas ta' l-ammont sottoskritt għall-ħażniet kapitali li għad iridu jitħallsu tal-Bank għandu jkun suġġett għal sejħa, jieħu ħsieb l-Artikoli 17 u 42 ta' dan il-Ftehim, biss kif u meta l-Bank ikollu bżonn biex ilaħħaq mal-obbligi tiegħu.

5. F'każ ta' sejħa rreferuta fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-ħlas għandu jsir mill-membru fl-ecu, f'dollari Amerikani jew jen Ġappuni¿. Sejħiet bħal dawn għandhom ikunu uniformi f'valur ta' l-ecu fuq kull sehem ikkalkulat fi żmien is-sejħa.

6. Il-Bank għandu jistabilixxi l-post għal kull pagamenti taħt dan l-Artikolu nhux aktar tard minn xahar wieħed wara l-laqgħa inawgurata mill-Bord tal-Gvernijiet, basta li, qabel determinazzjoni bħal din, il-ħlas ta' l-ewwel pagament msejjaħ fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jsir lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment, bħala fedekommissarju għall-Bank.

7. Għas-sottoskrizzjonijiet barra dawn deskritti f'paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu, il-ħlas mill-membru b'rispett għas-sottoskrizzjoni għall-ishma fil-ħażniet kapitali awtorizzati għandho isiru fl-ecu, f'dollari Amerikani jew jen Ġappuniż kemm jekk fi flus kontanti jew f'noti prommissorji jew f'obbligazzjoniet oħrajn.

8. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-ħlas jew id-denominazzjonijiet fl-ecu għandhom jinkludu ħlasijiet jew denominazzjonijiet f'kull currency konvertibbli li hu ekwivalenti fid-data tal-ħlas jew tisrif għall-valur ta' l-obbligazzjoni relevanti fl-ecu.

Artikolu 7

Riżorsi ta' kapitali ordinarji

Kif użat f'dan il-Ftehim, it-termini "riżorsi ta' kapitali ordinarji" tal-Bank għandha tinkludi dan li ġej:

(i) il-ħażniet awtorizzati tal-kapital tal-Bank, inkluż l-ishma kemm dawk mħallsa kif ukoll dawk li għad iridu jitħallsu, sottoskritti skond l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim;

(ii) il-fondi miġbura mis-self tal-Bank b'virtu tal-poter mogħti bl-Artikolu 20 ta' dan il-Ftehim, li għalih saru s-sejħiet msejħa fil-paragrafu 4 ta' l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim hu applikabbli;

(iii) il-fondi miġbura bi ħlas lura ta' self jew garanti u proċeduri mill-bejgħ ta' l-investmenti ta' l-ekwita magħmula mir-riżorsi indikati fis-sotto-paragrafi (i) u (ii) ta' dan l-Artikolu;

(iv) id-dħul miksub mis-self u l-investiment ta' l-ugwaljanza, magħmula mir-riżorsi indikati fis-sotto-paragrafi (i) u (ii) ta' dan l-Artikolu, u d-dħul miksub mill-garanti, u assigurazzjoni li ma tifformax parti mill-operazzjonijiet speċjali tal-Bank;

u

(v) il-fondi l-oħrajn kollha jew dħul miġbur mill-Bank li ma jifformawx parti mir-riżorsi tal-Fondi Speċjali tiegħu msejħa fl-Artikolu 19 ta' dan il-Ftehim.

KAPITOLU III

OPERAZZJONIJIET

ARTIKOLU 8

Pajjiżi reċipjenti u l-użu tar-riżorsi

1. Ir-riżorsi u l-faċilitajiet tal-Bank għandhom jintużaw esklussivament għall-implementazzjoni tal-ħsieb u t-twettiq ta' dawk il-funzjonijiet mfassla, rispettivament, fl-Artikolu I u 2 ta' dan il-Ftehim.

2. Il-Bank jista' jagħmel l-operazzjonijiet tiegħu fil-pajjiżi ta' l-Ewropa taċ-¬entru u tal-Lvant li huma miexja sodi fit-transitorju lejn ekonomiji li huma orjentati lejn is-suq u l-promozzjoni ta' inizzjattiva privata u intrapriniżmu, u li japplikaw, b'passi konkreti u inkella, il-prinċipji mfassla fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim.

3. Fil-każijiet fejn membru jista' jkun qed jimplementa polzi li huma inkonsistenti ma' l-Artikolu I ta' dan il-Ftehim, jew f'ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Bord tad-Diretturi jistgħu jikkonsidraw li jissospendu jew inkella jimmodifikaw l-adeżjoni tal-membru għar-riżorsi tal-Bank u għalhekk jistgħu jagħmlu rakkommendazzjonijiet lill-Bank tal-Gvernaturi. Kull deċiżjoni fuq dawn l-affarijiet għandha tittieħed mill-Bord tal-Gvernaturi b'maġġoranza ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti ta' dawk il-membri eleġibbli li jivvotaw.

4. (i) Kull pajjiż potenzalment reċipjent jista' jitlob li l-Bank jipprovdi adeżjoni għar-riżorsi tiegħu għal skopijiet limitati fuq perjodu ta' tlett (3) snin li jibdew wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Kull talba bħal din għandha tkun mehmuża bħala parti integrali ta' dan il-Ftehim eżatt kif din issir.

(ii) Matul perjodu bħal dan:

(a) Il-Bank għandu jipprovdi lill-pajjiż bħal dan, u lill-impriżi fit-territorju tiegħu, fuq talba tagħhom, gġajnuna teknika u tipi oħra ta' għajnuna bl-intenzjoni li jiffinanzjaw is-settur privat tiegħu, biex jiffaċilitaw it-transitorju bejn impriżi mmexxija mill-istat għall-impriżi li huma mmexxija privatament, u biex jgħinu impriżi li jaħdmu b'kompetizzjoni u li qed jgħaddu għall-parteċipazzjoni f'ekonomija orjentat lejn is-suq, suġġetta għall-proporzjon mfassal fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu II ta' dan il-Ftehim ta' dan il-Ftehim;

(b) l-ammont totali ta' kwalunkwe għajnuna provduta hekk m'għandiex taqbeż l-ammont totali ta' flus kuntanti minfuqa u noti prommissorji maħruġa minn dak il-pajjiż għall-ishma tiegħu.

(iii) Fit-tmiem ta' dan il-perjodu, id-deċiżjoni biex pajjiż bħal dan jingħata adeżjoni lil hemm mil-limiti speċifikati fis-sotto-paragrafi (a) u (b) għandha tittieħed mill-Bord ta' Gvernaturi b'maġġoranza ta' mhux inqas minn tlett kwarti tal-gvernaturi li jirrappreżentaw mhux inqas minn ħamsa u tmenin (85) fil-mija ta' dawk eleġibbli li jivvotaw.

Artikolu 9

Operazzjonijiet ordinarji u speċjali

L-operazzjonijiet tal-Bank għandhom jikkonsistu f'operazzjonijiet ordinarji ffinanzjati mir-riżorsi ta' kapital ordinarju tal-Bank msejħa fl-Artikolu 7 ta' dan il-Ftehim u operazzjonijiet speċjali ffinanzjati mir-riżorsi tal-Fondi Speċjali msejħa fl-Artikolu 19 ta' dan il-Ftehim. Iż-żewġ tipi ta' operazzjonijiet jistgħu jiġu magħquda.

Artikolu 10

Separazzjoni ta' l-operazzjonijiet

1. Ir-riżorsi ta' kapital ordinarju u r-riżorsi tal-Fondi Speċjali tal-Bank għandhom f'kull ħin u f'kull rispett jinżammu, jintużaw, jiġu afdati, jiġu investiti jew jiġu disponuti b'xi mod ieħor kompletament separati minn xulxin. Ir-rendikonti finanzjarji tal-Bank għandhom juru r-riservi tal-Bank, flimkien ma' l-operazzjonijiet ordinarji tiegħu, u separatament, l-operazzjonijiet speċjali tiegħu.

2. Fl-ebda ċirkostanza m'għandhom ir-riżorsi ta' kapital ordinarju tal-Bank jiġu akkużati bi, jew użati biex jitħallsu, telf jew djun li jkun ġej minn operazzjonijiet speċjali jew attivitajiet oħra li għalihom kienu oriġinalment użati jew imwegħda riżorsi tal-Fondi Speċjali.

3. Spejjeż li jappartjenu direttament lill-operazzjonijiet ordinarji għandhom jitħallsu mir-riżorsi tal-kapital ordinarju tal-Bank. Spejjeż li jappartjenu direttament lill-operazzjonijiet speċjali għandhom jitħallsu mir-riżorsi tal-Fondi Speċjali. Kwalunkwe spiża oħra għandha, suġġetta għal paragrafu 1 ta' l-Artikolu 18 ta' dan il-Ftehim, titħallas skond kif il-Bank jistabilixxi.

Artikolu 11

Metodi ta' operazzjonijiet

1. Il-Bank għandu jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu biex jilħaq l-għanijiet u tal-funzjonijiet tiegħu kif imfassal fl-Artikoli 1 u 2 ta' dan il-Ftehim f'kwalunkwe jew f'kull metodu minn dawn li ġejjin:

(i) billi jagħmel jew kofinanzjarjament flimkien ma' istituzzjonijiet multilaterali, banek kummerċjali jew sorsi oħra interessati, jew jipparteċipa f', self lill-intrapriżi fis-settur privat, self lill-intrapriżi tal-gvern li jaħdmu f'kompetizzjoni u miexja lejn partiċipazzjoni lejn ekonomija orjentata lejn is-suq, u self lil kwalunkwe intrapriża tal-gvern biex tħaffef it-transitorju lejn pussess u kontroll privat; b'mod partikolari biex tħaffef jew tkabbar il-parteċipazzjoni tal-kapital u/jew barrani f'intrapriżi bħal dawn;

(ii) (a) b'investiment fil-kapital ta' ekwità ta' l-intrapriżi fis-settur privat;

(b) b'investiment fil-kapital ta' ekwità ta' kwalunkwa intrapriża tal-gvern li taħdem b'kompetizzjoni u miexja lejn parteċipazzjoni lejn ekonomija orjentata lejn ius-suq, u b'investiment fil-kapital ta' ekwità ta' kwalunkwa intrapriża tal-gvern li tgħin fit-transizzjoni ta' pussess u kontroll privat; b'mod partikolari biex jgħin jew issaħħaħ il-parteċipazzjoni tal-kapital privat u/jew barrani f'intrapriżi bħal dawn;

u

(ċ) billi tassigura, fejn mezzi oħra ta' finanzi m'humiex xierqa, il-kwistjoni ta' ekwità tas-sigurtà minn intrapriżi kemm fis-settur privat kif ukoll minn intrapriżi li huma tal-gvern msejħa f'(b) iżjed ‘il fuq għall-iskopijiet mniżżla f'dak is-sottoparagrafu;

(iii) billi tħaffef l-adeżjoni għal swieq kapitali domestiċi u internazzjonali b'intrapriżi fis-settur privat jew b'intrapriżi oħra msejħa fis-sottoparagrafu (i) ta' dan il-paragrafu għall-iskopijiet mniżżla f'dak is-sottoparagrafu, mid-disposizzjoni tal-garanti, fejn mezzi oħra ta' finanzi m'humiex xierqa, u minn parir finanzjarju u forom oħrata' għajnuna;

(iv) billi jinfetħu riżorsi tal-Fondi Speċjali bi qbil mal-Ftehim li jistabilixxi l-użu tagħhom;

u

(v) billi tagħmel jew tipparteċipa f'self u tipprovdi għajnuna teknika għar-rikonstruzzjoni jew żvilupp ta' infrastruttura, inkluż programmi dwar l-ambjent, neċessarji għal żzilupp fis-settur privat u għat-transitorju lejn ekonomija orjentata lejn is-suq.

Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu, intrapriża private m'għandiex tiġi meqjusa bħala li taħdem b'kompetizzjoni sakemm din ma taħdimx awtonomimament f'ambjent ta' suq kompetittiv u sakemm din m'hiex suġġetta għal liġijiet ta' falliment.

2. (i) il-Bord ta' Diretturi għandu jirrevedi għallinqas darba f'sena l-operazzjonijiet u l-istrateġija ta' self tal-Bank f'kull pajjiż reċipjent biex jassigura li l-iskop u l-funzjonijiet tal-Bank, kif imfassla fl-Artikoli 1 u 2 ta' dan il-Ftehim, huma moqdija għal kollox. Kwalunkwe deċiżjoni skond reviżjoni bħal din għandha tittieħed b'maġġoranza ta' mhux inqas minn żewġ terzi tad-diretturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti ta' dawk il-membri eleġibbli li jivvotaw.

(ii) Ir-reviżjoni msemmija għandha tinvolvi l-konsiderazzjoni ta', inter alia, il-progress ta' kull pajjiż reċipjent magħmul fuq deċentralizzazzjoni, demonopolizzazzjoni u privatizzazzjoni u l-ishma relattivi tas-self tal-Bank lill intrapriżi privati, lill-intrapriżi tal-gvern fil-proċess ta' transitorju lejn parteċipazzjoni f'ekonomija jew privatizzazzjoni orjentata lejn is-suq, għall-infrastruttura, għal għajnuna teknika, u għal skopijiet oħra.

3. (i) Mhux iżjed minn erbgħin (40) fil-mija tas-self mwiegħed, garanziji u investiment ta' ekwità totali tal-Bank, mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet tiegħu l-oħra msejħa f'dan l-Artikolu, għandu jiġi provdut lis-settur tal-gvern. Fil-bidu limitu ta' perċentaġġ bħal dan għandu japplika għal perjodu ta' sentejn (2), mid-data ta' bidu ta' l-operazzjonijiet tal-Bank, jieħu sena m'oħra, u wara b'rispett għal kull sena finanzjarja sussegwenti.

(ii) Għal kwalunkwe pajjiż, mhux iżjed minn erbgħin (40) fil-mija tas-self mwiegħed, garanziji u investiment ta' ekwità totali tal-Bank fuq perjodu ta' ħames(5) snin, tieħu sena ma' oħra, u mingħajr preġudizzju għall-operazzjonijiet tiegħu l-oħra msejħa f'dan l-Artikolu, għandu jiġi provdut lis-settur tal-gvernIt-tali limitu ta' persentaġġ għandu japplika għal perjodu inizjali ta' sentejn (2), mid-data tal-bidu ta' l-operazzjonijiet tal-Bank, tieħu sena ma' oħra u wara b'rispett ta' kull sena finanzjarja sussegwenti.

(iii) Għall-iskopijiet ta' dan il-paragrafu:

(a) is-settur statali jinkludi gvernijiet nazzjonali u lokali, l-aġenziji u l-intrapriżi tagħhom ippossieduti jew kontrollati minn xi ħadd minnhom;

(b) self jew garanzija ta', jew investiment ta' ekwità fi, interpriża tal-gvern li qed timplementa xi programm biex jinkiseb pussess privat u l-kontroll m'għandux jiġi meqjus bħal li kieku sar fis-settur statali;

(ċ) self lil intermedjarju finanzjarju biex jerġa' jsellifhom lis-settur privat m'għandux jiġi meqjus bħal li kieku sar lis-settur statali.

Artikolu 12

Limitazzjonijiet ta' operazzjonijiet ordinarji

1. L-ammont totali ta' self li għadu mhux imħallas, investimenti ta' ekwità u garanzi magħmula mill-Bank fl-operazzjonijiet ordinarji tiegħu m'għandu jiżdied fl-ebda ħin, jekk b'żieda bħal din l-ammont totali tal-kapital, riservi u fdalijiet sottoskritti mhux mimsusa inklużi fir-riżorsi ta;-kapital ordinarju tiegħu jiġu maqbuża.

2. L-ammont ta' kwalunkwe investiment ta' ekwità normalment m'għandux jaqbeż perċentaġġ bħal dan tal-kapital ta' ekwità ta' l-intrapriża kkonċernata skond kif jiġi determinat, b'regola ġenerali li għandha tkun xierqa mill-Bord tad-Diretturi. B'investiment bħal dan, il-Bank m'għandux ifittex li jikseb interess ta' kontroll fl-intrapriża kkonċernata u m'għandux jeserċita kontroll bħal dan jew jassumi responsabbiltà diretta biex imexxi kwalunkwe intrapriża li fiha hu jkun investa, ħlief fl-eventwalità ta' kontumaċja attwali jew b'theddid fuq xi wħud mill-investimenti tiegħu, dejn attwali jew b'theddid li ma jistax jitħallas ta' l-intrapriża li fih kien sar investiment bħal dan, jew sitwazzjonijiet oħra li, fl-opinjoni tal-Bank, jheddu li jitfa' f'periklu investiment bħal dan, il-Bank jista' jieħu azzjoni b'al din u jeserċita drittijiet bħal dawn skond kif hu jaħseb li hu xieraq għall-protezzjoni ta' l-interessi tiegħu.

3. L-ammont ta' investimenti ta' ekwità maħruġa mill-Bank m'għandu qatt jaqbeż l-ammont li jikkorrispondi mal-kapital, żieda u riserva ġenerali sottoskritta mħallsa mhux mimsus total.

4. Il-Bank m'għandux joħroġ garanziji għall-kreditu ta' esportazzjoni u lanqas m'għandu jintrabat b'attivitajiet ta' assigurazzjoni.

Artikolu 13

Prinċipji ta' kif jaħdem

Il-Bank għandu jaħdem bi qbil mal-prinċipji li ġejjin:

(i) il-Bank għandu japplika prinċipji bankarji sodi fl-operazzjonijiet kollha tiegħu;

(ii) l-operazzjonijiet tal-Bank għandhom jipprovdu għall-finanzi ta' proġetti speċifiċi, kemm individwali jew f'kuntest ta' programmi ta' investiment speċifiku, u għal għajnuna teknika, maħsuba biex jaderixxu l-iskop u l-funzjonijiet tiegħu kif imfassal fl-Artikoli 1 u 2 ta' dan il-Ftehim;

(iii) il-Bank m'għandux jagħti flus biex idaħħal fit-territorju membru jekk dak il-membru joġġezzjona għall-immaniġjar ta' flus bħal dan;

(iv) il-Bank m'għandux jippermetti li ammont sproporzjonat tar-riżorsi tiegħu jintuża għall-benefiċċju ta' xi membru;

(v) il-Bank għandu jfittex li jżomm varjetà raġġonevoli fl-investimenti kollha tiegħu;

(vi) qabel ma jinħareġ is-self, il-garanzija jew investiment ta' ekwità, l-applikant għandu jissottometti proposta adekwata u l-President tal-Bank għandu jippreżenta lill-Bord tad-Diretturi rapport miktub dwar il-proposta, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet, fuq bażi ta' studju tal-ħaddiema;

(vii) il-Bank m'għandux jintrabat biex jagħmel xi finanzi,jew li jipprovdi xi faċilitajiet, fejn l-applikant jista' jġib finanzi jew faċilitajiet suffiċjenti minn band'oħra fuq termini u kondizzjonijiet li l-Bank jqis raġġonevoli;

(viii) meta jipprovdi jew jiggarantixxi l-flus, il-Bank għandu jagħti każ sew tal-prospett li min qed jissellef u il-garanti tiegħu, jekk hemm, ikunu f'posizzjoni li jħarsu l-obligazzjonijiet li jkun jekk fil-kuntratt finanzjarju;

(ix) fil-każ ta' self dirett magħmul mill-Bank, il-Bank għandu jħalli lil min jissellef biex jiġbed il-fondi tiegħu biss biex ilaħħaq ma' l-ispejjeż kif dawn jintefqu;

(x) il-Bank għandu jfittex li jdawwar il-fondi tiegħu billi jbiegħ l-investimenti tiegħu lill-investituri privati meta dan ikun xieraq fuq termini sodisfaċenti;

(xi) fl-investimenti tiegħu f'intrapriżi individwali, il-bank għandu jagħmel il-finanzi tiegħu fuq termini u kondizjonijiet li hu jaħseb li huma xierqa, waqtli jagħti każ il-bżonnijiet ta' l-intrapriża,ir-riskji li qed jittieħdu mill-Bank u t-termini u l-kondizzjonijiet li normalment huma miksuba minn investituri privati għal finanzi simili;

(xii) il-Bank m'għandux jagħmel restrizzjonijiet fuq il-prokurament tal-merkanzija u tas-servizzi minn kwalunkwe pajjiż mid-dħul ta' kwalunkwe self, investiment jew finanzjar ieħor magħmul fl-operazzjonijiet ordinarji jew speċjali tal-Bank, u għandu, fil-każijiet fejn hu xieraq, jagħmel is-self u l-operazzjonijiet tiegħu l-oħra bil-kondizzjoni ta' kif jitranġaw is-sejħiet internazzjonali għal offerti għal xogħol bl-appalt;

u

(xiii) il-Bank għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li d-dħul minn kwalunkwe self, garantit jew li ħa sehem fih il-Bank, jew kwalunkwe investiment ta' ekwità, huma użati biss għall-iskopijiet li għalihom ingħata l-permess tas-self jew ta' l-investiment ta' ekwità u b'attenzjoni dovuta lejn l-konsiderazzjonijiet ta' l-ekonomija u l-effiċjenza;

Artikolu 14

Termini u kondizzjonijiet għal self u garanziji

1. Fil-każ ta' self magħmul, parteċipat fi, jew garantit mill-Bank, il-kuntratt għandu jistabilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-self jew mal-garanzija kkonċernata, inkluż dawk relatati mal-ħlas tal-kapital, interessi u ħlasijiet oħra, piżijiet, maturitajiet u d-dati tal-ħlasijiet b'rabta mas-self jew mal-garanzija, rispettivament. Waqt li jfassal termini u kondizzjonijiet bħal dawn, il-Bank għandu jagħti każ b'mod sħiħ tal-bżonn li jissalvagwardja d-dħul tiegħu.

2. Fejn r-reċipjent tas-self jew tal-garanziji tas-self m'huwiex membru hu nnifsu, imma hi intrapriża tal-gvern, il-Bank jista', meta hu jkun jixtieq, waqt li jżomm f'moħħu l-approċċi xierqa differenti lejn intrapriżi pubbliċi u tal-gvern fi transizzjoni lejn pussess u kontroll privat, jitolbu lill-membru jew membri fit-territorju li fih se jiġi magħmul il-proġġett konċernat, jew xi aġenzija privata jew kwalunkwe instrumentalità ta' membru jew membri bħal dawn li jkunu aċċettati mill-Bank, biex jiggarantixxu l-ħlas lura tal-kapital u l-ħlas ta' l-interessi u ħlasijiet u piżijiet oħra tas-self bi qbil mat-termini tiegħu. Il-Bord tad-Diretturi kull sena għandu jirrevedi l-prattika tal-Bank f'dan ir-rigward, waqt li jagħti attenzjoni dovuta lill-kredibilità tal-Bank.

3. Il-kuntratt tas-self jew tal-garanzija għandu jsemmi espressament il-munita jew muniti jew ecu, li bih iridu jitħallsu l-pagamenti kollha lill-Bank taħt il-kuntratt.

Artikolu 15

Kummissjoni u ħlasijiet

1. Il-Bank għandu jitlob, barra mill-interessi, kummissjoni fuq self magħmul jew parteċipat bħala parti mill-operazzjonijiet ordinarji tiegħu. It-termini u l-kondizzjonijiet ta' dini l-kummissjoni għandhom jiġu determinati mill-Bord tad-Diretturi.

2. Meta jiggarantixxi self bħala parti mill-operazzjonijiet ordinarji tiegħu, jew meta jassigura l-bejgħ tas-sigurtajiet, il-Bank għandu jitlob ħlas, li jitħallas b'rata u fiż-żmien determinat mill-Bord tad-Diretturi, biex jipprovdi rikompens addattat għar-riskji tiegħu.

3. Il-Bord tad-Diretturi jista' jiddetermina kwalunkwe piżijiet oħra tal-Bank fl-operazzjonijiet ordinarji tiegħu u kwalunkwe kummissjoni, ħlasijiet jew piżijiet oħra fl-operazzjonijiet speċjali tiegħu.

Artikolu 16

Riżerva Speċjali

1. L-ammont tal-kummissjonijiet u ħlasijiet li jirċievi l-Bank skond l-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim għandu jitwarrab bħala riżerva speċjali li għandha tintużaw f'każijiet ta' telf mill-Bank bi qbil ma' l-Artikolu 17 ta' dan il-Ftehim. Ir-riżerva speċjali għandha tinżamm fil-forma likwida li jiddeċiedi l-Bank.

2. Jekk l-Bord tad-Diretturi jiddetermina li d-daqs tar-riżerva speċjali hu xieraq, hu jista' jiddeċiedi li kull jew parti mill-kummissjoni jew ħlasijiet msemmija minn issa ‘il quddiem għandhom jifformaw parti mid-dħul tal-Bank.

Artikolu 17

Metodi kif jintlaħaq it-telf tal-bank

1. Fl-operazzjonijiet ordinarji tal-Bank, fil-każijiet ta' arretrati jew ta' kontumaċja fuq self magħmul, parteċipat fi, jew garantit mill-Bank, u f'każijiet ta' telf fuq assigurazzjoni u investimentta' ekwità, il-Bank għandu jieħu l-azzjoni li hu jaħseb li hi xierqa. Il-Bank għandu jżomm d-disposizzjonijiet xierqa kontra telf possibli.

2. Telf li jirriżulta mill-operazzjonijiet ordinarji tal-bank għandhom jiġu mitluba:

(i) l-ewwel, għad-disposizzjonijiet msejħa fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(ii) it-tieni, għad-dħul nettu;

(iii) it-tielet, kontra r-riżerva speċjali prevvista fl-Artikolu 16 ta' dan il-Ftehim;

(iv) ir-raba', kontra r-riżerva ġenerali u iż-żejjed tiegħu;

(v) il-ħames, kontra l-kapital mħallas mhux mittiefes;

u

(vi) fl-aħħar, kontra ammont xieraq ta' kapital sottoskritt li għadu mhux imsejjaħ u li għad irid jitħallas u li għandu jissejjaħ bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 ta' l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 18

Fondi Speċjali

1. Il-Bank jista' jaċċetta l-amministrazzjoni tal-Fondi Speċjali li huma nominati biex iservi l-iskop u li jagħmlu parti mill-funzjonijiet tal-Bank. L-ispiża totali ta' l-amministrazzjoni ta' xi Fond Speċjali bħal danċ għandha titħallas minn dak il-Fond Speċjali.

2. Fondi Speċjali aċċettati mill-Bank jistgħu jintużaw b'kull mod u bi kwalunkwe termini u kondizzjonijiet konsistenti ma l-iskop u l-funzjonijiet tal-Bank, flimkien mad-disposizzjonijiet l-oħra li japplikaw għal dan il-Ftehim, u flimkien mal-ftehim relatati ma' Fondi bħal dawn.

3. Il-Bank għandu jaddotta regoli u regolamenti bħal dawn skond il-bżonn għall-istabiliment, għall-amministrazzjoni u għall-użu ta' kull Fond Speċjali. Regoli u regolamenti bħal dawn għandhom ikunu konsistenti mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, ħlief għal dawk id-disposizzjonijiet li japplikaw espressivament biss għall-operazzjonijiet ordinarji tal-Bank.

Artikolu 19

Riżorsi tal-Fondi Speċjali

It-termini "riżorsi tal-Fondi Speċjali" għandha tirreferi għar-riżorsi ta' kull Fond Speċjali u għandha tinkludi:

(i) fondi aċċettati mill-Bank għall-adeżjoni f'kwalunkwe Fond Speċjali;

(ii) fondi mħallsa lura minħabba self jew garanziji, u id-dħul minn investimenti ta' ekwità, iffinanzjat mir-riżirsi ta' kwalunkwe Fond Speċjali li, skond ir-regoli u r-regolamenti li jmexxu dak il-Fond Speċjali, huma milqugħa minn Fond Speċjali bħal dak;

u

(iii) dħul li ġie minn investimenti ta' riżorsi tal-Fondi Speċjali.

KAPITOLU IV

SELF U POTERI MIXXELLANJI OĦRA

Artikolu 20

Poteri ġenerali

1. Il-Bank għandu jkollu, barra il-poteri speċifikati band'oħra f'dan il-Ftehim, il-poter li:

(i) jissellef fondi f'pajjiżi membri jew minn xi mkien ieħor, basta dejjem:

(a) qabel ma jsir xi bejgħ ta' l-obbligazzjonijiet tiegħu fit-territorju tal-pajjiż, il-Bank għandu jkun kiseb l-approvazzjoni tiegħu;

u

(b) fejn l-obbligazzjonijiet tal-Bank se jkunu ddenominati bil-munita tal-membru, il-Bank għandu jkun kiseb l-approvazzjoni tiegħu;

(ii) jinvesti jew jiddepożita fondi li hu ma jkollux bżonn għall-operazzjonijiet tiegħu;

(iii) jixtri u jbigħ sigurtajiet, fis-suq sekondarju, li l-Bank ikun ħareġ jew iggarantixxa jew li fihom hu jkun investa;

(iv) jiggarantixxi sigurtajiet li fihom hu jkun investa biex iħaffef il-bejgħ tagħhom;

(v) jassigura, jew jipparteċipa fl-assigurazzjoni ta', sigurtajiet maħruġa minn kwalunkwe intrapriża għal skopijiet konsistenti ma' l-iskop u l-funzjonijiet tal-bank;

(vi) jipprovdi pariri u għajnuna teknika li jservu l-iskop tiegħu u li jifformaw parti mill-finzjonijiet tiegħu;

(vii) jeserċita poteri oħra bħal dawn u jaddotta regoli u regolamenti skond il-bżonn u li jkunu xierqa biex jitwessgħu l-iskopijiet u l-funzjonijiet, konsistenti mad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim;

u

(viii) jikkonkludi ftehim ta' koperazzjoni ma' kwalunkwe entità jew entitajiet pubbliċi jew privati.

2. Kull sigurtà maħruġa jew garantita mill-Bank għandha ġġorr fuq wiċċha prospett ċar b'effett li din m'hiex obbligazzjoni ta' xi gvern jew membru, sakemm din m'hiex fil-fatt l-obbligazzjoni ta' xi gvern jew membru partikolari, f'liema każ għandu jkun hemm miktub dan.

KAPITOLU V

MUNITI

artikolu 21

Determinazzjoni u l-użu tal-muniti

1. Kull meta ikun neċessarju skond dan il-Ftehim li jiġi determinat jekk kwalunkwe munita tistax tinqaleb kollha kemm hi għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim, din id-determinazzjoni għandha ssir mill-Bank, waqt li jagħti każ l-aktar bżonn li jippreżerva l-interessi finanzjali tiegħu, wara konsultazzjoni, jekk ikun hemm bżonn, mal-Fond Monetarju Internazzjonali.

2. Il-membri m'għandhomx jimponu xi restrizzjonijiet fuq l-irċevuta, l-azjenda, l-użu jew t-trasferiment mill-Bank ta' dawn li ġejjin:

(i) muniti jew ecu milqugħa mill-Bank bħala ħlas għas-sottosrizzjoni tal-ħażniet kapitali tiegħu, bi qbil ma' l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim;

(ii) muniti miksuba mill-Bank minn self;

(iii) muniti u riżorsi oħra amministratimill-Bank bħala kontribuzzjonijiet għall-Fondi Speċjali;

u

(iv) muniti milqugħa mill-Bank bħala ħlas tal-kont tal-kapital, interessi, dividend jew piżijiet oħra minħabba self jew investimenti, jew il-qligħ tad-dispozizzjoni ta' investimenti bħal dawn magħmula minn xi wħud mill-fondi msejħa fis-sottoparagrafi (i) u (iii) ta' dan il-paragrafu, jew bi ħlas għall-kummissjoni, ħlasijiet jew piżijiet oħra.

KAPITOLU VI

ORGANIZZAZZJONI U AMMINISTRAZZJONI

Artikolu 22

Struttura

Il-Bank għandu jkollu Bord ta' Gvernaturi, Bord ta' Diretturi, President, Viċi-President jew aktaru uffiċjali u ħaddiema oħra bħal dawn skond kif jidher neċessarju.

Artikolu 23

Bord ta' Gvernaturi: komposizzjoni

1. Kull membru għandu jkun rappreżentat fil-Bord ta' Gvernaturi u għandu jaħtar gvernatur wieħed u sostitut wieħed. Kull gvernatur u sostitut għandu jservi b'xewqa tal-membru li ħatru. L-ebda alternatur ma jista' jivvota ħlief fl-assenza tal-prinċipal tiegżu jew tagħha. F'kull laqgħa anwali, il-Bord għandu jaħtar wieħed mill-gvernaturi tiegħu bħala president li għandu jżomm il-kariga sa' l-elezzjoni ta' president ieħor.

2. Il-Gvernaturi u l-alternaturi għandhom iservu mingħajr rikompens mill-Bank.

Artikolu 24

Bord ta' Gvernaturi: poteri

1. Il-poteri kollha tal-Bank għandhom jiġu inkarigati lill-Bord tal-Gvernaturi.

2. Il-Bord tal-Gvernaturi jista' jiddelega lill-Bord tad-Diretturi il-poter tiegħu kollu jew parti minnu, ħlief il-poter biex:

(i) idaħħal membri ġodda u jistabilixxi l-kondizzjonijiet ta' l-ammissjoni tagħhom;

(ii) iżied jew inaqqas l-ħażniet tal-kapital awtorizzat tal-Bank;

(iii) jissospendi xi membru;

(iv) jiddeċiedi appelli minn interpretazzjoni jew applikazzjonijiet ta' dan il-Ftehim mogħtijamill-Bord tad-Diretturi;

(v) jawtorizza l-konklużjoni tal-ftehim ġenerali għal koperazzjoni ma' organizzazzjonijiet oħra internazzjonali;

(vi) jaħtar id-Diretturi u l-President tal-Bank;

(vii) jistabilixxi r-rikompens tad-diretturi u d-diretturi alternaturi u l-paga u termini oħra tal-kuntratt ta' servizz tal-President;

(viii) japprova wara li jirrevedi r-rapport ta' l-awdituri, il-"balance sheeta" ġenerali u l-prospett tal-profitt u telf tal-Bank;

(ix) jistabilixxi r-riżervi u l-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-profitti netti tal-Bank;

(x) jemendi dan il-Ftehim;

(xi) jiddeċiedi li jtemm l-operazzjonijiet tal-Bank u li jqassam l-assi tiegħu;

u

(xii) jeserċita poteri oħra bħal dawn li huma espressivament mogħtija lill-Bord tal-Gvernaturi d'dan il-Ftehim.

3. Il-Bord ta' Gvernaturi għandu jżomm il-poter kollu tiegħu li jeżerċita awtorita fuq kull ħaġa delegata jew assenjata lill-Bord ta' Diretturi taħt paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jew xi mkien ieħor f'dan il-Ftehim.

Artikolu 25

Bord ta' Gvernaturi: proċedura

1. IL-Bord tal-Gvernaturi għandhom jagħmlu laqgħa annwali u laqgħat oħra bħal dawn skond kif prevvist mill-Bord jew kif imsejjaħ mill-Bord tad-Diretturi. Laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi għandhom jiġu msejħa, mill-Bord tad-Diretturi, meta mitluba minn mhux inqas minn ħames (5) membri tal-Bank jew membri li jiffurmaw mhux inqas minn kwart ta' dawk il-membri kollha li huma eleġibbli biex jivvutaw.

2. Żewġ terzi tal-gvernaturi għandhom jsawwru quorum għal kwalunkwe laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi, basta maġġorità bħal din tirrapreżenta mhux inqas minn żewġ terzi ta' dawk kollha eleġibbli li jivvutaw.

3. Il-Bord tal-Gvernaturi jista' b'regolament jistabilixxi proċedura fejn il-Bord tad-Diretturi jista' meta dan ta' l-aħħar iħoss li azzjoni bħal din hi ta'min jirrakomandaha, jikseb vot tal-gvernaturi fuq mistoqsija speċifika mingħajr ma jsejjaħ laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi.

4. Il-Bord tal-Gvernaturi, u sa fejn huma awtorizzati l-Bord tad-Diretturi, jistgħu jaddottaw regoli u regolamenti bħal dawn u jistabbilixxu korpi sussidjarji bħal dawn skond kif jidher neċessarju u xieraq biex imexxu l-kummerċ tal-Bank.

Artikolu 26

Bord tad-Diretturi: komposizzjoni

1. Il-Bord tad-Diretturi għandu jkun magħmul minn tlieta u għoxrin (23) membru li m'għandhomx ikunu membri tal-Bord ta' Gvernaturi, u li minnhom:

(i) ħdax (11) għandhom jiġu eletti mill-gvernaturi li jirrapreżentaw lill-Belġju, lid-Danimarka, lill-Franza, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Greċja, lill-Irlanda, lill-Italja, lil-Lussemburgu, lill-Olanda, lill-Portugal, lil Spanja, lir-Renju Unit, lill-Komunità Ekonomika Ewropea u lill-Bank Ewropew ta' l-Investiment;

u

(ii) tnax (12) għandhom jiġu eletti mill-gvernaturi li jirrapreżentaw membri oħra li minnhom:

(a) erbgħa (4), mill-gvernaturi li jirrapreżentaw dawk il-pajjiżi msejħa fl-Anness A bħala pajjiżi fiċ-Ċentru u fil-Lvant ta' l-Ewropa eleġibbli għal għajnuna mill-Bank;

(b) erbgħa (4), mill-gvernaturi li jirrapreżentaw dawk il-pajjiżi msejħa fl-Anness A bħala pajjiżi oħra Ewropej;

(ċ) erbgħa (4), mill-gvernaturi li jirrapreżentaw dawk il-pajjiżi msejħa fl-Anness A bħala pajjiżi li m'humiex Ewropej;

Id-Diretturi, kif ukoll membri li jirrapreżentaw flokk il-gvernaturi li ħatruhom, jistgħu ukoll jirrapreżentaw membri li jċedu il-voti tagħhom lilhom.

2. Id-Diretturi għandhom ikunu persuni ta' kompetenza kbira f'affarijiet ekonomiċi u finanzjali u għandhom jiġu eletti bi qbil ma' l-Anness B.

3. Il-Bord tal-Gvernaturi jista' jżied jew inaqqas id-daqs/l-ammont, jew jirrevedi l-komposizzjoni, tal-Bord tad-Diretturi, sabiex jagħti każ bidliet fin-numru ta' membri tal-Bank, b'vot affermittiv ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti tal-membri kollha eleġibbli li jivvutaw. Mingħajr preġudizzju għal eserċitu ta' dawn il-poteri għal elezzjonijiet sussegwenti, in-numru u l-komposizzjoni tat-tieni Bord ta' Diretturi għandu jkun kif imfassal fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4. Kull direttur għandu jaħtrar sostitut b'poter totali biex jaġixxi floku jew flokha meta hu jew hi ma tkunx preżenti. Id-diretturi u l-alternaturi għandhom ikunu persuni ta' nazzjonalità tal-pajjiżi membri. L-ebda membru m'għandu jkun rappreżentat minn iktar minn direttur wieħed. Sostitut jista' jipparteċipa f'laqgħat tal-Bord imam jista' jivvota biss meta hu jew hi qed taġixxi minflokk il-prinċipal tiegħu jew tagħha.

5. Id-Diretturi għandhom iżommu l-uffiċċju għal żmien ta' tlett (3) snin u jistgħu jerġgħu jiġu eletti, basta l-ewwel Bord tad-Diretturi jiġi elett mill-Bord tal-Gvernaturi fil-laqgħa ta' inawgurazzjoni tiegħu, u għandhom iżommu uffiċċju sal-laqgħa annwali immedjatament ta' wara tal-Bord tal-Gvernaturi jew, jekk il-Bord jiddeċċiedi hekk f'dik il-laqgħa annwali, sal-laqgħa annwali susseggwenti ta' wara tiegħu. Dawn għandhom jibqgħu fl-uffiċċju sakemm ma jintgħażlu u jieħdu posthom is-suċċessuri tagħhom. Jekk l-uffiċċju ta' xi direttur jispiċċa battal iżjed minn mija u tmenin (180) ġurnata qabel t-tmiem tat-termini tiegħu jew tagħha, għandu jintgħażel xi suċċessur bi qbil ma' l-Anness B, għal kumplament tat-termini, mill-gvernaturi li ħatru d-direttur ta' qabel. Il-maġġoranza tal-voti mitfugħa minn gvernijiet bħal dawn huma meħtieġa għal elezzjoni bħal din. Jekk l-uffiċċju ta' xi direttur jispiċċa battal mija u tmenin (180) ġurnata jew anqas qabel t-tmiem tat-termini tiegħu jew tagħha, l-istess għandu jintgħażel xi suċċessur għall-kumplament tat-termini, bil-voti mitfugħa mill-gvernaturi bħal dawn li ħatru lid-direttur ta' qabel, f'liema elezzjoni hija meħtieġa maġġoranza tal-voti mitfugħa minn gvernaturi bħal dawn. Sakemm l-uffiċċju jibqa' battal, is-sostitut tad-direttur ta' qabel għandu jeżerċita l-poteri ta' dan ta' l-aħħar ħlief dak li jaħtar xi sostitut.

Artikolu 27

Bord tad-Diretturi: poteri

Mingħajr preġudizzju għal poteri tal-Bord tal-Gvernaturi kif prevvist fl-Artikolu 24 ta' dan il-Ftehim, il-Bord tad-Diretturi għandu jkun responsabbli għat-tmexxija tal-operazzjonijiet ġenerali tal-Bank u, għal dan l-iskop, għandu, barra l-poteri mogħtija lilu espressivament b'dan il-Ftehim, jeżerċita il-poteri kollha mogħtija lilu mill-Bord tal-Gvernaturi, u b'mod partikolari:

(i) jipprepara x-xogħol tal-Bord tal-Gvernaturi;

(ii) b'mod konform mat-tmexxija ġenerali tal-Bord tal-Gvernaturi, jistabbilixxi polzi u jieħu deċiżjonijiet dwar self, garanziji, investimenti tal-kapital ta' ekwità, self mill-Bank, l-għotja ta' għajnuna teknika, u operazzjonijiet oħra tal-Bank;

(iii) jagħti l-verifika tal-kontijiet għal kull sena finanzjarja għall-approvazzjoni f'kull laqgħa annwali;

u

(iv) japprova l-baġit tal-Bank.

Artikolu 28

Bord tad-Diretturi: proċedura

1. Il-Bord tad-Diretturi normalment għandu jiffunzjona fl-uffiċċju prinċipali tal-Bank u għandu jiltaqa' ta' spiss skond ma jkun hemm bċonn gġall-kummerċ tal-Bank.

2. Il-maġġoranza tad-diretturi għandhom jsawwru quorum għal kwalunkwe laqgħa tal-Bord tad-Diretturi, basta maġġoranza bħal din tirrapreżenta mhux inqas minn żewġ terzi ta' dawk kollha eleġibbli li jivvutaw.

3. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jaddotta regolamenti li taħthom, jekk ma jkunx hemm direttur bin-nazzjonalità tiegħu, xi membru jista' jibgħat rappreżentant biex jattendi, mingħajr id-dritt li jivvotta, kwalunkwe laqgħa tal-Bord tad-Diretturi meta tkun qed tiġi kkonsidrat xi affari li b'mod partikolari tolqot lil dak il-membru.

Artikolu 29

Votazzjoni

1. Is-saħħa tal-vot ta' kull membru għandha tkun daqs n-numru ta' l-ishma sottoskritti tiegħu fil-ħażniet tal-kapital tal-Bank. Fil-każ li xi membru ma jħallasx xi parti mill-ammont dovut b'rispett ta' l-obbligazzjonijiet tiegħu għar-relazzjoni ta' ishma imħallsa skond l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, dak il-membru ma jkunx jista', sakemm ma jsir il-ħlas, jeżerċita dak il-perċentaġġ tal-poter tal-votazzjoni tiegħu li jikkorrispondi għall-perċentaġġ ta' li dak l-ammont dovut imma mhux imħallas jagħmel mill-ammont total ta' ishma sottoskritti imħallsa minn dak il-membru fil-ħażniet tal-kapital tal-Bank.

2. Fil-votazzjonijiet tal-Bord tal-Gvernaturi, kull gvernatur għandu jkun intitolat li jitfa' l-voti tal-membru li hu jew hi tirrapreżenta. Ħlief fejn hemm prevvist espressivament xorta' oħra f'dan il-Ftehim, kull kwistjoni quddiem il-Bord tal-Gvernaturi għandha tkun deċiża b'maġġoranza tal-poter tal-votazzjoni tal-membri li jivvotaw.

3. Fil-votazzjonijiet tal-Bord tad-Diretturi kull direttur għandu jkun intitolat li jitfa' n-numru ta' voti li huma intitolati għalihom il-gvernaturi li ħatruh jew ħatruha u dawk li huma intitolati għalihom xi gvernaturi li ċedew il-voti tagħhom lilu jew lilha, skond it-Taqsima D ta' l-Anness B. Direttur li qed jirrapreżenta iktar minn membru wieħed jista' jitfa' l-voti tal-membri li hu jew hi tirrapreżenta separatament. Ħlief fejn hemm prevvist espressivament xorta' oħra f'dan il-Ftehim, u ġlief f'deċiżjonijiet ta' polza ġenerali f'liema każ id-deċiżjonijiet tal-polza għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta'mhux inqas minn żewġ terzi tal-poter tal-votazzjoni tal-membri li jivvotaw, l-kwistjonijiet kollha kwistjoni quddiem il-Bord tad-Diretturi għandha tkun deċiża b'maġġoranza tal-poter tal-votazzjoni tal-membri li jivvotaw.

Artikolu 30

Il-President

1. Il-Bord tal-Gvernaturi, b'vot ta' maġġoranza tan-numru totali ta' gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas mill-maġġoranza tal-poter tal-votazzjoni total tal-membri, għandhom jaħtru President tal-Bank. Il-President, waqt il-kariga, ma jistax ikun la gvernatur la direttur u lanqas sostitut għal xi wieħed minn dawn.

2. It-terminu tal-kariga tal-President għandha tkun erba' (4) snin. Hu jew hi tista' terġa tinħatar. Hu jew hi tista', madankollu, titlaq mill-kariga meta l-Bord tal-Gvernaturi jiddeċiedi hekk b'vot affermittiv ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn żewġ terzi ta' dawk kollha eleġibbli li jivvotaw. Jekk il-kariga tal-President għal xi raġġuni tispiċċa battala, il-Bord tal-Gvernaturi, bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, għandu jaħtar suċċessur għal żmien massimu ta' erba' (4) snin.

3. Il-President m'għandux jivvota, ħlief li hu jew hi tista' titfa' vot deċiżiv fil-każ ta' diviżjoni ugwali. Hu jew hi tista' tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tal-Gvernaturi u tista' tmexxi l-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi.

4. Il-President għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Bank.

5. Il-President għandu jkun il-kap tal-ħaddiema tal-Bank. Hu jew hi għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni, ħatra jew tkeċċija ta' l-uffiċjali u l-ħaddiema bi qbil mar-regolamenti li jiġu addottati mill-Bord tad-Diretturi. Meta jinħatru uffiċjali u ħaddiema, hu jew hi għandha, suġġett gġal l-akbar importanza ta' effiċjenza u kompetenza teknika, jagħti każ tar-reklutaġġ fuq bażi ġeografika wiesgħa bejn il-membri tal-Bank.

6. Il-President għandu jmexxi, taħt id-direzzjoni tal-Bord tad-Diretturi, il-kummerċ kurrenti tal-Bank.

Artikolu 31

Viċi-President(i)

1. Vici-President jew aktar għandhom jiġu maħtura mill-Bord tad-Diretturi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-President. Il-Viċi-President għandu jibqa' fil-kariga għal dak iż-żmien, jeżerċita poter u jagħmel dawk il-funzjonijiet fl-amministrazzjoni tal-Bank skond kif jiġi determinat mill-Bord tad-Diretturi. Fl-assenza jew fil-każ ta' nuqqas ta' kapaċità tal-President, il-Viċi President għandu jeżerċita l-awtorità u jagħmel l-funzjonijiet tal-President.

2. Il-Viċi-President jista' jipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi imma m'għandux jivvota f'laqgħat bħal dawn, ħlief li hu jew hi tista' titfa' l-vot deċiżiv meta tkun qed taġixxi flokk il-President.

Artikolu 32

Karattru internazzjonali tal-Bank

1. Il-Bank m'għandux jaċċetta Fondi Speċjali jew self ieħor jew għajnuna li tista' f'xi mod tippreġudika, tgħawweġ jew b'xi mod ieħor tibdel l-iskopijiet jew funzjonijiet tiegħu.

2. Fid-deċiżjonijiet tagħhom, il-Bank, il-President tiegħu, il-Viċi-President(i), l-uffiċjali u l-ħaddiema għandhom jagħtu każ biss konsiderazzjonijiet relevanti ma' l-iskop, il-funzjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Bank, kif imfassal f'dan il-Ftehim. Konsiderazzjonijiet bħal dawn għandhom jintiżnu imparzjalment sabiex jintlaħqu u jsiru l-iskopijiet u l-funzjonijiet tal-Bank.

3. Il-President, il-Viċi-President(i), l-uffiċjali u l-ħaddiema tal-Bank, fil-qadi tal-kariga tagġhom, għandhom jaqdu dmirhom sħiħ lejn il-Bank u lejn l-ebda awtorità oħra. Kull membru tal-Bank għandu jirrispetta l-karattru internazzjonali ta' dan id-dmir u għandu jżomm lura minn kull attentat biex jinfluwenza xi wħud minnhom fil-qadi tad-dmirijiet tiegħu.

Artikolu 33

Lokalità ta' l-uffiċċji

1. L-uffiċċju prinċipali tal-Bank għandu jkun jinsab f'Londra.

2. Il-Bank jista' jistabbilixxi aġenziji jew uffiċji żgħar fit-territorju ta' xi membru tal-Bank.

Artikolu 34

Depożitorji u mezzi ta' komunikazzjoni

1. Kull membru għandu jinnomina l-bank ċentrali tiegħu, jew xi istituzzjoni oħra skond il-ftehim li jkun sar mal-Bank, bħala depożitorju għall-azjendi tal-Bank fil-muniti tiegħu kif ukoll assi oħra tal-Bank.

2. Kull membru għandu jinnomina xi entità uffiċjali xierqa sabiex il-Bank ikunjista' jikkomunika magħha b'konnessjoni ta' xi kwistjoni taħt dan il-Ftehim.

Artikolu 35

Pubblikazzjoni ta' rapporti u disposizzjonijiet ta' informazzjoni

1. Il-Bank għandu jippubblika rapport annwali u ġo fih ikun hemm prospett ta' verifika tal-kontijiet tiegħu u f'kull intervall ta' tlett (3) xhur jew inqas għandu jitqassam lill-membri prospett sommarju tal-posizzjoni finanzjali tiegħu u prospett tal-profit u t-telf li juru r-riżultati ta' l-operazzjonijiet tiegħu. Il-Kontijiet finanzjali għandhom jinżammu fl-ecu.

2. Kull sena l-Bank għandu jirrapporta dwar l-impatt ambjentali ta' l-attivijiet tiegħu u jista' jippubblika rapporti oħra bħal dawn kif hu jaħseb li hu xieraq biex jmexxi ‘il quddiem l-iskopijiet tiegħu.

3. Kopji ta' kull rapport, prospett u pubblikazzjoni magħmula taħt dan l-Artikolu għandhom jitqassmu lill-membri.

Artikolu 36

Allokazzjoni u tqassim ta' dħul nettu

1. Il-Bord tal-Gvernaturi għandu jiddetermina għallinqas darba f'sena liema parti tad-dħul nettu tal-bank, wara li ssir disposizzjoni għar-riżervi u, jekk ikun il-każ, kontra xi telf possibli taħt il-paragrafu 1 ta' l-Artikolu 17 ta' dan il-Ftehim, għandha tiġi allokata għaż-żejjed jew skopijiet oħra u liema parti, jekk ikun il-każ, għandha titqassam. Kull deċiżjoni bħal din dwar l-allokazzjoni tad-dħul nettu tal-Bank għal skopijiet oġra għandha tittieħed b'maġġoranza ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn żewġ terzi ta' dawk kollha eleġibbli li jivvotaw. L-ebda allokazzjoni bħal din, u l-ebda tqassim, m'għandu jsir qabel l-ammont tar-riżervi ġenerali ilaħħaq għallinqas għaxra (10) fil-mija tal-ħażniet tal-kapital awtorizzat.

2. Kull tqassim imsejjaħ fil-paragrafu ta' qabel dan għandu jsir f'proporzjoni tan-numru ta' ishma mħallsa minnkull membru, basta waqt li jiġi ikkalkulat dan in-numru jingħata kont biss għall-ħlasijiet li ssarfu fi flus kontanti jew noti fejn tingħamel wegħda bil-miktub li għandu jsir xi ħlas lil xi ħadd b'rispett ta' dawn l-ishma fi tmiem jew qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja relevanti.

3. Ħlasijiet lil kull membru għandhom isiru b'dik il-manjiera skond kif jidditermina l-Bord tal-Gvernaturi. Ħlasijiet bħal dawn u l-użu tagħhom mill-pajjiż reċipjent għandhom ikunu mingħajr restrizzjonijiet minn kwalunkwe membru.

KAPITOLU VII

IRTIRAR U SOSPENZJONI TA' SĦUBIJA, SOSPENZJONI TEMPORANJA U TMIEM TA' L-OPERAZZJONIJIET

Artikolu 37

Dritt tal-membri li jirtiraw

1. Kwalunkwe membru jista' jirtira mill-Bank f'kull żmien billi jibgħat avviż bil-miktub lill-Bank fl-uffiċċju prinċipali tiegħu.

2. L-irtirar ta' membru għandu jsir effettiv, u l-isħubija tiegħu għandha tispiċċa, fid-data speċifikata fl-avviż tiegħu imma fl-ebda każ f'inqas minn sitt (6) xhur wara li l-Bank jirċievi avviż bħal dan. Madankollu, f'kwalunkwe żmien qabel l-irtirar ma jsir finalment effettiv, il-membru jista' javża lill-Bank bil-miktub dwar l-iskanċellatura ta' l-avviż tiegħu bl-intenzjoni li jirtira.

Artikolu 38

Sospenzjoni ta' sħubija

1. Jekk xi membru jonqos milli jaderixxi xi uħud mill-obligazzjonijiet tiegħu lejn il-Bank, il-Bank jista' jissospendi s-sħubija tiegħu b'deċiżjoni ta' maġġoranza ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn żewġ terzi ta' dawk kollha eleġibbli li jivvotaw. Il-membru li ġie sospiż b'dan il-mod awtomatikament ma jibqax membru sena wara d-data tas-sospensjoni tiegħu ħlief jekk tkun ittieħdet deċiżjoni minn mhux inqas mill-istess maġġoranza biex dal-membru jerġa' jingħata statura tajba.

2. Waqt li jkun sospiż, il-membru m'għandux ikun intitolat biex jeżerċita kwalunkwe mid-drittijiet tiegħu taħt dan il-Ftehim, ħlief id-dritt li jirtira, imma hu għandu jibqa' jaqdi l-obbligazzjonijiet kollha tiegħu.

Artikolu 39

Il-vitalizju tal-kontijiet ma' dawk li kienu membri

1. Wara d-data li xi membru ma jibqax membru, dak li kien membru għandu jibqa' marbut għall-obbligazzjonijiet diretti mal-Bank u għall-obbligazzjonijiet kontinġenti lill-Bank sakemm ikun għad fadal titħallas xi parti mis-self, mill-investimenti ta' ekwità jew mill-garanziji magħmula qabel meta kien għadu membru; imma hu ma jibqax marbut ma' obbligazzjonijiet bħal dawn ta' self, ta' investimenti ta' ekwità u garanziji li saru wara mal-Bank u li jaqsam d-dħul jew l-ispejjeż tal-Bank.

2. Fil-waqt li membru ma jibqax membru, il-Bank għandu jirranġa għax-xiri mill-ġdid ta' l-ishma ta' dak li kien membru bħala parti mill-vitalizju tal-kontijiet ma' dak li kien membru bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. Għal dan l-iskop, il-prezz ta' xiri mill-ġdid ta' l-ishma għandu jkun dak il-valur miktub fil-kotba tal-Bank fil-ġurnata li fiha l-membru ma baqax membru, bil-valur massimu tal-prezz ta' xiri oriġinali ta' kull sehem.

3. Il-ħlas ta' l-ishma mixtrija mill-ġdid mill-Bank taħt dan l-Artikolu għandhom ikunu mmexxija bil-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) kwalunkwe ammont dovut lil dak li kien membru għall-ishma tiegħu għandu jinżamm sakemm dak li kien membru, il-bank ċentrali tiegħu jew xi waħda mill-aġenziji jew xi mezzi tiegħu jibqgħu responsabbli, bħala debituri jew bħala dak li għamel xi garanzija, lill-Bank u t-tali ammont jista', jekk irid il-Bank, jiġi applikat fuq kwalunkwe obbligu kif dan jimmatura. L-ebda ammont m'għandu jinżamm minħabba obbligazzjonijiet ta' dak li kien membru li jirriżultaw minħabba s-sottoskrizzjoni tiegħu għal ishma bi qbil mal-paragrafi 4, 5 u 7 ta' l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim. F'kwalunkwe każ, l-ebda ammont dovut lil xi membru għall-ishma tiegħu m'għandux jitħallas qabel sitt(6) xhur wara d-data li fiha il-membru ma jibqax membru;

(ii) ħlasijiet għall-ishma jistgħu jsiru minn żmien għal żmien, wara t-tluq ta' dak liien membru, sal-limitu li bih l-ammont dovut bħala il-prezz ta' bejgħ mill-ġdid bi qbil mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jaqbeż l-ammont aggregat ta' obbligazzjonijiet fuq self, investimenti ta' ekwitàu garanziji fis-sottoparagrafu (i) ta' dan il-paragrafu sakemm dak li kien membru ma jkun irċieva il-prezz sħiħ tax-xiri mill-ġdid;

(iii) il-ħlasijiet għandhom isiru bit-tali kondizzjonijiet u fit-tali muniti konvertibbli kollha, jew ecu, u f'dawk il-ġranet li jiddetermina l-Bank;

u

(iv) jekk l-Bank isostni t-telf fuq kwalunkwe garanziji, parteċipazzjonijiet f'self, jew self li kienu għadhom ma tħallsux fid-data ta' meta l-membru ma baqax membru, jew jekk il-Bank isostni telf nettu fuq investimenti ta' ekwità miżmuma minnu f'dik it-tali data, u l-ammont tat-tali telf jaqbeż l-ammont tar-riżervi prevvisti kontra t-telf f'dik id-data meta l-membru ma baqax membru, dak li kien membru għandu jħallas lura, fuq talba, l-ammont li bih il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid ta' l-ishma tiegħu kienu ikunu mnaqqsa kieku kellu jingħata każ tat-telf waqt li ġie iddeterminat il-prezz ta' xiri mill-ġdid. Barra minn hekk,dak li kien membru għandu jibqa' obbligat fuq kwalunkwe sejħa għal sottoskrizzjonijiet mhux imħallsa taħt paragrafu 4 ta' l-Artikolu 6 ta' dan il-Ftehim, sal-limitu li hu kien ikun mitlub li jirrispondi kieku seħħ indeboliment tal-kapital u s-sejħa tkun saret fiż-żmien li ġie iddeterminat il-prezz ta' xiri mill-ġdid.

4. Jekk il-Bank itemm l-operazzjonijiet tiegħu skond l-Artikolu 41 ta' dan il-Ftehim fi żmien sitt (6) xhur mid-data li fiha kwalunkwe membru ma jibqax membru, kull dritt ta' dak li kien membru għandu jkun determinat bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Artikoli mill-41 sa' l-43 ta' dan il-Ftehim.

Artikolu 40

Sospenzjoni temporanja ta' l-operazzjonijiet

F'każ ta' xi emerġenza, il-Bord tad-Diretturi jista' jissospendi temporanjament l-operazzjonijiet fir-rigward ta' self, garanziji, assigurazzjonijiet, għajnuna teknika u investimenti ta' ekwità ġodda li jwaqqfu xi opportunita għal konsiderazzjoni u azzjoni mill-Bord tal-Gvernaturi.

Artikolu 41

Tmiem ta' l-operazzjonijiet

Il-Bank jista' jtemm l-operazzjonijiet tiegħu b'vot affermittiv ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti ta' dawk kollha eleġibbli li jivvotaw. Meta jintemmu tali operazzjonijiet il-Bank għandu jwaqqaf l-attivitajiet kollha tiegħu mill-ewwel, ħlief dawk marbuta bil-liġi għar-realizazzjoni sewwa, għall-ħarsien u l-preservazzjoni ta' l-assi tiegħu u l-vitalizju ta' l-obbligazzjonijiet tiegħu.

Artikolu 42

Obbligazzjoni tal-membri u ħlasijiet ta' pretensjonijiet

1. Fl-eventwalità lil-Bank itemm l-operazzjonijiet, l-obbligi ta' kull membru għal sottoskrizzjonijiet għall-ħażna tal-kapital tal-Bank mhux imħallsa għandhom jitkomplew sakemm il-pretensjonijiet kollhatal-kredituri, inkluż il-pretensjonijiet kollha tal-kontinġenti, għandhom ikunu meħlusa.

2. Kredituri ta' operazzjonijiet ordinarji li għandhom pretensjonijiet diretti għandhom jitħallsu l-ewwel mill-assi tal-Bank, t-tieni mill-pagamenti li jsiru lill-Bank għall-ishma li suppost tħallsu u għadhom ma tħallsux,u mbagħad mill-pagamenti li jsiru lill-Bank għall-ħażniet tal-kapital li għadhom iridu jitħallsu. Qabel isiru xi pagamenti lill-kredituri li għandhom pretensjonijiet diretti, il-Bord tad-Diretturi għandu jagħmel dawk l-arranħamenti li huma neċessarji, fil-ġudiżju tiegħu, biex jassigura qsim pro rata fost id-detenturi ta' pretenzjonijiet diretti u d-detenturi ta' pretensjonijiet kontinġenti.

Artikolu 43

Tqassim ta' l-assi

1. L-ebda qsim taħt dan il-kapitolu m'għandu jsir lill-membri minħabba s-sottoskrizzjoni tagħhom għall-ħażniet tal-kapital tal-Bank sakemm:

(i) l-obbligazzjonijiet lill-kreditru ikunu ġew meħlusa jew prevvisti;

u

(ii) Il-Bord tal-Gvernaturi ikun iddeċieda b'vot ta' mhux inqas minn żewġ terzi tal-gvernaturi, li jirrapreżentaw mhux inqas minn tlett kwarti ta' dawk kollha eleġibbli li jivvotaw, li jsir il-qsim.

2. Kwalunkwe qsim ta' l-assi tal-Bank lill-membri għandu jkun b'proporzjon tal-ħażniet tal-kapital miżmuma minn kull membru u għandu jkun effetwat fit-tali żminijiet u taħt dawk il-kondizzjonijiet li l-Bank jqis sewwa u ġusti. L-ishma ta' l-assi mqassma m'għandhomx għalfejn ikunu uniformi għar-rigward tat-tip ta' l-assi. L-ebda membru m'għandu jkun intitolat biex jirċievi s-sehem tiegħu tat-tali qsim ta' l-assi qabel ma jkun ħeles mill-obbligi tiegħu kollha lill-Bank.

3. Kwalunkwe membru li qed jirċievi l-assi mqassma skond dan l-Artikolu għandu jgawdi l-istess drittijiet għat-tali assi li l-Bank kien igawdi qabel ma ġew imqassma l-assi.

KAPITOLU VIII

STAT, IMMUNITAJIET, PRIVILEĠĠI U EŻENZJONIJIET

Artikolu 44

Skopijiet tal-kapitolu

Sabiex l-Bank ikun jista' jaderixxi l-iskopijiet u l-funzjonijiet tiegħu avdati f'idejh, l-istat, l-immunitajiet, il-privileġġi u l-eżenzjonijiet mfassla f'dan il-kapitolu għandhom jiġu mogħtija lill-Bank fit-territorju ta' kull pajjiż membru.

Artikolu 45

Stat tal-Bank

Il-Bank għandu jippossiedi personalità legali sħiħa u, b'mod partikolari, il-kapaċità legali sħiħa:

(i) biex jagħmel kuntratt;

(ii) biex jikseb u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli;

u

(iii) biex jistabbilixxi proċeduri ġudizzjarji.

Artikolu 46

Il-posizzjoni tal-Bank fil-proċess ġudizzjarju

Azzjonijiet kontra l-Bank jistgħu isiru f'qorti ta' ġurisdizzjoni kompetenti fit-territorju ta' xi pajjiż li fih il-Bank ikollu xi uffiċċju, ikun ħatar aġent bl-iskop li jaċċetta s-servizz jew notifika tal-proċess, jew ikun ħareġ jew iggarantixxa sigurtajiet. Madankollu, l-ebda azzjoni ma tista' tinġieb minn membri jew persuni li jaġixxu għal jew iġibu pretensjonijiet mill-membri. Il-proprjetà u l-assi tal-Bank għandhom, jinsabu fejn jinsabu u miżmuma minn min huma miżmuma, ikunu eżenti minn kull forma ta' sekwestru, minn qbid bil-Qorti b'mandat jew minn esekuzzjoni qabel ma jingħata l-aħħar ġudizzju kontra l-Bank.

Artikolu 47

Immunità ta' l-assi minn sekwestru

Il-Proprjetà u l-assi tal-Bank, jinsabu fejn jinsabu u miżmuma minn min huma miżmuma, għandhom ikunu eżenti minn tfittxija, rekwisizzjoni, konfiska, esproprjazzjoni jew xi forma oħra ta' teħid jew tiċħid lil min ipoteka fond mill-jedd li jifnih b'azzjoni eżekutiva jew leġislativa.

Artikolu 48

Immunità ta' l-arkivji

L-arkivji tal-bank, u d-dokumenti kollha in ġenerali li jappartjenu lilu jew huma miżmuma minnu, għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 49

Ħelsien ta' l-assi mir-restrizzjonijiet

Sa fejn hu neċessarju biex jintlaħħqu l-iskopijiet u l-funzjonijiet tal-Bank u sa fejnhu suġġett għad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, il-proprjetà u l-assi kollha tal-Bank għandhom ikunu ħielsa minn restrizjonijiet, regolamenti, kontrolli u moratorja ta' kull natura.

Artikolu 50

Privileġġ għall-komunikazzjonijiet

Il-kummunikazzjonijiet uffiċjali tal-Bank għandhom jingħataw minn kull membru l-istess trattament li hu jiftiehem mal-komunikazzjonijiet uffiċjali ta' kwalunkwe membru ieħor.

Artikolu 51

Immunitajiet ta' l-uffiċjali u ta' l-impjegati

Il-gvernaturi, id-diretturi, is-sostituti, l-uffiċjali u l-impjegati tal-Bank u esperti li jagħmlu missjonijiet għall-Bank għandhom ikunu eżenti minn proċessi legali b'rispett lejn azzjonijiet magħmula minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, ħlief meta il-Bank jirrinunzja din l-immunità, u għandhom igawdu l-invjolabbiltà tal-karti u tad-dokumenti uffiċjali kollha tagħhom. Madankollu, din l-immunità m'għandiex tapplika, għal obbligi ċivili fil-każ ta' danni minħabba xi inċident tat-traffiku stradali ikkawżat minn xi tali gvernatur, direttur, sostitur, uffiċjal, impjegat jew espert.

Artikolu 52

Privileġġi ta' l-uffiċjali u ta' l-impjegati

1. Il-gvernaturi, id-diretturi, is-sostituri, l-uffiċjali u l-impjegati kollha tal-Bank u l-esperti tal-Bank li jagħmlu missjonijiet għall-Bank:

(i) li m'humiex ta' ċittadinanza lokali, għandhom jingħataw l-istess immunitajiet minn restrizzjonijiet fl-immigrazzjoni, minn bżonnijiet ta' reġistrazzjoni aljeni u minn obbligazzjonijiet ta' servizzi nazzjonali, u l-istess faċilitajiet fir-regolamenti ta' skambju, li jingħataw lill-membri tar-rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta' grad komparabbli ta' membri oħra;

u

(ii) għandhom jingħataw l-istes trattament bħala faċilitajiet ta' vjaġġar li jingħata lill-membri tar-rappreżentanti, uffiċjali u impjegati ta' grad komparabbli ta' membri oħra.

2. Il-miżżewġin u d-dipendenti immedjati ta' dawk id-diretturi, sostituri tad-diretturi, uffiċjali, impjegati u esperti tal-Bank li huma residenti fil-pajjiż li fih jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-Bank għandhom jingħataw opportunità li jaħdmu f'dak il-pajjiż. Il-miżżewġin u d-dipendenti immedjati ta' dawk id-diretturi, sostituri tad-diretturi, uffiċjali, impjegati u esperti tal-Bank li huma residenti f'pajjiż li fih xi aġenzija jew fergħa ta' uffiċċju tal-Bank għandhom, fejn hu possibbli, bi qbil mal-liġi nazzjonali ta' dak il-pajjiż, jingħataw opportunità simili f'dak il-pajjiż. Il-Bank għandu jinnegozja ftehim speċifiku li jimplimenta d-disposizzjonijiet ta' dan il-paragrafu fil-pajjiż fejn jinsab l-uffiċċju prinċipali tal-Bank u, kif xieraq, fil-pajjiżi l-oħra ikkonċernati.

Artikolu 53

Eżenzjoni mit-taxxa

1. Fl-iskop ta' l-attivitajiet uffiċjali tiegħu l-Bank, l-assi, il-proprjetà u d-dħul tiegħu għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.

2. Meta jsiru jew jintużaw xirjiet jew servizzi ta' valur sostanzjali u li huma bżonn għall-eżerċizzju ta' l-attivitajiet uffiċjali tal-Bank u meta l-prezz tat-tali xirjiet jew servizzi jinkludi taxxi jew dazzji, il-membru li jkun ġabar it-taxxi jew dazzji għandu, jekk ikunu identifikati, jieħu l-miżuri xierqa biex jitlob eżenzjoni mit-tali taxxi jew dazzji jew li jipprevedi għar-restituzzjoni tal-flus tagħhom.

3. Oġġetti impurtati mill-Bank u neċessarji għall-eżerċizzju ta' l-attivitajiet uffiċjali tiegħu għandhom ikunu eżenti minn kull dazzju u taxxa ta' l-importazzjoni, u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni ta' l-importazzjoni. L-istess, oġġetti impurtati mill-Bank u neċessarji għall-eżerċizzju ta' l-attivitajiet uffiċjali tiegħu għandhom ikunu eżenti minn kull dazzju u taxxa ta' l-esportazzjoni, u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni ta' l-esportazzjoni.

4. Oġġetti miksuba jew impurtata u eżenti taħt dan l-Artikolu m'għandiex tinbiegħ, tinkera, tiġi mislufa jew mogħtija bi ħlas jew b'xejn, ħlief bi qbil mal-kondizzjonijiet imfassla mill-membri li kienu ikkunċedew eżenzjonijiet jew restituzzjonijiet ta' flus.

5. Id-disposizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għal taxxi jew dmirijiet li mhumiex ħlief ħlasijiet għal servizzi ta' utilità pubblika.

6. Id-diretturi, is-sostituri tad-diretturi, l-uffiċjali u l-impjegati tal-Bank għandhom ikunu suġġetti għal taxxa interna effettiva għal benefiċċju tal-Bank fuq pagi u salarji mħallsa mill-Bank, suġġetti għal kondizzjonijiet li jiġu mfassla u regoli li jiġu addotti mill-Bord tal-Gvernaturi f'perjodu ta' sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim. Mid-data li fiha tiġi applikata din it-taxxa, it-tali pagi u salarji għandhom ikunu eżenti mit-taxxa fuq ir-renta nazzjonali. Madankollu, il-membri jistgħu jagħtu każ is-salarji u l-emulamenti li huma hekk eżenti meta jagħmlu stima ta' l-ammont ta' taxxa li għandu jkun applikat minn għejuni oħrajn.

7. Minkejja d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, il-membru jista' jiddepożita, bl-istrument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni tiegħu, dikkjarazzjoni li tali membru iżomm għalih innifsu, is-sottodiviżjonijiet politiċi tiegħu jew l-awtoritajiet lokali tiegħu id-dritt li jintaxxa l-pagi u s-salarji mħallsa mill-Bank liċ-ċittadini jew lill-membri ta' nazzjon tat-tali membru. Il-Bank għandu jkun eżenti minn kwalunkwe obbligazzjoni għal ħlasijiet, żamma jew ġbir tat-tali taxxi. Il-Bank m'għandu jagħmel l-ebda restituzzjoni ta' flus għal taxxi bħal dawn.

8. Paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għal penzjonijiet u somom ta' flus li jingħataw kull sena mħallsa mill-Bank.

9. L-ebda taxxa ta' kwalunkwe tip m'għandha tiġi imposta fuq kwalunkwe obbligazzjoni jew sigurtà maħruġa mill-Bank, inkluż kwalunkwe dividend jew interess fuqhom, miżmum minn min hu miżmum:

(i) li tiddiskrimina kontra t-tali obbligazzjoni jew sigurtà minħabba biss li hi maħruġa mill-Bank;

jew

(ii) jekk il-bażi unika tal-ġurisdizzjoni għat-tali taxxa hi l-post jew il-munità li fiha inħarġet, li jista' jitħallas jew tħallas, jew il-lokalità ta' xi uffiċċju jew xi post ta' kummerċ miżmum mill-Bank.

10. L-ebda taxxa ta' kwalunkwe tip m'għandha tiġi imposta fuq kwalunkwe obbligazzjoni jew sigurtà garantita mill-Bank, inkluż kwalunkwe dividend jew interess fuqhom, miżmum minn min hu miżmum:

(i) li tiddiskrimina kontra t-tali obbligazzjoni jew sigurtà minħabba biss li hi ggarantita mill-Bank;

jew

(ii) jekk il-bażi unika tal-ġurisdizzjoni għat-tali taxxa hi l-lokalità ta' kwalunkwe uffiċċju jew post ta' kummerċ miżmum mill-Bank.

Artikolu 54

Implimentazzjoni tal-kapitolu

Kull membru għandu jieħu malajr dik l-azzjoni li jkun hemm bżonn biex jiġu implimentati d-disposizzjonijiet ta' dan il-kapitolu u għandu jinforma lill-Bank bl-azzjoni dettaljata li jkun ħa hu.

Artikolu 55

Rinunzja ta' l-immunitajiet, privileġġi u eżenzjonijiet

L-immunitajiet, il-privileġġi u l-eżenzjonijiet mogħtija taħt dan il-kapitolu jingħataw fl-interess tal-Bank. Il-Bord tad-Diretturi jista' jirrinunzja sat-tali limitu u fuq it-tali kondizzjonijiet billi hu jista' jiddetermina kwalunkwe immunità, pvileġġ u eżentazzjoni mogħtija taħt dan il-kapitolu f'każijiet fejn azzjoni bħal din tkun, fl-opinjoni tiegħu, xierqa fl-aħjar interess tal-Bank. Il-President għandu jkollu id-dritt u d-dmir li jirrinunzja kwalunkwe immunità, privileġġ jew eżentazzjoni b'rispett lejn kwalunkwe uffiċjal, impjegat jew espert tal-Bank, barra mill-President jew xi Viċi-President, fejn, fl-opinjoni tiegħu jew tagħha, l-immunità, privileġġ jew eżentazzjoni tfixkel il-kors tal-ġustizzja u tista tiġi irrinunzjata mingħajr preġudizzju għall-interessi tal-Bank. F'ċirkustanzi simili u taħt l-istess kondizzjonijiet, il-Bord tad-Diretturi għandu jkollu d-dritt u d-dmir li jirrinunzja kwalunkwe immunità, privileġġ jew eżenzjoni b'rispett tal-President u kull Viċi-President.

KAPITOLU IX

EMENDI, INTERPRETAZZJONI, ARBITRAĠĠ

Artikolu 56

Emendi

1. Kwalunkwe proposta biex jiġi emendat dan il-Ftehim, kemm jekk ġejja minn naħa ta' xi membru, xi gvernatur jew mill-Bord tad-Diretturi għandha tiġi ikkomunikata lill-president tal-Bord tal-Gvernaturi li għandu jressaq il-proposta quddiem il-Bord. Jekk l-emenda proposta tiġi approvata mill-Bord il-Bank għandu, b'kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni f'qasir żmien, jistaqsi lill-membri kollha jekk jaċċettawx l-emenda proposta. Meta mhux inqas minn tlett kwarti tal-membri (inkluż minn ta' l-inqas żewġ pajjiżi miċ-Ċenrtu u mil-Lvant ta' l-Ewropa mniżżla fl-Anness A), li għandhom mhux inqas minn erbgħa minn kull ħamsa ta' dawk il-membri kollha eleġibbli li jivvotaw, li aċċettaw l-emendi proposti, il-Bank għandu jiċċertifika l-fatt b'komunikazzjonijiet formali indirizzati lill-membri kollha.

2. Minkejja paragrafu I ta' dan l-Artikolu:

(i) aċċettazzjoni mill-membri kollha għandha tkun mitluba fil-każ ta' kwalunkwe emend li jbiddel:

(a) id-dritt li tirtira mill-Bank;

(b) id-drittijiet li għandhom x'jaqsmu max-xiri ta' ħażniet tal-kapital previst fil-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim;

(ċ) il-limitazzjonijiet ta' l-obbligi previsti fil-paragrafu 7 ta' l-Artikolu 5 ta' dan il-Ftehim;

u

(d) l-iskop u l-funzjonijiet tal-Bank stabbiliti bl-Artikoli 1 u 2 ta' dan il-Ftehim;

(ii) aċċettazzjoni b'mhux inqas minn tlett kwarti tal-membri li jkunu mhux inqas minn ħamsa u tmenin (85) fil-mija ta' dawk kollha eleġibbli li jivvotaw hu mitlub fil-każ ta' xi emendi li jbiddlu paragrafu 4 ta' l-Artikolu 8 ta' dan il-Ftehim.

Meta jkunu intlaħħqu l-bżonnijiet biex tiġI aċċetta kwalunkwe emenda proposta, il-Bank għandu jiċċertifika dak il-fatt b'komunikazzjoni formali indirizzata lill-membri kollha.

3. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ għall-membri kollha tlett(3) xhur wara d-data tal-komunikazzjoni formali prevista fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ħlief meta l-Bord tal-Gvernaturi jispeċifika perjodu differenti.

Artikolu 57

Interpretazzjoni u applikazzjoni

1. Kull kwistjoni ta' interpretazzjoni jew applikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta' dan il-Ftehim li tqum bejn kwalunkwe membru u l-Bank, jew bejn kwalunkwe membri tal-Bank, għandha tiġi sottomessa lill-Bord tad-Diretturi għad-deċiżjoni tiegħu. Jekk ma jkunx hekk direttur tan-nazzjonalità tiegħu f'dak il-Bord, xi membru li jkun affettwat b'mod partikolari mill-kwistjoni taħt il-konsiderazzjoni għandu jkun intitolat għal rappreżentazzjoni diretta fil-laqgħa tal-Bord tad-Diretturi waqt it-tali konsiderazzjoni. Madankollu, ir-rappreżentant tat-tali membru m'għandu l-ebda vot. It-tali dritt għar-rappreżentazzjoni għanu jkun irregolat mill-Bord tal-Gvernaturi.

2. F'kwalunkwe każ fejn il-Bord tad-Diretturi jkun ħa deċiżjoni taħt paragrafu I ta' danl-Artikolu, kwalunkwe membru jista' jitlob li l-kwistjoni tkun riferuta lill-Bord tal-Gvernaturi, li d-deċiżjoni tiegħu tkun finali. Sakemm tingħata d-deċiżjoni mill-Bord tal-Gvernaturi, il-Bank jista', sakemm jara li hu neċessarju, jaġixxi fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi.

Artikolu 58

Arbitraġġ

Jekk jinqala' xi nuqqas ta' ftehim bejn il-Bank u xi membru li ma baqax membru, jew bejn il-Bank u kwalunkwe membru wara l-addozzjoni ta' xi deċiżjoni biex jintemmu l-operazzjonijiet tal-Bank, it-tali nuqqas ta' ftehim għandu jiġi sottomess għall-arbitraġġ mit-tribunal ta' tlett (3) arbitri, wieħed maħtur mill-Bank, ieħor mill-membru jekk minn dak li kien membru kkonċernat u t-tlielet, sakemm il-partijiet ma jiftehmux mod ieħor, mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja Internazzjonali jew minn xi awtorità oħra bħal din kif seta' kien preskritt bir-regolamenti addottati mill-Bord tal-Gvernaturi. Vot ta' maġġoranza ta' l-arbitri għandu jkun biżżejjed biex tintlaħaq deċiżjoni li għandha tkun finali u vinkolanti fuq il-partijiet. It-tielet arbitru għandu jkollu l-poter sħiħ li jirrisolvi kull kwistjoni ta' proċedura f'kwalunkwe każ fejn il-partijiet mhux qed jaqblu b'rispett tiegħu.

Artikolu 59

Approvazzjoni meqjusa mogħtija

Kull meta l-approvazzjoni jew l-aċċettazzjoni ta' kwalunkwe membru tkun mitluba qabel ma jsir kwalunkwe att mill-Bank, ħlief taħt l-Artikolu 56 ta' dan il-Ftehim, l-approvazzjoni jew l-aċċettazzjoni ħa tkun ikkonsidrata li tkun ingħatat ħlief meta l-membru jippreżenta oġġezzjoni fit-tali perjodu raġġonevoli li l-Bank jista' jistabbilixxi li javża lill-membru bl-att propost.

KAPITOLU X

DISPOSIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 60

Iffirmar u depożitar

1. Dan il-Ftehim depożitat fil-Gvern tar-Repubblika Franċiża (hawnhekk iżjed "il quddiem imsejjaħ" id-depożituċ), għandu jibqa' miftuħ sal-31 ta' Diċembru 1990 biex jiġi iffirmat mill-membri prospettivi li l-ismijiet tagħhom huma mfassla fl-Anness A ta' dan il-Ftehim.

2. Id-depożitu għandu jikkomunika kopji ċertifikati ta' dan il-Ftehim lil kull minn iffirma dan il-Ftehim.

Artikolu 61

Ratifika aċċettazzjoni jew approvazzjoni

1. Dan il-Ftehim għandu jkun suġġett għal ratifika, għal aċċettazzjoni jew għal approvazzjoni minn dawk li iffirmaw il-Ftehim. Strumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni għandhom, suġġetti għal paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jiġu depożitati mad-depożitorju mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 1991. Id-depożitorju għandu javża lil dawk l-oħra li ffirmaw il-Ftehim b'kull depożitu u bid-data tagħhom.

2. Kwalunkwe persuna li iffirmat il-Ftehim tista' issir parti minn dan il-Ftehim billi tiddepożita strument ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni sa sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu jew, jekk ikun neċessarju, sa dik id-data iżjed ‘il quddiem li tiġi deċiża b'maġġoranza ta' gvernaturi, li jirrapreżentaw maġġoranza il-membri kollha eleġibbli li jivvutaw.

3. Il-persuna li tkun iffirmat il-Ftehim u l-istrument tagħha msemmi fil-paragrafu I ta' dan l-Artikolu ikun depożitat qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim isir membru tal-Bank f'dik id-data. Kull persuna oħra li iffirmat il-Ftehim li tħares id-disposizzjonijiet tal-paragrafu preċedenti għandha ssir membru tal-Bank fid-data li jiġi ddepożitat l-istrument tagħha ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

Artikolu 62

Dħul fis-seħħ

1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ meta l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni jkunu ġew depożitati minn dawk li iffirmaw il-Ftehim li s-sottoskrizzjoni tagħhom tal-bidu tirrapreżenta mhux inqas minn żewġ terzi tas-sottoskrizzjonijiet kollha mfassla fl-Anness A, inkluż għall-inqas żewġ pajjiżi miċ-Ċentru u mil-Lvant ta' l-Ewropa mniżżla fl-Anness A.

2. Jekk dan il-Ftehim ma jidħolx fis-seħħ sal-31ta' Marzu 1991, id-depożitu jista' jsejjaħ konferenza ta' membri prospettivi interessati sabiex jistabbilixxi x'azzjonijiet se jittieħdu fil-futur u sabiex tiġi deċiża data ġdida sakemm jistgħu jiġu depożitati l-istrumenti ta' ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

L-Artikolu 63

Laqgħa ta' inawgurazzjoni u bidu ta' l-operazzjonijiet

1. Malli dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ taħt l-Artikolu 62 ta' dan il-Ftehim, kull membru irid jaħtar gvernatur. Id-depożitu għandu jsejjaħ l-ewwel laqgħa tal-Bord tal-Gvernaturi fi żmien sittin (60) ġurnata mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim taħt l-Artikolu 62 jew malajr kemm jista' jkun wara din il-ġurnata.

2. Fl-ewwel laqgħa tieghu, il-Bord tal-Gvernaturi:

(i) għandu jaħtar il-President;

(ii) għandu jaħtar id-diretturi tal-Bank bi qbil ma' l-Artikolu 26 ta' dan il-Ftehim;

(iii) għandu jagħmel arranġamenti biex jistabilixxi d-data tal-bidu ta' l-operazzjonijiet tal-Bank;

u

(iv) għandu jagħmel arranġamenti oħra bħal dawn li jidhru neċessarji biex jipprepara għall-bidu ta' l-operazzjonijiet tal-Bank.

3. Il-Bank għandu javża lill-membri tiegħu bid-data tal-bidu ta' l-operazzjonijiet tiegħu.

Magħmul Pariġi fid-29 ta' Mejju 1990 f'kopja waħda oriġinali, li t-testi Ingliġi, Franċiżi, Ġermaniżi u Russi huma awtentiċi ndaqs, li għandu jiġi ddepożitat fl-arkivji tad-depożitorju u li għandu joħroġ kopja ċertifikata lil kull wieħed mill-membri prospettivi l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma mfassla fl-Anness A.

--------------------------------------------------

ANNESS A

SOTTOSKRIZZJONIJIET TAL-BIDU GĦALL-ĦAŻNIET AWTORIZZATI TAL-KAPITAL GĦALL-MEMBRI PROSPETTIVI [1] LI JISTGĦU JSIRU MEMBRI BI QBIL MA' L-ARTIKOLU 61

(f'miljun ecus) |

| Numru ta' ishma | Sottoskrizzjoni tal-kapital |

| | |

A.KOMUNITAJIET EWROPEJ |

| (a) | Il-Belġju | 22800 | 228,00 |

| Id-Danimarka | 12000 | 120,00 |

| Franza | 85175 | 851,75 |

| Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja | 85175 | 851,75 |

| Il-Greċja | 6500 | 65,00 |

| L-Irlanda | 3000 | 30,00 |

| L-Italja | 85175 | 851,75 |

| Il-Lussimburgu | 2000 | 20,00 |

| L-Olanda | 24800 | 248,00 |

| Il-Portugal | 4200 | 42,00 |

| Spanja | 34000 | 340,00 |

| Ir-Renju Unit | 85175 | 851,75 |

| (b) | Il-Komunità Ekonomika Ewropea | 30000 | 300,00 |

| Il-Bank Ewropew ta' l-Investiment | 30000 | 300,00 |

B.PAJJIŻI OĦRA EWROPEJ | | |

| L-Awstrija | 22800 | 228,00 |

| Ċipru | 1000 | 10,00 |

| Il-Finlandja | 12500 | 125,00 |

| L-Islanda | 1000 | 10,00 |

| Iżrael | 6500 | 65,00 |

| Liechtenstein | 200 | 2,00 |

| Malta | 100 | 1,00 |

| In-Norveġja | 12500 | 125,00 |

| L-Isveżja | 22800 | 228,00 |

| L-Isvizzera | 22800 | 228,00 |

| It-Turkija | 11500 | 115,00 |

Ċ.PAJJIŻI REĊIPJENTI | | |

| Il-Bulgarija | 7900 | 79,00 |

| Iċ-Ċekoslovakkja | 12800 | 128,00 |

| Ir-Repubblika Demokrattika tal-Ġermanja | 15500 | 155,00 |

| L-Ungerija | 7900 | 79,00 |

| Il-Polonja | 12800 | 128,00 |

| Ir-Rumanija | 4800 | 48,00 |

| Ir-Repubblika Soċjalista ta' L-Unjoni Sovjetika | 60000 | 600,00 |

| Il-Jugoslavja | 12800 | 128,00 |

D.PAJJIŻI LI MHUMIEX EWROPEJ | | |

| L-Awstralja | 10000 | 100,00 |

| Il-Kanada | 34000 | 340,00 |

| L-Eġittu | 1000 | 10,00 |

| Il-Ġappun | 85175 | 851,75 |

| Ir-Repubblika tal-Korea | 6500 | 65,00 |

| Il-Messiku | 3000 | 30,00 |

| Il-Marokk | 1000 | 10,00 |

| New Zealand | 1000 | 10,00 |

| I-Istati Uniti ta' l-Amerika | 100000 | 1,000,00 |

E.ISHMA MHUX ALLOKATI | 125 | 1,25 |

TOTAL | 1000000 | 10,000,00 |

--------------------------------------------------

ANNESS B

TAQSIMA A

ELEZZJONI TA' DIRETTURI MINN GVERNATURI LI JIRRAPREŻENTAW LILL-BELĠJU, LID-DANIMARKA, LIL FRANZA, LIR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA, LILL-GREĊJA, LILL-IRLANDA, LILL-ITALJA, LIL-LUSSEMBURGU, LILL-OLANDA, LILL-PORTUGAL, LIL SPANJA, LIR-RENJU UNIT, LILL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA U LILL-BANK EWROPEW TA' L-INVESTIMENT (HAWNHEKK IŻJED ‘IL QUDDIEM MSEJĦA TAQSIMA A GVERNATURI)

1. Id-disposizzjonijiet mfassla hawn taħt f'din it-taqsima għandhom jgħoddu biss għal din it-Taqsima.

2. Il-kandidati għall-uffiċċju ta' direttur għandhom jiġu nominati mill-gvernaturi ta' Taqsima A, basta li kull gvernatur jinnomina persuna waħda biss. L-elezzjoni tad-diretturi għandha tkun b'votazzjoni tal-gvernaturi ta' Taqsima A.

3. Kull gvernatur li hu eliġibbli biex jivvota għandu jixħet għal persuna waħda l-voti kollha li l-membru li ħatru jew ħatritha hu intitolat taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 29 ta' dan il-Ftehim.

4. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, il-11-il persuna li jiksbu l-għola numru ta' voti għandhom ikunu diretturi, ħlief li l-ebda persuna li tirċievi inqas minn 4,5 % tat-total tal-voti li jistgħu jintefgħu (voti eliġibbli) f'Taqsima A m'għandha tiġi kkonsidrata eletta.

5. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk fl-ewwel votazzjoni ma jiġux eletti 11-il persuna, għandha issir it-tieni votazzjoni li fiha, sakemm ma kienx hemm biss 11-il kandidat, il-persuna li tkun ġabet l-inqas numru ta' voti fl-ewwel votazzjoni m'għandiex tkun eliġibbli għall-elezjoni u li fiha għandhom jivvutaw biss:

(a) dawk il-gvernaturi li fl-ewwel votazzjoni vvutaw għal persuna li ma ġietx eletta;

u

(b) dawk il-gvernaturi li l-voti tagħhom għal persuna li ġiet eletta huma kkunsidrati taħt il-paragrafi 6 u 7 hawn taħt ta' din it-Taqsima li tellgħu l-voti espressi għal dik il-persuna ‘il fuq minn 5,5 % tal-voti eliġibbli.

6. Biex jiġi stabbilit jekk il-voti espressi minn xi gvernatur humiex ikkonsidrati li tellgħu it-total tal-voti espressi għal kwalunkwe persuna ‘l fuq minn 5,5 % tal-voti eliġibbli, il-5,5 % għandha tiġi ikkonsidrata li tinkludi, l-ewwel, il-voti tal-gvernatur li tefa' l-ikbar numru ta' voti għat-tali persuna, imbagħad il-voti tal-gvernatur li tefa' t-tieni l-akbar numru u hekk fil-bqija, sakemm ma jintlaħaq il-5,5 %.

7. Kwalunkwe gvernatur, li parti mill-voti tiegħu iridu jiġu mgħaddudin biex t-total tal-voti espressi għal kwalunkwe persuna jaqbeż l-4,5 % għandu jiġi ikkonsidrat li tefa' il-voti kollha tiegħu jew tagħha għat-tali persuna, anke jekk it-total tal-voti mitfugħa għat-tali persuna jaqbeż il-5,5 % u ma jkunx eliġibbli li jivvota f'votazzjoni oħra.

8. Skond il-paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk, wara t-tieni votazzjoni, ma jkunux ġew eletti 11-il persuna, għandhom isiru votazzjonijiet oħra b'mod konform mal-prinċipji u mal-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima, sakemm jiġu eletti 11-il persuna, basta, jekk f'xi stadju jiġu eletti 10 persuni, minkejja d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 4 ta' din it-Taqima, il-ħdax il-wieħed jista' jiġi elett b'maġġoranza sempliċi tal-voti espressi li jifdal.

9. Fil-każ ta' żieda jew nuqqas fin-numru ta' diretturi li jridu jiġu eletti mill-gvernaturi ta' Taqima A, l-ikbar u l-inqas perċentaġġ speċifikat f'paragrafi 4, 5, 6 u 7 ta' din it-Taqsima għandhom jiġu irranġati kif jixraq mill-Bord tal-Gvernaturi.

10. Sakemm xi ħadd li iffirma l-Ftehim, jew xi grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, li l-ishma tagħhom ta' l-ammont totali tas-sottoskrizzjoni tal-kapital previst fl-Anness A hu iżjed minn 2,4 %, ma ddepożitax l-istrument tiegħu jew l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, approvazzjoni jew aċċettazzjoni, m'għandiex issir elezzjoni għal direttur wieħed b'rispett ta' kull tali persuna li iffirma l-Ftehim jew ta' kull tali grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim. Il-gvernatur jew gvernaturi li jirrapreżentaw it-tali persuna li iffirmat il-Ftehim jew il-grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim għandu jaħtar direttur b'rispett għal kull min iffirma l-Ftehim jew għal kull grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, eżatt kif il-persuna li iffirmat il-Ftehim issir membru jew il-grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim isiru membri. It-tali direttur għandu jkun meqjus li kien ġie elett mill-Bord tal-Gvernaturi fil-laqgħa ta' l-inawgurazzjoni tiegħu, bi qbil mal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 26 ta' dan il-Ftehim, jekk hu jew hi tiġi eletta matul il-perjodu li fih l-ewwel Bord tad-Diretturi għandu jokkupa l-uffiċċju.

TAQSIMA B

ELEZZJONI TAD-DIRETTURI MINN GVERNATURI LI JIRRAPREŻENTAW PAJJIŻI OĦRAJN

Taqsima B (i) — Elezzjoni ta' Diretturi minn gvernaturi li jirrapreżentaw dawk il-pajjiżi mniżżla fl-Anness A bħala pajjiżi fiċ-Ċentru u fil-Lvant ta'l-Ewropa (pajjiżi reċipjenti) (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa bħala gvernaturi ta' Taqsima B (i))

1. Id-disposizzjonijiet mfassla hawn taħt f'din it-Taqsima għandhom jgħoddu biss għal din it-Taqsima.

2. Il-kandidati għall-uffiċċju ta' direttur għandhom jiġu nominati mill-gvernaturi ta' Taqsima B (i), basta li kull gvernatur jinnomina persuna waħda biss. L-elezzjoni tad-diretturi għandha tkun b'votazzjoni tal-gvernaturi ta' Taqsima B (i).

3. Kull gvernatur li hu eliġibbli biex jivvota għandu jixħet għal persuna waħda l-voti kollha li l-membru li ħatru jew ħatritha hu intitolat taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 29 ta' dan il-Ftehim.

4. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, l-4 persuni li jiksbu l-għola numru ta' voti għandhom ikunu diretturi, ħlief li l-ebda persuna li tirċievi inqas minn 12 % tat-total tal-voti li jistgħu jintefgħu (voti eliġibbli) f'Taqsima B (i) m'għandha tiġi kkonsidrata eletta.

5. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk fl-ewwel votazzjoni ma jiġux eletti 4 persuni, għandha issir it-tieni votazzjoni li fiha, sakemm ma kienx hemm biss 4 kandidati, il-persuna li tkun ġabet l-inqas numru ta' voti fl-ewwel votazzjoni m'għandiex tkun eliġibbli għall-elezjoni u li fiha għandhom jivvutaw biss:

(a) dawk il-gvernaturi li fl-ewwel votazzjoni vvutaw għal persuna li ma ġietx eletta;

u

(b) dawk il-gvernaturi li l-voti tagħhom għal persuna li ġiet eletta huma kkunsidrati taħt il-paragrafi 6 u 7 hawn taħt ta' din it-Taqsima li tellgħu l-voti espressi għal dik il-persuna ‘il fuq minn 13 % tal-voti eliġibbli.

6. Biex jiġi stabbilit jekk il-voti espressi minn xi gvernatur humiex ikkonsidrati li tellgħu it-total tal-voti espressi għal kwalunkwe persuna ‘l fuq minn 13 % tal-voti eliġibbli, it-13 % għandha tiġi ikkonsidrata li tinkludi, l-ewwel, il-voti tal-gvernatur li tefa' l-ikbar numru ta' voti għat-tali persuna, imbagħad il-voti tal-gvernatur li tefa' t-tieni l-akbar numru u hekk fil-bqija, sakemm ma jintlaħaq it-13 %.

7. Kwalunkwe gvernatur, li parti mill-voti tiegħu iridu jiġu mgħaddudin biex t-total tal-voti espressi għal kwalunkwe persuna jaqbeż it-12 % għandu jiġi ikkonsidrat li tefa' il-voti kollha tiegħu jew tagħha għat-tali persuna, anke jekk it-total tal-voti mitfugħa għat-tali persuna jaqbeż it-13 % u ma jkunx eliġibbli li jivvota f'votazzjoni oħra.

8. Skond il-paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk, wara t-tieni votazzjoni, ma jkunux ġew eletti 4 persuni, għandhom isiru votazzjonijiet oħra b'mod konform mal-prinċipji u mal-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima, sakemm jiġu eletti 4 persuni, basta, jekk f'xi stadju jiġu eletti 3 persuni, minkejja d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 4 ta' din it-Taqima, ir-raba' wieħed jista' jiġi elett b'maġġoranza sempliċi tal-voti espressi li jifdal.

9. Fil-każ ta' żieda jew nuqqas fin-numru ta' diretturi li jridu jiġu eletti mill-gvernaturi ta' Taqima B (i), l-ikbar u l-inqas perċentaġġ speċifikat f'paragrafi 4, 5, 6 u 7 ta' din it-Taqsima għandhom jiġu irranġati kif jixraq mill-Bord tal-Gvernaturi.

10. Sakemm xi ħadd li iffirma l-Ftehim, jew xi grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, li l-ishma tagħhom ta' l-ammont totali tas-sottoskrizzjoni tal-kapital previst fl-Anness A hu iżjed minn 2,8 %, ma ddepożitax l-istrument tiegħu jew l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, approvazzjoni jew aċċettazzjoni, m'għandiex issir elezzjoni għal direttur wieħed b'rispett ta' kull tali persuna li iffirma l-Ftehim jew ta' kull tali grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim. Il-gvernatur jew gvernaturi li jirrapreżentaw it-tali persuna li iffirmat il-Ftehim jew it-tali grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim għandu jaħtar direttur b'rispett għal kull min iffirma l-Ftehim jew għal kull grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, eżatt kif il-persuna li iffirmat il-Ftehim issir membru jew il-grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim isiru membri. It-tali direttur għandu jkun meqjus li kien ġie elett mill-Bord tal-Gvernaturi fil-laqgħa ta' l-inawgurazzjoni tiegħu, bi qbil mal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 26 ta' dan il-Ftehim, jekk hu jew hi tiġi eletta matul il-perjodu li fih l-ewwel Bord tad-Diretturi għandu jokkupa l-uffiċċju.

Taqsima B (ii) — Elezzjoni ta' Diretturi minn gvernaturi li jirrapreżentaw dawk il-pajjiżi mniżżla fl-Anness A bħala pajjiżi oħra Ewropew (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa bħala gvernaturi ta' Taqsima B (ii)).

1. Id-disposizzjonijiet mfassla hawn taħt f'din it-Taqsima għandhom jgħoddu biss għal din it-Taqsima.

2. Il-kandidati għall-uffiċċju ta' direttur għandhom jiġu nominati mill-gvernaturi ta' Taqsima B (ii), basta li kull gvernatur jinnomina persuna waħda biss. L-elezzjoni tad-diretturi għandha tkun b'votazzjoni tal-gvernaturi ta' Taqsima B (ii).

3. Kull gvernatur li hu eliġibbli biex jivvota għandu jixħet għal persuna waħda l-voti kollha li l-membru li ħatru jew ħatritha hu intitolat taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 29 ta' dan il-Ftehim.

4. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, l-4 persuni li jiksbu l-għola numru ta' voti għandhom ikunu diretturi, ħlief li l-ebda persuna li tirċievi inqas minn 20,5 % tat-total tal-voti li jistgħu jintefgħu (voti eliġibbli) f'Taqsima B (ii) m'għandha tiġi kkonsidrata eletta.

5. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk fl-ewwel votazzjoni ma jiġux eletti 4 persuni, għandha issir it-tieni votazzjoni li fiha, sakemm ma kienx hemm biss 4 kandidati, il-persuna li tkun ġabet l-inqas numru ta' voti fl-ewwel votazzjoni m'għandiex tkun eliġibbli għall-elezjoni u li fiha għandhom jivvutaw biss:

(a) dawk il-gvernaturi li fl-ewwel votazzjoni ivvutaw għal persuna li ma ġietx eletta;

u

(b) dawk il-gvernaturi li l-voti tagħhom għal persuna li ġiet eletta huma kkunsidrati taħt il-paragrafi 6 u 7 hawn taħt ta' din it-Taqsima li tellgħu l-voti espressi għal dik il-persuna ‘il fuq minn 21,5 % tal-voti eliġibbli.

6. Biex jiġi stabbilit jekk il-voti espressi minn xi gvernatur humiex ikkonsidrati li tellgħu it-total tal-voti espresssi għal kwalunkwe persuna ‘l fuq minn 21,5 % tal-voti eliġibbli, il-21,5 % għandha tiġi ikkonsidrata li tinkludi, l-ewwel, il-voti tal-gvernatur li tefa' l-ikbar numru ta' voti għat-tali persuna, imbagħad il-voti tal-gvernatur li tefa' t-tieni l-akbar numru u hekk fil-bqija, sakemm ma jintlaħaq il-21,5 %.

7. Kwalunkwe gvernatur, li parti mill-voti tiegħu iridu jiġu mgħaddudin biex t-total tal-voti espressi għal kwalunkwe persuna jaqbeż l-20,5 % għandu jiġi ikkonsidrat li tefa' il-voti kollha tiegħu jew tagħha għat-tali persuna, anke jekk it-total tal-voti mitfugħa għat-tali persuna jaqbeż il-21,5 % u ma jkunx eliġibbli li jivvota f'votazzjoni oħra.

8. Skond il-paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk, wara t-tieni votazzjoni, ma jkunux ġew eletti 4 persuni, għandhom isiru votazzjonijiet oħra b'mod konform mal-prinċipji u mal-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima, sakemm jiġu eletti 4 persuni, basta, jekk f'xi stadju jiġu eletti 3 persuni, minkejja d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 4 ta' din it-Taqima, ir-raba' wieħed jista' jiġi elett b'maġġoranza sempliċi tal-voti espressi li jifdal.

9. Fil-każ ta' żieda jew nuqqas fin-numru ta' diretturi li jridu jiġu eletti mill-gvernaturi ta' Taqima B (ii), l-ikbar u l-inqas perċentaġġ speċifikat f'paragrafi 4, 5, 6 u 7 ta' din it-Taqsima għandhom jiġu irranġati kif jixraq mill-Bord tal-Gvernaturi.

10. Sakemm xi ħadd li iffirma l-Ftehim, jew xi grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, li l-ishma tagħhom ta' l-ammont totali tas-sottoskrizzjoni tal-kapital previst fl-Anness A hu iżjed minn 2,8 %, ma ddepożitax l-istrument tiegħu jew l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, approvazzjoni jew aċċettazzjoni, m'għandiex issir elezzjoni għal direttur wieħed b'rispett ta' kull tali persuna li iffirma l-Ftehim jew ta' kull tali grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim. Il-gvernatur jew gvernaturi li jirrapreżentaw it-tali persuna li iffirmat il-Ftehim jew it-tali grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim għandu jaħtar direttur b'rispett għal kull min iffirma l-Ftehim jew għal kull grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, eżatt kif il-persuna li iffirmat il-Ftehim issir membru jew il-grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim isiru membri. It-tali direttur għandu jkun meqjus li kien ġie elett mill-Bord tal-Gvernaturi fil-laqgħa ta' l-inawgurazzjoni tiegħu, bi qbil mal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 26 ta' dan il-Ftehim, jekk hu jew hi tiġi eletta matul il-perjodu li fih l-ewwel Bord tad-Diretturi għandu jokkupa l-uffiċċju.

Taqsima B (iii) — Elezzjoni ta' diretturi minn gvernaturi li jirrapreżentaw dawk il-pajjiżi mniżżla fl-Anness A bħala pajjiżi li mhumiex Ewropej (hawnhekk iżjed ‘il quddiem msejħa bħala gvernaturi ta' Taqsima B (iii)).

1. Id-disposizzjonijiet mfassla hawn taħt f'din it-Taqsima għandhom jgħoddu biss għal din it-Taqsima.

2. Il-kandidati għall-uffiċċju ta' direttur għandhom jiġu nominati mill-gvernaturi ta' Taqsima B (iii), basta li kull gvernatur jinnomina persuna waħda biss. L-elezzjoni tad-diretturi għandha tkun b'votazzjoni tal-gvernaturi ta' Taqsima B (iii).

3. Kull gvernatur li hu eliġibbli biex jivvota għandu jixħet għal persuna waħda l-voti kollha li l-membru li ħatru jew ħatritha hu intitolat taħt il-paragrafi 1 u 2 ta' l-Artikolu 29 ta' dan il-Ftehim.

4. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, l-4 persuni li jiksbu l-għola numru ta' voti għandhom ikunu diretturi, ħlief li l-ebda persuna li tirċievi inqas minn 8 % tat-total tal-voti li jistgħu jintefgħu (voti eliġibbli) f'Taqsima B (iii) m'għandha tiġi kkonsidrata eletta.

5. Skond paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk fl-ewwel votazzjoni ma jiġux eletti 4 persuni, għandha issir it-tieni votazzjoni li fiha, sakemm ma kienx hemm biss 4 kandidati, il-persuna li tkun ġabet l-inqas numru ta' voti fl-ewwel votazzjoni m'għandiex tkun eliġibbli għall-elezjoni u li fiha għandhom jivvutaw biss:

(a) dawk il-gvernaturi li fl-ewwel votazzjoni vvutaw għal persuna li ma ġietx eletta;

u

(b) dawk il-gvernaturi li l-voti tagħhom għal persuna li ġiet eletta huma kkunsidrati taħt il-paragrafi 6 u 7 hawn taħt ta' din it-Taqsima li tellgħu l-voti espressi għal dik il-persuna ‘il fuq minn 9 % tal-voti eliġibbli.

6. Biex jiġi stabbilit jekk il-voti espressi minn xi gvernatur humiex ikkonsidrati li tellgħu it-total tal-voti espresssi għal kwalunkwe persuna ‘l fuq minn 9 % tal-voti eliġibbli, id-9 % għandha tiġi ikkonsidrata li tinkludi, l-ewwel, il-voti tal-gvernatur li tefa' l-ikbar numru ta' voti għat-tali persuna, imbagħad il-voti tal-gvernatur li tefa' t-tieni l-akbar numru u hekk fil-bqija, sakemm ma jintlaħaq id-9 %.

7. Kwalunkwe gvernatur, li parti mill-voti tiegħu iridu jiġu mgħaddudin biex t-total tal-voti espressi għal kwalunkwe persuna jaqbeż it-8 % għandu jiġi ikkonsidrat li tefa' il-voti kollha tiegħu jew tagħha għat-tali persuna, anke jekk it-total tal-voti mitfugħa għat-tali persuna jaqbeż id-9 % u ma jkunx eliġibbli li jivvota f'votazzjoni oħra.

8. Skond il-paragrafu 10 ta' din it-Taqsima, jekk, wara t-tieni votazzjoni, ma jkunux ġew eletti 4 persuni, għandhom isiru votazzjonijiet oħra b'mod konform mal-prinċipji u mal-proċeduri stabbiliti f'din it-Taqsima, sakemm jiġu eletti 4 persuni, basta, jekk f'xi stadju jiġu eletti 3 persuni, minkejja d-disposizzjonijiet ta' paragrafu 4 ta' din it-Taqima, ir-raba' wieħed jista' jiġi elett b'maġġoranza sempliċi tal-voti espressi li jifdal.

9. Fil-każ ta' żieda jew nuqqas fin-numru ta' diretturi li jridu jiġu eletti mill-gvernaturi ta' Taqima B (iii), l-ikbar u l-inqas perċentaġġ speċifikat f'paragrafi 4, 5, 6 u 7 ta' din it-Taqsima għandhom jiġu irranġati kif jixraq mill-Bord tal-Gvernaturi.

10. Sakemm xi ħadd li iffirma l-Ftehim, jew xi grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, li l-ishma tagħhom ta' l-ammont totali tas-sottoskrizzjoni tal-kapital previst fl-Anness A hu iżjed minn 5 %, ma ddepożitax l-istrument tiegħu jew l-istrumenti tagħhom ta' ratifika, approvazzjoni jew aċċettazzjoni, m'għandiex issir elezzjoni għal direttur wieħed b'rispett ta' kull tali persuna li iffirma l-Ftehim jew ta' kull tali grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim. Il-gvernatur jew gvernaturi li jirrapreżentaw it-tali persuna li iffirmat il-Ftehim jew it-tali grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim għandu jaħtar direttur b'rispett għal kull min iffirma l-Ftehim jew għal kull grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim, eżatt kif il-persuna li iffirmat il-Ftehim issir membru jew il-grupp ta' nies li iffirmaw il-Ftehim isiru membri. It-tali direttur għandu jkun meqjus li kien ġie elett mill-Bord tal-Gvernaturi fil-laqgħa ta' l-inawgurazzjoni tiegħu, bi qbil mal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 26 ta' dan il-Ftehim, jekk hu jew hi tiġi eletta matul il-perjodu li fih l-ewwel Bord tad-Diretturi għandu jokkupa l-uffiċċju.

TAQSIMA Ċ

L-ARRANĠAMENTI GĦALL-ELEZZJONI TA' DIRETTURI LI JIRRAPREŻENTAW PAJJIŻI LI MHUMIEX IMNIŻŻLA FL-ANNESS A

Jekk il-Bord tal-Gvernaturi jiddeċiedi, bi qbil mal-paragrafu 3 ta' l-Artikolu 26 ta' dan il-Ftehim, li jżied jew inaqqas id-daqs, jew li jirrevedi l-komposizzjoni, tal-Bord tad-Diretturi, sabiex jagħti kont tal-bdil fin-numru ta' membri tal-Bank, il-Bord tal-Gvernaturi għandu l-ewwel jikkonsidra jekk hemmx bżonn xi emendi għal dan l-Anness, u jista' jagħmel kwalunkwe tali emendi li hu jaħseb li huma xierqa bħala parti mit-tali deċiżjoni.

TAQSIMA D

ASSENJAMENT TAL-VOTI

Kwalunkwe Gvernatur li jipparteċipax billi jivvota fl-elezzjoni jew li l-vot tiegħu ma jikkontribwixxix għall-elezzjoni ta' direttur taħt it-Taqsima A jew it-Taqsima B (i) jew it-Taqsima B (ii) jew it-Taqsima B (iii) ta' dan l-Anness jista' jagħti l-voti li hu jew hi huma intitolati għalihom lil xi Direttur li ġie elett, basta li t-tali gvernatur għandu l-ewwel jikseb il-ftehim ta' dawk il-gvernaturi kollhali jkun ħatru lil dak id-direttut għal dak l-assenjazzjoni.

Id-deċiżjoni ta' kwalunkwe gvernatur li ma jipparteċipax f'votazzjoni għall-elezzjoni ta' direttur m'għandiex taffetwa l-għadd ta' voti eleġibbli li għandhom isiru taħt it-Taqsima A, it-Taqsima B (i), it-Taqsima B (ii) jew it-Taqsima B (iii) ta' dan l-Anness.

--------------------------------------------------

Top