EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12003TN10/08/B

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea - Anness X: Il-lista li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24 ta' l-Att ta' l-Adeżjoni: L-Ungerija - 8. L-ambjent - B. Il-kwalità ta' l-ilma

OJ L 236, 23.9.2003, p. 855–855 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

12003TN10/08/B



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0855 - 0855


B. IL-KWALITÀ TA' L-ILMA

1. 31991 L 0271: Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal- 21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament ta' l-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40), kif emendata bi:

- 31998 L 0015: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 98/15/KE tas- 27.2.1998 (ĠU L 67, 7.3.1998, p. 29).

(a) B'deroga mill-Artikoli 3, 4 u 5(2) tad-Direttiva 91/271/KEE, il-ħtiġiet għal sistemi ta' ġbir u trattament ta' l-ilma urban mormi ma għandhomx japplikaw fl-intier tagħhom fl-Ungerija sal- 31 ta' Diċembru 2015 skond il-miri intermedji li ġejjin:

- sal- 31 ta' Diċembru 2008, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva f' inħawi sensittivi għal agglomerazzjonijiet ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 10000;

- sal- 31 ta' Diċembru 2010, għandha tintlaħaq konformità mad-Direttiva f'inħawi normali għal agglomerazzjonijiet ta' popolazzjoni b'ekwivalenza ta' aktar minn 15000.

(b) B'deroga mill-Artikolu 13 tad-Direttiva Nru. 91/271/KEE, il-ħtiġiet għall-ilma industrijali bijodigradabbli mormi minn impjanti li jaqgħu taħt is-setturi ndustrijali mniżżlin fl-Anness III ma għandhomx japplikaw fir-rigward ta' l-impjanti li ġejjin fl-Ungerija sal- 31 ta' Diċembru 2008:

- Pannontej Rt., Répcelak

- Bácsbokodi Tejüzem, Bácsbokod

- Papp Kereskedelmi Kft. Konzervgyár, Nyírtas

- Vépisz Szövetkezet, Konzervüzem, Csegöld

- Szatmári Konzervgyár Kft., Tyukod

- PETISFOOD Kft. Konzervüzem, Vasmegyer

- Atev Rt., Debrecen-Bánk

- Mirsa Rt., Albertirsa

- Makói Tejüzem, Makó

- Zalka Tej Rt., Nagybánhegyes.

2. 31998 L 0083: Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat- 3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità ta' l-ilma għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

B'deroga mill-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 98/83/KE, l-Ungerija tista' tidderoga mill-valur parametriku għall-arseniku sal- 25 ta' Diċembru 2009 mingħajr ma tgħarraf lill-Kummissjoni b'din id-deċizjoni. Jekk l-Ungerija tixtieq testendi din id-deroga wara dik id-data, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2) għandha tapplika. Din id-deroga ma għandhiex tapplika għall-ilma tax-xorb maħsub għall-ipproċessar ta' l-ikel.

Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 9(2) għandha tapplika wkoll jekk l-Ungerija tixtieq tapplika d-derogi taħt l-Artikolu 9(1) għall-boron, għall-fluworidu u għan-nitrat wara l- 25 ta' Diċembru 2006.

--------------------------------------------------

Top