Il-Baġit Ġenerali għall-2008
Titolu 08 — Riċerka
Għanijiet ġenerali
L-inizjattivi politiċi tal-Kummissjoni għall-kisba taż-żona ta’ riċerka Ewropea huma mfassla, żviluppati, u segwiti sat-twettiq tagħhom f’dan il-qasam politiku.
Ir-riċerka Ewropea tikkontribwixxi għall-kisba ta' l-għanijiet politiċi Komunitarja l-oħra u, fl-istess ħin, tippromwovi l-inkorporazzjoni tal-ħtiġijiet tal-politika ta' riċerka f'din il-politika l-oħra.
L-azzjonijiet Komunitarji meħtieġa sabiex tinkiseb iż-żona ta’ riċerka Ewropea huma mfassla u implimentati fi ħdan dan il-qasam politiku, l-aktar il-programmi ta' qafas ta' żvilupp fir-riċerka u t-teknoloġija.
Dan il-qasam jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija ta’ Liżbona għall-impjiegi, il-kompetittività internazzjonali, ir-riforma ekonomika u l-koeżjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea, l-aktar ir-rabta mat-twaqqif ta’ żona ta’ edukazzjoni, taħriġ, riċerka u innovazzjoni.
|
Titolu Kapitolu |
Titolu |
Approprijazzjonijiet 2008 |
Approprijazzjonijiet 2007 |
Outturn 2006 |
|||
|---|---|---|---|---|---|---|---|
|
Obbligi |
Ħlasijiet |
Obbligi |
Ħlasijiet |
Obbligi |
Ħlasijiet |
||
| 08 01 |
NEFQA AMMINISTRATTIVA TAL-QASAM TAL-POLITIKA TAR-RIĊERKA |
257 299 887 |
257 299 887 |
237 869 456 |
237 869 456 |
211 185 178,10 |
211 185 178,10 |
| 08 02 |
Kooperazzjoni — Saħħa |
695 341 000 |
428 286 000 |
688 163 000 |
65 000 000 | ||
| 08 03 |
Kapitolu 08 03 – Kooperazzjoni – Ikel, agrikoltura u sajd, u bijoteknoloġija |
209 083 000 |
127 382 000 |
204 559 000 |
11 610 000 | ||
| 08 04 |
Kooperazzjoni — nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ta’ produzzjoni ġodda |
390 410 000 |
167 460 000 |
390 363 000 |
10 000 000 | ||
| 08 05 |
Kooperazzjoni — Enerġija |
129 680 000 |
64 498 000 |
121 023 000 |
30 000 000 | ||
| 08 06 |
Kooperazzjoni — Ambjent (inkluż it-tibdil tal-klima) |
219 348 000 |
102 591 000 |
214 179 000 |
10 000 000 | ||
| 08 07 |
Kooperazzjoni — Trasport (inkluż l-aeronawtika) |
348 922 000 |
196 902 000 |
339 999 000 |
20 000 000 | ||
| 08 08 |
Kooperazzjoni — Xjenzi soċjoekonomiċi u studji umanistiċi |
84 296 000 |
47 512 000 |
68 617 000 |
3 000 000 | ||
| 08 09 |
Kooperazzjoni — Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju (EIB) |
p.m. |
146 000 000 |
p.m. |
p.m. | ||
| 08 10 |
Ideat |
512 504 000 |
318 308 000 |
260 843 000 |
2 000 000 | ||
| 08 11 |
Nies |
471 887 000 |
232 731 000 |
430 179 000 |
6 000 000 | ||
| 08 12 |
Kapaċitajiet — Infrastrutturi ta’ riċerka |
144 037 000 |
75 000 000 |
136 197 000 |
30 000 000 | ||
| 08 13 |
Kapaċitajiet — Riċerka għall-benefiċċju ta’ l-Impriċi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs) |
147 890 000 |
141 302 000 |
120 566 000 |
25 000 000 | ||
| 08 14 |
Kapaċitajiet — Reġjuni ta’ għerf |
10 332 000 |
6 000 000 |
9 947 000 |
4 397 000 | ||
| 08 15 |
Kapaċitajiet — Potenzjal ta’ riċerka |
29 803 000 |
16 500 000 |
24 837 000 |
p.m. | ||
| 08 16 |
Kapaċitajiet — Xjenza fis-soċjetà |
40 034 000 |
22 300 000 |
29 758 000 |
2 500 000 | ||
| 08 17 |
Kapitolu ġdid 08 17 - ‘Kapaċitajiet – Attivitajiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali’ |
17 391 000 |
9 000 000 |
17 075 000 |
5 100 000 | ||
| 08 18 |
Kapaċitajiet — Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju (EIB) |
p.m. |
4 000 000 |
p.m. |
p.m. | ||
| 08 19 |
Kapitolu 08 19 – Kapaċitajiet – Appoġġ għal żvilupp koerenti ta' Politika ta' Riċerka |
9 858 000 |
5 758 000 |
7 600 000 |
2 700 000 | ||
| 08 20 |
Euratom — Enerġija mill-fużjoni |
280 250 000 |
248 000 000 |
213 881 000 |
68 000 000 | ||
| 08 21 |
Euratom — Fissjoni nukleari u ħarsien mir-radjazzjoni |
46 410 000 |
23 000 000 |
49 000 000 |
10 000 000 | ||
| 08 22 |
TLESTIJA TA’ PROGRAMMI QAFAS PREĊEDENTI U ATTIVITAJIET OĦRA |
p.m. |
1 472 488 000 |
p.m. |
1 910 483 000 |
3 638 726 672,21 |
3 119 421 971,44 |
| 08 23 |
PROGRAMM TA’ RIĊERKA TAL-FOND TA’ RIĊERKA GĦALL-FAĦAM U L-AZZAR |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
p.m. |
53 771 959,— |
36 719 058,87 |
| 08 24 |
Istitut Ewropew ta' l-Innovazzjoni u t-Teknoloġija |
p.m. |
p.m. | ||||
| 08 AWBL-01 |
APPOĠĠ AMMINISTRATTIV GĦAD-DĠ TAR-RIĊERKA | ||||||
| 08 AWBL-02 |
STRATEĠIJA TAL-POLITIKA U L-KOORDINAMENT GĦAD-DĠ TAR-RIĊERKA | ||||||
|
Titolu 08 — Totali |
4 044 775 887 |
4 112 317 887 |
3 564 655 456 |
2 453 659 456 |
3 903 683 809,31 |
3 367 326 208,41 |
|
Kummenti
Dawn ir-rimarki jgħoddu għall-puntati kollha tal-baġit f'dan it-titolu (bl-eċċezzjoni tal-Puntata 08 22).
Dawn l-approprjazzjonijiet se jintużaw skond ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p.1) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1908/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri ta' riċerka u universitajiet f'azzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2011) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 1).
Għall-approprjazzjonijiet kollha skond dan it-titolu tintuża l-istess definizzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) bħal fil-każ ta' programmi orizzontali speċifiċi għall-SMEs fi ħdan l-istess programm kwadru.Dik id-definizzjoni hija din li ġejja: SME eliġibbli hija entità ġuridika li taqbel mad-definizzjoni ta' SME kif stipulata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE u mhijiex ċentru ta' riċerka, istitut ta' riċerka, organizzazzjoni ta' riċerka b'kuntratt jew impriża ta' konsulenza. L-attivitajiet kollha ta' riċerka mmexxija skond is-seba' programm kwadru għandhom jitwettqu skond il-prinċipji etiċi fundamentali (skond l-Artikolu 6, p. 5 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), inkluż rekwiżiti dwar il-ħarsien ta' l-annimali.Dan għandu jinkludi, b'mod partikolari, il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Unjoni Ewropea.Għandu jittieħed kont b'mod partikolari tal-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi biex tiżdied il-parteċipazzjoni u r-rwol tan-nisa fix-xjenza u r-riċerka.
Taħt dawn l-artikoli u paragrafi jaqgħu wkoll l-ispejjeż ta’ laqgħat, konferenzi, workshops u seminars xjentifiċi u teknoloġiċi ta’ livell għoli u ta’ interess Ewropew organizzati mill-Kummissjoni, il-finanzjament ta’ analiżi ta’ livell għoli xjentifiku u teknoloġiku u l-valutazzjonijiet magħmulin f’isem il-Komunità għall-investigazzjoni ta’ oqsma ġodda ta’ riċerka xierqa għall azzjoni tal-Komunità, fost oħrajn, fil-kuntest taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, u miżuri għall-monitoraġġ u t-tixrid tar-riżultati tal-programmi, inklużi miżuri skond programmi ta’ qafas preċedenti.
Dawn l-approprjazzjonijiet ikopru wkoll in-nefqa amministrattiva, inkluż nefqa għall-persunal, kemm jekk koperta mir-Regolamenti tal-Persunal jew le, informazzjoni, pubblikazzjonijiet, operazzjoni amministrattiva u teknika, u ċerti partiti oħra ta’ nefqa dwar infrastruttura interna marbuta mal-kisba ta' l-għan tal-miżuri li magħhom jiffurmaw parti integrali, inklużi l-azzjoni u l-inizjattivi meħtieġa għat-tħejjija u l-monitoraġġ ta’ l-istrateġija RTD tal-Komunità.
Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi fil-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka xjentifika u teknika hija possibbli fil-każ ta' xi wħud minn dawn il-proġetti. Kull kontribut finanzjarju jiddaħħal fil-Partiti 6 0 1 3 u 6 0 1 6 tad-dikjarazzjoni tad-dħul u jista' jwassal biex jinħolqu approprjazzjonijiet oħra skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju.
Kull dħul minn terzi li jkunu qed jaqsmu l-ispiża ta' proġetti mal-Komunità (ditti fl-Assoċjazzjoni ta' l-Istati Membri Ewropej għall-Kummerċ Ħieles, konsorzji industrijali, eċċ) imdaħħal fl-Artikolu 6 0 1 5 tad-dikjarazzjoni tad-dħul jista' jagħti lok għal approprjazzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju.
Kull dħul mill-kontribut mill-pajjiżi kandidati għall-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Komunità, imdaħħal fil-partita 6 0 3 1 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, jista’ jagħti lok għal approprjazzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju.
Kull dħul mill-kontribut minn korpi esterni għall-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Komunità, imdaħħal fil-partita 6 0 3 3 tad-dikjarazzjoni tad-dħul, jista' jagħti lok għal approprjazzjonijiet addizzjonali skond l-Artikolu 18(1)(d) tar-Regolament Finanzjarju.
Approprjazzjonijiet addizzjonali jsiru disponibbli taħt l-Artikolu 08 21 04.
Tinħtieġ aktar azzjoni speċifika, biex ikun jista' jintlaħaq l-għan ta' ħmistax fil-mija ta' parteċipazzjoni mill-SMEs fil-proġetti ffinanzjati permezz ta' dawn l-approprjazzjonijiet, kif stipulat fir-Regolament. Proġetti kwalifikati skond il-Programmi Speċifiċi għall-SMEs għandhom isiru eliġibbli għall-iffinanzjar skond il-programm tematiku, meta dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti (tematiċi) meħtieġa.
| Avviż Legali Importanti | Last updated on: '05/03/2008' |
|