EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1572R(03)

1572/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1572/2006 tat- 18 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

OJ L 76M, 24.3.2009, p. 309–314 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1572/corrigendum/2009-03-24/oj

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/309


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1572/2006 tat-18 ta' Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1572/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1572/2006

tat-18 ta' Ottubru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 824/2000 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 24(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kundizzjonijiet li taħthom iċ-ċereali jiġu offruti lil u jittieħdu f’idejn l-aġenziji tal-intervent għandhom ikunu uniformi kemm jista’ jkun fil-Komunità kollha sabiex tkun evitata kwalunkwe diskriminazzjoni bejn il-produtturi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 824/2000 (2) ma jispeċifikax b’mod espliċitu d-data tal-għeluq għall-pussess taċ-ċereali offruti f’intervent. Din id-data tal-għeluq għandha tiġi speċifikata sabiex tiġi evitata kull ambigwità.

(2)

Iċ-ċereali mhux ta’ kwalità adegwata għall-użu jew għall-ħażna m’għandhomx jiġu aċċettati f’intervent. Għal dan il-għan, għandha tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni l-ġdida rigward intervent, b’mod partikolari l-ħażna fit-tul ta’ ċerti ċereali u l-effetti tagħha fuq il-kwalità tal-prodott.

(3)

Għalhekk, sabiex il-prodotti ta’ intervent ikunu protetti kontra deterjorazzjoni u sabiex tinżamm l-adattabbiltà tagħhom għall-użu sussegwenti, il-kriterji tal-kwalità għall-qamħirrum stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 824/2000 għandhom jiġu mtejba. Għal dan il-għan, il-kontenut massimu ta’ ndewwa u l-perċentwal massimu ta’ ħbub miksura u ħbub li ssaħħnu wisq matul it-tnixxif għandu jitnaqqas. Meta wieħed jikkunsidra s-similaritajiet agronomiċi tas-sorgu u l-qamħirrum, u biex ikun hemm konsistenza, għandhom jiġu stabbiliti l-istess miżuri għas-sorgu. Barra minn hekk, minħabba konsistenza maċ-ċereali l-oħra li huma eliġibbli għas-sistema tal-intervent, għandu jiġi stipulat kriterju speċifiku minimu ġdid tal-użin għall-qamħirrum.

(4)

Il-livell taż-żidiet u tat-tnaqqis fil-prezz li japplikaw għall-qamħirrum u s-sorgu stabbiliti fit-Tabelli I, II u III tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 824/2000 għandhom ukoll jiġu emendati kif xieraq.

(5)

Għandhom jingħataw dettalji tal-informazzjoni li l-Istati Membri jeħtiġilhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni biex ikun jista’ jsir rapport statistiku kull ġimagħtejn dwar l-istat tal-istokkijiet ta’ intervent.

(6)

Għal dan il-għan, għandha tinkiseb informazzjoni speċifika u din għandha tiġi elenkata abbażi ta' standard reġjonali, fl-interessi ta’ ġestjoni tajba tas-sistema tal-intervent taċ-ċereali. Għal dan il-għan, għandhom jintużaw il-livelli reġjonali stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 tas-26 ta’ Marzu 1990 dwar informazzjoni tal-istatistika li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri dwar produzzjoni ta’ ċereali (3), u l-Istati Membri huma mitluba jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

(7)

Fl-interessi ta’ ġestjoni tajba tas-sistema, l-informazzjoni meħtieġa mill-Kummissjoni għandha tintbagħat b’mezzi elettroniċi.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 824/2000 għandu, għaldaqstant, ikun emendat kif jixraq.

(9)

L-emendi previsti f’dan ir-Regolament għandhom japplikaw għaċ-ċereali offruti fl-intervent mill-1 ta’ Novembru 2006. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 824/2000 qed jiġi emendat kif ġej:

1)

Fl-Artikolu 3, il-punt 3.9 jinbidel b’dan li ġej:

“3.9

il-metodu standard biex jiġi ddeterminat l-piż speċifiku għandu jkun konformi mal-ISO 7971/2:1995; għall-qamħirrum għandhom jintużaw il-metodi tradizzjonali.”

2)

Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“6.   L-aħħar pussess għandu jsir sa mhux aktar tard mit-tieni xahar wara dak tal-kunsinna finali msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(3), u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju fi Spanja, il-Greċja, l-Italja u l-Portugall u sal-31 ta’ Awwissu fl-Istati Membri l-oħra.”

3)

Fl-Artikolu 9, il-punti (a) u (b) jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

fejn il-kontenut ta’ ndewwa taċ-ċereali offruti għall-intervent ikun inqas minn 13 % għall-qamħirrum u s-sorgu u minn 14 % għaċ-ċereali l-oħra, iż-żidiet fil-prezzijiet li għandhom jiġu applikati huma dawk elenkati fit-Tabella I tal-Anness VII. Fejn il-kontenut ta’ ndewwa ta’ dawn iċ-ċereali offruti għall-intervent ikun ogħla minn 13 % u 14 % rispettivament, it-tnaqqis fil-prezzijiet li għandhom jiġu applikati huma dawk elenkati fit-Tabella II tal-Anness VII;

(b)

fejn il-piż speċifiku taċ-ċereali offruti għall-intervent ikun differenti mill-proporzjon ta’ piż/volum ta’ 76 kg/hl għall-qamħ komuni, 73 kg/hl għall-qamħirrum u 64 kg/hl għax-xgħir, it-tnaqqisiet fil-prezz li għandhom jiġu applikati huma dawk elenkati fit-Tabella III tal-Anness VII.”

4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

“Artikolu 11a

Kull Stat Membru għandu jibgħat b’mezzi elettroniċi, għal kull ċereali elenkat fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003:

(a)

informazzjoni dwar l-istat tal-istokkijiet ta’ intervent sal-12.00 (ħin ta’ Brussell) kull nhar ta’ Erbgħa, partikolarment dwar:

(i)

il-kwantitajiet offruti fl-intervent matul il-ġimgħa preċedenti, skont l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament;

(ii)

il-kwantitajiet offruti, fejn l-offerta tiġi rtirata mill-offerent wara l-bidu tal-perjodu tal-intervent;

(iii)

il-kwantitajiet totali offruti għall-intervent wara l-bidu tal-perjodu tal-intervent, netti tal-kwantitajiet imsemmija fil-punt (ii);

(iv)

il-kwantità totali meħuda mill-bidu tal-perjodu tal-intervent, skont l-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament.

(b)

il-kwantitajiet offruti fl-intervent skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 (4) fil-jum tal-Erbgħa wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti;

(c)

il-kwantitajiet intiżi għad-distribuzzjoni b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn fil-Komunità skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3730/87 (5) fil-jum tal-Erbgħa wara d-data li fiha l-Istat Membru jkun iddefinixxa l-lottijiet konċernati;

(d)

ir-riżultati medji tal-piż speċifiku, tal-kontenut ta’ ndewwa, tal-perċentwal ta’ ħbub miksura u tal-kontenut ta’ proteina rreġistrati għal-lottijiet ta’ ċereali meħudin, skont ir-reġjun stabbilit fl-Anness III għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 (6), sa tmiem ix-xahar ta’ wara d-data tal-għeluq tat-teħid f’pussess imsemmija fl-Artikolu 5(6) ta’ dan ir-Regolament.

5)

L-Annessi I u VII qed ikunu b’dan il-mezz emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Novembru 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta' Ottubru 2006.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni

ANNESS

L-Annessi I u VII qegħdin jiġu b’dan emendati kif ġej:

1)

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

 

Qamħ durum

Qamħ komuni

Xgħir

Qamħirrum

Sorgu

A.

Kontenut massimu ta’ ndewwa

14,5 %

14,5 %

14,5 %

13,5 %

13,5 %

B.

Perċentwal massimu ta' materjal li mhuwiex ċereali ta’ bażi ta’ kwalità perfetta:

12 %

12 %

12 %

12 %

12 %

1.

Ħbub miksurin

6 %

5 %

5 %

5 %

5 %

2.

Impuritajiet li jikkonsistu fi ħbub (għajr kif indikat fi 3)

5 %

7 %

12 %

5 %

5 %

li minnhom:

 

 

 

 

 

(a)

ħbub mixruba

 

 

 

(b)

ċereali oħrajn

3 %

 

5 %

(c)

ħbub bi ħsara minn organiżmi ta’ dannu

 

 

 

 

 

(d)

ħbub bir-raħs skulurit

 

 

(e)

ħbub li ssaħħnu wisq waqt it-tnixxif

0,50 %

0,50 %

3 %

0,50 %

0,50 %

3.

Ħbub imtebba’ u/jew ħbub affettwati mill-fusarjożi,

5 %

li minnhom:

 

 

 

 

 

ħbub affettwati mill-fusarjożi

1,5 %

4.

Ħbub bin-nebbieta

4 %

4 %

6 %

6 %

6 %

5.

Impuritajiet varji (Schwarzbesatz),

3 %

3 %

3 %

3 %

3 %

li minnhom:

 

 

 

 

 

(a)

żrieragħ barranin:

 

 

 

 

 

noċivi

0,10 %

0,10 %

0,10 %

0,10 %

0,10 %

oħrajn

 

 

 

 

 

(b)

ħbub danneġġati:

 

 

 

 

 

ħbub danneġġati bit-tisħin spontanju jew b’wisq tisħin waqt it-tnixxif

0,05 %

0,05 %

 

 

 

oħrajn

 

 

 

 

 

(c)

materjal barrani

 

 

 

 

 

(d)

qxur

 

 

 

 

 

(e)

sadid

0,05 %

0,05 %

(f)

ħbub imħassra

 

 

(g)

insetti mejta u frammenti ta’ insetti

 

 

 

 

 

C.

Perċentwal massimu ta’ ħbub parzjalment jew totalment imtabba’

27 %

D.

Kontenut massimu ta’ tannin (7)

1 %

E.

Piż speċifiku minimu (kg/hl)

78

73

62

71

F.

Kontenut minimu ta’ proteina (7)

 

 

 

 

 

sena tas-suq 2000/01

11,5 %

10 %

sena tas-suq 2001/02

11,5 %

10,3 %

sena tas-suq 2002/03 u ’l quddiem

11,5 %

10,5 %

 

 

 

G.

n-numru Hagberg li jaqa' (sekondi)

220

220

 

 

 

H.

Indiċi minimu Zeleny (ml)

22

2)

Fl-Annessi VII, it-Tabelli I, II u III jinbidlu b’dawn li ġejjin:

“TABELLA I

Żidiet fil-prezz għall-kontenut ta’ ndewwa

Qamħirrum u sorgu

Ċereali oħra

Kontenut ta’ ndewwa

(%)

Żidiet

EUR/tunnellata

Kontenut ta’ ndewwa

(%)

Żidiet

EUR/tunnellata

13,4

0,1

13,3

0,2

13,2

0,3

13,1

0,4

13,0

0,5

12,9

0,6

12,8

0,7

12,7

0,8

12,6

0,9

12,5

1,0

12,4

0,1

12,4

1,1

12,3

0,2

12,3

1,2

12,2

0,3

12,2

1,3

12,1

0,4

12,1

1,4

12,0

0,5

12,0

1,5

11,9

0,6

11,9

1,6

11,8

0,7

11,8

1,7

11,7

0,8

11,7

1,8

11,6

0,9

11,6

1,9

11,5

1

11,5

2,0

11,4

1,1

11,4

2,1

11,3

1,2

11,3

2,2

11,2

1,3

11,2

2,3

11,1

1,4

11,1

2,4

11,0

1,5

11,0

2,5

10,9

1,6

10,9

2,6

10,8

1,7

10,8

2,7

10,7

1,8

10,7

2,8

10,6

1,9

10,6

2,9

10,5

2,0

10,5

3,0

10,4

2,1

10,4

3,1

10,3

2,2

10,3

3,2

10,2

2,3

10,2

3,3

10,1

2,4

10,1

3,4

10,0

2,5

10,0

3,5


TABELLA II

Tnaqqis fil-prezz għall-kontenut ta’ ndewwa

Qamħirrum u sorgu

Ċereali oħra

Kontenut ta’ ndewwa

(%)

Tnaqqis

EUR/tunnellata

Kontenut ta’ ndewwa

(%)

Tnaqqis

EUR/tunnellata

13,5

1,0

14,5

1,0

13,4

0,8

14,4

0,8

13,3

0,6

14,3

0,6

13,2

0,4

14,2

0,4

13,1

0,2

14,1

0,2


TABELLA III

Tnaqqis fil-prezz għall-piż speċifiku

Ċereali

Piż speċifiku (kg/hl)

Tnaqqis fil-prezz

EUR/tunnellata

Qamħ komuni

Inqas minn 76 għal 75

0,5

Inqas minn 75 għal 74

1,0

Inqas minn 74 għal 73

1,5

Qamħirrum

Inqas minn 73 għal 72

0,5

Inqas minn 72 għal 71

1,0

Xgħir

Inqas minn 64 għal 62

1,0”


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).

(2)  ĠU L 100, 20.4.2000, p. 31. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1068/2005 (ĠU L 174, 7.7.2005, p. 65).

(3)  ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(4)  ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76.

(5)  ĠU L 352, 15.12.1987, p. 1.

(6)  ĠU L 88, 3.4.1990, p. 1.”

(7)  Bħala % ta’ materja niexfa.”


Top