EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003D0507R(01)

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art (ĠU L 179, 17.7.2003, p. 1) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 47)

OJ L 135, 24.5.2017, p. 46–47 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2003/507/corrigendum/2017-05-24/oj

24.5.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/46


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/507/KE tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 179, tas-17 ta' Lulju 2003, p. 1 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Volum 47)

1.

Fil-paġna 172, it-titolu tad-Deċiżjoni:

minflok:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Titnaqqas l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' ma' Wiċċ l-Art”,

aqra:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku”;

2.

Fil-paġna 172, il-premessa (2):

minflok:

“(2)

Fit-30 ta' Novembru 1999 il-Korp Esekuttiv għall-Konvenzjoni dwar it-Tinġis ta' l-Arja Transkonfinali fit-Tul biex Tonqos l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' Wiċċ l-Art (il-Protokoll ta' Gothenburg) il-Protokoll ta' Gothenburg stabbilixxa livelli massimi permessibbli ta' emissjonijiet (livelli ta' emissjoni) għal kull Parti nazzjonali għall-erba' pollutanti prinċipali responsabbli għall-aċidifikazzjoni, l-etrofikazzjoni u l-Ozonu ta' Wiċċ l-Art: il-limiti dwar id-diosside tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-kompost volatili organiku u l-ammonja għandhom jintlaħqu sa l-2010.”,

aqra:

“(2)

Fit-30 ta' Novembru 1999 il-Korp Esekuttiv għall-Konvenzjoni dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila adotta l-Protokoll Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku (il-Protokoll ta' Gothenburg); il-Protokoll ta' Gothenburg jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta' emissjonijiet (livelli ta' emissjoni) għal kull Parti nazzjonali għall-erba' pollutanti prinċipali responsabbli għall-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku: id-diosside tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu, il-kompost volatili organiku u l-ammonja; dawn il-limiti għandhom jintlaħqu sa l-2010.”;

3.

Fil-paġna 172, l-Artikolu 1:

minflok:

“L-adeżjoni tal-Komunità għall-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tinġis ta' l-Arja fit-Tul Transkonfinali biex Tonqos l-Aċidifikazzjoni, l-Etrofikazzjoni u l-Ożonu ta' Wiċċ l-Art b' dan hu approvat għan-nom tal-Komunità.”,

aqra:

“L-adeżjoni tal-Komunità mal-Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku b'dan hija approvata f'isem il-Komunità.”;

4.

Fil-paġna 174, l-Anness, it-titolu tal-Protokoll:

minflok:

“Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 Dwar Tniġġis Ta' Arja Ghal Distanzi Twal Transkonfinanti Sabiex Titnaqqas l-Aċidizzazzjoni, Etrofikazzjoni u Ożonu Terranju”,

aqra:

“Protokoll għall-Konvenzjoni ta' l-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini ta' l-Arja Fuq Distanza Twila Sabiex Jitnaqqsu l-Aċidifikazzjoni, l-Ewtrofikazzjoni u l-Ożonu Troposferiku”;

5.

fil-paġna 176, l-Artikolu 2 tal-Protokoll:

minflok:

“L-għan ta' dan il-Protokoll huwa l-kontroll u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, ammonja u taħlit organiku volatili li huma kawżati minn attivitajiet antropoġeniċi u li x'aktarx jikkawżaw effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa umana, ekosistemi naturali, materjali u wċuħ tar-raba, dovut għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni jew ożonu tal-pjan terran bħala riżultat ta' …”,

aqra:

“L-għan ta' dan il-Protokoll huwa l-kontroll u t-tnaqqis ta' emissjonijiet tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu, ammonja u taħlit organiku volatili li huma kawżati minn attivitajiet antropoġeniċi u li x'aktarx jikkawżaw effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa umana, ekosistemi naturali, materjali u wċuħ tar-raba, dovut għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni jew ożonu troposferiku bħala riżultat ta' …”.


Top