Help Print this page 

Document 01992L0065-20040703

Title and reference
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat- 13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1992/65/2004-07-03
Multilingual display
Dates
  • Date of document: 03/07/2004
  • Date of effect: 03/07/2004
Miscellaneous information
  • Author: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
  • Form: Test konsolidat
  • Additional information: LASTMODIN 32004L0068
Text

1992L0065 — MT — 03.07.2004 — 007.002


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/65/KEE

tat-13 ta’ Lulju 1992

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE

(ĠU L 268, 14.9.1992, p.54)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-6 ta' April 1995

  L 117

23

24.5.1995

 M2

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Marzu 2001

  L 102

63

12.4.2001

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1282/2002 tal-15 ta’ Lulju 2002

  L 187

3

16.7.2002

►M5

IR-REGOLAMENT (KE) Nru 998/2003 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-26 ta’ Mejju 2003

  L 146

1

13.6.2003

►M6

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1398/2003 tal-5 ta’ Awissu 2003

  L 198

3

6.8.2003

►M7

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2004/68/KE Test b'relevanza EEA tas-26 ta' April 2004

  L 139

320

30.4.2004


Emendat bi:

►A1

  C 241

21

29.8.1994

►A2

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 92/65/KEE

tat-13 ta’ Lulju 1992

li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta’ Direttiva 90/425/KEE



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi annimali ħajjin u prodotti ta’ origini mill-annimali huma inklużi fil-lista ta’ prodotti fl-Anness II tat-Trattat; billi t-tqegħid fuq is-suq ta’ annimali u prodotti bħal dawn jikkostitwixxu sorsi ta’ introjtu ta’ parti mill-popolazzjoni ta’ l-irziezet;

Billi sabiex ikun assigurat l-iżvilupp razzjonali f’dan is-settur u żieda fil-produttività, regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali u l-prodotti għandhom ikunu stabbiliti fil-livell tal-Komunità;

Billi l-Komunità għandha tadotta l-miżuri u intenzjonati biex ikun stabbilit is-suq intern progressivament matul perjodu li jeskadi fil-31 ta’ Diċembru 1992;

Billi minħabba l-għanijet msemmija hawn fuq il-Kunsill kien stabbilixxa r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali li huma applikabbli għall-merħliet ta’ baqar, majjali, nagħaġ u mogħoż, taż-żwiemel, tjur u bajd tat-tfaqqis, ħut u prodotti tal-ħut, molluski bivalvi, semen tal-barrin u ħnieżer tar-refgħa, embrijuni tal-majjali, laħam frisk, laħam tat-tjur, prodotti tal-laħam, laħam tal-kaċċa u laħam tal-fniek;

Billi r-regoli dwar is-saħħa ta’ l-annimali għandhom ikunu adottati għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għadhom m’humiex koperti bir-regoli msemmija hawn fuq;

Billi disposizzjonijiet għandhom isiru għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva mingħajr preġudizju għal Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3626/82 tat-3 ta’ Diċembri 1982 dwar l-implimentazzjoni fil-Komunità tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali ta’ Speċi Ipperikolati ta’ Fawna u Flora slavaġġ ( 4 );

Billi, f’dak li jirrigwardja l-aspetti tekniċi, għandha ssir referenza għad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju f’annimali bovini u ħnieżer ( 5 ) u Direttiva 85/511/KEE tat-18 ta’ Novembru 1988 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer ( 6 );

Billi, f’dak li jirrigwardja l-organizzazzjoni ta’ verifiki u s-segwiment tagħha, kif ukoll għal miżuri ta’ salvagwardji li għandhom ikunu implementati, għandha ssir referenza għar-regoli ġenerali meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tikkonċerna l-verifiki veterenarji u zooloġiċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju għal ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-għan tat-twettieq tas-suq intern ( 7 );

Billi, ħlief fejn hemm ipprovdut mod ieħor, kummerċ f’annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali għandu jkun illiberalizzat, mingħajr preġudizzju għal rikors lejn miżuri possibbli ta’ salvagwardja;

Billi, minħabba r-riskju sinifikanti tat-tixrid ta’ mard li l-annimali huma esposti għalih, għal ċerti annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali ħtiġijiet partikolari għandhom ikunu speċifikati biex ikunu imposti meta dawn ikunu mqiegħda fis-suq għal skopijiet ta’ kummerċ, partikolarment meta intenzjonati lejn reġjuni bi status għoli tas-saħħa;

Billi s-sitwazzjoni speċifika li tappartjeni għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u fl-Irlanda minħabba l-pożizzjoni insulari ta’ dawn il-pajjiżi, u l-fatt li dawn ilhom ħielsa mill-marda tar-rabja għal perjodu ta’ żmien konsiderevoli, jitlob disposizzjonijiet partikolari biex jassiguraw li t-tqegħid fis-suq fir-Renju Unit u l-Irlanda ta’ klieb u qtates li ma jkunux oriġinaw f’dawk il-pajjiżi ma jkunux jinvolvu riskju ta’ introduzzjoni tal-marda tar-rabja f’dawk l-Istati, mingħajr b’dana kollu ma taffettwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterinarji fil-fruntieri bejn Stati Membri;

Billi ċertifikat tas-saħħa huwa l-aktar mezz xieraq biex jiggarantixxi u jissorvelja l-konformità ma dawn il-ħtiġijiet;

Billi, biex tinżamm is-sitwazzjoni tas-saħħa fil-Komunità, meta l-annimali u prodotti ta’ oriġini mill-annimali li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva jkunu mqiegħda fis-suq, dawn għandhom ikunu suġġetti għal ħtiġijiet minimi meħtieġa għal kummerċ u konformità magħha li jkunu ssorveljati bi qbil mal-prinċipji u r-regoli meħtieġa fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tipprovdi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi ( 8 );

Billi għandha ssir disposizzjoni għal proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti Veterenarju;

Billi l-limitu ta’ żmien għat-trasposizzjoni f’liġi nazzjonali, iffissat għall-1 ta’ Jannar 1994 fl-Artikolu 20 m’għandux jaffetwa l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fuq il-fruntieri fl-1 ta’ Jannar 1993,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



IL-KAPITOLU I

Disposizzjonijiet ġenerali

L- Artikolu 1

▼M7

Din id-Direttiva tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ lejn u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta' l-annimali, s-semen, l-ova u l-embrijuni li ma humiex suġġetti għall-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali stabbiliti fl-atti speċifiċi tal-Komunità referuti fl-Anness F.

▼B

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ Regolament (KEE) Nru 3626/82.

Din id-Direttiva m’għandhiex taffetwa r-regoli nazzjonali applikabbli lejn annimali mrobbija għal gost, għalkemm ir-retenzjoni tagħhom ma tistax tfixkel l-abolizzjoni ta’ verifiki veterenarji fil-fruntieri bejn Stati Membri.

L- Artikolu 2

1.  Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:

(a) “kummerċ” ifisser kummerċ kif definit fl-artikolu 2 (3) tad-Direttiva 90/425/KEE;

(b) “annimali” tfisser kampjuni ta’ speċi ta’ annimali apparti minn dawk li hemm referenza dwarhom f’Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE ( 9 ), 90/539/KEE ( 10 ), 91/67/KEE ( 11 ), 91/68/KEE ( 12 ); 91/492/KEE ( 13 ); u 91/493/KEE ( 14 );

(c) “korp, istitut jew ċentru approvat” ifisser xi stabbiliment permanenti ġeografikament limitat, approvat bi qbil ma Artikolu 13, fejn wieħed jew aktar speċi ta’ annimali jkun abitwalment miżmum u mrobbi, sew jekk għal finijiet kummerċjali u anki jekk le, u esklussivament għal wieħed jew aktar minn dawn l-iskopijiet:

 wiri ta’ l-annimali u edukazzjoni tal-pubbliku;

 konservazzjoni ta’ l-ispeċji;

 riċerka xjentifika bażika jew applikata jew trobbija ta’annimali għall-iskopijiet ta’ riċerka bħal din;

(d) “marn natifikabbli” jfisser il-mard imniżżel fl-anness A.

2.  B’żieda, id-definizzjonijiet, apparti minn dawk ta’ ċentri jew korpi approvati, li jinstabu fl-artikolu 2 ta’ Direttivi 64/432/KEE, 91/67/KEE u 90/539/KEE għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis



IL-KAPITOLU II

Disposizzjonijiet applikabbli għal kummerċ

L- Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kummerċ li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 1, l-ewwel paragrafu, ma jkunx ipprojbit jew ristrett minħabba raġunijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali apparti minn dawk li jinħolqu mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew minn leġislazzjoni tal-Komunità, u partikolarment xi miżuri ta’ salvagwardja li jkunu ttieħdu.

▼A1

Sakemm ikun hemm diposizjonijiet Komunitarji dwar il-materja, l-Isvezja għandha żżomm ir-regoli nazzjonali tagħha fir-rigward ta' sriep u rettili oħra ikkunsinnati lilha.

▼B

L- Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jassiguraw li, għall-iskopijiet biex ikun applikat l-Artikolu 4(1)(a) ta’ Direttiva 90/425/KEE, l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10 ta’ din id-Direttiva jistgħu mingħajr preġudizju għall-Artikolu 13 u partikolarment għad-disposizzjonijiet li għandhom ikunu adottati fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 24, ikunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Artikoli 5 sa 10 u jkunu ġejjin minn oqsma jew negozji li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 12(1) u (3) ta’ din id-Direttiva li huma rreġistrati mill-awtoritajiet kompetenti u li jkunu intrabtu li:

 jaraw li l-annimali jkunu eżaminati regolarment bi qbil ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 90/425/KEE,

 jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti, apparti minn meta tfaqqa’ xi marda notifikabbli, bit-tfaqqiegħ tal-mard li hemm referenza dwaru fl-Anness B li dwaru l-Istat Membru kkonċernat ikun ħejja programm ta’ kontroll u monitoraġġ,

 li jkunu konformi mal-miżuri speċifiċi nazzjonali biex jikkontrollaw mard li jkun ta’ importanza partikolari għal xi Stat Membru speċifiku u li huwa kopert bi programm imħejji bi qbil ma Artikolu 14 jew deċiżjoni permezz ta’ Artikolu 15(2),

 li jqegħdu fis-suq għall-iskopijiet ta’ kummerċ, annimali biss li ma juru l-ebda sinjali ta’ mard u li jkunu ġejjin minn oqsma jew żoni li ma humiex suġġetti għal xi projbizzjoni fuq il-bażi ta’ saħħa ta’ annimali u li f’dak li jirrigwardja annimali li ma jkunux akkumpanjati b’ċertifikat ta’ saħħa jew dokument kummerċjali li hemm provvediment dwaru fl-Artikoli 5 sa 11, l-annimali biss li jkunu akkumpanjati b’ċertifikazzjoni minnu stess mill-operatur li jiddikjara li l-annimali f’dak il-każ ma jkunux fil-waqt tal-konsenja juru xi sinjali ovvji ta’ mard u li l-qasam tiegħu ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali,

 ikunu konformi mal-ħtiġijiet li jassiguraw il-benessere ta’ l-annimali miżmuma.

L- Artikolu 5

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li kummerċ f’xadini (apes) (simiae u prosimiae) huwa ristrett biss għal annimali ikkonsenjati minn u lejn korp, istitut jew ċentru approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru bi qbil ma’ l-Artikolu 13 u li annimali bħal dawk ikunu akkumpanjati b’ċertifikat veterenarju li jikkorrispondi għal mudell fl-Anness E, dikjarazzjoni li fiha għandu jkun mimli mill-korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini offiċjali veterinarju biex jiggarantixxi s-saħħa ta’ l-annimali.

2.  L-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tista’, bħala deroga mill-paragrafu 1, tawtorizza l-kisba minn korp, istitut jew ċentru approvat ta’ xadini li jappartjeni lill-individwu.

L- Artikolu 6

A. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15, Stati Membri għandhom jassiguraw li ungulati ta’ speċji apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttivi 64/432/KEE, 90/426/KEE u 91/68/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk dawn jilħqu l-ħtiġijiet li ġejjin:

1. ġeneralment dawn:

(a) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE;

(b) m’għandhomx ikunu intenzjonati għall-qatla permezz ta’ programm għall-eradikazzjoni ta’ mard infettuż;

(ċ) m’għandhomx ikunu ngħataw tilqim kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tad-Direttiva 85/511/KEE u l-Artikolu 4a ta’ Direttiva 64/432/KEE;

(d) iridu jkunu ġejjin minn qasam li hemm referenza dwaru fl-Artikolu 3(2)(b) u (ċ) tad-Direttiva 64/432/KEE li ma jkunx suġġett għal xi miżuri dwar saħħa ta’ l-annimali, partikolarment dawk meħuda permezz ta’ Direttivi 85/511/KEE, 80/217/KEE ( 15 ) and 91/68/KEE u li jkunu nżammu hemmhekk permanenti sa mit-twelid jew għall-aħħar tletin jum qabel il-konsenja;

▼M7

(e) għandhom ikunu akkompanjati b'ċertifikat li jkun jikkorrespondi mal-kampjun muri fl-Anness E, il-parti 1, li jkollu fuq din id-dikjarazzjoni kif ġejja:

image

▼M7 —————

▼B

2. fil-każ ta’ ruminanti:

(a) dawn iridu jkunu ġejjin minn merħla li tkun uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi u uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE jew Direttiva 91/68/KEE u jissodisfaw, f’dak li jirrigwardja r-regoli tas-saħħa ta’ l-annimali, il-ħtigijiet relevanti meħtieġa għal speċji bovini fl-Artikolu 3(2)(ċ), (d), (f), (g) u (h) tad-Direttiva 64/432/KEE jew l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/68/KEE;

▼M7

(b) meta dawn ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fi (a), dawn għandhom jiġu minn qasam li fih l-ebda każ ta' bruċellożi jew tuberkolożi ma jkunu ġew reġistrati matul l-aħħar 42 jum preċedenti tat-tgħabija ta' l-annimali u li r-ruminanti kienu għat-3° jum preċedenti tal-konsenja għaddew b'riżultati negattivi minn test għall-bruċellożi u t-tuberkolożi;

▼A1

(ċ) skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, id-disposizzjonijiet jistgħu jkunu adottati fir-rigward ta' leukosis;

▼B

3. fil-każ ta’ suidae:

(a) dawn ma jridux ikunu ġejjin minn qasam li huwa suġġett għal miżuri ta’ projbizzjoni marbuta mal-preżenza ta’ marda Afrikana tal-ħnieżer bi qbil ma’ l-Artikolu 9a tad-Direttiva 64/432/KEE;

(b) iridu jkunu ġejjin minn qasam li ma jkunx suġġett għal xi restrizzjonijiet meħtieġa fid-Direttiva 80/217/KEE bħala riżultat tal-marda klassika tal-ħnieżer;

(ċ) iridu jkunu ġejjin minn qasam ħieles mill-bruċellożi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE u jissodisfaw il-ħtiġijiet relevanti tas-saħħa ta’ l-annimali kif meħtieġa fid-Direttiva 64/432/KEE;

(d) meta ma jkunux ġejjin minn merħla li tilħaq il-kondizzjonijiet meħtieġa f’(ċ), dawn għandhom, fit-30 jum ta’ qabel il-konsenja tagħha, ikunu għaddew b’riżultati negattivi minn test iddisinjat biex juri l-assenza ta’ antikorpi ta’ bruċellożi;

▼M7 —————

▼M7

4. il-ħtiġiet tat-testijiet riferuti f'dan l-Artikolu u l-kriterja tagħhom jistgħu ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom iqisu l-każ ta' ruminati mkabbra f'reġjuni arktiċi tal-Komunità.

Sa kemm ikun hemm id-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fis-sub-paragrafu preċedenti, ir-regoli nazzjoni għandhom jibqgħu li jkunu applikabbli.

▼B

B. Direttiva 64/432/KEE hija emendata kif ġej:

1. fl-Artikolu 2(b) u (ċ), għal annimal(i) bovini’ aqra “annimal(i) ta’ l-ispeċji bovini (inklużi Bubalus bubalus)”;

2. Is-segwenti Artikolu qed jiddaħħal:

“L- Artikolu 10a

Skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 12, iċ-ċertifikati tas-saħħa, li mudell tagħhom huwa riprodott fl-Anness F, jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati, partikolarment sabiex jingħata każ tal-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/65/KEE.”

L- Artikolu 7

A. Stati Membri għandhom jassiguraw li għasafar apparti minn dawk li hemm referenza għalihom fid-Direttiva 90/539/KEE jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk jilħqu dawn il-ħtiġijiet segwenti:

1. ġeneralment dawn għandhom:

(a) ikunu ġejjin minn oqsma li fihom l-influwenza avjana ma tkunx ġiet dianjostikata fit-30 jum li jippreċedu l-konsenja;

(b) ikunu ġejjin minn razzett jew żona li ma tkunx suġġetta għal restrizzjonijiet permezz ta’ miżuri li għandhom ikunu applikati biex jikkumbattu l-marda Newcastle.

Sakemm isseħħ l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 19 tad-Direttiva 90/539/KEE, ħtiġijiet nazzjonali biex jikkumbattu l-marda Newcastle għandhom jibqgħu jiġu applikati, b’konformità mad-disposizzjonijiet ġenerali tat-Trattat;

(ċ) ikunu, bi qbil mat-tielet subinċiż ta’ Artikolu 10 (1) ta’ Direttiva 91/496/KEE, kienu fi kwarantina, jekk huma kienu ġew impurtati minn pajjiż terz, fir-razzett li fih kienu meħuda wara li jkunu daħlu fit-territorju tal-Komunità;

2. b’żieda, psittacidae għandhom:

(a) ma jkunux ġejjin minn razzett, lanqas ma kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-psittacois (Chlamydia psittaci) tkun ġiet dianostikata.

Il-perjodu ta’ projbizzjoni sa mill-aħħar każ irreġistat u l-perjodu ta’ trattament taħt superviżjoni veterinarja rikonoxxuta permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 għandu jkun ta’ mill-anqas xahrejn;

(b) għandhom ikunu identifikati bi qbil ma’ l-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE.

Il-metodi għall-identifikazzjoni ta’ psittacidae, u partikolarment psittacidae morda, għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26;

(ċ) ikun akkumpanjat b’dokument kummerċjali iffirmat minn uffiċjal veterinarju jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett jew in-negozju ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti.

B. Fit-tieni sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 2 (2) ta’ Direttiva tal-Kunsill 91/495/KEE tas-27 ta’ Novembru 1970 li tikkonċerna s-saħħa pubblika u problemi ta’ saħħa ta’ l-annimali li jaffetwaw il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ laħam tal-fenek jew laħam tal-kaċċa li jkun trabba fi rziezet ( 16 ), il-kliem ‘i ratites (Ratitae)’ għandhom ikunu mdaħħla fit-tielet linja wara l-kliem “Direttiva 90/539/KEE”.

F’punt 1 ta’ l-Artikolu 2 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarja fi, u importazzjonijiet minn, pajjiżi terzi ta’ tjur u bajd tat-tfaqqis (a), il-kliem ‘u ratiti (Ratitae)’ għandhom ikunu miżjuda wara l-kliem ‘u ħġejjel.’

L- Artikolu 8

Stati Membri għandhom jassiguraw li naħal (Apis melifera) jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:

(a) ikunu ġejjin minn żona li ma tkunx suġġetta għal ordni ta’ projbizzjoni assoċjata ma’ ġrajja tal-foulbrood Amerikana.

Il-perjodu ta’ projbizzjoni għandu jibqa’ għal mill-anqas 30 jum wara l-aħħar każ irreġistrat u d-data li fiha x-xehdiet kollha f’raġġ ta’ tliet kilometri jkunu ġew eżaminati mill-awtorità kompetenti u x-xehdiet kollha infettati maħruqa jew ittrattati u spezzjonati għas-sodisfazzjon ta’ l-imsemmija awtorità kompetenti.

Bi qbil mal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26, u wara li jkun ikkonsultat il-Kumitat Xjentifiku Veterinarju, il-ħtiġijiet applikati lin-naħal (Apis melifera) jew ħtiġijiet ekwivalenti jistgħu jkunu applikati fuq naħal komuni;

(b) ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti mal-mudell fl-Anness E tad-dikjarazzjoni li għandha tkun mimlija mill-awtorità kompetenti biex jiċċertifika li l-ħtiġijiet ipprovduti f’(a) jkunu ġew milħuqa.

L- Artikolu 9

1.  Stati Membri għandhom jassiguraw li lagomorfi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ kummerċ biss jekk ikunu jilħqu l-ħtiġijiet segwenti:

(a) ma jkunux ġejjin minn jew ma kinux f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew tkun issuspettata li kienet preżenti matul l-aħħar xahar;

(b) iridu jkunu ġejjin minn razzett li fih l-ebda annimal ma juri sinjali kliniċi ta’ myxomatosis.

2.  Stati Membri li jenħtieġu ċertifikat tas-saħħa għal movimenti ta’ lagomorfi fit-territorju tagħhom jistgħu jenħtieġu li annimali li jkunu mibgħuta hemmhekk li jkunu akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrespondenti għal mudell fl-Anness E, issupplimentat b’din id-dikjarazzjoni segwenti:

“Jiena, li hawn taħt iffirmajt…niċċertifika li l-konsenja t’hawn fuq tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE u li l-annimali ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard meta kienu ġew eżaminati.”

Dan iċ-ċertifikat għandu jkun maħruġ mill-veterinarju uffiċjali jew mill-veterinarju responsabbli għal razzett ta’ oriġini u li jkun ingħata l-poter għal dan l-iskop mill-awtorità kompetenti u għat-tnissil industrijali, mill-veterinarju uffiċjali. Stati Membri li jixtiequ jużaw din l-għażla għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni li għandha tassigura li l-ħtieġa li hemm ipprovduta fl-ewwel paragrafu tkun ġiet sodisfatta.

3.  L-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jinħtieġu s-sottomissjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiggarantixxi l-ħtieġa pprovduta fil-paragrafu 1(a) tkun ġiet sodisfatta.

L- Artikolu 10

1.  Stati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm projbizzjoni fuq kummerċ ►M5  ————— ◄ mink u volpi li jkunu ġejjin minn jew li kienu f’kuntatt ma’ annimali minn razzett li fih il-marda tar-rabja tkun preżenti jew li jkun issuspettat li kienu preżenti fis-sitt xhur preċedenti, hekk li l-ebda programm ta’ tilqim ma jkun applikat.

▼M5

2.  Biex ikunu l-oġġett tal-kummerċ, il-klieb, il-qtates u n-nemsijiet iridu jissodisfaw il-ħtiġiet iddikjarati fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2002 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimli tal-gost u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE ( 17 ).

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.

3.  1. Bħala deroga mill-paragrafu 2, meta l-kummerċ ikun lejn l-Irlanda, ir-Renju Unit jew l-Isvezja, il-klieb, il-qtates u n-nemsijiet għandhom ikunu bla ħsara għall-kondizzjonijiet iddikjarati fl-Artikoli 6 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2. Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.

▼A2

4.  Bla ħsara għall-paragrafi 2 u 3, l-Irlanda, Ċipru, Malta u r-Renju Unit jistgħu jżommu r-regolamenti nazzjonali tagħhom dwar il-kwarantina għall-karnivori ►M5  bl-eċċezzjoni għall-ispeċji riferiti fil-paragrafi 2 u 3,  ◄ kollha, għall-primati, għall-friefet il-lejl u għal bhejjem oħra li huma suxxettibbli għar-rabja li jaqgħu taħt din id-Direttiva li ma jistax jintwera li twieldu fil-post tat-trobbija minn fejn joriginaw u miżmuma maqfula mit-twelid; madankollu iż-żamma ta' dawk ir-regolamenti ma tistax tkun ta' ħsara għat-tneħħija ta' kontrolli veterinarji fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri.

▼B

5.  Deċiżjoni 90/638/KEE hija emendata kif ġej:

1. dan is-subinċiż li ġej huwa miżjud ma' l-Artikolu 1:

“— għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja: il-kriterji provduti fl-Anness III.”

2. dan l-Anness li ġej huwa miżjud:




“ANNESS III

Kriterji għal programmi ta’ kontroll tal-marda tar-rabja

Programmi għal kontroll tal-marda tar-rabja għandhom mill-anqas ikun fihom:

(a) il-kriterji li hemm referenza dwarha f’punti 1 sa 7 ta’ l-Anness 1:

(b) informazzjoni ddettaljata rigward ir-reġjun jew reġjuni li dwarhom immunizzazzjoni orali ta’ volpi tkun seħħet bil-limiti naturali tagħha. Dan ir-reġjun jew dawn ir-reġjuni għandhom ikopru mill-anqas 6 000 km2 taż-żona nazzjonali totali ta’ Stat Membru u jistgħu jinkludu żoni ta’ biswit ta’ pajjiż terz;

(ċ) informazzjoni ddettaljata rigward it-tilqim li għandhom ikunu użati, is-sistema ta’ distribuzzjoni, id-densità u l-frekwenza ta’ kif tkun tqiegħdet in-nasba;

(d) fejn xieraq, id-dettalji kollha u n-nefqa u l-iskop ta’ skemi biex jikkonservaw jew jippreżervaw flora u fawna li jkunu ttieħdu minn organizzazzjonijiet volontarji fit-territorju kopert b’dawn il-proġetti.”

6.  Il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jinnomina istitut speċifiku biex jistabbilixxi l-kriterji meħtieġa għas-standardizzazzjoni tat-testijiet seroloġiċi u għandu jiddeċiedi dwar ir-responsabbiltajiet tiegħu.

7.  Stati Membri għandhom jassiguraw li l-ispejjeż ta’ l-applikazzjoni tat-test seroloġiku jkunu merfugħa mill-importaturi.

▼M5 —————

▼A1

L-Artikolu 10a

Fir-rigward tal-marda tar-rabbja (rabies) u skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 26, wara il-preżentazzjoni ta' ġustifikazzjoni xierqa, l-Artikoli 9 u 10 għandhom ikunu emendati biex jieħdu kont tas-sitwazzjoni fil-Finlandja u fl-Isvezja sabiex ikunu applikati lilhom l-istess disposizzjonijiet kif applikabbli għall-Istati Membri f'sitwazzjoni simili.

▼B

L- Artikolu 11

1.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu fl-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 21 u 23, semen, ova u embrijuni biss li jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa fil-paragrafi 2, 3 u 4 huma s-suġġett ta’ kummerċ.

2.  Semen ta’ ovini, kaprini u speċi ekwini għandhom, mingħajr preġudizzju għal xi kriterji li għandu jkun hemm konformità magħhom għad-dħul ta’ ekwidi f’kotba ta’ żwiemel tat-tkattir tar-razza għal ċertu tnissil speċifiku:

 ikunu ġew miġbura u pproċessati bl-għan ta’ inseminazzjoni artifiċjali f’ċentru approvat mill-lat tas-saħħa bi qbil ma’ l-Anness D (I), jew, fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini bħala deroga minn hawn fuq, f’razzett li jissodisfa l-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/68/KEE,

 ikunu ġew miġbura minn annimali li jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Anness D (II) (dhul u verifiki ta’ rutina ta’ annimali),

 ikun ġew miġbura, ipproċessati u ppreservati bi qbil ma’ l-Anness D (III),

 kienu akkumpanjati matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond ma hemm ipprovdut fl-Artikolu 26.

3.  Ova u embrijuni ta’ ovini/kaprini u speċi ekwini u ta’ majjali għandhom:

 kienu ġew imneħħija minn grupp ta’ ġbir approvat mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru u pproċessati f’laboratorju approvat minn donaturi tas-sess femminil li jilħqu l-kondizzjonijiet meħtieġa fl-Anness D (IV),

 ikun ġew ittrattati u maħżuna bi qbil ma’ l-Anness D (III),

 ikunu akkumpanjati matul it-trasport lejn Stat Membru ieħor b’ċertifikat tas-saħħa li jkun korrispondenti għal mudell li għandu jkun iddeterminat skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

Semen użat għall-inseminazzjoni ta’ donaturi femminili għandu jkun konformi mad-disposizzjonijiet tal-paragrafu 2 fil-każ ta’ nagħaġ, mogħoż u ekwidi u mad-disposizzjonijiet tad-Direttiva 90/429/KEE fil-każ ta’ majjali. Xi garanziji addizzjonali jistgħu jkunu ddeterminati skond il-proċedura provduta fl-Artikoli 26.

4.  Qabel il-31 ta’ Diċembru 1997 il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport flimkien ma’ xi proposti xierqa dwar l-implimentazzjoni ta’ dan l-L-Artikolu fid-dawl partikolarment ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

L- Artikolu 12

1.  Ir-regoli dwar verifiki stabbiliti bid-Direttiva 90/425/KEE għandhom ikunu applikabbli, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-organizzazzjoni ta’, u s-segwiment ta’ verifiki li għandhom ikunu mwettqa, fuq l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva li huma akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa. Annimali oħra jridu jkunu ġejjin minn oqsma suġġetti għall-prinċipji ta’ dik id-Direttiva f’dak li jirrigwarda verifiki ta’ oriġini u destinazzjoni.

2.  L-Artikolu 10 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu japplika lejn annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva.

3.  Għall-iskop ta’ kummerċ, l-Artikolu 12 tad-Direttiva 90/425/KEE għandu jkun estiż għal negozjanti li jżommu, fuq bażi permanenti jew okkażjonali, annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 7, 9 u 10.

4.  Il-komunikazzjoni tal-post ta’ destinazzjoni kif hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva 90/425/KEE għandu, fir-rigward ta’ annimali, semen, ova jew embrijuni akkumpanjati b’ċertifikat tas-saħħa bi qbil ma’ din id-Direttiva, jseħħ bl-użu tas-sistema Animo.

5.  Mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet speċifiċi ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha, meta jkollha suspett li ma jkunx hemm konformità ma’ din id-Direttiva jew li jkun hemm dubju dwar is-saħħa ta’ l-annimali jew il-kwantità tas-semen, l-ova jew l-embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, twettaq xi verifiki li hi tħoss li jkunu xierqa.

6.  Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri amministrattivi jew penali xierqa biex jippenalizzaw xi ksur ta’ din id-Direttiva, partikolarment meta jinstab li ċ-ċertifikati jew dokumenti mħejjija ma jkunux jikkorrispondu ma’ l-istat attwali ta’ l-annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1, li l-identifikazzjoni ta’ l-annimali jew prodotti f’dak il-każ ma jkunux għaddew mill-verifiki li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva.

L- Artikolu 13

1.  Kummerċ f’annimali li huma suxxettibbli għal mard li hu mniżżel fl-Anness A jew għal mard li hu mniżżel fl-Anness B, meta l-Istat Membru tad-destinazzjoni japplika l-garanzija li hemm provvediment dwarha fl-Artikoli 14 u 15, il-kummerċ f’semen, ova jew embrijuni ta’ annimali bħal dawn ikkonsenjati lejn u minn korpi, istitutjiet jew ċentri approvati bi qbil ma’ l-Anness Ċ għandhom ikunu s-suġġett ta’ dokument ta’ produzzjoni jew trasport li jkun jikkorrespondi mal-mudell fl-Anness E. Dan id-dokument, li għandu jkun mimli mill-veterinarju responsabbli għal korp, istitut jew ċentru ta’ oriġini, għandu jispeċifika li l-annimali, semen, ova jew embrijuni jkunu ġejjin mill-korp, istitut jew ċentru approvat bi qbil ma’ l-Anness Ċ u għandu jakkumpanjahom matul it-trasport.

2.  

(a) (a) Biex ikunu approvati, korpi, istitutjiet jew ċentri għandhom, f’dak li jirrigwarda mard notifikabbli, jissottomettu lejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru d-dokumenti relevanti kollha bħala sostenn li jirrigwardaw il-ħtiġijiet li jinstabu fl-Anness Ċ.

(b) Wara li tirċievi l-file li jirrigwarda t-talba għall-approvazzjoni jew għal tiġdid ta’ approvazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha teżaminaha fid-dawl ta’ l-informazzjoni li jkun fiha u, fejn xieraq, tar-riżultati tat-testijiet imwettqa fuq il-post.

(ċ) L-awtorità kompetenti għandha tneħħi l-approvazzjoni bi qbil mal-punt 3 ta’ l-Anness Ċ.

(d) Kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista ta’ korpi, istitutjiet u ċentri approvati, flimkien ma’ xi tibdiliet għal-lista. Il-Kummissjoni għandha twassal din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

▼A1

(e) L-Isvezja għandu jkollha perijodu ta' sentejn mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni biex timplimenta l-miżuri stabbiliti rigward korpi, istituzzjonijiet u ċentri.

▼B

L- Artikolu 14

1.  Meta Stat Membru jħejji jew ikun ħejja jew direttament inkella permezz ta’ min irabbi, programm volontarju jew obbligatorju ta’ kontroll jew monitoraġġ għal waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness B, dan jista’ jippreżenta l-programm lill-Kummissjoni u jisħaq partikolarment:

 id-distribuzzjoni tal-marda fit-territorju tiegħu,

 jekk il-mard ikun notifikabbli,

 ir-raġunijiet għaliex ikun beda l-programm, jittieħed każ ta’ l-effettività tiegħu dwar l-ispejjeż u s-sinifikat tal-marda,

 iż-żona ġeografika li fiha l-programm għandu jkun impost,

 il-kategoriji ta’ status li għandhom ikunu applikati lill-istabbilimenti, il-ħtiġijiet għal kull speċi meta jkunu introdotti f’razzett u l-proċeduri tat-testijiet li għandhom ikunu użati,

 il-programm ta’ proċeduri ta’ monitoraġġ, inkluża l-medda ta’ l-involviment ta’ min irabbi fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ kontroll jew monitoraġġ,

 l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal xi raġuni, razzett jitlef l-istatus tiegħu,

 il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tat-testijiet imwettqa permezz tal-programm ikunu pożittivi,

 in-natura mhux diskriminatorja ta’ kummerċ fit-territorju ta’ l-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-kummerċ intra-Komunitarju.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-programmi ppreżentati mill-Istati Membri. Programmi jistgħu jkunu approvati permezz tal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 b’konformità mal-kriterji provduti fil-paragrafu 1. Permezz ta’ l-istess proċedura, garanziji addizzjonali, ġenerali jew limitati, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ, għandhom ikunu definiti fl-istess waqt jew l-aktar tard tliet xhur wara l-preżentazzjoni tal-programmi. Garanziji bħal dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istati Membri jimplimentaw nazzjonalment.

3.  Programmi sottomessi minn Stati Membri jistgħu jkunu emendati jew issupplimentati permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Skond l-istess proċedura, jistgħu jsiru emendi għal garanziji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.

L- Artikolu 15

1.  Meta Stat Membru jikkonsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu ikun ħieles minn waħda mill-mardiet imniżżla fl-Anness B li dwarha l-annimali koperti b’din id-Direttiva huma suxxettibbli, dan għandu jippreżenta lill-Kummissjoni dokumentazzjoni xierqa ta’ sostenn, u jeżiġi partikolarment:

 in-natura tal-marda u l-istorja tas-seħħ tagħha fit-territorju tiegħu,

 ir-riżultati ta’ testijiet ta’ sorveljanza bbażati fuq investigazzjonijiet seroloġiċi, mikrobioloġiċi, patoloġiċi jew epidemjoloġiċi,

 il-perjodu li matulu din il-marda kienet notifikabbli lill-awtoritajiet kompetenti,

 il-perjodu li matulu s-sorveljanza tkun imwettqa,

 fejn applikabbli, il-perjodu li matulu t-tilqima kontra l-marda tkun ġiet ipprojbita u ż-żona ġeografika kkonċernata bil-projbizzjoni,

 l-arranġamenti għal verifika ta’ l-assenza tal-marda.

2.  Il-Kummissjoni għandha teżamina d-dokumentazzjoni provduta fil-paragrafu 1 u tissottometti lill-Kumitat Permanenti Veterinarju deċiżjoni li tapprova jew tiċħad il-pjan ippreżentat mill-Istat Membru. Jekk il-pjan ikun aċċettat, il-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li jistgħu jkunu meħtieġa fil-kummerċ għandhom ikunu definiti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26. Dawn m’għandhomx jeċċedu dawk li l-Istat Membru jimplimenta nazzjonalment.

Sa kemm isseħħ deċiżjoni, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jħalli n-negozjati fil-kummerċ tiegħu l-ħtiġijiet relevanti meħtieġa sabiex iżomm l-istatus tiegħu.

3.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’xi tibdil fil-partikolaritajiet speċifikati fil-paragrafu 1. Il-garanziji definiti kif imniżżla fil-paragrafu 2 jistgħu, fid-dawl ta’ notifika bħal din, ikunu emendati jew imneħħija skond il-proċedura provduta fl-Artikolu 26.



IL-KAPITOLU III

Disposizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni fil-Komunità

L- Artikolu 16

Il-kondizzjonijiet applikabbli dwar importazzjoni ta’ annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva għandhom mill-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II.

▼M5

Rigward il-qtates, il-klieb u n-nemsijiet, il-kondizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu jkunu mill-inqas ekwivalenti għal dawk tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

Iċ-ċertifikat li jakkumpanja l-annimali irid ukoll jikkonferma illi, 24 siegħa qabel id-dispaċċ ta’ l-annimali, twettaq eżami kliniku minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li juri illi l-annimali kienu b’saħħithom u kapaċi jissaportu l-ġarr għad-destinazzjoni tagħhom.

▼B

L- Artikolu 17

1.  Għall-iskopijiet ta’ l-applikazzjoni uniformi ta’ l-Artikolu 16, għandhom ikunu applikabbli d-disposizzjonijiet tal-paragrafi li ġejja.

2.  Annimali, semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1 biss li jissodisfaw il-ħtiġijiet segwenti jistgħu jkunu importati fil-Komunità:

(a) iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz fuq lista li għandha tkun imħejjija bi qbil mal-paragrafu 3 (a);

(b) iridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi ma’ mudell li għandu jkun imħejji permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, iffirmat mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż li jesporta u jiċċertifika li l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijuni jkunu jilħqu l-kondizzjonijiet addizzjonali jew joffru l-garanziji ekwivalenti li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 u jkunu ġejjin minn ċentri, korpi, istitutjiet jew ċentri ta’ ġbir approvati li joffru garanziji bħal dawn.

3.  Is-segwenti għandu jkun stabbilit permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26:

▼M7

(a) lista ta' pajjiżi terzi jew tal-partijiet ta' pajjiżi terzi li jistgħu jipprovdu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b'garanziji ekwivalenti għal dawk li hemm provvediment dwarhom fil-Kapitolu 11 b'relazzjoni ma l-annimali, semen, ova u embrijuni,

u

(b) mingħajr preġudizju għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/63/KE tal-31 ta' Jannat 1994 li tħejji lista ta' pajjiżi terzi li minn għandhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen, l-ova u l-embrijuni tal-ispeċje ta' l-ovini u l-kaprini u ta' l-ova u l-embrijuni tal-ispeċje tal-porċini ( 18 ), lista ta' ċentri tal-ġbir minn fejn dawn il-pajjiżi terzi jkunu jistgħu jagħatu l-garanziji li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 11.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bi emendi proponuti għal-listi taċ-ċentri u l-Istati membru għandhom ikollhom 10 tijiem utili, mid-data tal-wasla ta' l-emendi proponuti, sabiex jingħatu l-kummenti bil-miktub tagħhom lejn il-Kummissjoni.

Meta l-ebda kummen ti bil-miktub ma jkunu waslu minn għand l-Istati Membri matul il-perijodu ta' 10 ijiem utili, l-emendi proponuti għandhom ikunu meqjusa bħala li kienu ġew aċċettati mill-Istati Membri u l-importazzjoni għandha tkun awtorizzata bi qbil mal-listi emendati meta l-Kummissjoni tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati membri u tal-pajjiż terz ikkonċernat li l-emendi huma ippubblikati fuq il-website tal-Kummissjoni.

Meta l-kummenti bil-miktub ikunu waslu mingħand mil-anqas Stat membru wieħed matul il-perijodu ta' 10 ijiem utili, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-annimali fil-laqgħa segwenti tiegħu għal deċiżjoni sabiex ikunu adottati bi qbil mal-proċedura riferuta fit-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 26.

▼B

(ċ) il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ saħħa ta’ l-annimali - partikolarment għal protezzjoni tal-Komunità minn ċertu mard eżotiku - jew garanziji ekwivalenti għal dawk li hemm provvediment dwarhom f’din id-Direttiva.

Il-ħtiġijiet speċifiċi u l-garanziji ekwivalenti stabbiliti għal pajjiżi terzi ma jistgħux ikunu aktar favorevoli minn dawk li hemm provvediment dwarhom f’Kapitolu II.

4.  Il-lista li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 3 tista’ tinkludi biss pajjiżi terzi jew partijiet ta’ pajjiżi terzi:

(a) li minnhom importazzjoni ma tkunx ipprojbita:

 bħala riżultat ta’ l-eżistenza ta’ waħda mill-mardiet li hemm referenza dwarha fl-Anness A jew xi mard eżotiku ieħor lejn il-Komunità,

 bis-saħħa ta’ l-Artikoli 6, 7 u 14 tad-Direttiva 72/462/KEE u l-Artikolu 17 tad-Direttiva 91/495/KEE u tad-Direttiva 71/118/KEE ( 19 ) jew, fil-każ ta’ l-annimali l-oħra koperti b’din id-Direttiva, permezz ta’ deċiżjoni meħudha bi qbil mal-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26, wara li jkun ikkunsidrat l-istat tas-saħħa tagħhom;

(b) li, minħabba l-leġislazzjoni tagħhom u ta’ l-organizzazzjoni tas-servizzi veterinarji tagħhom u tas-servizzi ta’ spezzjoni, il-poteri ta’ servizzi bħal dawn u tas-superviżjoni li jkunu s-suġġett, jew kienu rikonoxxuti, bi qbil ma’ l-Artikolu 3 (2) tad-Direttiva 72/462/KEE, bħala li jistgħu jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni eżistenti tagħhom;

(ċ) is-servizzi veterinarji li jkunu jistgħu jiggarantixxu li l-ħtiġijiet tas-saħħa jkunu mill-anqas ekwivalenti għal dawk meħtieġa fil-Kapitolu II ikunu b’konformità magħhom.

5.  Esperti mill-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post biex jivverifikaw jekk il-garanziji mogħtija mill-pajjiż terz rigward il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ikunux jistgħu jiġu meqjusa bħala ekwivalenti għal dawk applikati fil-Komunità.

L-esperti mill-Istati Membri responsabbli għal dawn l-ispezzjonijiet għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni li taġixxi fuq proposta mill-Istati Membri.

Dawn l-ispezzjonijiet għandhom iseħħu f’isem il-Komunità, li għandha terfa’ l-ispiża ta’ xi nefqa f’dan ir-rigward.

6.  Sa kemm isseħħ l-organizzazzjoni għall-ispezzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 5, regoli nazzjonali applikabbli għall-ispezzjoni f’pajjiżi terzi għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, suġġett għal notifika, permezz tal-Kumitat Permanenti Veterinarju, dwar xi nuqqas ta’ konformità mal-garanziji offruti bi qbil mal-paragrafu 3, li jinstabu matul dawn l-ispezzjonijiet.

L- Artikolu 18

1.  Stati Membri għandhom jassiguraw li l-annimali, semen, ova u embrijuni koperti b’din id-Direttiva jkunu importati fil-Komunità biss jekk dawn:

 huma akkumpanjati b’ċertifikat li għandu jkun imħejji mill-veterinarju uffiċjali.

 Il-mudell taċ-ċertifikat għandu, jiddependi mill-ispeċi, ikun imħejji skond il-proċedura meħtieġa fl-Artikolu 26,

 ikun issodisfa l-verifiki meħtieġa bid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE ( 20 ),

 ikunu għaddew, qabel il-konsenja lejn territorju tal-Komunità, minn verifika minn veterinarju uffiċjali biex jassigura li l-kondizzjonijiet tat-trasport speċifikati fid-Direttiva 91/628/KEE ( 21 ) jkunu saru b’konformità tagħha, partikolarment f’dak li jirrigwarda l-għoti ta’ ilma tax-xork u l-għalf,

 ikunu, fil-każ ta’ annimali li hemm referenza għalihom fl-Artikoli 5 sa 10, inżammu fi kwarantina qabel ma jitqiegħdu fis-suq, bi qbil mar-regoli ddettaljati li għandhom ikunu stabbiliti permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26.

2.  Sakemm ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi għal dan l-Artikolu, ir-regoli nazzjonali applikabbli għal importazzjoni minn pajjiżi terzi li dwarhom dawn il-ħtiġijiet ma jkunux ġew adottati fil-livell tal-Komunità għandhom jibqgħu jkunu applikabbli, sakemm dawn ma jkunux aktar favorevoli minn dawk meħtieġa f’Kapitolu II.

L- Artikolu 19

Is-segwenti għandu jkun deċiż permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26:

(a) ħtiġijiet speċifiċi dwar is-saħħa ta’ l-annimali, għal importazzjoni fil-Komunità, u n-natura u l-kontenut ta’ dokumenti li jakkumpanjaw annimali intenzjonati għal ġonna żooloġiċi, kummidji, ġonna ta’ divertiment jew laboratorji sperimentali, skond l-ispeċi;

(b) garanziji addizzjonali għal dawk li hemm provvediment dwarhom fir-rigward ta’ speċi varji ta’ annimali koperti b’din id-Direttiva, biex ikunu protetti l-ispeċi kkonċernati tal-Komunità.

L- Artikolu 20

Il-prinċipji u r-regoli meħtieġa fid-Direttiva 90/675/KEE għandhom japplikaw, b’referenza partikolari għall-organizzazzjoni ta’ u s-segwiment ta’ l-ispezzjonijiet li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u tal-miżuri ta’ salvagwarda li għandhom ikunu implimentati.

Sa kemm ikunu implimentati d-deċiżjonijiet li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 8(3) u Artikolu 30 tad-Direttiva 91/496/KEE, ir-regoli nazzjonali relevanti għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 8 (1) u (2) ta’ l-imsemmija Direttiva għandhom jibqgħu jkunu applikati, mingħajr preġudizju għal konformità mal-prinċipji u r-regoli li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.



IL-KAPITOLU IV

Disposizzjonijiet Komuni Finali

L- Artikolu 21

Xi kampjuni ta’ ċertifikati applikabbli għal kummerċ u l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li għandhom ikunu milħuqa biex ikun possibbli għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni apparti minn dawk koperti bl-Artikoli 5 sa 11 għandhom, jekk jinqala’ l-każ, li jkunu ddeterminati permezz tal-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

L- Artikolu 22

L-Annessi ta’ din id-Direttiva għandhom, meta tinqala’ l-ħtieġa, ikunu emendati skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 26.

▼A1

L-Anness B għandu jkun eżaminat mill-ġdid qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' l-Adeżjoni sabiex, partikolarment, tkun emendata l-lista ta' mard biex tinkludi dawk li għalihom ruminanti u suidae huma suxxettibli u dawk li huma trasmessi minn sperma ta' l-ovini u minn embrijuni.

▼B

L- Artikolu 23

Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, ħtiġijiet speċjali jistgħu jkunu meħtieġa, jekk xieraq, bħala deroga ►M7  ————— ◄ minn Kapitolu II, għal moviment ta’ annimali tal-kummiedji jew tal-luna park u għal kummerċ f’annimali, semen, ova u embrijuni intenzjonati għal ġonna zooloġiċi.

L- Artikolu 24

1.  L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jimponu fuq id-dħul fit-territorju tagħhom dawk l-annimali (inkluż għasafar tal-gaġġa), semen, ova u embrijuni li hemm referenza għalihom f’din id-Direttiva li jkunu għaddew mit-territorju ta’ pajjiż terz għall-produzzjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa li jiċċertifika konformità mal-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva.

2.  Stati Membri li jkollhom rikors lejn il-possibbilità pprovduta fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-Kumitat Permanenti Veterinarju.

L- Artikolu 25

Dan li ġej għandu jkun miżjud ma’ l-Anness A ta’ Direttiva 90/425/KEE:

“Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) tad-Direttiva 90/425/KEE (ĠU Nru L 268, 14. 9. 1992, p. 54).”

▼M7

L-Artikolu 26

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejjuna mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali, stabbilit bl-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ).

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu applikabbli.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE ( 23 ) għandu jkun stabbilit għal tlett xhur.

3.  Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli tal-Proċedura tiegħu.

▼B

L- Artikolu 27

Stati Membri li jimplimentaw sistema alternattiva ta’ kontroll li tipprovdi garanziji ekwivalenti għal dawk meħtieġa f’din id-Direttiva f’dak li jirrigwarda movimenti fit-territorju tagħhom ta’ l-annimali, semen, ova u embrijuni li din tkopri, jistgħu jagħtu lill-xulxin derogi mill-Artikolu 6(A)(i)(f), Artikolu 8(b) u Artikolu 11(1)(d) fuq bażi reċiproka.

L- Artikolu 28

Permezz tal-proċedura provduta fl-Artikolu 26, miżuri transitorji jistgħu jkunu adottati għal perjodu ta’ tliet snin sabiex jiffaċilitaw it-trasmissjoni ta’ l-arranġamenti l-ġodda stabbiliti b’din id-Direttiva.

L- Artikolu 29

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu b’effett il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva qabel l-1 ta’ Jannar 1994. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta dawn il-miżuri jkunu adottati mill-Istati Membri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal dik fl-okkażjoni tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi biex jagħmlu referenza bħal dik għandhom ikunu meħtieġa mill-Istati Membri.

2.  Stati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam regolat b’din id-Direttiva.

3.  L-iffissar ta’ limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni f’liġi nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 1994 għandu jkun mingħajr preġudizju għall-abolizzjoni tal-verifiki veterinarji fuq il-fruntieri li hemm provvediment dwarhom fid-Direttiva 89/662/KEE u 90/425/KEE.

L- Artikolu 30

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M6




ANNESS A



IL-MARD NOTIFIKABBLI FIL-KUNTEST TA' DIN ID-DIRETTIVA

Marda

Ordni/familja/speċi primarjament konċernata

Marda Afrikana taż-żwiemel

Ekwidej

Id-deni tal-ħnieżer nisa

Swidej u Tajasswidej

L-influwenza ta' l-għasafar

Tjur

Foulbrood Amerikana

Apis

Antraċi

Bovidae, Camelidae, Cervidae, Elephantidae, Ekwidej u Hippo-potamidae

Bluetongue

Antilocapridae, Bovidae, Cervidae, Giraffidae, u Rhinocerotidae

Brucella abortus

Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippo-potamidae u Tragulidae

Brucella melitensis

Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, Hippo-potamidae u Tragulidae

Brucella ovis

Camelidae, Tragulidae, Cervidae, Giraffidae, Bovidae u Antil-ocapridae

Brucella suis

Cervidae, Leporidae, Ovibos moschatus, Suidae u Tayassuidae

Swine Fever Klassika

Suidae u Tayassuidae

Pleuropneumonia kontagjuża tal-bovini

Bovini (inklużi żebu, buflu, biżonte u yak)

Ebola

Primati mhux umani

Mard ta' l-ilsien u d-dwiefer

Artiodactyla u iljunfati Asjatici

Infectious haematopoeitic necrosis

Salmonide

Marda tal-gilda mħattba

Bovidae u Giraffidae

Monkey pox

Rodentia u primati mhux umani

Mycobacterium bovis

Mammiferi, parkikolarment Antilocapridae, Bovidae, Camelidae, Cervidae, Giraffidae, u Tragulidae

Newcastle disease

Aves

Peste des petits ruminants

Bovidae u Suidae

Porcine enterovirus encephalomyelitis

Suidae

Psitacosis

Psittaciformes

Rabies

Carnivora u Chiroptera

Rift valley fever

Bovidae, Camelus speċi u Rhinocerotidae

Rinderpest

Artiodactyla

Small hive beetle (Aethina tumida)

Apis u Bombus

Sheep and goat pox

Bovidae

Marda vexxikoluża tal-majjal

Suidae u Tayassuidae

Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp).

Apis

Vexxikoluża stomatitis

Artiodactyla u Equidae

TSE

Bovidae, Cervidae, Felidae u Mustelidae

▼B




ANNESS B



LISTA TA' MARD LI DWARU L-PROGRAMMI NAZZJONALI JISTGĦU JKUNU RIKONOXXUTI PERMEZZ TA' DIN ID-DIRETTIVA

Mink

Enterite virali

Mard Alewzjan

Naħal

Foulbrood Ewropew

Varroasus u acariasis

Xadini u felidi

Tuberkolożi

Ruminanti

Tuberkolożi

Lagomorfi

Myxomatosis

Mard emoraġiku virali

Tularaemia

▼M3




ANNESS Ċ

KONDIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-APPROVAZZJONI TA’ KORPI, ISTITUTI JEW ĊENTRI

1. Sabiex tingħata approvazzjoni uffiċjali skond l-Artikolu 13(2) ta’ din id-Direttiva, korp, istitut jew ċentru kif definit fl-Artikolu 2(1)(ċ) għandu:

(a) ikun mmarkat b’mod ċar u separat mill-ambjent tiegħu, jew l-annimali jkunu magħluqa jew imqiegħda b’mod li ma jkunux ta’ riskju sanitarju lill-impriżi agrikoli li l-istat ta’ saħħa tagħhom jista’ jitqiegħed fil-periklu;

(b) ikollhom mezz xieraq biex jaqbdu, jagħlqu u jiżolaw annimali u, jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom faċilitajiet ta’ kwarantina xierqa u proċeduri approvati għal annimali ġejjin minn imkejjen mhux approvati;

(ċ) ikunu ħielsa mill-mard elenkat fl-Anness A u l-mard elenkat fl-Anness B meta l-pajjiż ikollu programm skond l-Artikolu 14. Sabiex korp, istitut jew ċentru jiġi ddikjarat liberu minn dan il-mard l-awtorità lokali kompetenti għandha tagħmel eżami tar-reġistri ta’ l-istat sanitarju ta’ l-annimali miżmuma għall-inqas għat-tliet snin preċedenti u r-riżultati tat-testijiet kliniċi u tal-laboratorji mwettqa fuq l-annimali fil-korp, istitut jew ċentru. B’danakollu, b’deroga minn dan ir-rekwiżit, għandhom jiġu approvati stabbilimenti ġodda jekk l-annimali miġbura hemm ikunu ġejjin minn stabbilimenti approvati;

(d) iżommu reġistri aġġornati li jindikaw:

(i) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali ta’ kull speċi preżenti fl-istabbiliment;

(ii) in-numru, l-identità (età, sess, speċi u identifikazzjoni individwali fejn hu prattiku) ta’ l-annimali li jaslu fl-istabbiliment jew jitilqu minnu, flimkien ma’ l-informazzjoni dwar l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, it-trasport minn jew lejn l-istabbiliment u l-istat sanitarju ta’ l-annimali;

(iii) ir-riżultati ta’ testijiet tad-demm u proċeduri djanjostiċi oħra;

(iv) il-każijiet ta’ mard u, fejn xieraq, it-trattament mogħti;

(v) ir-riżultati ta’ l-eżamijiet post-mortem fuq annimali li mietu fl-istabbiliment, inklużi annimali li twieldu mejta;

(vi) l-osservazzjonijiet li saru waqt xi perjodu ta’ iżolament jew kwarantina;

(e) ikollhom jew arranġament ma’ laboratorju kompetenti biex iwettqu eżamijiet post-mortem, jew ikollhom post wieħed jew aktar xierqa fejn dawn l-eżamijiet jistgħu jitwettqu minn persuna kompetenti taħt l-awtorita’ tal-veterinarju approvat;

(f) ikollhom jew arranġamenti xierqa jew faċilitajiet fil-post għal tneħħija xierqa ta’ l-iġsma ta’ annimali li jmutu minn marda jew jiġu ewtanizzati;

(g) jiżguraw, b’kuntratt jew strument legali ieħor, is-servizzi ta’ veterinarju approvat minn jew taħt il-kontroll ta’ l-awtorità lokali kompetenti, li:

(i) għandha tikkonforma mutatis mutandis mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 14(3)(B) tad-Direttiva 64/432/KEE,

(ii) għandha taċċerta li jiġu approvati mill-awtorità lokali kompetenti u applikati fil-korp, istitut jew ċentru, miżuri xierqa ta’ sorveljana u kontroll dwar is-sitwazzjoni tal-mard fil-pajjiż ikkonċernat. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu:

 pjan ta’ sorveljanza annwali tal-mard li jinkludi kontroll xieraq fuq l-annimali għaż-żoonożi,

 testijiet kliniċi, tal-laboratorju, u ta’ post-mortem ta’ annimali suspettati li jkunu milquta minn mard li jittieħed,

 vaċċinazzjoni ta’ annimali suxxettibili għall-mard infettiv kif xieraq, biss b’mod konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja;

(iii) tiżgura li xi mewt suspettuża jew preżenza ta’ sintomu li joħloq suspett li l-annimali li ħadu xi marda jew aktar mill-mard imsemmi fl-Annessi A u B tiġi avżata bihom mingħajr dewmien l-awtorità lokali kompetenti, jekk dik il-marda partikolari trid tiġi notifikata fl-Istat Membru kkonċernat;

(iv) tassigura li l-annimali deħlin ġew iżolati kif meħtieġ, u skond ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u l-istruzzjonijiet, jekk hemm, mogħtija mill-awtorità kompetenti;

(v) ikun responsabbli għall-konformita’ ta’ kuljum mar-rekwiżiti sanitarji ta’ l-annimali ta’ din id-Direttiva u leġislazzjoni Komunitarja dwar il-benessri ta’ l-annimali waqt it-trasport u t-tneħħija ta’ l-iskart ta’ l-annimali;

(h) jekk iżżomm annimali maħsuba għal laboratorji li jwettqu esperimenti, isir skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 86/609/KEE.

2. L-approvazzjoni għandha tibqa meta ir-rekwiżiti li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a) il-post huwa taħt il-kontroll ta’ veterinarju uffiċjali mill-awtorità kompetenti, li għandu:

(i) jżur il-post tal-korp, istitut jew ċentru għall-inqas darba kull sena;

(ii) jivverifika l-attività tal-veterinarju approvat u l-implimentazzjoni tal-pjan annwali ta’ sorveljanza;

(iii) jassigura li jintlaħqu d-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(b) jiġu ntrodotti biss fl-istabbiliment dawk l-annimali li jiġu minn korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, skond id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(ċ) il-veterinarju uffiċjali jivverifika li:

 id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu sodisfatti,

 ir-riżultati tat-testijiet kliniċi, tal-post-mortem u tal-laboratorji fuq l-annimali ma jkunu żvelaw l-ebda okkorrenza tal-mard imsemmi fl-Annessi A u B;

(d) il-korp, l-istituzzjoni jew iċ-ċentru jżomm ir-reġistri msemmija fil-punt 1(d) wara l-approvazzjoni, għal perjodu ta’ mhux inqas minn għaxar snin.

3. B’deroga mill-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva u l-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, annimali inklużi xadini (simiae u prosimiae) li joriġinaw minn band’oħra barra mill-korp, istitut jew ċentru approvat jistgħu jiġu ntrodotti f’korp, istitut jew ċentru approvat, kemm-il darba dawn l-annimali jiġu sottomessi għal kwarantina taħt kontroll uffiċjali u skond l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti qabel ma jidħlu f’dak l-istabbiliment.

Għax-xadini (simiae u prosimiae) ir-rekwiżiti tal-kwarantina stabbiliti fil-Kodiċi Internazzjonali Sanitarju tal-OIE (Kapitolu 2.10.1 u Appendiċi 3.5.1) għandhom jiġu rispettati.

Għal annimali oħrajn fil-kwarantina skond il-punt 2(b) ta’ dan l-Anness, il-perjodu ta’ kwarantina għandu jkun mhux inqas minn 30 jum għar-rigward tal-mard elenkat fl-Anness A.

4. Annimali miżmuma f’korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu biss jinħarġu mill-istabbiliment jekk huma destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat ieħor, f’dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor; iżda jekk mhux destinati għal korp, istitut jew ċentru approvat, jistgħu jinħarġu biss skond ir-rekwiżiti ta’ l-awtorità kompetenti biex jiġi aċċertat li ma hemm l-ebda riskju ta’ tixrid tal-mard.

5. Meta l-Istat Membru jkollu l-benefiċċju ta’ garanziji addizzjonali taħt leġislazzjoni Komunitarja, jista’ jitlob rekwiżiti u ċertifikazzjoni addizzjonali xierqa għall-ispeċi suxxettibbli li jkunu ser jiżdiedu mal-korp, istitut jew ċentru approvat.

6. Il-proċeduri għas-sospensjoni, l-irtirar jew restituzzjoni parzjali jew fl-intier, ta’ l-approvazzjoni huma dawn li ġejjin:

(a) meta l-awtorità lokali kompetenti ssib li r-rekwiżiti tal-punt 2 ma ġewx sodisfatti jew kien hemm tibdil fl-użu li ma jkunx għadu kopert mill-Artikolu 2 ta’ din id-Direttiva, l-approvazzjoni għandha tiġi sospiża jew irtirata;

(b) meta jingħata avviż ta’ suspett ta’ waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A jew B, l-awtorità lokali kompetenti, għandha tissospendi l-approvazzjoni tal-korp, istitut jew ċentru, sakemm is-suspett jitneħħa uffiċjalment. Skond il-marda involuta u r-riskju tat-tixrid tal-mard, is-sospensjoni tista’ tirreferi għall-istabbiliment kollu jew biss għal xi kategoriji ta’ annimali suxxettibbli għall-marda in kwistjoni. L-awtorità lokali kompetenti għandha tiżgura li l-miżuri meħtieġa biex jiġi konfermat jew eskluż is-suspett, u li jiġi evitat it-tixrid tal-mard, skond leġislazzjoni Komunitarja li tirregola l-miżuri meħuda kontra l-marda in kwistjoni u dwar il-kummerċ fl-annimali;

(ċ) meta tiġi kkonfermata l-marda suspettata, il-korp, istitut jew ċentru għandu jiġi approvat mill-ġdid biss, meta l-kondizzjonijiet stabbiliti f’punt 1 ta’ dan l-Anness, minbarra l-punt 1(ċ), jerġgħu jiġu sodisfatti wara l-eradikazzjoni tal-marda u ta’ l-għejun ta’ infezzjoni fil-post, inkluż tindif u diżinfettazjoni xierqa;

(d) l-awtorità lokali kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar is-sospensjoni, l-irtirar jew ir-restituzzjoni ta’ approvazzjoni ta’ korp, istitut jew ċentru.

▼B




ANNESS D

▼M1

KAPITOLU I

I.   Kondizzjonijiet li jirregolaw l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-ġbir ta' sperma

Iċ-ċentri tal-ġbir ta' l-isperma għandhom:

1. jitqiegħdu taħt is-sorveljanza ta' “veterinarju taċ-ċentru”;

2. ikollhom ta' l-anqas

(a) akkomodazzjoni ta' l-annimali li tissakkar u jekk meħtieġ spazju għall-eżerċizzju ta' l-ekwini li jkunu mifruda fiżikament mill-faċilitajiet tal-ġbir, mill-kmamar ta' l-ipproċessar u tal-ħażna;

(b) faċilitajiet ta' l-iżolament li ma jkollhomx komunikazzjoni diretta ma' l-akkomodazzjoni normali ta' l-annimali;

(ċ) faċilitajiet għall-ġbir ta' l-isperma inkluża kamra separata għat-tindif u d-disinfettar jew l-isterilizzazzjoni tat-tagħmir;

(d) kamra għall-ipproċessar ta' l-isperma separata mill-faċilitajiet għall-ġbir li mhux neċessarjament ikunu fl-istess post;

(e) kamra għall-ħażna ta' l-isperma li ma mhux neċessarjament tkun fl-istess post;

3. ikunu mibnija jew isolati b'mod li ma jkunx jista' jsir kuntatt mal-qobla ta' barra;

4. ikunu mibnija b'mod li ċ-ċentru kollu bl-eċċezzjoni tal-kmamar ta' l-uffiċini u, fil-każ ta' ekwini, in-naħa ta' l-eżerċizzju, tista' tkun faċilment imnaddfa u ddisinfettata.

II.   Kondizzjonijiet għas-sorveljanza taċ-ċentri għall-ġbir ta' l-isperma

Iċ-ċentri għall-ġbir ta' l-isperma għandhom:

1. ikunu ssorveljati li jkun fihom biss annimali ta' l-ispeċi li għandha tinġabar l-isperma tagħha;

B'danakollu, annimali domestiċi oħra jistgħu jiddaħħlu, basta li ma jkun hemm l-ebda riskju ta' l-infezzjoni għal dawk l-ispeċi li tinġabar l-isperma tagħhom u jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabiliti mill-veterinarju taċ-ċentru.

Jekk fil-każ ta' l-ekwidi ċ-ċentru tal-ġbir jikkondividi post ta' ċentru jew servizz għal inseminazzjoni artifiċjali, hekk jiddaħħlu dwieb, żwiemel tar-refgħa għat-taħrik u żwiemel tar-refgħa għal servizz naturali kemm-il darba jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Anness D il-Kapitolu II il-paragrafi A(1), (2), (3) u (4);

2. ikunu osservati regolarment biex jassiguraw li jinżammu r-reġistri li juru:

 l-ispeċi, r-razza, d-data tat-twelid u l-identifikazzjoni ta' kull annimal preżenti fiċ-ċentru,

 kull moviment ta' l-annimali li jidħlu jew jitilqu miċ-ċentru,

 il-profil ta' saħħa u t-testijiet dijanjostiċi kollha u r-riżultati tagħhom, il-kura u t-tilqim imwettaq fuq l-annimali miżmuma,

 id-data tal-ġbir u l-ipproċessar ta' l-isperma,

 id-destinazzjoni ta' l-isperma,

 il-ħażna ta' l-isperma;

3. ikunu spezzjonati minn veternarju uffiċjali matul l-istaġun tat-tgħammir ta' mill-anqas darba fis-sena fil-każ ta' l-annimali li jitgħammru staġjonalment u darbtejn f'sena fil-każ ta' tgħammir mhux staġjonali sabiex jikkunsidra u jivverifika l-materji kollha relatati mal-kondizzjonijiet ta' l-approvazzjoni u s-superviżjoni;

4. ikun hekk issorveljat li ma jitħalliex dħul ta' persuni mhux awtorizzati. B'żieda ma' dan, visitaturi awtorizzati jistgħu jkunu meħtieġa li jkunu konformi mal-kondizzjonijiet stipulati mill-veterinarju taċ-ċentru;

5. jimpjegaw staff kompetenti li jkunu rċievew taħriġ adegwat dwar it-teknika tad-diżinfettar u l-iġjene biex jippreveni l-firxa tal-mard;

6. ikunu osservati kontinwament sabiex:

 l-ebda mill-annimali miżmuma fiċ-ċentru ma jintużaw għat-tgħammir naturali ta' l-anqas 30 jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u matul il-perijodu tal-ġbir,

 il-ġbir, l-ipproċessar u l-ħażna ta' l-isperma jitwettaq biss fil-post maqtugħ għalih għal dawn l-iskopijiet,

 l-utensili li jiġu f'kuntatt ma l-isperma jew ma l-annimal donatur matul il-ġbir jew l-ipproċessar ikunu jew iddisinfettati jew sterilizzati kif jixraq qabel ma jintużaw jew ikunu ġodda, li jintużaw darba biss u li jintremew wara li jintużaw,

 Jekk, fil-każ ta' l-ekwini, iċ-ċentru tal-ġbir jikkondividi post ma' ċentru ta' l-inseminazzjoni artifiċjali jew ma' ċentru ta' servizz, għandu jkun hemm separazzjoni stretta bejn l-istrumenti u t-tagħmir għall-inseminazzjoni artifiċjali jew is-servizz naturali u l-istrumenti u t-tagħmir li jiġi f'kuntatt ma' l-annimali donaturi jew ma l-annimali l-oħra miżmuma fiċ-ċentru tal-ġbir u l-isperma,

 il-prodotti ta' l-oriġini mill-annimali bħal ma huma dilwenti, addittivi jew estensuri jintużaw fl-ipproċessar ta' l-isperma, li ma jippreżentaw l-ebda riskju għal saħħet l-annimali jew li jkun sarihom trattament minn qabel biex teskludi dan ir-riskju,

 fil-każ ta' sperma ffriżata jew imkessħa, jintużaw aġenti krijoġeniċi, li ma jkunux intużaw qabel għall-prodotti oħra ta' l-oriġini ta' l-annimali,

 kull reċipjent għall-ħażna jew il-ġarr ta' l-isperma jkun jew iddisinfettat jew sterilizzat kif jixraq qabel ma jintuża jew ikella jkun ġdid, li ma jintużax darbtejn jew li jintrema wara li jintuża;

7. jassiguraw li kull doża individwali ta' l-isperma tkun identifika b'mod li ma jitħassarx hekk li l-Istat Membru ta' l-oriġini, id-data ta' ġbir, l-ispeċi, ir-razza, l-identità ta' l-annimal donatur u l-isem u/jew in-numru taċ-ċentru approvat li jkun ġabar l-isperma jistgħu jkunu sabbiliti.

▼B

KAPITOLU II

Kondizzjonijiet applikabbli f’ċentri ta’ ġbir

Ħtiġijiet f’dak li jirrigwarda l-ammissjoni ta’ donatur maskili

▼M1

A.   STALLIONS

Stallion biss li jkun għas-sodisfazzjon tal-veterinarju taċ-ċentru u li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin jista' jintuża għall-ġbir ta' l-isperma:

1. m’għandu juri l-ebda sinjal ta' mard infettiv jew li jittieħed fil-ħin tad-dħul u fil-jum li tinġabar l-isperma;

2. għandu jiġi mit-territorju jew, fil-każ ta' reġjonalizzazzjoni, mill-parti tat-territorju ta' Stat Membru jew minn pajjiż terz u minn impriża taħt superviżjoni veterinarja, hekk li kull wieħed minnhom jissodisfa r-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE;

3. għandu jkun inżamm għal 30 jum qabel il-ġbir ta' l-isperma f'impriżi fejn l-ebda ekwin ma jkun wera xi sinjal kliniku ta' arterite virali ekwina matul dak il-perijodu;

4. għandu jkun inżamm għal 60 jum qabel il-ġbir ta' l-isperma f'impriżi fejn l-ebda ekwin ma jkun wera xi sinjal kliniku ta' mitrite kontaġjuża ekwina matul dak il-perijodu;

5. m'għandux jintuża għal tgħammir naturali matul it-tletin jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u matul il-perijodu tal-ġbir;

6. għandu jkun soġġett għat-testijiet li ġejjin, imwettqa u ċċertifikati f'laboratorju rikonoxxut mill-awtorità kompetenti bi qbil mal-programm stabbilit fil-paragrafu 7:

(i) test għal agar-gel immuno-diffusion (Coggins test) għall-enemija infettiva ekwina b'riżultat negattiv;

(ii) test ta' newtralizzazzjoni tas-serum għall-arterite virali ekwina. Kemm-il darba ma jinkisibx riżultat negattiv f'serum dilution ta' 1 f' 4, għandu jitwettaq test għall-iżolament tal-virus għall-arterite virali ekwina b'riżultat negattiv fuq alikwant ta' l-isperma kollha taż-żiemel tar-refgħa donatur;

(iii) test għall-metrite kontaġġjuża ekwina mwettaq f'żewġ okkażjonijiet b'intervall ta' sebat ijiem mill-iżolament tat-Taylorella equigenitalis mill-fluwidu qabel ma jeġakula jew kampjun ta' l-isperma minn mesħiet meħuda mill-ġarretta tal-penil, l-uretra u l-fetħa ta' l-uretra b'riżultat negattiv f'kull każ;

7. għandha tkun soġġetta għal wieħed mill-programmi ta' testijiet li ġejjin:

(i) Meta l-isperma tinġabar għal kummerċ bħala sperma friska jew imkessħa:

 u stallion donatur ikun kontinwament residenti fiċ-ċentru tal-ġbir għal ta' l-anqas 30 jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u matul il-perijodu tal-ġbir, u l-ebda ekwin fiċ-ċentru tal-ġbir ma jkunx ġie f'kuntatt dirett mal-ekwini ta' livell ta' saħħa anqas stallion donatur, it-testijiet meħtieġa fil-paragrafi 6(i), (ii) u (iii) għandhom isiru ta' l-anqas 14-il jum wara l-bidu tal-perijodu ta' residenza msemmi aktar qabel u ta' l-anqas sena mill-bidu ta' l-istaġun tat-tgħammir.

 u stallion donatur ma jkunx kontinwament residenti fiċ-ċentru tal-ġbir, u/jew ekwini oħra fiċ-ċentru tal-ġbir jiġu f'kuntatt dirett mal-ekwini ta' livell ta' saħħa anqas, it-testijiet meħtieġa fil-paragrafi 6(i), (ii) u (iii) għandhom isiru f'perijodu ta' 14-il jum qabel l-ewwel ġbir ta' l-isperma u ta' l-anqas sena mill-bidu ta' l-istaġun tat-tgħammir. B'żieda ma' dan, it-test meħtieġ fil-paragrafu 6(i) għandu jiġi rrepetut ta' l-anqas kull 120 jum matul il-perijodu tal-ġbir ta' l-isperma. It-test meħtieġ fil-paragrafu 6(ii) għandu jsir mhux aktar minn 30 jum qabel kull ġbir ta' l-isperma, kemm-il darba l-kondizzjoni li ma titferrixx ta' stallions seropożittiv għal arterite virali ekwina tkun konfermata mit-test ta' l-iżolament tal-virus li għandu jsir ta' kull sena.

(ii) Meta l-isperma tinġabar għan-negozju fi sperma ffriżata, il-programmi ta' l-ittestjar kif deskritti fil-paragrafu 7(i) l-ewwel u t-tieni inċiżi għandhom japplikaw jew, b'mod alternattiv, it-testijiet meħtieġa fil-paragrafi 6(i), (ii) u (iii) għandhom isiru matul il-perijodu obbligatorju ta' tletin jum ta' ħażna ta' l-isperma u mhux anqas minn 14-il jum wara l-ġbir ta' l-isperma, irrispettivament mill-kondizzjoni tar-residenza taż-żiemel tar-refgħa.

▼B

B.   NGĦAĠ U MOGĦO

1. Dawk in-ngħaġ u mogħoż biss minn ċentri jew oqsma, li għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, jilħqu l-ħtiġijiet segwenti jistgħu jintużaw għall-ġbir ta’ semen:

(a) ikunu f’saħħithom fil-jum meta s-semen ikun miġbur;

(b) ikunu jilħqu l-ħtiġijiet meħtieġa fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Direttiva 91/68/KEE dwar il-kummerċ intra-Komunitarju.

B’żieda, annimali donaturi għandhom ikunu għaddew minn, matul it-tletin jum ta’ qabel il-ġbir, b’riżultati negattivi:

 - test biex jintebħu b’brucellosis (B. melitensis) bi qbil ma’ l-Anness Ċ tad-Direttiva 91/68/KEE,

 - test għal epididymitis (B. ovis) kontaġjuża bi qbil ma’ l-Anness D tad-Direttiva 91/68/KEE,

 - test għal virus tal-marda Border;

(ċ) ikunu għaddew mit-testijiet relevanti jew verifiki ddisinjati biex jiggarantixxu konformità mal-ħtiġijiet meħtieġa f’(a) u (b) hawn fuq.

2. It-testijiet li hemm referenza għalihom f’1. għandhom jitwettqu minn laboratorju approvat mill-Istat Membru.

▼M1

Ċ.

Jekk xi wieħed mit-testijiet imsemmija f'A jew f'B jkun pożittiv, dak l-annimal għandu jkun iżolat u l-isperma miġbura minnu mill-aħħar test negattiv m'għandhiex tkun ikkummerċjalizzata. L-istess jgħodd għall-isperma miġbura minn annimali oħra suxxettibbli għall-mard relatat fl-impriża jew ċentru tal-ġbir mid-data li fiha t-test pożittiv ikun sar. Il-kummerċ m'għandux ikompli sa ma l-kondizzjoni tas-saħħa taċ-ċentru tkun stabbilità mill-ġdid.

KAPITOLU III

Rekwiżiti applikabbli għall-isperma, l-bajd u il-embrijuni

L-isperma, il-bajd u l-embrijuni għandhom jinġabru, ikunu pproċessati u ppreservati bi qbil mal-prinċipji li ġejjin:

(a) Il-ħasil tal-bajd u l-embrijuni wkoll fil-każ ta' l-ekwini għandu jsir skond il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura elenkata fl-Artikolu 26. Sakemm isseħħ l-adozzjoni ta' din il-kondizzjoni, in-normi internazzjonali huma applikabbli.

Iż-żona pelluċida tal-bajd u l-embrijuni għandha tibqa' intatta qabel u wara l-ħasil.

Il-bajd u l-embrijuni biss mill-istess donatur jistgħu jinħaslu fl-istess waqt.

Wara l-ħasil, iż-żona pelluċida ta' kull bajda jew ta' kull embrijun għandha tkun eżaminata mal-firxa kollha tal-wiċċ tagħha taħt tkabbir ta' mhux l-anqas 50 u tkun iċċertifikata bħala li hija intatta u ħielsa minn kull materjal li jeħel magħha.

(b) Il-medja u t-taħlitiet użati għall-ġbir, l-ipproċessar (l-eżaminar, il-ħasil u t-trattament), il-konservazzjoni jew l-iffriżar tal-bajd u l-embrijuni għandhom ikunu sterilizzati bi qbil mal-metodi approvati u mqandla b'tali mod li jibqgħu sterili.

L-antibijotiċi għandhom jiġu miżjuda mal-mezzi tal-ġbir, tal-ħasil u tal-konservazzjoni tal-bajd u ta' l-embrijuni u mad-dilwenti għall-isperma. Jekk ikunmeħtieġ, regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26.

(ċ) Il-materjali kollha użati għall-ġbir, għall-ipproċessar, għall-ikkonservar jew għall-iffriżar ta' l-isperma, tal-bajd u ta' l-embrijuni għandhom ikunu jew iddisinfettati jew issterilizzati kif jixraq qabel ma jintużaw jew ikella jkunu ġodda, li jintużaw darba biss jew skartati wara li jintużaw.

(d) Testijiet addizzjonali jistgħu jiġu stabbiliti bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26, partikolarment fir-rigward tal-ġbir tal-likwidi tal-ħasil, hekk li jistabbilixxu li ma jkun hemm l-ebda patoġeni.

(e) Il-bajd u l-embrijuni, li jkun sarilhom b'suċċess l-eżami previst f'(a), u l-isperma għandhom jitqiegħdu f'kontenituri sterili, li jkunu identifikati kif imiss, ikollhom fihom biss il-prodotti minn donatur wieħed, maskil jew femminil, u jkunu ssiġillati minnufih.

L-identifikazzjoni li għandha tkun stabbilit bi qbil mal-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 26 għandha tassigura li ta' l-anqas il-pajjiż ta' l-oriġini, id-data tal-ġbir, l-ispeċi, ir-razza, l-identità ta' l-annimal donatur u l-isem u/jew in-numru taċ-ċentru/grupp tal-ġbir, ikunu stabbiliti.

(f) L-isperma, il-bajd u l-embrijuni ffriżati għandhom jitqiegħdu f'kontenituri sterili b'nitroġenu likwidu li ma jippreżentaw l-ebda riskju ta' kontaminazzjoni lill-prodott.

(g) L-isperma, il-bajd u l-embrijuni ffriżati għandhom jinħażnu f'kondizzjonijiet approvati għall-perijodu minimu ta' 30 jum qabel ma jintbagħtu.

(h) L-isperma, il-bajd u l-embrijuni għandhom jinġarru f'kontenituri li jew ikunu tnaddfu, iddisinfettati jew sterilizzati kif jixraq qabel l-użu jew ikunu ġodda, li jintużaw darba biss jew li jiġu skartati wara li jintużaw.

KAPITOLU IV

Donaturi femminili

Il-femminili jistgħu jintużaw biss għall-ġbir ta' l-embrijuni jew għall-bajd jekk huma, u l-merħliet li minnhom joriġinaw jissodisfaw, għas-sodisfazzjon tal-veterinarju uffiċjali, ir-rekwiżiti tad-Direttivi relevanti dwar il-kummerċ intra-komunitarju f'annimali ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni għall-ispeċi relatati.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE japplikaw għall-majjali u d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE japplikaw għall-annimali tar-razez tan-nagħaġ u tal-mogħoż.

B'żieda mar-rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE ekwini għandhom jinżammu qabel il-ġbir tal-bajd jew ta' l-embrijuni għal 60 jum f'reċinti ħielsa minn sinjali kliniċi ta' merite kontaġġjuża ekwina. M'għandhomx jintużaw għat-tnissil naturali matul il-perijodu ta' 30 jum qabel il-ġbir tal-bajd jew l-embrijuni.

▼M3




ANNESS E

L-Ewwel Parti

image

image

It-Tieni Parti

image

image

It-Tielet Parti

image

image

▼M7




ANNESS F

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 rigward il-problemi tas-saħħa ta' annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali bovini u l-majjali

Id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE ta' l-14 ta' Ġunju 1988 li tesiġi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' annimali domestiċi ta' l-ispeċje bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta' Settembru 1989 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' embrijuni ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje tal-bovini

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' l-ekwidi

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta' l-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunità fil u l-importazzjoni ta' semen ffriżata ta' l-annimali domestiċi ta' l-ispeċje porċini

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta' Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fi u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajt tat-tfaqqis

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/EEC tat-28 ta' Jannar 1991 li tikkonċerna l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fuq is-suq ta' l-annimali u l-prodotti ta' l-akwakoltura

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunità fl-annimali ovini u kaprini

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas026 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa ta' l-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/LEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE.



( 1 ) ĠU C 327, 30. 12. 1990, p. 57; u ĠU C 84, 2. 4. 1990, p. 102.

( 2 ) ĠU C 38, 19. 12. 1990, p. 134; u ĠU C 149, 2. 18. 1990, p. 263.

( 3 ) ĠU C 62, 12. 3. 1990, p. 47; u ĠU C 182, 23. 7. 1990, p. 25.

( 4 ) ĠU L 384, 31. 12. 1982, p. 1. Kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 197/90 (ĠU L 29, 31. 1. 1990, p. 1).

( 5 ) ĠU L 121, 29. 7. 1964, p. 1977/64. Kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/499/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 107).

( 6 ) ĠU L 315, 26.11.1985, p. 11. Emendat bid-Direttiva 90/423/KEE (ĠU L 224, 18 8. 1990, p. 13.).

( 7 ) ĠU L 224, 18. 8. 1990, p. 29. Kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

( 8 ) ĠU L 373, 31.12.1990, p. 1. Emendat b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56).

( 9 ) Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola l-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' equidae (ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42). Emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56).

( 10 ) Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 t'Ottubru 1990 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola n-negozju intra-Komunitàja fi, u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' tjur u bajd tat-tfaqqis (ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6). L-aħħar emendata b'Direttiva 91/496/KEE (ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56).

( 11 ) Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet ta' saħħa ta' l-annimali li tirregola t-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' l-akwa kultura (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).

( 12 ) Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar kondizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw negozju intra-Komunità f'annimali ovini u kaprini (ĠU L 46, 19.2.1991, p. 1).

( 13 ) Direttiva tal-Kunsill 91/492/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' molluskoli bivavlvi ħajjin (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 1).

( 14 ) Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tesiġi l-kondizzjonijiet dwar is-saħħa għall-produzzjoni u tqegħid fis-suq ta' prodotti mill-ħut (ĠU L 268, 24.9.1991, p. 15).

( 15 ) Direttiva tal-Kunsill 80/217/KEE tat-22 ta’ Jannar 1980 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għal kontrol tal-marda klassika tal-qżieqeż (ĠU L 47, 21.2.1980, p. 11). L-aħħar emendata b’Direttiva 87/486/KEE (ĠU L 280, 3. 10. 1987, p. 21).

( 16 ) ĠU L 303, 31. 10. 1990, p. 6.

( 17 ) ĠU L 146, tat-13.6.2003, p. 1.

( 18 ) ĠU L 28, tat-02.02.94, p. 47. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2004/211/KE.

( 19 ) Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tipprovdi l-prinċpji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, 24. 9. 1991, p. 56.)

( 20 ) Direttiva tal-Kunsill 91/628/KEE tad-19 ta’ Novembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ annimali matul it-trasport u temenda Direttivi 90/425/KEE u 91/496/KEE (ĠU L 340, 11. 12. 1991, p. 17.)

( 21 ) ĠU L 255, 18. 10. 1968, p. 23.

( 22 ) ĠU L 31, tal-01.02.02, p. 1.

( 23 ) ĠU L 184, tas-17.07.99, p. 23.

Top