EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02017R0087-20170118

Consolidated text: Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/87 tal- 20 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan ta' skartar għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/87/2017-01-18

02017R0087 — MT — 18.01.2017 — 000.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/87

tal-20 ta' Ottubru 2016

►C1  li jistabbilixxi pjan ta' skartar għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed  ◄

(ĠU L 014 18.1.2017, p. 9)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 082, 26.3.2018, p.  18 (2017/87)




▼B

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/87

tal-20 ta' Ottubru 2016

▼C1

li jistabbilixxi pjan ta' skartar għas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed

▼B



Artikolu 1

L-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art

L-obbligu tal-ħatt l-art stipulat fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika fil-Baħar l-Iswed għas-sajd tal-barbun imperjali (Psetta maxima) li jinqabad bi xbieki tal-garġi ankrati tal-qiegħ (kodiċi tal-irkaptu ( 1 ) GNS)

Artikolu 2

Definizzjoni

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “il-Baħar l-Iswed” tfisser l-ilmijiet marittimi fis-Sottożona 29 tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (GFCM) kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

Artikolu 3

Eżenzjoni marbuta mas-sopravvivenza

1.  L-eżenzjoni mill-obbligu tal-ħatt l-art skont l-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għall-ispeċijiet li dwarhom l-evidenza xjentifika turi rati għolja ta' sopravvivenza, għandha tapplika fl-2017 għall-barbun imperjali (Psetta maxima) li jinqabad bi xbieki tal-garġi ankrati tal-qiegħ (GNS) fil-Baħar l-Iswed.

2.  Il-barbun imperjali (Psetta maxima) li jinqabad fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jiġi rilaxxat minnufih fiż-żona fejn ikun inqabad.

3.  Sal-1 ta' Mejju 2017, l-Istati Membri li għandhom interess dirett fil-ġestjoni tas-sajd tal-barbun imperjali fil-Baħar l-Iswed għandhom iressqu dejta addizzjonali dwar l-iskartar barra dik stipulata fir-Rakkomandazzjoni Konġunta tal-4 ta' Lulju 2016 u kull informazzjoni xjentifika rilevanti oħra li tappoġġja l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1. Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik id-dejta msemmija fil-paragrafu 3 sa mhux iktar tard minn Lulju tal-2017.

Artikolu 4

Il-lista tal-bastimenti

1.  L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeterminaw liema bastimenti jkunu suġġetti għall-obbligu tal-ħatt l-art tas-sajd tal-barbun imperjali (Psetta maxima) li jinqabad bi xbieki tal-garġi ankrati tal-qiegħ (GNS).

2.  Sal-31 ta' Diċembru 2016, permezz tas-sit web sikur ta' kontroll tal-Unjoni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom iressqu l-lista tal-bastimenti kollha li jistadu għall-barbun imperjali lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Il-lista trid tinżamm aġġornata.

Artikolu 5

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.



( 1 ) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament jirreferu għal dawk il-kodiċijiet fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta' April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti li t-tul totali tagħhom huwa inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-regolament jirreferu għall-kodiċijiet mill-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.

( 2 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1343/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 44).

Top