|
|
Direktiva Evropskega parlamenta in Sveta 95/46/ES
|
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE
|
|
z dne 24. oktobra 1995
|
ta’ l-24 ta’ Ottubru, 1995
|
|
o varstvu posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov in o prostem pretoku takih podatkov
|
dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data
|
|
EVROPSKI PARLAMENT IN SVET EVROPSKE UNIJE STA
|
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
|
|
ob upoštevanju Pogodbe o ustanovitvi Evropske skupnosti in zlasti člena 100a Pogodbe,
|
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 100a tiegħu,
|
|
ob upoštevanju predloga Komisije [1],
|
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],
|
|
ob upoštevanju mnenja Ekonomsko-socialnega odbora [2],
|
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [2],
|
|
v skladu s postopkom, določenim v členu 189b Pogodbe [3],
|
Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat [3],
|
|
(1) ker cilji Skupnosti, kakor jih določa Pogodba, spremenjena s Pogodbo o Evropski uniji, vključujejo ustvarjanje vse tesnejše zveze med narodi Evrope, pospeševanje tesnejših odnosov med državami, ki pripadajo Skupnosti, zagotavljanje gospodarskega in socialnega napredka s skupnim delovanjem za odstranitev pregrad, ki delijo Evropo, spodbujanje stalnega izboljševanja življenjskih razmer njenih narodov, ohranjanje in krepitev miru in svobode ter spodbujanje demokracije na podlagi temeljnih pravic, ki jih priznavajo ustave in zakoni držav članic ter Evropska konvencija o varstvu človekovih pravic in temeljnih svoboščin;
|
1. Billi l-għanijiet tal-Komunità, kif stabbiliti fit-Trattat, kif emendat bit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huma, fost oħrajn, li jġibu l-għaqda dejjem aktar mill-qrib fost il-popli ta’ l-Ewropa, irawmu relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-Istati tal-Komunità, jassiguraw progress ekonomiku u soċjali b’azzjoni komuni biex jitneħħew il-barrieri li jifirdu l-Ewropa, iħeġġu t-titjib kontinwu tal-kondizzjonijiet ta’ l-għajxien tal-popli tagħha, iżommu u jsaħħu l-paċi u l-libertà u jmexxu ‘l quddiem id-demokrazija imsejsa fuq id-drittijiet fundamentali magħrufa fil-kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ l-Istati Membri u fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali;
|
|
(2) ker so sistemi za obdelavo podatkov namenjeni temu, da služijo človeku; ker morajo, ne glede na državljanstvo ali stalno prebivališče fizičnih oseb, spoštovati njihove temeljne pravice in svoboščine, predvsem pravico do zasebnosti, ter prispevati h gospodarskemu in socialnemu napredku, trgovinskemu razvoju ter blaginji posameznikov;
|
2. Billi s-sistemi ta’ l-ipproċessar ta’ data huma maħsuba biex jaqdu lill-bniedem; billi, indipendentement miċ-ċittadinanza jew residenza ta’ persuna naturali, huma għandhom jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, u jaghtu sehemhom għall-progress ekonomiku u soċjali, għat-tkattir tal-kummerċ u l-ġid tal-persuna;
|
|
(3) ker ustanovitev in delovanje notranjega trga, na katerem je v skladu s členom 7a Pogodbe zagotovljen prosti pretok blaga, oseb, storitev in kapitala, zahteva ne le, da se osebni podatki lahko prosto prenašajo iz ene države članice v drugo, ampak tudi, da se zaščitijo temeljne pravice posameznikov;
|
3. Billi bit-twaqqif u t-tħaddim ta’ suq intern li fih, skond l-Artikolu 7a tat-Trattat, hemm il-garanzija tal-moviment liberu ta’ oġġetti, persuni, servizzi u kapital, jeħtieġ mhux biss li data personali tkun tista’ tgħaddi liberament minn Stat Membru għal ieħor, imma wkoll li jkun hemm il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-persuna;
|
|
(4) ker se v Skupnosti vedno pogosteje zateka k obdelavi osebnih podatkov na različnih področjih gospodarske in družbene dejavnosti; ker napredek v informacijski tehnologiji občutno olajšuje obdelavo in izmenjavo takih podatkov;
|
4. Billi qed ikun hemm użu aktar ta’ spiss fil-Komunità ta’ ipproċessar ta’ data personali f’bosta oqsma ta’ l-ekonomija u attività soċjali; billi l-progress li sar fit-teknoloġija ta’ l-informatika qiegħed jagħmel l-ipproċessar u l-bdil ta’ din id-data ħafna aktar faċli;
|
|
(5) ker bo gospodarsko in socialno povezovanje, ki izhaja iz ustanovitve in delovanja notranjega trga v smislu člena 7a Pogodbe, nujno vodilo k občutnemu povečanju čezmejnih prenosov osebnih podatkov med vsemi tistimi, ki so vključeni v zasebno ali javno vlogo pri gospodarski in socialni dejavnosti držav članic; ker bo izmenjava osebnih podatkov med podjetji v različnih državah članicah naraščala; ker so nacionalne oblasti v raznih državah članicah na podlagi zakonodaje Skupnosti pozvane k sodelovanju in izmenjavi osebnih podatkov, da bi lahko opravljale svoje dolžnosti ali izvajale naloge v imenu oblasti v drugi državi članici v smislu območja brez notranjih meja, kakršno vzpostavlja notranji trg;
|
5. Billi l-integrazzjoni ekonomika u soċjali li seħħet bit-twaqqif u bit-tħaddim tas-suq intern it-tifsira ta’ l-Artikolu 7a tat-Trattat għandu bilfors iwassal għal żjieda sewwa fit-tixrid ta’ data personali minn naħa għal oħra tal-fruntieri bejn dawk kollha li, f’kapaċità privata jew pubblika, għandhom x’jaqsmu f’attività ekonomika u soċjali fl-Istati Membri; billi l-bdil ta’ data personali bejn intrapriżi fi Stati Membri differenti huwa mistenni li jiżdied; billi l-awtoritajiet nazzjonali f’ħafna Stati Membri qed jissejħu bis-saħħa tal-liġijiet tal-Komunità biex jikkolaboraw u jibdlu data personali biex ikunu jistgħu jaqdu d-dmirijiet tagħhom jew jagħmlu xogħol f’isem awtorità fi Stat Membru ieħor fil-qafas ta’ żona mingħajr fruntieri interni kif stabbilit mis-suq intern;
|
|
(6) ker vrh tega povečanje znanstvenega in tehničnega sodelovanja ter usklajeno vzpostavljanje novih telekomunikacijskih omrežij v Skupnosti zahtevata in olajšujeta čezmejni prenos osebnih podatkov;
|
6. Billi, wkoll, iż-żjieda fil-kooperazzjoni xjentifika u teknika u l-introduzzjoni koordinata ta’ networks ġodda ta’ telekomunikazzjonijiet fil-Komunità jeħtieġu u jħaffu t-tixrid ta’ data personali minn naħa għal oħra tal-fruntieri;
|
|
(7) ker lahko razlika v ravneh varstva pravic in svoboščin posameznikov, predvsem pravice do zasebnosti glede obdelave osebnih podatkov, ki je zagotovljena v državah članicah, prepreči prenos takih podatkov z ozemlja ene države članice na ozemlje druge države članice; ker zato ta razlika lahko predstavlja oviro pri izvajanju številnih gospodarskih dejavnosti na ravni Skupnosti, izkrivlja konkurenco in ovira organe pri opravljanju njihovih obveznosti na podlagi zakonodaje Skupnosti; ker je ta razlika na ravni varstva posledica obstoja velike raznolikosti nacionalnih zakonov in drugih predpisov;
|
7. Billi d-differenza fil-gradi ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, fl-ipproċessar ta’ data personali li hemm fl-Istati Membri tista’ tfixkel it-trasmissjoni ta’ dik id-data mit-territorju ta’ Stat Membru għal dak ta’ Stat Membru ieħor; billi din id-differenza tista’ għalhekk tkun ta’ ostakolu biex jinġiebu ‘l quddiem għad ta’ attivitajiet ekonomiċi fil-livell tal-Komunità, tista’ tgħawweġ il-kompetizzjoni u tfixkel lill-awtoritajiet fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom skond il-liġijiet tal-Komunità; billi din id-differenza fil-gradi ta’ protezzjoni hija minħabba li jkun hemm għażla wiesgħa ta’ liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi;
|
|
(8) ker mora biti zato, da bi odstranili ovire za prenos osebnih podatkov, raven varstva pravic in svoboščin posameznikov glede obdelave takih podatkov enakovredna v vseh državah članicah; ker je ta cilj bistven za notranji trg, vendar ga države članice same ne morejo doseči, predvsem zaradi obsega razlik, ki trenutno obstajajo med zadevno zakonodajo v državah članicah in potrebo po usklajevanju zakonodaj držav članic za zagotovitev, da se čezmejni prenos osebnih podatkov ureja na dosleden način, ki sledi cilju notranjega trga, kakor ga opredeljuje člen 7a Pogodbe; ker je za približanje teh zakonodaj potrebno ukrepanje Skupnosti;
|
8. Billi, sabiex jitneħħa t-tfixkil għat-tixrid ta’ data personali, il-grad ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna fl-ipproċessar ta’ dik id-data għandu jkun l-istess fl-Istati Membri kollha; billi dan il-għan huwa ta’ importanza kbira għas-suq intern, iżda li ma jistax jintlaħaq mill-Istati Membru waħidhom, l-aktar minħabba n-nuqqas sewwa ta’ qbil li hemm bħalissa bejn il-liġijiet rilevanti ta’ l-Istati Membri u l-ħtieġa li jkunu kkoordinati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri biex jassiguraw li t-tixrid ta’ data personali minn naħa għal oħra tal-fruntieri jkun regolat b’mod konsistenti skond il-finijiet tas-suq intern kif hemm provdut fl-Artikolu 7a tat-Trattat; billi hemm ħtieġa ta’ azzjoni mill-Komunità biex dawk il-liġijiet ikunu approssimati;
|
|
(9) ker države članice zaradi enakovrednega varstva, ki bo posledica približevanja nacionalnih zakonodaj, ne bodo več mogle ovirati medsebojnega prostega pretoka osebnih podatkov na temelju varstva pravic in svoboščin posameznikov ter predvsem pravice do zasebnosti; ker bo državam članicam puščen manevrski prostor, ki ga lahko v okviru izvajanja te direktive izkoristijo tudi gospodarski in socialni partnerji; ker bodo lahko zato države članice v svoji nacionalni zakonodaji določile splošne pogoje, ki urejajo zakonitost obdelave podatkov; ker si pri tem države članice prizadevajo za izboljšanje varstva, ki ga trenutno predvideva njihova zakonodaja; ker bi se v mejah tega manevrskega prostora in v skladu z zakonodajo Skupnosti lahko pojavila neskladja pri izvajanju direktive in bi to lahko vplivalo na pretok podatkov znotraj države članice, pa tudi znotraj Skupnosti;
|
9. Billi, meta jkun hemm l-istess protezzjoni li tiġi mill-approssimazzjoni tal-liġijiet nazzjonali, l-Istati Membri ma jkunx jistgħu iżommu aktar il-moviment liberu ta’ bejniethom ta’ data personali għal raġunijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna, partikolarment tad-dritt għall-ħajja privata; billi Stati Membri jibqgħalhom spazju għal azzjoni, li jistgħu, fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva, jkun utiliżżat mis-sieħba soċjali u tan-negozju; billi għalhekk Stati Membri jkunu jistgħu jispeċifikaw fil-liġijiet nazzjonali tagħhom il-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-leġittimità ta’ l-ipproċessar ta’ data; billi meta jagħmlu hekk l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex itejbu l-protezzjoni li bħalissa tinsab provduta fil-liġijiet tagħhom; billi, f’dan l-ispazju ta’ azzjoni u skond il-liġijiet tal-Komunità, jista’ jkun hemm differenzi fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, u dan jista’ jħalli effett fuq il-moviment ta’ data f’Istat Membru kif ukoll fil-Komunità;
|
|
(10) ker je namen nacionalne zakonodaje o obdelavi osebnih podatkov varovati temeljne pravice in svoboščine, predvsem pravico do zasebnosti, ki jo priznava člen 8 Evropske konvencije o varstvu človekovih pravic in temeljnih svoboščin, pa tudi splošna načela zakonodaje Skupnosti; ker zato približevanje teh zakonodaj ne sme povzročiti zmanjšanja varstva, ki ga zagotavljajo, ampak mora imeti za cilj zagotovitev visoke ravni varstva v Skupnosti;
|
10. Billi l-għan tal-liġijiet nazzjonali dwar il-proċessar ta’ data personali huwa l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, li huwa rikonoxxut kemm fl-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-Komunità; billi, għal dik ir-raġuni, l-approssimazzjoni ta’ dawk il-liġijiet m’għandhiex bħala riżultat ta’ dan tnaqqas mill-protezzjoni minnhom mogħtija, imma għandha, għall-kuntrarju, tfittex li tassigura grad għoli ta’ protezzjoni fil-Komunità;
|
|
(11) ker načela varstva pravic in svoboščin posameznikov, predvsem pravice do zasebnosti, ki jih vsebuje ta direktiva, dajejo vsebino in razširjajo tista, ki jih vsebuje Konvencija Sveta Evrope z dne 28. januarja 1981 o varstvu posameznikov glede na avtomatsko obdelavo osebnih podatkov;
|
11. Billi l-prinċipji tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuna, l-aktar id-dritt għall-ħajja privata, li jinsabu f’din id-Direttiva, isostnu u jwessgħu dawk li jinsabu fil-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar, 1981, għall-Protezzjoni ta’ Individwi dwar l-Ipproċessar Awtomatiku ta’ Data Personali;
|
|
(12) ker morajo načela varstva veljati za kakršno koli obdelavo osebnih podatkov za vse osebe, katerih dejavnost ureja zakonodaja Skupnosti; ker je treba izključiti obdelavo podatkov, ki jo izvaja fizična oseba pri opravljanju dejavnosti, ki so izključno osebne ali domače, kakršno je dopisovanje in beleženje naslovov;
|
12. Billi l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom japplikaw għall-ipproċessar kollu ta’ data personali minn kull persuna li l-attivitajiet tagħha huma regolati bil-liġi tal-Komunità; billi m’għandux ikun magħdud l-ipproċessar ta’ data magħmul minn persuna naturali fl-eżerċizzju ta’ attivitajiet li huma esklussivament personali jew domestiċi, bħal ma hija korrispondenza u ż-żamma ta’ reġistri ta’ indirizzi;
|
|
(13) ker dejavnosti iz naslovov V in VI Pogodbe o Evropski uniji glede javne varnosti, obrambe, državne varnosti ali dejavnosti države na področju kazenskega prava ne sodijo na področje uporabe zakonodaje Skupnosti, brez poseganja v obveznosti, ki so jim zavezane države članice na podlagi člena 56(2), 57 ali 100a Pogodbe o ustanovitvi Evropske skupnosti; ker obdelava osebnih podatkov, ki je potrebna za varovanje gospodarske blaginje države, ne sodi na področje uporabe te direktive, kadar se taka obdelava nanaša na zadeve državne varnosti;
|
13. Billi l-attivitajiet msemmija fit-Titoli V u VI tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat jew l-attivitajiet ta’ l-Istat fil-qasam tal-liġijiet kriminali ma jaqgħux taħt il-liġi tal-Komunità, bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri skond l-Artikolu 56(2), l-Artikolu 57 jew l-Artikolu 100a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; billi l-ipproċessar ta’ data personali meħtieġ biex jipproteġi l-ġid ekonomiku ta’ l-Istat ma jaqgħax taħt din id-Direttiva meta dak l-ipproċessar ikollu x’jaqsam mas-sigurtà ta’ l-Istat;
|
|
(14) ker bi se morala ta direktiva glede na pomembnost potekajočega razvoja v okviru informacijske družbe v zvezi z metodami za zajetje, prenos, spreminjanje, zbiranje, shranjevanje ali sporočanje zvočnih in slikovnih podatkov v zvezi s fizičnimi osebami, uporabljati za obdelavo, ki vključuje take podatke;
|
14. Billi, meħud kont ta’ l-importanza ta’ l-iżviluppi li qed ikun hemm fil-qafas tas-soċjetà ta’ l-informatika, tat-teknika użata biex taqbad, tibgħat, timmanipula, tirreġistra, taħżen jew tikkomunika data audio-viżwali dwar persuna naturali, din id-Direttiva għandha tapplika għal ipproċessar li jkollu x’jaqsam ma’ din id-data;
|
|
(15) ker ta direktiva zajema obdelavo takih podatkov samo, če je avtomatska ali če so obdelani podatki vsebovani ali nameravajo biti vsebovani v zbirki, ki je strukturirana skladno s posebnimi merili v zvezi s posamezniki, tako da omogoča enostaven dostop do tovrstnih osebnih podatkov;
|
15. Billi l-ipproċessar ta’ din id-data huwa milqut minn din id-Direttiva biss jekk ikun awtomatizzat jew jekk id-data pproċessata titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ skedar skond kriterji speċifiċi li jkollhom x’jaqsmu ma’ individwi, biex l-aċċess għad-data in kwistjoni jkun ħafif;
|
|
(16) ker obdelava zvočnih in slikovnih podatkov, kot na primer videonadzor, ne sodi na področje uporabe te direktive, če se izvaja zaradi javne varnosti, obrambe, državne varnosti ali med državnimi dejavnostmi v zvezi s področjem kazenskega prava ali drugih dejavnosti, ki ne sodijo v zakonodajo Skupnosti;
|
16. Billi l-ipproċessar ta’ data audio-viżwali, bħal ma jiġri f’każi ta’ sorveljanza bil-video, ma jaqgħax taħt din id-Direttiva jekk isir għal għanijiet ta’ sigurtà pubblika, difiża, sigurtà nazzjonali jew meta jsiru attivitajiet ta’ l-Istat fil-qasam tal-liġi kriminali jew attivitajiet oħra li ma jaqgħux taħt il-liġi tal-Komunità;
|
|
(17) ker se morajo načela direktive v zvezi z obdelavo zvočnih in slikovnih podatkov, ki se izvaja v novinarske namene ali zaradi literarnega ali umetniškega izražanja, predvsem na avdiovizualnem področju, uporabljati omejeno v skladu z določbami iz člena 9;
|
17. Billi, sa fejn għandu x’jaqsam l-ipproċessar ta’ data audio-viżwali li jsir għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għal għanijiet ta’ espressjoni letterarja jew artistika, partikolarment fil-qasam audio-viżiv, il-prinċipji tad-Direttiva għandhom japplikaw b’mod ristrett skond id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9;
|
|
(18) ker se mora vsaka obdelava osebnih podatkov v Skupnosti izvajati v skladu z zakonodajo ene izmed držav članic, zaradi zagotovitve, da posamezniki niso prikrajšani za varstvo, do katerega so upravičeni na podlagi te direktive; ker bi v tej zvezi obdelavo, ki se izvaja pod odgovornostjo upravljavca, ustanovljenega v določeni državi članici, morala urejati zakonodaja te države;
|
18. Billi, sabiex ikun assigurat li individwi ma jiċċaħdux mill-protezzjoni li għandhom dritt għaliha b’din id-Direttiva, kull ipproċessar ta’ data personali fil-Komunità għandu jsir skond il-liġi ta’ wieħed mill-Istati Membri; billi, f’dan il-qasam, l-ipproċessar magħmul taħt ir-responsabbiltà ta’ kontrollur li jkun stabbilit fi Stat Membru għandha jkun regolat bil-liġi ta’ dak l-Istat;
|
|
(19) ker ustanovitev na ozemlju države članice pomeni učinkovito in dejansko izvajanje dejavnosti prek ustaljenih režimov; ker pravna oblika take ustanovitve, bodisi da je preprosto izpostava bodisi podružnica, ki je pravna oseba, v tem pogledu ni odločilen dejavnik; ker, kadar je ustanovljen en sam upravljavec na ozemlju več držav članic predvsem prek podružnic, mora zato da bi preprečil vsakršno izogibanje nacionalnim predpisom, zagotoviti, da vsaka izmed ustanovitev izpolnjuje obveznosti, ki jih nalaga nacionalna zakonodaja na področju njenih dejavnosti;
|
19. Billi stabbiliment fit-territorju ta’ Stat Membru jfisser l-eżerċizzju effettiv u reali ta’ attività permezz ta’ arranġamenti stabbli; billi l-forma legali ta’ stabbiliment bħal dan, kemm jekk sempliċi fergħa jew sussidjarju b’personalità ġuridika, mhux il-fattur determinanti dwar dan; billi, meta kontrollur wieħed ikun stabbilit fit-territorju ta’ diversi Stati Membri, partikolarment permezz ta’ sussidjarji, huwa għandu jassigura, sabiex ma jkunux skartati regoli nazzjonali, li kull stabbiliment jissodisfa l-obbligazzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jkunu japplikaw għall-attivitajiet tiegħu;
|
|
(20) ker dejstvo, da obdelavo podatkov izvaja oseba, ustanovljena v tretji državi, ne sme ovirati varstva posameznikov, ki ga opredeljuje ta direktiva; ker bi v teh primerih morala urejati obdelavo zakonodaja države članice, v kateri so uporabljena sredstva, in bi morala obstajati jamstva za zagotovitev, da se pravice in obveznosti, ki jih opredeljuje ta direktiva, spoštujejo v praksi;
|
20. Billi l-fatt li l-ipproċessar ta’ data jsir minn persuna stabbilita f’pajjiż terz m’għandux ikun ta’ xkiel għall-protezzjoni ta’ l-individwu kif provdut f’din id-Direttiva; billi f’dawn il-każi, l-ipproċessar għandu jkun regolat bil-liġi ta’ l-Istat Membru li fih ikunu jinsabu l-mezzi wżati, u għandu jkun hemm garanziji li jassiguraw li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet imsemmija f’din id-Direttiva jkunu rispettati fil-prattika;
|
|
(21) ker ta direktiva ne posega v pravila teritorialnosti, ki se uporabljajo v kazenskih zadevah;
|
21. Billi din id-Direttiva hija bla ħsara għar-regoli ta’ territorjalità applikabbli f’materji kriminali;
|
|
(22) ker morajo države članice v zakonodaji, ki jo sprejemajo, ali kadar izvajajo na podlagi te direktive sprejete predpise, natančneje opredeliti splošne okoliščine, v katerih je obdelava zakonita; ker predvsem člen 5, skupaj s členoma 7 in 8, omogoča državam članicam ne glede na splošne predpise, da predvidijo posebne pogoje obdelave za določene sektorje in za različne vrste podatkov iz člena 8;
|
22. Billi Stati Membri għandhom ifissru b’mod iktar ċar fil-liġijiet li huma jagħmlu jew meta jġibu fis-seħħ il-miżuri msemmija f’'din id-Direttiva iċ-ċirkostanzi ġenerali li bihom l-ipproċessar ikun skond il-liġi; billi, partikolarment l-Artikolu 5, flimkien ma’ l-Artikoli 7 u 8, jippermetti, indipendentement minn regoli ġenerali, lil Stati Membri li jipprovdu għal kondizzjonijiet speċjali ta’ ipproċessar għal setturi speċifiċi u għal kategoriji ta’ data milquta bl-Artikolu 8;
|
|
(23) ker so države članice pooblaščene, da zagotovijo izvajanje varstva posameznikov tako s splošno zakonodajo o varstvu posameznikov glede obdelave osebnih podatkov kot s področnimi zakoni, kakršni so tisti, ki se na primer nanašajo na statistične urade;
|
23. Billi Stati Membri għandhom is-setgħa li jassiguraw l-implimentazzjoni tal-protezzjoni ta’ l-individwu kemm permezz ta’ liġi ġenerali dwar il-protezzjoni ta’ l-individwu fl-ipproċessar ta’ data personali, kif ukoll b’liġijiet settorjali bħalma huma dawk li għandhom x’jaqsmu, per eżempju, ma’ istituti ta’ statistika;
|
|
(24) ker ta direktiva ne vpliva na zakonodajo v zvezi z varstvom pravnih oseb glede obdelave podatkov, ki se nanje nanašajo;
|
24. Billi l-liġijiet dwar il-protezzjoni ta’ persuni ġuridiċi f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ipproċessar ta’ data ta’ interess għalihom mhix milquta b’din id-Direttiva;
|
|
(25) ker se morajo načela varstva po eni strani izražati v obveznostih, ki so naložene osebam, organom oblasti, podjetjem, agencijam ali drugim organom, odgovornim za obdelavo, predvsem glede kakovosti podatkov, tehnične varnosti, uradnega obvestila nadzornemu organu in okoliščin, v katerih se lahko izvaja obdelava, ter po drugi strani v pravici, podeljeni posameznikom, katerih podatki so predmet obdelave, da so obveščeni o potekajoči obdelavi, da imajo vpogled v podatke, da zahtevajo popravke in da v nekaterih okoliščinah celo ugovarjajo obdelavi;
|
25. Billi l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom ikunu riflessi, minn naħa l-waħda, fl-obbligazzjonijiet imposti fuq persuni, awtoritajiet pubbliċi, intrapriżi, aġenziji u korpi oħra responsabbli għal ipproċessar, partikolarment dwar il-kwalità tad-data, sigurtà teknika, avviżi lill-awtorità ta’ superviżjoni, u ċ-ċirkostanzi li fihom jista’ jsir l-ipproċessar, u, minn naħa l-oħra, id-dritt mogħti lil individwu, li d-data dwaru jkun is-suġġett ta’ l-ipproċessar, li jkun mgħarraf bl-ipproċessar li jkun qed isir dwaru, li jikkonsulta d-data, jitlob korrezzjonijiet u li jagħmel ukoll oġġezzjoni għal ipproċessar f’ċerti ċirkostanzi;
|
|
(26) ker se morajo načela varstva uporabljati za vse informacije v zvezi z določeno ali določljivo osebo; ker bi bilo treba za odločitev o tem, ali je oseba določljiva ali ne, upoštevati vsa sredstva, za katera se pričakuje, da jih bo uporabil bodisi upravljavec ali katera koli druga oseba za določitev take osebe; ker se načela varstva ne uporabljajo za podatke, ki so spremenjeni v anonimne tako, da posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, ni več določljiv; ker so pravila ravnanja v smislu člena 27 lahko koristen instrument za usmerjanje k načinom, s katerimi se lahko podatki spremenijo v anonimne in se ohranijo v obliki, v kateri identifikacija posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, ni več mogoča;
|
26. Billi l-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom ikunu applikabbli għal kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ persuna identifikata jew identifikabbli; billi, biex ikun stabbilit jekk persuna tkunx identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktax jintużaw mill-kontrollur jew minn persuna oħra biex tkun identifikata l-imsemmija persuna; billi l-prinċipji ta’ protezzjoni m’għandhomx ikunu applikati għal data mogħti b’mod anonimu tant illi s-suġġett tad-data ma jkunx aktar identifikabbli; billi kodiċijiet ta’ kondotta skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 27 jistgħu jkunu strument tajjeb biex jagħtu gwida dwar il-metodi li bihom id-data tkun tista’ tingħata b’mod anonimu u tinżamm b’mod li bih l-identifikazzjoni tas-suġġett tad-data ma jkunx iktar possibbli;
|
|
(27) ker se mora varstvo posameznikov uporabljati za avtomatsko in za ročno obdelavo podatkov; ker obseg tega varstva dejansko ne sme biti odvisen od uporabljenih metod, sicer bi to ustvarilo resno tveganje za izogibanje izpolnjevanju obveznosti; ker kljub temu ta direktiva glede ročne obdelave zajema samo zbirke in ne nestrukturiranih zapisov; ker mora biti predvsem vsebina zbirk strukturirana v skladu s posebnimi merili glede posameznikov, tako da omogoča enostaven dostop do osebnih podatkov; ker lahko v skladu z opredelitvijo iz člena 2(c) razna merila za določanje sestavin strukturiranega niza osebnih podatkov in razna merila, ki urejajo dostop do takega niza, določi vsaka država članica; ker zapisi ali nizi zapisov, pa tudi njihove naslovnice, ki niso strukturirane v skladu s posebnimi merili, pod nobenim pogojem ne sodijo na področje uporabe te direktive;
|
27. Billi l-protezzjoni ta’ individwi għandha tkun applikata kemm għal ipproċessar awtomatiku ta’ data u kemm għal ipproċessar manwali; billi l-iskop ta’ din il-protezzjoni m’għandux fil-fatt jiddependi mill-mezzi tekniċi użati, peress li dan jista’ joħloq riskju serju li dawn jistgħu jiġu skartati; billi, madankollu, dwar ipproċessar manwali, din id-Direttiva għandha x’taqsam biss ma’ sistemi ta’ skedar, mhux files mingħajr struttura; billi, b’mod partikolari, il-kontenut tas-sistema ta’ skedar għandu jkun strutturat skond kriterji speċifiċi dwar individwi b’mod li l-aċċess għal data personali jkun ħafif; billi, skond id-definizzjoni fl-Artikolu 2(ċ), il-kriterji differenti biex ikunu stabbiliti l-elementi ta’ sett strutturat ta’ data personali, u l-kriterji differenti li jirregolaw l-aċċess għal sett bħal dan, jistgħu ikunu stabbiliti minn kull Stat Membru; billi sett jew settijiet ta’ files, kif ukoll il-qoxra tal-faċċata tagħhom, li ma jkunux strutturati skond kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu, għal l-ebda raġuni, taħt din id-Direttiva;
|
|
(28) ker mora biti vsaka obdelava osebnih podatkov zakonita in poštena do zadevnih posameznikov; ker morajo biti podatki predvsem primerni, ustrezni in ne pretirani glede na namene, za katere se obdelujejo; ker morajo biti taki nameni izrecni in zakoniti ter jih je treba določiti ob zbiranju podatkov; ker nameni obdelave po zbiranju ne smejo biti nezdružljivi s prvotno določenimi;
|
28. Billi kull ipproċessar ta’ data personali għandu jkun ġust u skond il-liġi għall-individwi konċernati; billi, b’mod partikolari, id-data għandha tkun adekwata, rilevanti u mhux eċċessiv għall-għanijiet li għalihom ikun ipproċessat; billi dawn l-għanijiet għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti waqt il-ġbir tad-data; billi l-għanijiet ta’ l-ipproċessar wara l-ġbir m’għandhomx ikunu inkompatibbli ma’ l-għanijiet kif stabbiliti oriġinarjament;
|
|
(29) ker naj se nadaljnja obdelava osebnih podatkov v zgodovinske, statistične ali znanstvene namene na splošno ne bi štela za nezdružljivo z nameni, za katere so bili podatki predhodno zbrani, če države članice poskrbijo za primerne zaščitne ukrepe; ker morajo ti ukrepi predvsem izključiti uporabo podatkov v podporo ukrepom ali odločitvam glede katerega koli določenega posameznika;
|
29. Billi meta jkun hemm iktar ipproċessar ta’ data personali għal għanijiet ta’ storja, statistika jew xjenza dan mhux ġeneralment meqjus bħala inkompatibbli ma’ l-għanijiet li dwarhom id-data jkun inġabar minn qabel, sakemm Stati Membri jagħtu protezzjoni xierqa; billi din il-protezzjoni għandha teskludi l-użu tad-data sabiex jittieħdu miżuri jew deċiżjonijiet fir-rigward ta’ individwi partikolari;
|
|
(30) ker se mora obdelava osebnih podatkov zato, da bi bila zakonita, poleg tega izvajati s privolitvijo posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, ali mora biti potrebna za sklenitev ali izvajanje pogodbe, ki je zavezujoča za posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, ali kot zakonska zahteva, ali pa za opravljanje naloge, ki se izvaja v javnem interesu, ali pri izvrševanju javne oblasti, ali pri zakonitih interesih fizične ali pravne osebe, če ne prevladujejo interesi ali pravice in svoboščine posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo; ker lahko države članice predvsem zato, da bi ohranjale ravnotežje med vpletenimi interesi ob zagotavljanju učinkovite konkurence, določijo okoliščine, v katerih se osebni podatki lahko uporabijo ali posredujejo tretji stranki v okviru zakonitih običajnih poslovnih dejavnosti podjetij in drugih organov; ker lahko države članice prav tako določijo pogoje, pod katerimi se osebni podatki lahko posredujejo tretji stranki v namene trženja, bodisi da se slednje izvaja komercialno ali da ga izvaja dobrodelna organizacija ali katero koli združenje ali ustanova, na primer politične narave, ob upoštevanju določb, ki omogočajo posamezniku, na katerega se osebni podatki nanašajo, da brezplačno in brez navedbe razlogov ugovarja obdelavi podatkov, ki se nanašajo nanj;
|
30. Billi, biex l-ipproċessar ta’ data personali jsir skond il-liġi, dan għandu wkoll isir bil-kunsens tas-suġġett tad-data jew li jkun meħtieġ għall-konklużjoni jew eżekuzzjoni ta’ kuntratt li jorbot lis-suġġett tad-data, jew bħala kondizzjoni ta’ liġi, jew biex isir xogħol fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali, jew fl-interessi leġittimi ta’ persuna naturali jew ġuridika, sakemm l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data ma jeħdux preċedenza; billi, b’mod partikolari, sabiex jinżamm bilanċ bejn l-interessi konċernati, waqt li tkun garantita kompetizzjoni effettiva, Stati Membri jistgħu jistabbilixxu iċ-ċirkostanzi li fihom data personali tista’ tkun użata jew żvelata lil parti terza fil-qafas ta’ l-attivitajiet ordinarji u leġittimi tan-negozju ta’ kumpaniji u korpi oħra; billi Stati Membri jistgħu bl-istess mod jispeċifikaw il-kondizzjonijiet li bihom data personali tista’ tiġi żvelata lil parti terza għal finijiet ta’ marketing, sew jekk isir kummerċjalment jew jekk minn organizzazzjoni ta’ karità jew minn assoċjazzjoni jew fondazzjoni oħra, per eżempju ta’ natura politika, bil-kondizzjoni li s-suġġett tad-data jkun jista’ jagħmel oġġezzjoni għall-ipproċessar tad-data li tinteressa lilu, mingħajr ħlas u mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti raġuni;
|
|
(31) ker se mora obdelava osebnih podatkov prav tako šteti za zakonito tam, kjer se izvaja za zaščito interesa, ki je bistven za življenje posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo;
|
31. Billi l-ipproċessar ta’ data personali għandu wkoll jitqies li hu skond il-liġi meta jsir biex jipproteġi interess meħtieġ għal ħajja tas-suġġett tad-data;
|
|
(32) ker je naloga nacionalne zakonodaje, da določi, ali naj bo upravljavec, ki izvaja nalogo v javnem interesu ali pri izvrševanju javne oblasti, državna uprava ali druga fizična ali pravna oseba, ki jo ureja javno pravo, ali pa oseba, ki jo ureja zasebno pravo, kakršno je na primer poklicno združenje;
|
32. Billi huma l-liġijiet nazzjonali li għandhom jistabbilixxu jekk il-kontrollur li jagħmel xogħol fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali għandhux ikun amministratur pubbliku jew persuna naturali jew ġuridika oħra regolata mill-liġi pubblika, jew minn liġi privata bħal ma hija assoċjazzjoni professjonali;
|
|
(33) ker se podatki, ki so po svoji naravi zmožni poseči v temeljne svoboščine ali zasebnost, ne bi smeli obdelovati, razen če posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, ne da svoje izrecne privolitve; vendar pa se morajo odstopanja od te prepovedi izrecno predvideti glede posebnih potreb, predvsem kadar obdelavo teh podatkov zaradi nekaterih z zdravjem povezanih razlogov izvajajo osebe, ki so zakonsko zavezane k poklicni molčečnosti, ali med zakonitimi dejavnostmi nekaterih združenj ali ustanov, katerih namen je omogočati uresničevanje temeljnih svoboščin;
|
33. Billi data li minn natura tagħha tista’ tikser il-libertajiet fundamentali jew id-dritt għall-ħajja privata m’għandhiex tkun ipproċessata jekk is-suġġett tad-data ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu; billi, iżda, derogi għal din il-projbizzjoni għandhom jissemmew espliċitament dwar ħtiġijiet speċifiċi, partikolarment meta l-ipproċessar ta’ dan id-data jsir għal ċerti għanijiet mediċi minn persuni soġġetti għal obbligazzjoni tas-sigriet professjonali skond il-liġi jew meta jsir waqt attivitajiet leġittimi minn ċerti assoċjazzjonijiet jew fondazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jippermettu l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali;
|
|
(34) ker morajo biti države članice tudi pooblaščene, kadar so zaradi pomembnega javnega interesa upravičene, da odstopijo od prepovedi obdelave občutljivih kategorij podatkov, kadar to upravičujejo pomembni razlogi javnega interesa na področjih, kakršna so javno zdravje in socialno varstvo – predvsem, da bi zagotovile kakovost in racionalnost postopkov, ki se uporabljajo za reševanje zahtevkov za dajatve in storitve v sistemu zdravstvenega zavarovanja – ter kakršna so znanstvene raziskave in vladne statistike; ker morajo vseeno obvezno poskrbeti za posebne in ustrezne zaščitne ukrepe za varstvo temeljnih pravic in zasebnosti posameznikov;
|
34. Billi Stati Membri għandhom ukoll ikunu awtorizzati, meta dan ikun ġustifikat minħabba interess pubbliku ta’ importanza, li jidderogaw mill-projbizzjoni dwar l-ipproċessar ta’ kategoriji sensittivi ta’ data meta jkunu ġustifikati jagħmlu dan minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku ta’ importanza f’oqsma bħalma huma s-saħħa pubblika u l-protezzjoni soċjali - l-iktar biex jassiguraw kwalità u spejjeż mill-inqas tal-proċeduri wżati biex jintlaqgħu talbiet għal benefiċċji u servizzi fis-sistema ta’ assigurazzjoni tas-saħħa - riċerka xjentifika u statistika governattiva; billi huma għandhom id-dmir, iżda, li jipprovdu protezzjoni speċifika u tajba biżżejjed biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-ħajja privata ta’ individwi;
|
|
(35) ker se poleg tega obdelava osebnih podatkov uradno priznanih verskih skupnosti s strani državnih organov za doseganje ciljev, ki so določeni v ustavnem pravu ali mednarodnem javnem pravu, izvaja zaradi pomembnega javnega interesa;
|
35. Billi, wkoll, l-ipproċessar ta’ data personali minn awtoritajiet uffiċjali biex jintlaħqu għanijiet stabbiliti b’liġi kostituzzjonali jew b’liġi pubblika internazzjonali, ta’ assoċjazzjonijiet reliġjużi rikonoxxuti uffiċjalment, issir għal raġunijiet ta’ interess pubbliku ta’ importanza;
|
|
(36) ker, kadar med volilnimi dejavnostmi delovanje demokratičnega sistema v nekaterih državah članicah zahteva, da politične stranke zberejo podatke o političnem prepričanju ljudi, se lahko obdelava takih podatkov dovoli zaradi pomembnega javnega interesa, če so vzpostavljeni primerni zaščitni ukrepi;
|
36. Billi meta jkun hemm attivitajiet elettorali, it-tħaddim tas-sistema demokratika f’xi Stati Membri teħtieġ li partiti politiċi jiġbru data fuq l-opinjoni politika tan-nies, l-ipproċessar ta’ dik id-data jista’ jkun permess għal raġunijiet ta’ interess pubbliku ta’ importanza, bil-kondizzjoni li jkunu stabbiliti mezzi xierqa ta’ protezzjoni;
|
|
(37) ker bi morala obdelava osebnih podatkov v novinarske namene ali zaradi literarnega ali umetniškega izražanja, predvsem na avdiovizualnem področju, predstavljati izjemo od zahtev nekaterih določb te direktive, kadar je to potrebno za uskladitev temeljnih pravic posameznikov s svobodo informiranja ter predvsem s pravico do prejemanja in prenašanja podatkov, zagotovljeno predvsem s členom 10 Evropske konvencije o varstvu človekovih pravic in temeljnih svoboščin; ker bi morale države članice zato določiti izjeme in odstopanja, ki so potrebni za ravnotežje med temeljnimi pravicami glede splošnih ukrepov za zakonitost obdelave podatkov, ukrepov glede prenosa podatkov v tretje države in pooblastil nadzornega organa; ker pa to ne bi smelo voditi držav članic v določanje izjem od ukrepov za zagotovitev varnosti obdelave; ker bi bilo vsaj nadzornemu organu, ki je odgovoren za to področje, tudi treba podeliti nekatera naknadna pooblastila, denimo objavljanje rednega poročila ali predložitev zadev sodnim organom;
|
37. Billi l-ipproċessar ta’ data personali għal għanijiet ta’ ġurnaliżmu jew għal għanijiet ta’ espressjoni letterarja jew artistika, partikolarment fil-qasam audio-viżwali, għandu jikkwalifika għal eżenzjoni minn ċerti dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva meta dan ikun meħtieġ biex issir rikonċiljazzjoni bejn id-drittijiet fundamentali ta’ individwi u l-libertà ta’ l-informazzjoni, u l-iktar mad-dritt li tingħata u tintbagħat informazzjoni, kif garantita partikolarment bl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali; billi Stati Membri għandhom għalhekk jistabbilixxu eżenzjonijiet u derogi meħtieġa għall-fini ta’ bilanċ bejn id-drittijiet fundamentali dwar miżuri ġenerali ta’ leġitimità ta’ l-ipproċessar tad-data, miżuri dwar it-trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi u s-setgħat ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni; billi dan iżda m’għandux iwassal lil Stati Membri li jistabbilixxu eżenzjonijiet mill-miżuri li jassiguraw is-sigurtà ta’ l-ipproċessar; billi l-awtorità ta’ superviżjoni responsabbli għal dan is-settur għandha wkoll mill-inqas tkun provduta b’ċerti poteri ex-post, e.g. li tippubblika rapport regolari jew li tirreferi affarijiet lill-awtoritajiet ġudizjarji;
|
|
(38) ker, če naj bo obdelava podatkov poštena, mora imeti posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, možnost seznaniti se z obstojem postopka obdelave, in kadar se podatki zbirajo pri njem, se mu morajo dati natančne in polne informacije ob upoštevanju okoliščin zbiranja;
|
38. Billi, biex l-ipproċessar ta’ data jkun ġust, is-suġġett tad-data għandu jkun f’pożizzjoni li jkun jaf bl-eżistenza ta’ operazzjoni ta’ ipproċessar u, meta data tinġabar mingħandu, huwa għandu jingħata informazzjoni eżatta u sħiħa, meħud kont taċ-ċirkostanzi tal-ġbir;
|
|
(39) ker nekateri postopki obdelave vključujejo podatke, ki jih upravljavec ni zbral neposredno od posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo; ker se poleg tega podatki lahko zakonito posredujejo tretji stranki, tudi če posredovanje ni bilo predvideno v času, ko so bili zbrani od posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo; ker bi bilo treba v vseh teh primerih posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki, obvestiti, kadar se podatki zbirajo ali najpozneje kadar se prvič posredujejo tretji stranki;
|
39. Billi ċerti operazzjonijiet ta’ ipproċessar jeħtieġu data li l-kontrollur ma jkunx ġabar direttament mis-suġġett tad-data; billi, wkoll, data tista’ leġittimament tkun żvelata lil parti terza, ukoll jekk l-iżvelar ma jkunx mistenni meta d-data jinġabar mingħand is-suġġett tad-data; billi, f’dawn il-każi kollha, is-suġġett tad-data għandu jkun mgħarraf meta d-data tkun irreġistrata jew mill-inqas meta d-data tkun żvelata l-ewwel lil parti terza;
|
|
(40) ker pa ni treba naložiti te obveznosti, če je posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, o tem že obveščen; ker poleg tega take obveznosti ne bo, če zbiranje ali posredovanje izrecno zagotavlja zakonodaja ali če se informiranje posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki, izkaže za nemogoče ali bi vključevalo nesorazmerne napore, kar bi se lahko zgodilo, kadar je obdelava namenjena zgodovinskim, statističnim ali znanstvenim ciljem; ker se v tem pogledu lahko upošteva število posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo, starost podatkov in vsi sprejeti nadomestni ukrepi;
|
40. Billi, iżda, mhux meħtieġ li tkun imposta din l-obbligazzjoni jekk is-suġġett tad-data diġa jkollu l-informazzjoni; billi, wkoll, m’għandu jkun hemm l-ebda obbligazzjoni bħal din jekk ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar ikunu espressament provduti mill-liġi jew jekk l-għoti ta’ informazzjoni lis-suġġett tad-data tkun impossibli jew ikun jeħtieġlu jagħmel sforzi sproporzjonati, li jista’ jkun il-każ meta l-ipproċessar isir għal għanijiet ta’ storja, statistika jew xjenza; billi, dwar dan, jistgħu jiġu kkunsidrati l-għadd ta’ suġġetti tad-data, kemm ikollu żmien id-data u kull miżura ta’ kumpens li tittieħed;
|
|
(41) ker mora biti vsaka oseba sposobna uresničiti pravico dostopa do podatkov v obdelavi, ki se nanašajo nanjo, da bi preverila zlasti njihovo točnost in zakonitost obdelave; ker mora iz istih razlogov vsak posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, imeti tudi pravico do seznanitve logike sistema, ki je vključena v avtomatsko obdelavo podatkov v zvezi z njim, vsaj pri avtomatiziranih odločitvah iz člena 15(1); ker ta pravica ne sme škodljivo vplivati na poslovne skrivnosti ali intelektualno lastnino in predvsem na avtorske pravice, ki ščitijo programsko opremo; ker to upoštevanje ne sme povzročiti, da se posamezniku, na katerega se osebni podatki nanašajo, zavrnejo vse informacije;
|
41. Billi kull persuna għandha tkun tista’ teżerċita id-dritt ta’ aċċess għal data dwarha li tkun qed tiġi pproċessata, biex tivverifika partikolarment l-eżatezza tad-data jekk l-ipproċessar ikunx skond il-liġi; billi, għall-istess raġunijiet, kull persuna li tkun suġġett tad-data għandha wkoll ikollha d-dritt li tkun taf ir-raġuni għall-ipproċessar awtomatiku ta’ data li jkollha x’taqsam miegħu, għall-inqas fil-każ tad-deċiżjonijiet awtomatizzati msemmija fl-Artikolu 15(1); billi dan id-dritt m’għandux jaffettwa ħażin sigrieti tal-kummerċ jew ta’ proprjetà intelletwali u partikolarment id-dritt ta’ l-awtur li jipproteġi s-software; billi dawn il-konsiderazzjonijiet m’għandhomx, iżda, jċaħħdu lis-suġġett tad-data milli jingħata l-informazzjoni kollha;
|
|
(42) ker lahko države članice v interesu posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, ali zato da bi varovale pravice in svoboščine drugih, omejijo pravice do dostopa in informacij; ker lahko na primer določijo, da je dostop do zdravstvenih podatkov mogoč samo prek zdravstvenega delavca;
|
42. Billi Stati Membri jistgħu, fl-interess tas-suġġett tad-data jew biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn, jillimitaw id-drittijiet ta’ aċċess u informazzjoni; billi huma jistgħu, per eżempju, jispeċifikaw li aċċess għal data medika jista’ jingħata biss minn professjonista mediku;
|
|
(43) ker države članice lahko prav tako naložijo omejitve pravic do dostopa in informacij ter nekaterih obveznosti upravljavca, če so potrebne na primer za zaščito državne varnosti, obrambe, javne varnosti ali pomembnih gospodarskih ali finančnih interesov države članice ali Unije, pa tudi za kazenske preiskave in pregone ter ukrepanje zaradi kršitev etike v zakonsko urejenih poklicih; ker bi moral seznam izjem in omejitev vključevati naloge spremljanja, pregledovanja ali urejanja, ki so potrebne na zadnjih treh navedenih področjih v zvezi z javno varnostjo, gospodarskimi ali finančnimi interesi in preprečevanjem kaznivih dejanj; ker navajanje nalog na teh treh področjih ne vpliva na upravičenost izjem ali omejitev zaradi državne varnosti ali obrambe;
|
43. Billi restrizzjonijiet dwar id-drittijiet ta’ aċċess u informazzjoni u ċerti obbligazzjonijiet tal-kontrollur jistgħu bl-istess mod ikunu imposti minn Stati Membri jekk ikunu meħtieġa biex jipproteġu, per eżempju, is-sigurtà nazzjonali, id-difiża, is-sigurtà pubblika, jew interessi ekonomiċi jew finanzjarji ta’ importanza ta’ Stat Membru jew ta’ l-Unjoni, kif ukoll investigazzjonijiet kriminali u prosekuzzjonijiet u proċeduri dwar ksur ta’ etika fil-professjonijiet regolati; billi l-lista ta’ eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għandha tinkludi xogħol ta’ sorveljanza, spezzjoni jew regolamenti meħtieġa f’dan l-aħħar tlett oqsma msemmija dwar sigurtà pubblika, interessi ekonomiċi u finanzjarji u prevenzjoni ta’ reati; billi l-listi ta’ xogħlijiet f’dawn it-tlett oqsma ma jaffettwawx il-leġittimità ta’ eċċezzjonijiet jew restrizzjonijiet għal raġunijiet ta’ sigurtà jew difiża ta’ l-Istat;
|
|
(44) ker lahko države članice na podlagi določb zakonodaje Skupnosti določijo odstopanje od določb te direktive glede pravice do dostopa, obveznosti obveščanja posameznikov in kakovosti podatkov, da bi zagotovile nekatere od zgoraj navedenih namenov;
|
44. Billi Stati Membri jistgħu wkoll ikunu jridu, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet tal-Komunità, li jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar id-dritt ta’ aċċess, l-obbligazzjoni li jgħarrfu lil individwi, u l-kwalità tad-data, sabiex jiggarantixxu uħud mill-finijiet imsemmija hawn fuq;
|
|
(45) ker bi moral biti v primerih, pri katerih bi se lahko podatki zakonito obdelali na podlagi javnega interesa, javne oblasti ali zakonitih interesov fizične ali pravne osebe, vsak posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, kljub vsemu upravičen na podlagi zakonitih in nujnih razlogov, povezanih z njegovim posebnim položajem, upravičen, da ugovarja obdelavi vseh podatkov, ki se nanašajo nanj; ker lahko države članice kljub temu sprejmejo nasprotne nacionalne določbe;
|
45. Billi, fil-każijiet meta d-data tista’ tkun ipproċessata skond il-liġi fuq il-bażi ta’ interess pubbliku, awtorità pubblika jew interessi leġittimi ta’ persuna naturali jew ġuridika, kull suġġett tad-data għandu, iżda, jkun intitolat, għal raġuni leġittima u qawwija fl-interess tas-sitwazzjoni partikolari tiegħu, li jagħmel oġġezzjoni għall-ipproċessar ta’ data dwaru; billi Stati Membri jistgħu, iżda, jistabbilixxu dispożizzjonijiet nazzjonali kontrarji;
|
|
(46) ker varstvo pravic in svoboščin posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo, v zvezi z obdelavo osebnih podatkov zahteva, da se sprejmejo primerni tehnični in organizacijski ukrepi med načrtovanjem sistema obdelave, pa tudi med samo obdelavo, predvsem zato, da bi ohranjali varnost in tako preprečili vsako nepooblaščeno obdelavo; ker morajo države članice obvezno zagotoviti, da se upravljavci ravnajo po teh ukrepih; ker morajo ti ukrepi zagotoviti ustrezno raven varnosti ob upoštevanju najsodobnejše tehnologije in stroškov njihovega izvajanja glede na tveganja, ki so povezana z obdelavo, ter narave podatkov, ki jih je treba varovati;
|
46. Billi l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ suġġetti tad-data għall-ipproċessar ta’ data personali teħtieġ li jittieħdu miżuri tekniċi u ta’ organizzazzjoni xierqa, kemm meta d-disinn tas-sistema ta’ l-ipproċessar ikun qed isir, kemm waqt l-ipproċessar innifsu, partikolarment biex tinżamm is-sigurtà u għalhekk ma jkunx hemm ipproċessar mhux awtoriżżat; billi hija r-responsabbiltà ta’ l-Istati Membri li jassiguraw li l-kontrolluri iħarsu dawn il-miżuri; billi dawn il-miżuri għandhom jassiguraw livell xieraq ta’ sigurtà, meħud kont l-iktar teknika avvanzata u l-ispejjeż għall-implimentazzjoni tagħhom għar-riskji li jkun hemm fl-ipproċessar u n-natura tad-data li għandha tkun protetta;
|
|
(47) ker, kadar se sporočilo, ki vsebuje osebne podatke, prenese po telekomunikacijah ali elektronski pošti, katerih edini namen je prenos takih sporočil, se upravljavec v zvezi z osebnimi podatki, ki jih vsebuje to sporočilo, običajno šteje za osebo, od katere to sporočilo izvira, in ne oseba, ki nudi storitve prenosa; ker se tisti, ki nudijo take storitve, običajno štejejo za upravljavce v zvezi z obdelavo dodatnih osebnih podatkov, potrebnih za dejavnost storitve;
|
47. Billi meta messaġġ li jkollu data personali jiġi trasmess permezz ta’ telekomunikazzjonijiet jew servizz ta’ posta elettronika, li l-għan waħdieni tagħhom huwa t-trasmissjoni ta’ dawk il-messaġġi, il-kontrollur għandu normalment jitqies, għall-fini tad-data personali li tkun tinsab fil-messaġġ, bħala l-persuna li mingħandu l-messaġġ ikollu l-bidu tiegħu, minflok il-persuna li toffri s-servizzi ta’ trasmissjoni; billi, iżda, dawk li joffru dawk is-servizzi għandhom normalment jitqiesu bħala kontrolluri dwar l-ipproċessar ta’ data personali addizzjonali meħtieġ biex is-servizz jitħaddem;
|
|
(48) ker so postopki za uradno obveščanje nadzornega organa oblikovani tako, da zagotavljajo razkritje namenov in glavnih značilnosti vseh postopkov obdelave zaradi preverjanja, da je postopek v skladu z nacionalnimi predpisi, ki so sprejeti na podlagi te direktive;
|
48. Billi l-proċeduri biex tkun notifikata l-awtorità ta’ superviżjoni huma maħsuba b’mod li jassiguraw li jkunu żvelati l-għanijiet u l-fatturi ewlenin ta’ operazzjoni ta’ proċessar biex ikun verifikat li l-operazzjonijiet ikunu jaqblu mal-miżuri nazzjonali meħuda skond din id-Direttiva;
|
|
(49) ker zato, da bi se izognili neprimernim upravnim formalnostim, države članice lahko predvidijo izjeme od obveznosti po uradnem obveščanju in poenostavljanju zahtevanega uradnega obveščanja, kadar obdelava zelo verjetno ne bo škodljivo vplivala na pravice in svoboščine posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo, če je v skladu z določbami, ki jih sprejme država članica skupaj z navedbo njihovih omejitev; ker lahko države članice prav tako predvidijo izjemo ali poenostavitev, kadar oseba, ki jo določi upravljavec, zagotovi, da obdelava v teku zelo verjetno ne bo škodljivo vplivala na pravice in svoboščine posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo; ker mora biti taka odgovorna oseba za varstvo osebnih podatkov sposobna opravljati svoje naloge popolnoma samostojno, ne glede na to, ali je zaposlena pri upravljavcu ali ne;
|
49. Billi, biex ma jkunx hemm formalitajiet amministrattivi barra minn lokhom, eżenzjoni mill-obbligazzjoni ta’ notifika u simplifikazzjoni tan-notifika meħtieġa jistgħu ikunu provduti mill-Istati Membri f’każi meta l-ipproċessar aktarx li ma jkollux effett ħażin fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, iżda li dan ikun skond il-miżuri meħuda minn Stat Membru li jispeċifikaw il-limiti tagħhom; billi eżenzjoni jew simplifikazzjoni tista’ wkoll tkun stabbilita minn Stati Membri meta persuna maħtura mill-kontrollur tassigura li meta jsir l-ipproċessar dan ma jkollox effett ħażin fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data; billi dan l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, kemm jekk ikun impjegat tal-kontrollur u kemm jekk ma jkunx, għandu jkun f’pożizzjoni li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu b’indipendenza sħiħa;
|
|
(50) ker se lahko izjema ali poenostavitev predvidi pri postopkih obdelave, katerih edini namen je vodenje registra, ki je skladno z nacionalno zakonodajo namenjen zagotavljanju informacij javnosti in je na voljo za vpogled javnosti ali kateri koli osebi, ki lahko izkaže zakoniti interes;
|
50. Billi eżenzjoni jew simplifikazzjoni tista’ tkun provduta fil-każi ta’ operazzjonijiet ta’ ipproċessar li l-iskop waħdieni tiegħu ikun iż-żamma ta’ reġistru maħsub, skond il-liġi nazzjonali, li jagħti informazzjoni lill-pubbliku u li jkun miftuħ għal konsultazzjoni mill-pubbliku jew minn persuna li turi interess leġittimu;
|
|
(51) ker kljub temu poenostavitev ali izjema od obveznosti po uradnem obveščanju ne razreši upravljavca nobenih drugih obveznosti, ki izhajajo iz te direktive;
|
51. Billi, iżda, simplifikazzjoni jew eżenzjoni mill-obbligazzjoni li jkun hemm notifika m’għandhiex teħles lill-kontrollur mill-obbligazzjonijiet l-oħra li jinsabu f’din id-Direttiva;
|
|
(52) ker se mora v tem smislu naknadni pregled s strani pristojnih organov na splošno šteti za zadosten ukrep;
|
52. Billi, f’dan il-kuntest, verifika ex post facto mill-awtoritajiet kompetenti għandha ġeneralment titqies bħala miżura suffiċjenti;
|
|
(53) ker bodo nekateri postopki obdelave zaradi svoje narave, obsega ali namenov, kot na primer izključevanje posameznikov iz pravice, ugodnosti ali pogodbe, ali na podlagi posebne uporabe novih tehnologij verjetno predstavljali posebne grožnje za pravice in svoboščine posameznikov, na katere se nanašajo osebni podatki; ker je stvar držav članic, da opredelijo take grožnje v svoji zakonodaji, če to želijo;
|
53. Billi, iżda, ċerti operazzjonijiet ta’ ipproċessar aktarx li joħolqu riskji partikolari għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data minħabba n-natura tagħhom, l-iskop tagħhom jew il-miri tagħhom, bħalma huwa dak li jeskludi individwi minn xi dritt, benefiċċju jew kuntratt, jew minħabba l-użu speċifiku ta’ teknoloġiji ġodda; billi huma l-Istati Membri, li jispeċifikaw, jekk huma jkunu jridu, dawk ir-riskji fil-liġijiet tagħhom;
|
|
(54) ker bi moralo biti število obdelav, ki predstavljajo tako posebno grožnjo, glede na vse obdelave, ki se opravijo v družbi zelo omejeno; ker morajo države članice določiti, da nadzorni organ ali odgovorna oseba za varstvo osebnih podatkov v sodelovanju z organom preveri tako obdelavo pred njeno izvedbo; ker lahko nadzorni organ po tem predhodnem preverjanju v skladu s svojo nacionalno zakonodajo da mnenje ali dovoljenje v zvezi z obdelavo; ker lahko tako preverjanje ravno tako poteka med pripravo ukrepa nacionalnega parlamenta ali ukrepa, temelječega na takem zakonskem ukrepu, ki opredeljuje naravo obdelave in predpisuje ustrezne zaščitne ukrepe;
|
54. Billi dwar l-ipproċessar kollu magħmul fis-soċjetà, l-ammont li jista’ jġib miegħu dawn ir-riskji partikolari għandu jkun limitat ħafna; billi Stati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni jew l-uffiċjal ta’ protezzjoni tad-data, b’kooperazzjoni ma’ l-awtorità, jivverifikaw dak l-ipproċessar qabel ma jsir; billi wara din il-verifika minn qabel, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’, skond il-liġi nazzjonali tagħha, tagħti opinjoni jew awtorizzazzjoni dwar l-ipproċessar; billi din il-verifika tista’ wkoll issir waqt it-tħejjija ta’ miżura tal-Parlament nazzjonali jew ta’ miżura msejsa fuq miżura leġislattiva bħal dik, li jkollha definizzjoni tan-natura ta’ l-ipproċessar u li tistabbilixxi protezzjoni xierqa;
|
|
(55) ker mora nacionalna zakonodaja predvideti sodno varstvo, če upravljavec ne spoštuje pravic posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo; ker mora vso škodo, ki jo lahko utrpi oseba zaradi nezakonite obdelave, nadomestiti upravljavec, ki pa je prost odgovornosti, zlasti če dokaže, da ni odgovoren za škodo, predvsem kadar ugotovi napako na strani posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, ali v primeru višje sile; ker se morajo sankcije naložiti vsaki osebi, ki ne ravna v skladu z nacionalnimi predpisi na podlagi te direktive, ne glede na to, ali osebo ureja zasebno ali javno pravo;
|
55. Billi, jekk il-kontrollur jonqos milli jirrispetta d-drittijiet tas-suġġett tad-data, il-liġi nazzjonali għandha tipprovdi rimedju ġuridiku; billi persuna li ssofri ħsara minħabba ipproċessar illegali għandha tingħata kumpens mill-kontrollur, li jista’ jkun meħlus minn dan l-obbligu jekk iġib prova li ma kienx responsabbli għal ħsara, partikolarment f’każ li hu jistabilixxi li s-suġġett tad-data kellu ħtija jew f’każ ta’ forza maġġuri; billi għandu jkun hemm sanzjoni għal kull persuna, kemm taħt il-liġi privata u dik pubblika, li tonqos milli tħares il-miżuri nazzjonali meħuda b’din id-Direttiva;
|
|
(56) ker so čezmejni prenosi osebnih podatkov potrebni za razvoj mednarodne trgovine; ker varstvo posameznikov, ki ga ta direktiva zagotavlja v Skupnosti, ne ovira prenosa osebnih podatkov v tretje države, ki zagotavljajo primerno raven varstva; ker se mora primernost ravni varstva, ki jo zagotavlja tretja država, oceniti glede na vse okoliščine, ki spremljajo postopek prenosa ali niz postopkov prenosa;
|
56. Billi t-tixrid ta’ data personali minn naħa għal oħra tal-fruntieri huma meħtieġ biex il-kummerċ internazzjonali jikber; billi l-protezzjoni ta’ l-individwu garantita fil-Komunità b’din id-Direttiva ma tfixkilx it-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi terzi li jassiguraw livell tajjeb ta’ protezzjoni; billi dan il-livell tajjeb ta’ protezzjoni mogħoti minn pajjiż terz għandu jkun eżaminat fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li għandhom x’jaqsmu ma’ operazzjoni ta’ trasferiment jew ma’ għadd ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment;
|
|
(57) ker se mora po drugi strani prepovedati prenos osebnih podatkov v tretjo državo, ki ne zagotavlja primerne ravni varstva;
|
57. Billi, minn naħa l-oħra, m’għandux jitħalla jsir it-trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz li ma jassigurax livell tajjeb ta’ protezzjoni;
|
|
(58) ker bi bilo treba predvideti izjeme od te prepovedi v okoliščinah, kadar je posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, dal svojo privolitev, kadar je prenos potreben v zvezi s pogodbo ali pravnim zahtevkom, kadar to zahteva zaščita pomembnega javnega interesa, na primer pri mednarodnih prenosih podatkov med davčnimi ali carinskimi upravami ali med službami, ki so pristojne za zadeve socialne varnosti, ali pa kadar se opravi prenos iz registra, ki je ustanovljen z zakonom in namenjen vpogledu javnosti ali oseb, ki imajo zakoniti interes; ker v tem primeru tak prenos ne bi smel vključevati celotnih podatkov ali celotnih kategorij podatkov, ki jih vsebuje register, in kadar je register namenjen vpogledu oseb, ki imajo zakoniti interes, bi bilo treba prenos opraviti samo na zahtevo teh oseb ali če bodo te osebe prejemniki;
|
58. Billi għandu jkun hemm dispożizzjonijiet għal eżenzjonijiet minn din il-projbizzjoni f’ċerti ċirkostanzi meta s-suġġett tad-data jkun ta’ l-kunsens tiegħu, meta t-trasferiment ikun meħtieġ dwar kuntratt jew talba legali, meta tkun meħtieġa l-protezzjoni ta’ interess pubbliku ta’ importanza, per eżempju f’każi ta’ trasferimenti internazzjonali ta’ data bejn amministrazzjonijiet fiskali jew doganali jew bejn servizzi kompetenti għal affarijiet ta’ sigurtà soċjali, jew meta t-trasferiment ikun sar minn reġistru stabbilit b’liġi u maħsub biex il-pubbliku jew persuni li jkollhom interess leġittimu jikkonsultawh; billi f’dan il-każ dan it-trasferiment m’għandux jinkludi d-data kollha jew il-kategoriji kollha tad-data li tkun tinsab fir-reġistru u, meta r-reġistru jkun maħsub biex persuni li jkollhom interess leġittimu jikkonsultawh, it-trasferiment għandu jsir biss fuq it-talba ta’ dawk il-persuni jew jekk huma ser ikunu r-riċevituri;
|
|
(59) ker se lahko sprejmejo posebni ukrepi za nadomestitev pomanjkanja varstva v tretji državi, če upravljavec ponudi ustrezne zaščitne ukrepe; ker je poleg tega treba predvideti postopke za pogajanja med Skupnostjo in takimi tretjimi državami;
|
59. Billi jistgħu jittieħdu miżuri partikolari bħala kumpens għal nuqqas ta’ protezzjoni f’pajjiż terz f’każi meta l-kontrollur joffri protezzjoni xierqa; billi, wkoll, għandhom ikunu stabbiliti l-proċeduri għal negozjati bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi terzi;
|
|
(60) ker se v vsakem primeru prenosi v tretje države lahko opravijo samo v popolni skladnosti s predpisi, ki so jih sprejele države članice na podlagi te direktive in predvsem člena 8;
|
60. Billi, fi kwalunkwe każ, trasferimenti lil pajjiżi terzi jistgħu jsiru biss bi qbil sħiħ mad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skond din id-Direttiva, u partikolarment l-Artikolu 8 tagħha;
|
|
(61) ker morajo države članice in Komisija v skladu s svojimi pristojnostmi spodbujati poslovna združenja in druge predstavniške organizacije, ki se ukvarjajo s pripravljanjem pravil ravnanja za pospeševanje uporabe te direktive, ob upoštevanju posebnih značilnosti obdelave, ki se izvaja na nekaterih področjih, in ob spoštovanju nacionalnih predpisov, sprejetih za njeno izvajanje;
|
61. Billi Stati Membri u l-Kummissjoni, fil-qasam partikolari tagħhom ta’ kompetenza, għandhom jinkoraġġixxu lil għaqdiet tal-kummerċ u organizzazzjonijiet rappreżentattivi oħra interessati biex iħejju kodiċijiet ta’ kondotta biex iħaffu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meħud kont tal-karatteristiċi speċifiċi ta’ l-ipproċessar magħmul f’ċerti setturi, u f’dak li għandu x’jaqsam mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għal l-implimentazzjoni tagħha;
|
|
(62) ker je v državah članicah ustanovitev nadzornih organov, ki opravljajo svoje naloge popolnoma samostojno, bistvena sestavina varstva posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov;
|
62. Billi t-twaqqif fi Stati Membri ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’independenza sħiħa, huwa kondizzjoni essenzjali għall-protezzjoni ta’ individwi fl-ipproċessar ta’ data personali;
|
|
(63) ker morajo taki organi za opravljanje svojih nalog imeti potrebna sredstva, vključno s pooblastili za preiskavo in ukrepanje, predvsem pri pritožbah posameznikov, in pooblastila za sodelovanje v sodnih postopkih; ker morajo taki organi pomagati zagotoviti preglednost obdelave v državah članicah, v katere pristojnost sodijo;
|
63. Billi dawk l-awtoritajiet għandu jkollhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu d-doveri tagħhom, magħduda setgħat ta’ investigazzjoni u intervent, partikolarment f’każi ta’ lmenti minn individwi, u setgħat li jibdew proċeduri legali; billi dawn l-awtoritajiet għandhom jgħinu biex tkun assigurata t-trasparenza ta’ l-ipproċessar fl-Istati Membri li fil-ġurisdizzjoni tagħhom huma jkunu jinsabu;
|
|
(64) ker bodo morali organi v raznih državah članicah drug drugemu pomagati pri opravljanju svojih nalog, da bi zagotovili ustrezno spoštovanje predpisov o varstvu v celotni Evropski uniji;
|
64. Billi l-awtoritajiet fid-diversi Stati Membri jkunu jeħtieġu li jgħinu lil xulxin fit-twettiq tad-doveri tagħhom biex jassiguraw li r-regoli ta’ protezzjoni jkunu rispettati kif jixraq fl-Unjoni Ewropea kollha;
|
|
(65) ker je treba na ravni Skupnosti vzpostaviti delovno skupino za varstvo posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov in ker mora biti ta popolnoma samostojna pri opravljanju svojih nalog; ker mora upoštevajoč svojo posebno naravo svetovati Komisiji in predvsem prispevati k enotni uporabi nacionalnih predpisov, sprejetih na podlagi te direktive;
|
65. Billi, fuq il-livell tal-Komunità, għandu jkun hemm Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ Individwi fl-Ipproċessar ta’ Data Personali, u li jkun indipendenti għal kollox fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu; billi, meħud kont tan-natura speċifika tiegħu, dan għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni u, partikolarment, jaghti sehmu għall-applikazzjoni uniformi tar-regoli nazzjonali skond din id-Direttiva;
|
|
(66) ker uporaba te direktive glede prenosa podatkov v tretje države zahteva podelitev izvedbenih pooblastil Komisiji in uporabo enega izmed postopkov iz Sklepa Sveta 87/373/EGS [4];
|
66. Billi, dwar it-trasferiment ta’ data lil pajjiżi terzi, għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni u tkun stabbilita proċedura kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kunsill 87/373/KEE [4];
|
|
(67) ker je bil 20. decembra 1994 dosežen sporazum o modusu vivendi med Evropskim parlamentom, Svetom in Komisijo glede izvedbenih ukrepov za akte, sprejete v skladu s postopkom iz člena 189b Pogodbe ES;
|
67. Billi kien intlaħaq ftehim fl-20 ta’ Diċembru, 1994, dwar modus vivendi bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ implimentazzjoni għal atti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189b tat-Trattat tal-Komunità Ewropea;
|
|
(68) ker lahko načela, ki so opredeljena v tej direktivi v zvezi z varstvom pravic in svoboščin posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov, predvsem njihove pravice do zasebnosti, dopolnijo ali razjasnijo posebna pravila, ki bodo temeljila na teh načelih, zlasti kar zadeva nekatera področja;
|
68. Billi l-prinċipji stabbiliti b’din id-Direttiva dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi, l-iktar id-dritt għall-ħajja privata, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ipproċessar ta’ data personali, jista’ jingħatalhom suppliment jew kjarifika, partikolarment safejn għandhom x’jaqsmu ċerti setturi, b’regoli speċifiċi imsejsa fuq dawk il-prinċipji;
|
|
(69) ker bi moralo biti državam članicam odobreno obdobje največ treh let od začetka veljavnosti nacionalnih predpisov, ki prenašajo to direktivo, v katerem naj bi se taki novi nacionalni predpisi uporabljali postopoma za vse postopke obdelave, ki že potekajo; ker bo državam članicam z namenom omogočiti njihovo racionalno izvajanje odobren nadaljnji rok, ki bo potekel 12 let po dnevu sprejetja te direktive, da bi zagotovili usklajenost obstoječih ročno obdelanih zbirk z nekaterimi določbami direktive; ker je treba tam, kjer se podatki, ki jih vsebujejo take zbirke, ročno obdelujejo v tem podaljšanem prehodnem obdobju, te zbirke v trenutku obdelave uskladiti s temi določbami;
|
69. Billi Stati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ mhux iktar minn tlett snin mid-dħul fis-seħħ tal-miżuri nazzjonali għall-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, biex japplikaw progressivament dawk ir-regoli nazzjonali ġodda għall-operazzjonijiet kollha ta’ ipproċessar li jkunu diġa inbdew; billi, sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tagħhom bi spejjeż mill-inqas, Stati Membri għandhom jingħataw perjodu ieħor li jagħlaq 12-il sena wara d-data li fiha din id-Direttiva tkun ġiet adottata biex jassiguraw li l-iskedar manwali eżistenti jkun skond ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva; billi, fejn data li tkun tinsab f’dawk is-sistemi ta’ skedar tkun pproċessata manwalment matul l-estensjoni ta’ dan il-perijodu, dawk is-sistemi għandhom ikunu skond id-dispożizzjonijiet meta jkun qed isir dak l-ipproċessar;
|
|
(70) ker posamezniku, na katerega se osebni podatki nanašajo, po začetku veljavnosti nacionalnih predpisov, sprejetih v skladu s to direktivo, ni treba ponovno privoliti, da upravljavcu dovoli nadaljevati obdelavo občutljivih podatkov, ki so potrebni za izvajanje pogodbe, sklenjene na podlagi prostovoljnega in informiranega soglasja pred začetkom veljavnosti teh določb;
|
70. Billi mhux meħtieġ li s-suġġett tad-data jerġa’ jagħti l-kunsens tiegħu biex il-kontrollur ikollu permess ikompli, wara li d-dispożizzjonijiet nazzjonali skond din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ, jipproċessa kull data sensittiva meħtieġa biex isir kuntratt miftiehem bil-kunsens liberu u infurmat qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet;
|
|
(71) ker ta direktiva ne preprečuje državam članicam, da urejajo aktivnosti trženja, ki so usmerjene k potrošnikom, ki stalno prebivajo na njihovem ozemlju, v kolikor tako urejanje ne zadeva varstva posameznikov v zvezi z obdelavo osebnih podatkov;
|
71. Billi din id-Direttiva mhix ta’ xkiel għal Stat Membru li jagħmel regolamenti dwar atti tal-kummerċ fl-interess ta’ konsumaturi li jkollhom ir-residenza tagħhom fit-territorju, iżda li dawk ir-regolamenti ma jkollhomx x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ individwi dwar l-ipproċessar ta’ data personali;
|
|
(72) ker ta direktiva omogoča, da se pri izvrševanju načel iz te direktive upošteva načelo javnega dostopa do uradnih dokumentov,
|
72. Billi din id-Direttiva tippermetti li meta jkunu implimentati il-prinċipji msemmija f’din id-Direttiva jittieħed kont tal-prinċipju ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali,
|
|
SPREJELA NASLEDNJO DIREKTIVO:
|
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
|
|
POGLAVJE I
|
Il-KAPITOLU I
|
|
SPLOŠNE DOLOČBE
|
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
|
|
Člen 1
|
L-Artikolu 1
|
|
Namen direktive
|
Għan tad-Direttiva
|
|
1. V skladu s to direktivo države članice varujejo temeljne pravice in svoboščine fizičnih oseb in predvsem njihovo pravico do zasebnosti pri obdelavi osebnih podatkov.
|
1. Skond din id-Direttiva, Stati Membri għandhom jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet ta’ persuna naturali, u partikolarment tad-dritt tagħhom għall-ħajja privata dwar l-ipproċessar ta’ data personali.
|
|
2. Države članice ne omejujejo niti ne prepovedujejo prostega prenosa osebnih podatkov med državami članicami zaradi razlogov, povezanih z varstvom, ki je zagotovljeno na podlagi odstavka 1.
|
2. Stati Membri m’għandhomx jirrestrinġu jew jipprojbixxu it-tixrid ħieles ta’ data personali bejn Stati Membri għal raġunijiet li jkollhom x’jaqsmu mal-protezzjoni mogħtija fil-paragrafu 1.
|
|
Člen 2
|
L-Artikolu 2
|
|
Opredelitev pojmov
|
Definizzjonijiet
|
|
V tej direktivi:
|
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
|
|
(a) "osebni podatek" pomeni katero koli informacijo, ki se nanaša na določeno ali določljivo fizično osebo ("posameznik, na katerega se nanašajo osebni podatki"); določljiva oseba je tista, ki se lahko neposredno ali posredno identificira, predvsem s sklicevanjem na identifikacijsko številko ali na enega ali več dejavnikov, ki so značilni za njeno fizično, fiziološko, duševno, ekonomsko, kulturno ali socialno identiteto;
|
(a) "data personali" tfisser kull data li jkollha x’taqsam ma’ persuna naturali identifikata jew identifikabbli ("suġġett tad-data"); persuna identifikabbli huwa min jista’ jkun identifikat, direttament jew indirettament, partikolarment b’referenza għal numru ta’ identità jew għal fattur wieħed speċifiku jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali tiegħu;
|
|
(b) "obdelava osebnih podatkov" ("obdelava") pomeni kakršen koli postopek ali niz postopkov, ki se izvajajo v zvezi z osebnimi podatki z avtomatskimi sredstvi ali brez njih, kakršno je zbiranje, beleženje, urejanje, shranjevanje, prilagajanje ali predelava, iskanje, posvetovanje, uporaba, posredovanje s prenosom, širjenje ali drugo razpolaganje, prilagajanje ali kombiniranje, blokiranje, izbris ali uničenje;
|
(b) "ipproċessar ta’ data personali" ("ipproċessar") tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq data personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, reġistrazzjoni, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew bdil, rkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar bi trasmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allineament, taħlita, imblokk, tħassir jew distruzzjoni;
|
|
(c) "zbirka osebnih podatkov" ("zbirka") pomeni vsak strukturiran niz osebnih podatkov, ki je dostopen v skladu s posebnimi merili, bodisi da je centraliziran, decentraliziran ali razpršen na funkcionalni ali geografski podlagi;
|
(ċ) "sistema ta’ ħażna ta’ data personali" (‘sistema ta’ ħażna’) tfisser sett strutturat ta’ data personali li jkun aċċessibbli skond kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentraliżżat, di-ċentraliżżat jew imferrex fuq bażi funzjonali jew ġeografika;
|
|
(d) "upravljavec" pomeni fizično ali pravno osebo, javni organ, agencijo ali kateri koli drug organ, ki sam ali skupaj z drugimi določa namene in sredstva obdelave osebnih podatkov; kadar namene in sredstva obdelave določa nacionalna zakonodaja ali zakonodaja Skupnosti, lahko upravljavca ali posebna merila za njegovo imenovanje določi nacionalna zakonodaja ali zakonodaja Skupnosti;
|
(d) "kontrollur" tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li waħdu jew flimkien ma’ oħrajn jiddetermina l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ta’ data personali; meta l-finijiet u l-mezzi ta’ l-ipproċessar ikunu determinati minn liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew tal-Komunità, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti b’liġijiet nazzjonali jew tal-Komunità;
|
|
(e) "obdelovalec" pomeni fizično ali pravno osebo, javni organ, agencijo ali kateri koli drug organ, ki obdeluje osebne podatke v imenu upravljavca;
|
(e) "proċessur" tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f’isem il-kontrollur;
|
|
(f) "tretja stranka" pomeni katero koli fizično ali pravno osebo, javni organ, agencijo ali kateri koli drug organ, ki ni posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, upravljavec, obdelovalec in oseba, ki je pod neposredno oblastjo upravljavca ali obdelovalca pooblaščena za obdelavo podatkov;
|
(f) "parti terza" tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li ma jkunx is-suġġett tad-data, il-kontrollur, il-proċessur u l-persuna li, taħt l-awtorità diretta tal-kontrollur jew tal-proċessur, ikunu awtorizzati li jipproċessaw id-data;
|
|
(g) "prejemnik" pomeni fizično ali pravno osebo, javni organ, agencijo ali kateri koli drug organ, ki se mu posreduje podatke, bodisi da je tretja stranka ali ne; vendar pa se organi, ki lahko prejmejo podatke v okviru posamezne poizvedbe, ne štejejo kot prejemniki;
|
(g) "riċevitur" tfisser persuna naturali jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li lilha jkun żvelat data, kemm jekk tkun parti terza u wkoll jekk ma tkunx; iżda awtoritajiet li jistgħu jirċievu data fil-kuntest ta’ inkjesta partikolari m’għandhomx jitqiesu bħala riċevituri;
|
|
(h) "privolitev posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki" pomeni vsako prostovoljno dano posebno in informirano izjavo volje, s katero posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, izrazi soglasje, da se osebni podatki o njem obdelujejo.
|
(h) "il-kunsens tas-suġġett tad-data" tfisser indikazzjoni speċifika u infurmata tax-xewqa tiegħu mogħtija liberament li biha s-suġġett tad-data jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ data personali dwaru.
|
|
Člen 3
|
L-Artikolu 3
|
|
Področje uporabe
|
Skop
|
|
1. Ta direktiva se uporablja za obdelavo osebnih podatkov v celoti ali delno z avtomatskimi sredstvi in za drugačno obdelavo kakor z avtomatskimi sredstvi za osebne podatke, ki sestavljajo del zbirke ali so namenjeni sestavljanju dela zbirke.
|
1. Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar.
|
|
2. Ta direktiva se ne uporablja za obdelavo osebnih podatkov:
|
2. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali:
|
|
- med dejavnostjo, ki ne sodi na področje uporabe zakonodaje Skupnosti, kot so tiste, opredeljene v naslovih V in VI Pogodbe o Evropski uniji, in v vsakem primeru v postopkih obdelave v zvezi z javno varnostjo, obrambo, državno varnostjo (vključno z gospodarsko blaginjo države, kadar se postopek obdelave nanaša na zadeve državne varnosti) in pri dejavnostih države na področju kazenskega prava,
|
- fil-kors ta’ attività li ma tkunx skond il-finijiet ta’ liġi tal-Komunità, bħalma huma dawk provduti fit-Titoli V u VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u fi kwalunkwe każ għal operazzjonijiet ta’ ipproċessar dwar sigurtà pubblika, difiża, sigurtà ta’ l-Istat (magħdud il-ġid ekonomiku ta’ l-Istat meta l-operazzjoni ta’ l-ipproċessar tkun dwar materji ta’ sigurtà ta’ l-Istat) u l-attivitajiet ta’ l-Istat fl-oqsma tal-liġi kriminali,
|
|
- s strani fizične osebe med potekom popolnoma osebne ali domače dejavnosti.
|
- minn persuna naturali meta fil-kors ta’ attività purament personali jew domestika.
|
|
Člen 4
|
L-Artikolu 4
|
|
Uporaba nacionalne zakonodaje
|
Il-Liġi nazzjonali applikabbli
|
|
1. Vsaka država članica za obdelavo osebnih podatkov uporablja nacionalne predpise, ki jih sprejme v skladu s to direktivo, kadar:
|
1. Kull Stat Membru għandu japplika d-dispożizzjonijiet nazzjonali li hu jadotta skond din id-Direttiva għall-ipproċessar ta’ data personali meta:
|
|
(a) se obdelava izvaja v okviru dejavnosti ustanovitve upravljavca na ozemlju države članice; kadar je isti upravljavec ustanovljen na ozemlju več držav članic, mora sprejeti potrebne ukrepe za zagotovitev, da vsaka od teh ustanovitev izpolnjuje obveznosti, ki jih določa veljavno nacionalno pravo;
|
(a) l-ipproċessar isir fil-kuntest ta’ l-attivitajiet ta’ stabbiliment tal-kontrollur fit-territorju ta’ l-Istat Membru; meta l-istess kontrollur ikun stabbilit fit-territorju ta’ diversi Stati Membri, hu għandu jieħu l-miżuri meħtieġa biex jassigura li kull wieħed minn dawk l-istabbilimenti jkunu konformi ta’ l-obbligazzjonijiet meħtieġa mill-liġi nazzjonali li tkun tapplika;
|
|
(b) upravljavec ni ustanovljen na ozemlju države članice, ampak v kraju, kjer se njegova nacionalna zakonodaja uporablja na podlagi mednarodnega javnega prava;
|
(b) il-kontrollur ma jkunx stabbilit fit-territorju ta’ l-Istat Membru, imma f’post fejn il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat tkun tapplika skond il-liġi pubblika internazzjonali;
|
|
(c) upravljavec ni ustanovljen na ozemlju Skupnosti in za obdelavo osebnih podatkov uporablja avtomatsko ali drugo opremo, ki se nahaja na ozemlju te države članice, razen če se taka oprema uporablja samo za prehod prek Skupnosti.
|
(ċ) il-kontrollur ma jkunx stabbilit fit-territorju tal-Komunità u, għall-finijiet ta’ l-ipproċessar ta’ data personali jagħmel użu minn tagħmir, awtomatizzat jew xort’oħra, li jkun jinsab fit-territorju ta’ l-imsemmi Stat Membru, sakemm dak it-tagħmir jintuża biss għal għanijiet ta’ trasmissjoni fit-territorju tal-Komunità.
|
|
2. V okoliščinah, navedenih v odstavku 1(c), mora upravljavec določiti predstavnika, ki je ustanovljen na ozemlju omenjene države članice, ne da bi to posegalo v tožbe, ki se lahko vložijo zoper samega upravljavca.
|
2. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 1 (ċ), il-kontrollur għandu jinnomina rappreżentant stabbilit fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru, bla ħsara għal azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-kontrollur innifsu.
|
|
POGLAVJE II
|
Il-KAPITOLU II
|
|
SPLOŠNA PRAVILA O ZAKONITOSTI OBDELAVE OSEBNIH PODATKOV
|
REGOLI ĠENERALI DWAR IL-LEGALITÀ TA’ L-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
|
Člen 5
|
L-Artikolu 5
|
|
Države članice v mejah določb tega poglavja natančneje določijo pogoje, pod katerimi je obdelava osebnih podatkov zakonita.
|
Stati Membri għandhom, fil-limiti tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, jistabbilixxu b’iktar preċiżjoni il-kondizzjonijiet li bihom l-ipproċessar ta’ data personali jkun skond il-liġi.
|
|
ODDELEK I
|
TAQSIMA I
|
|
NAČELA V ZVEZI S KAKOVOSTJO PODATKOV
|
PRINĊIPJI DWAR IL-KWALITÀ TAD-DATA
|
|
Člen 6
|
L-Artikolu 6
|
|
1. Države članice določijo, da morajo biti osebni podatki:
|
1. Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali għandu jkun:
|
|
(a) pošteno in zakonito obdelani;
|
(a) ipproċessat b’mod ġust u skond il-liġi;
|
|
(b) zbrani za določene, izrecne ter zakonite namene in se ne smejo naprej obdelovati na način, ki je nezdružljiv s temi nameni. Nadaljnja obdelava podatkov v zgodovinske, statistične ali znanstvene namene se ne šteje za nezdružljivo, če države članice zagotovijo ustrezne zaščitne ukrepe;
|
(b) miġbur għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessat aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma dawk il-finijiet. Ippoċessar iktar ta’ data għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi m’għandux jitqies bħala inkompatibbli sakemm dak l-Istat Membru jagħti protezzjoni xierqa;
|
|
(c) primerni, ustrezni in ne pretirani glede na namene, za katere se zbirajo in/ali naprej obdelujejo;
|
(ċ) adekwat, rilevanti u mhux eċċessiv għall-finijiet li għalih jinġab u/jew jiġi iktar ipproċessat;
|
|
(d) točni in po potrebi ažurirani; uporabiti je treba vse primerne ukrepe za zagotovitev, da se podatki, ki so netočni ali nepopolni, zbrišejo ali popravijo, ob upoštevanju namenov, za katere so bili zbrani ali za katere se naprej obdelujejo;
|
(d) eżatt u, fejn meħtieġ, jinżamm aġġornat; għandu jsir dak kollu raġjonevoli biex ikun assigurat li data li ma tkunx eżatta jew mhux kompleta, meħud kont tal-finijiet li għalihom kien inġabar jew li għalihom ikun sar iktar ipproċessar, jitħassar jew jissewwa;
|
|
(e) shranjeni v obliki, ki dopušča identifikacijo posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo, le toliko časa, kolikor je potrebno za namene, za katere so bili podatki zbrani ali za katere se naprej obdelujejo. Države članice določijo ustrezne zaščitne ukrepe za osebne podatke, shranjene za daljša obdobja za zgodovinsko, statistično ali znanstveno uporabo.
|
(e) miżmum b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun iktar ipproċessata. Stati Membri għandhom jistabbilixxu protezzjoni xierqa għal data personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku.
|
|
2. Upravljavec mora zagotoviti, da se ravna v skladu z odstavkom 1.
|
2. Għandu jkun il-kontrollur li jassigura konformità mal-paragrafu 1.
|
|
ODDELEK II
|
TAQSIMA II
|
|
MERILA ZA ZAKONITOST OBDELAVE PODATKOV
|
KRITERJI BIEX L-IPPROĊESSAR TA’ DATA JKUN LEĠITTIMU
|
|
Člen 7
|
L-Artikolu 7
|
|
Države članice določijo, da se lahko osebni podatki obdelujejo samo, če:
|
Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali jista’ jkun ipproċessat biss jekk:
|
|
(a) je posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, nedvoumno dal svojo privolitev; ali
|
(a) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu b’mod ċar; jew
|
|
(b) je obdelava potrebna za izvajanje pogodbe, katere stranka je posameznik, na katerega se nanašajo osebni podatki, ali pa za izvajanje ukrepov na zahtevo posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, pred sklenitvijo pogodbe; ali
|
(b) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex isir kuntratt li tiegħu s-suġġett tad-data jkun parti jew biex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-data qabel ma jagħmel kuntratt; jew
|
|
(c) je obdelava potrebna za skladnost z zakonsko obveznostjo, ki velja za upravljavca; ali
|
(ċ) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex titħares obbligazzjoni legali li s-suġġett tagħha jkun il-kontrollur; jew
|
|
(d) je obdelava potrebna za varstvo življenjskih interesov posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo; ali
|
(d) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-data; jew
|
|
(e) je obdelava potrebna za izvajanje naloge, ki se opravlja v javnem interesu ali pri izvrševanju javne oblasti, dodeljene upravljavcu ali tretji stranki, ki so ji posredovani podatki; ali
|
(e) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex isir ħidma fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika vestita fil-kontrollur jew f’parti terza li lilha jkun żvelat id-data; jew
|
|
(f) je obdelava potrebna zaradi zakonitih interesov, za katere si prizadeva upravljavec ali tretja stranka ali stranke, ki so jim osebni podatki posredovani, razen kadar nad takimi interesi prevladajo temeljne pravice in svoboščine posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, ki se varujejo na podlagi člena 1(1).
|
(f) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu l-kontrollur jew il-parti terza jew il-partijiet li lilhom ikun żvelat id-data, ħlief meta dawk l-interessi jiġu wara l-interessi ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jkun jeħtiġilhom protezzjoni skond l-Artikolu 1(1).
|
|
ODDELEK III
|
TAQSIMA III
|
|
POSEBNE VRSTE OBDELAVE
|
KATEGORIJI SPEĊJALI TA’ IPPROĊESSAR
|
|
Člen 8
|
L-Artikolu 8
|
|
Obdelava posebnih vrst podatkov
|
L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data
|
|
1. Države članice prepovejo obdelavo osebnih podatkov, ki kažejo na rasni ali etnični izvor, politična mnenja, verska ali filozofska prepričanja, pripadnost sindikatu, in obdelavo podatkov v zvezi z zdravjem ali spolnim življenjem.
|
1. Stati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta’ data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija trade-unjonistika, u l-ipproċessar ta’ data dwar saħħa jew ħajja sesswali.
|
|
2. Odstavek 1 se ne uporablja, kadar:
|
2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn:
|
|
(a) je posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, dal svojo izrecno privolitev k obdelavi teh podatkov, razen kadar zakonodaja države članice določi, da se od prepovedi iz odstavka 1 ne sme odstopiti s tem, da posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, da svojo privolitev; ali
|
(a) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens espliċitu tiegħu għall-ipproċessar ta’ dak id-data, ħlief jekk il-liġijiet ta’ l-Istat Membru jipprovdu li l-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma tkunx tista’ titneħħa minkejja li s-suġġett tad-data jkun ta l-kunsent tiegħu; jew
|
|
(b) je obdelava potrebna zaradi izpolnjevanja obveznosti in posebnih pravic upravljavca na področju prava zaposlovanja, če jo dovoljuje nacionalna zakonodaja, ki zagotovi ustrezne zaščitne ukrepe; ali
|
(b) l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet tat-twettiq ta’ l-obbligazzjonijiet u d-drittijiet speċifiċi tal-kontrollur fil-qasam tal-liġi ta’ l-impjiegi sakemm dan ikun awtoriżżat mill-liġi nazzjonali li tipprovdi għal protezzjoni adekwata; jew
|
|
(c) je obdelava potrebna za varstvo življenjskih interesov posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, ali druge osebe, kadar posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, fizično ali pravno ni sposoben dati svoje privolitve; ali
|
(ċ) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew ta’ xi persuna oħra meta s-suġġett tad-data jkun fiżikament jew legalment inkapaċi li jagħti l-kunsens tiegħu; jew
|
|
(d) obdelavo pri svojih zakonitih dejavnostih z ustreznimi garancijami izvaja ustanova, združenje ali kateri drug neprofitni organ s političnim, filozofskim, verskim ali sindikalnim ciljem in pod pogojem, da se obdelava nanaša samo na člane organa ali na osebe, ki so v rednem stiku z njim v zvezi z njegovimi nameni, in da se podatki ne posredujejo tretji stranki brez privolitve posameznikov, na katere se nanašajo; ali
|
(d) l-ipproċessar isir fil-kors ta’ l-attivitajiet legittimi tiegħu b’garanziji xierqa minn fondazzjoni, għaqda jew xi korp ieħor li ma jagħmilx profitt b’għanijiet politiċi, filosofiċi, reliġjużi jew trade-unjonistiċi u bil-kondizzjoni li l-ipproċessar ikun biss dwar il-membri tal-korp jew il-persuni li jkollhom kuntatt regulari miegħu b’rabta ma l-għanijiet tiegħu, u li d-data ma tkunx żvelata lil parti terza mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data, jew
|
|
(e) se obdelava nanaša na podatke, ki jih posameznik, na katerega se nanašajo, javno objavi ali je potrebna za uveljavljanje, izvajanje ali obrambo pravnih zahtevkov.
|
(e) l-ipproċessar ikun dwar data li b’mod ċar ikun sar pubbliku mis-suġġett tad-data jew li jkun meħtieġ biex ikunu stabbiliti, eżerċitati jew protetti talbiet legali.
|
|
3. Odstavek 1 se ne uporablja, kadar se podatki obdelujejo za potrebe preventivne medicine, zdravstvene diagnoze, za zagotovitev oskrbe, ali zdravljenja, ali vodenje zdravstvenih služb in kadar te podatke obdeluje zdravstveni delavec na podlagi nacionalne zakonodaje ali pravil, ki jih sprejmejo pristojni nacionalni organi glede dolžnosti poklicne molčečnosti, ali druga oseba, ki je prav tako zavezana enaki dolžnosti molčečnosti.
|
3. Il-Paragrafu 1 m’għandux japplika meta l-ipproċessar tad-data jkun meħtieġ għall-għanijiet ta’ mediċina preventiva, dijanjosi medika, l-għoti ta’ kura jew trattament jew l-amministrazzjoni ta’ servizzi tas-saħħa, u meta dak id-data tkun pproċessata minn professjonista tas-saħħa li jkun suġġett skond il-liġijiet nazzjonali jew regoli stabbiliti minn korpi nazzjonali kompetenti għall-obbligazzjoni tas-sigriet professjonali jew minn persuna oħra li wkoll tkun suġġetta għall-istess obbligazzjoni ta’ segretezza.
|
|
4. Ob upoštevanju ustreznih zaščitnih ukrepov lahko države članice zaradi javnega interesa bistvenega pomena določijo dodatne izjeme poleg tistih iz odstavka 2, bodisi z nacionalno zakonodajo ali odločitvijo nadzornega organa.
|
4. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni xierqa, Stati Membri jistgħu, għall-finijiet ta’ interess pubbliku sostanzjali, jistabbilixxu eżenzjonijiet b’żjieda ma dawk stabbiliti f’Paragrafu 2 permezz ta’ liġi nazzjonali jew b’deċiżjoni ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni.
|
|
5. Obdelava podatkov v zvezi s prekrški, kazenskimi obsodbami ali varnostnimi ukrepi se lahko izvaja samo pod nadzorom uradnega organa ali pa če nacionalna zakonodaja določi ustrezne posebne zaščitne ukrepe ob upoštevanju odstopanj, ki jih lahko zagotovi država članica na podlagi nacionalnih predpisov, ki določajo ustrezne posebne zaščitne ukrepe. Vendar pa se popoln register kazenskih obsodb lahko vodi samo pod nadzorom uradnega organa.
|
5. L-ipproċessar ta’ data dwar offiżi, kundanni kriminali jew miżuri ta’ sigurtà jista’ jsir biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali, jew jekk tkun hemm provduta protezzjoni speċifiċa xierqa taħt il-liġi nazzjonali, skond derogi li jistgħu jingħataw mill-Istat Membru permezz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu għal protezzjoni speċifiċa xierqa. Iżda reġistru komplut ta’ kundanni kriminali jista’ jinżamm biss taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.
|
|
Države članice lahko določijo, da se podatki v zvezi z upravnimi kaznimi ali sodbami v civilnih zadevah lahko tudi obdelujejo pod nadzorom uradnega organa.
|
Stati Membri jistgħu jipprovdu li data dwar sanzjonijiet amministrattivi jew sentenzi f’każi ċivili għandhom ukoll ikunu pproċessati taħt il-kontroll ta’ awtorità uffiċjali.
|
|
6. Komisija je uradno obveščena o odstopanjih od odstavka 1, ki jih opredeljujeta odstavka 4 in 5.
|
6. Derogi mill-Paragrafu 1 li huma provduti fil-Paragrafi 4 u 5 għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni.
|
|
7. Države članice določijo pogoje, pod katerimi se lahko obdela nacionalna identifikacijska številka ali kateri koli drug identifikator splošne uporabe.
|
7. Stati Membri għandhom jiddeterminaw il-kondizzjonijiet li bihom numru ta’ identifikazzjoni nazzjonali jew mezz ieħor ta’ identifikazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali jistgħu jkun pproċessati.
|
|
Člen 9
|
L-Artikolu 9
|
|
Obdelava osebnih podatkov in svoboda izražanja
|
L-ipproċessar ta’ data personali u libertà ta’ l-espressjoni
|
|
Države članice določijo izjeme ali odstopanja od določb tega poglavja, poglavja IV in poglavja VI za obdelavo osebnih podatkov, ki se izvaja zgolj v novinarske namene ali zaradi umetniškega ali literarnega izražanja samo, če so potrebna za uskladitev pravice do zasebnosti s predpisi, ki urejajo svobodo izražanja.
|
Stati Membri għandhom jipprovdu għal eżenzjonijiet jew derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu, il-Kapitolu IV u l-Kapitolu V dwar l-ipproċessar ta’ data personali magħmul biss għal għanijiet ġurnalistiċi jew għall-iskop ta’ espressjoni artistika jew letterarja jekk dawn ikunu meħtieġa biss biex jirrikonċiljaw id-dritt tal-ħajja parivata mar-regoli li jirregolaw il-libertà ta’ l-espressjoni.
|
|
ODDELEK IV
|
TAQSIMA IV
|
|
INFORMACIJE, POSREDOVANE POSAMEZNIKU, NA KATEREGA SE OSEBNI PODATKI NANAŠAJO
|
INFORMAZJONI LI GĦANDHA TINGĦATA LIS-SUĠĠETT TAD-DATA
|
|
Člen 10
|
L-Artikolu 10
|
|
Informacije v primerih zbiranja podatkov od posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo
|
Informazzjoni f’każi ta’ ġbir ta’ data mingħand is-suġġet tad-data
|
|
Države članice določijo, da morata upravljavec ali njegov predstavnik zagotoviti posamezniku, na katerega se osebni podatki nanašajo in od katerega se podatki v zvezi z njim zbirajo, vsaj naslednje informacije, razen kadar jih že ima:
|
Stati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jagħtu lis-suġġett tad-data li mingħandu tinġabar id-data dwaru nnifsu, għall-inqas bl-informazzjoni li ġejja, ħlief meta huwa jkun diga jaf biha:
|
|
(a) istovetnost upravljavca ali njegovega predstavnika, če obstaja;
|
(a) l-identità tal-kontrollur jew tar-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm;
|
|
(b) namene obdelave podatkov;
|
(b) l-għanijiet ta’ l-ipproċessar li għalih id-data tkun maħsuba;
|
|
(c) vse nadaljnje informacije, npr.
|
(ċ) informazzjoni oħra bħal
|
|
- prejemnike ali vrste prejemnikov podatkov,
|
- ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri tad-data,
|
|
- ali so odgovori na vprašanja obvezni ali prostovoljni, pa tudi možne posledice, če ne odgovori,
|
- jekk tweġibiet għall-mistoqsijiet ikunux obbligatorji jew voluntarji, kif ukoll dwar x’aktarx ikunu l-konsegwenzi fin-nuqqas ta’ tweġiba,
|
|
- obstoj pravice do dostopa in pravice do popravka podatkov, ki se nanašajo nanj,
|
- l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess għal u d-dritt ta’ rettifika ta’ data dwaru
|
|
kolikor so take nadaljnje informacije potrebne, ob upoštevanju posebnih okoliščin, v katerih se podatki zbirajo, za zagotovitev poštene obdelave glede na posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo.
|
sakemm din l-informazzjoni tkun meħtieġa, meħud kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-data jkun inġabar, biex ikun garantit ipproċessar ġust dwar is-suġġett tad-data.
|
|
Člen 11
|
L-Artikolu 11
|
|
Informacije, kadar podatki niso bili pridobljeni od posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo
|
Informazzjoni meta d-data ma jkunux inkiseb mis-suġġet tad-data
|
|
1. Kadar podatki niso bili pridobljeni od posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, države članice zagotovijo, da mora upravljavec ali njegov predstavnik med zbiranjem osebnih podatkov ali, če se predvideva posredovanje tretji stranki, najpozneje tedaj, ko se podatki prvič posredujejo, zagotoviti posamezniku, na katerega se osebni podatki nanašajo, vsaj naslednje informacije, razen kadar jih že ima:
|
1. Meta d-data ma tkunx inkisbet mis-suġġett tad-data, Stati Membru għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom fil-mument li jibdew ir-reġistrazzjoni tad-data personali, jew jekk ikun maħsub li d-data tiġi żvelata lil parti terza, mhux aktar tard miż-żmien li d-data tkun żvelata l-ewwel darba, jagħtu lis-suġġett tad-data għall-inqas l-informazzjoni li ġejja, ħlief meta huwa jkun diġa jaf biha:
|
|
- istovetnost upravljavca in njegovega predstavnika, če obstaja;
|
- l-identità tal-kontrollur jew tar-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm;
|
|
- namene obdelave;
|
- l-għanijiet ta’ l-ipproċessar;
|
|
- vse nadaljnje informacije, npr.
|
- informazzjoni oħra bħal
|
|
- vrste zadevnih podatkov,
|
- il-kategoriji tad-data in kwistjoni,
|
|
- prejemnike ali vrste prejemnikov,
|
- ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri,
|
|
- obstoj pravice do dostopa in pravice do popravka podatkov, ki se nanašajo nanj,
|
- l-eżistenza tad-dritt ta’ aċċess għal u d-dritt ta’ rettifika ta’ data dwaru
|
|
kolikor so take nadaljnje informacije potrebne, ob upoštevanju posebnih okoliščin, v katerih se podatki obdelujejo, za zagotovitev poštene obdelave glede na posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo.
|
sakemm dik l-informazzjoni tkun meħtieġa, meħud kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-data jkun inġabar, biex ikun garantit ipproċessar ġust dwar is-suġġett tad-data.
|
|
2. Odstavek 1 se ne uporablja tam, kjer se predvsem za obdelavo v statistične namene ali zaradi zgodovinskih ali znanstvenih raziskav zagotovitev takih informacij izkaže za nemogočo, ali bi vključevala nesorazmeren napor, ali pa zakon izrecno določa zbiranje oziroma posredovanje. V teh primerih države članice zagotovijo ustrezne zaščitne ukrepe.
|
2. Il-Paragrafu 1 m’għandux japplika fejn, partikolarment għal ipproċessar għall-finijiet ta’ statistika jew għall-finijiet ta’ riċerka storika jew xjentifika, ma jkunx possibbli li tingħata dik l-informazzjoni jew biex tingħata jkun meħtieġ sforz sproporzjonat jew jekk ir-reġistrazzjoni jew l-iżvelar ikunu espressament meħtieġa bil-liġi. F’dawn il-każi Stati Membri għandhom jipprovdu protezzjoni xierqa.
|
|
ODDELEK V
|
TAQSIMA V
|
|
PRAVICA POSAMEZNIKA, NA KATEREGA SE NANAŠAJO OSEBNI PODATKI, DO DOSTOPA DO PODATKOV
|
DRITT TAS-SUĠĠETT TAD-DATA GĦAL AĊĊESS GĦAD-DATA
|
|
Člen 12
|
L-Artikolu 12
|
|
Pravica do dostopa
|
Dritt ta’ aċċess
|
|
Države članice jamčijo vsakemu posamezniku, na katerega se osebni podatki nanašajo, pravico, da pridobi od upravljavca:
|
Stati Membri għandhom jiggarantixxu lil kull suġġett tad-data d-dritt li jikseb mingħand il-kontrollur:
|
|
(a) brez omejitev v razumnem času in brez večjih zamud ali stroškov:
|
(a) mingħajr restrizzjoni f’perjodi raġjonevoli u mingħajr dewmien jew spejjeż eċċessivi:
|
|
- potrditev tega, ali se podatki v zvezi z njim obdelujejo ali ne, in informacije vsaj glede namenov obdelave, vrste zadevnih podatkov in prejemnikov ali vrste prejemnikov, ki so jim podatki posredovani,
|
- konferma jekk data dwaru tkunx qed tiġi pproċessata, u għall-inqas informazzjoni dwar l-għanijiet ta’ l-ipproċessar, il-kategoriji tad-data in kwistjoni, u r-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom ikun żvelat id-data,
|
|
- sporočilo v razumljivi obliki o osebnih podatkih, ki so v obdelavi, in vseh razpoložljivih informacijah glede njihovega vira,
|
- komunikazzjoni lilu b’mod li tinftiehem tad-data li tkun qed tiġi pproċessata u informazzjoni oħra li jkun hemm dwar l-oriġini tiegħu,
|
|
- informacije o logiki, zajeti v vse avtomatske obdelave podatkov, ki se nanašajo nanj, vsaj pri avtomatiziranih odločitvah iz člena 15(1);
|
- għarfien tar-raġuni għal kull ipproċessar awtomatiku tad-data dwaru, għall-inqas fil-każ ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati imsemmija fl-Artikolu 15(1);
|
|
(b) po potrebi popravke, izbris ali blokiranje podatkov, katerih obdelava ni v skladu z določbami te direktive, predvsem zaradi nepopolnih ali netočnih podatkov;
|
(b) skond kif jixraq, ir-rettifika, tħassir jew imblokk ta’ data li l-ipproċessar tiegħu ma jkunx skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, partikolarment minħabba n-natura mhux kompluta jew mhux eżatta tad-data;
|
|
(c) uradno obvestilo tretjim strankam, ki so jim bili posredovani podatki, o vseh popravkih, izbrisu ali blokiranju, izvedenem v skladu z (b), razen če se to izkaže za nemogoče ali če vključuje nesorazmeren napor.
|
(ċ) notifika lill-partijiet terzi li lilhom id-data tkun żvelata dwar kull rettifika, tħassir jew imblokk li jkunu saru skond (b), sakemm din tkun tista’ ssir jew ma tkunx titlob sforz sproporzjonat.
|
|
ODDELEK VI
|
TAQSIMA VI
|
|
IZJEME IN OMEJITVE
|
EŻENZJONIJIET U RESTRIZZJONIJIET
|
|
Člen 13
|
L-Artikolu 13
|
|
Izjeme in omejitve
|
Eżenzjonijiet u restrizzjonijiet
|
|
1. Države članice lahko sprejmejo predpise za omejitev obsega obveznosti in pravic, opredeljenih v členih 6(1), 10, 11(1), 12 in 21, kadar taka omejitev predstavlja potrebni ukrep za zaščito:
|
1. Stati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġislattivi biex jirrestrinġu l-finijiet ta’ l-obbligazzjonijiet u d-drittijiet provduti fl-Artikoli 6(1), 10, 11 (1), 12 u 21 meta dawn ir-restrizzjonijiet jikkostitwixxu miżuri meħtieġa li jagħtu protezzjoni lil:
|
|
(a) državne varnosti;
|
(a) sigurtà nazzjonali;
|
|
(b) obrambe;
|
(b) difiża;
|
|
(c) javne varnosti;
|
(ċ) sigurtà pubblika;
|
|
(d) preprečevanja, preiskovanja, odkrivanja in pregona kaznivih dejanj ali kršitve etike za zakonsko urejene poklice;
|
(d) prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien u prosekuzzjoni ta’ offiżi kriminali jew il-ksur ta’ etika ta’ professjonijiet regolati;
|
|
(e) pomembnega gospodarskega ali finančnega interesa države članice ali Evropske unije, vključno z denarnimi, proračunskimi in davčnimi zadevami;
|
(e) interess ekonomiku jew finanzjarju ta’ importanza għal Stat Membru jew għall-Unjoni Ewopea, magħduda affarijiet monetarji, fiskali jew ta’ l-estmi;
|
|
(f) spremljanja, pregledovanja ali urejanja, povezanega, četudi občasno, z izvajanjem javne oblasti v primerih iz (c), (d) in (e);
|
(f) monitoraġġ, spezzjoni jew funzjoni regolatorja marbuta, ukoll jekk kulltant, ma’ l-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali fil-każi msemmija f’ (ċ), (d) u (e);
|
|
(g) posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki, ali pravic in svoboščin drugih.
|
(g) il-protezzjoni tas-suġġett tad-data jew tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ l-oħrajn.
|
|
2. Ob upoštevanju ustreznih zakonskih zaščitnih ukrepov, predvsem da se podatki ne uporabijo za sprejemanje ukrepov ali odločitev v zvezi z določenim posameznikom, lahko države članice takrat, ko očitno ni nevarnosti za kršitev zasebnosti posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki, zakonsko omejijo pravice, ki jih opredeljuje člen 12, kadar se podatki obdelujejo samo v znanstvenoraziskovalne namene ali se hranijo v obliki, ki omogoča identifikacijo posameznika, za obdobje, ki ne presega potrebnega obdobja, česar edini namen je izdelava statistike.
|
2. Bla ħsara għal protezzjoni legali adekwata, partikolarment li d-data ma tkunx użata biex jittieħdu miżuri jew deċiżjonijiet dwar individwi partikolari, Stati Membi jistgħu, meta jkun jidher ċar li ma jkunx hemm riskju li d-dritt għall-ħajja privata tas-suġġett tad-data tinkiser, jirrestrinġu b’miżuri leġistattivi id-drittijiet provduti fl-Artikolu 12 meta d-data tkun ipproċessata biss għal għanijiet ta’ riċerka xjentifika jew biex jinżamm f’għamla personali għal żmien li ma jaqbiżx dak meħtieġ għall-iskop waħdieni tal-ħolqien ta’ statistika.
|
|
ODDELEK VII
|
TAQSIMA VII
|
|
PRAVICA POSAMEZNIKA, NA KATEREGA SE NANAŠAJO OSEBNI PODATKI, DO UGOVORA
|
ID-DRITT TAS-SUĠĠETT TAD-DATA LI JAGĦMEL OĠĠEZZJONI
|
|
Člen 14
|
L-Artikolu 14
|
|
Pravica posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki, do ugovora
|
Id-dritt tas-suġġett tad-data li jagħmel oġġezzjoni
|
|
Države članice priznavajo posamezniku, na katerega se osebni podatki nanašajo, pravico:
|
Stati Membri għandhom jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt:
|
|
(a) da vsaj v primerih iz člena 7(e) in (f) na podlagi zakonitih in nujnih razlogov, povezanih z njegovim posebnim položajem kadar koli ugovarja obdelavi podatkov, ki se nanašajo nanj, razen kjer nacionalna zakonodaja določa drugače. Kadar obstaja utemeljen ugovor, obdelava, ki jo uvede upravljavec, ne sme več vključevati teh podatkov;
|
(a) li, bla ħsara għal dak provdut fil-liġijiet nazzjonali, mill-inqas fil-każi msemmija fl-Artikolu 7(e) u (f), jagħmel oġġezzjoni f’kull żmien kontra l-ipproċessar ta’ data dwaru għal raġunijiet gravi u leġittimi dwar is-sitwazzjoni partikolari tiegħu. Meta jkun hemm oġġezzjoni ġustifikata, l-ipproċessar mibdi mill-kontrollur jista’ ma jibqax juża dak id-data;
|
|
(b) da na zahtevo in brezplačno ugovarja obdelavi osebnih podatkov, ki se nanašajo nanj, glede katerih upravljavec pričakuje obdelavo zaradi neposrednega trženja, ali da je obveščen, preden se osebni podatki prvič posredujejo tretjim strankam ali se uporabijo v njihovem imenu zaradi neposrednega trženja, in da je izrecno opozorjen na pravico, da brezplačno ugovarja takemu posredovanju ali uporabi.
|
(b) li, fuq talba tiegħu u mingħajr ħlas, jagħmel oġġezzjoni kontra l-ipproċessar ta’ data personali dwaru li l-kontrollur jistenna li jkun ipproċessat għall-fini ta’ bejgħ dirett fis-suq, jew li jkun mgħarraf qabel ma d-data personali tkun żvelata għall-ewwel darba lil partijiet terzi jew użat f’isimhom għal l-għanijiet ta’ bejgħ dirett fis-suq, u li jingħata espressament id-dritt li jagħmel oġġezzjoni mingħajr ħlas kontra dak l-iżvelar jew użu.
|
|
Države članice sprejmejo potrebne ukrepe za zagotovitev, da se posamezniki, na katere se osebni podatki nanašajo, zavedajo obstoja pravice iz prvega pododstavka (b).
|
Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jassiguraw li s-suġġett tad-data tkun taf bl-eżistenza tad-dritt imsemmi fl-ewwel sub-paragrafu ta’ (b).
|
|
Člen 15
|
L-Artikolu 15
|
|
Avtomatizirane posamične odločitve
|
Deċiżjonijiet individwali awtomatizzati
|
|
1. Države članice vsaki osebi priznavajo pravico, da se o njej ne bo sprejela odločitev, ki ima pravne učinke v zvezi z njo ali nanjo znatno vpliva in ki temelji zgolj na avtomatski obdelavi podatkov, namenjeni ovrednotenju nekaterih osebnih vidikov v zvezi s to osebo, kakršni so njena uspešnost pri delu, kreditna sposobnost, zanesljivost, ravnanje itn.
|
1. Stati Membri għandhom jagħtu d-dritt li persuna ma tkunx suġġetta għal deċiżjoni li jkollha effetti legali fuqha jew li teffetwaha sewwa u li tkun imsejsa biss fuq ipproċessar awtomatizzat ta’ data maħsuba biex jagħmel valutazzjoni ta’ ċerti aspetti personali dwarha, bħalma huma ħilitha fuq il-post tax-xogħol, jekk għandhiex mezzi biex jagħmlu tajjeb għaliha, kemm hija ta’ min jafdaha, kondotta, eċċ.
|
|
2. Ob upoštevanju preostalih členov te direktive države članice določijo, da se o osebi lahko sprejme vrsta odločitve iz odstavka 1, če se ta odločitev:
|
2. Bla ħsara għall-Artikoli l-oħra ta’ din id-Direttiva, Stati Membri għandhom jipprovdu li persuna tista’ tkun suġġetta għal deċiżjoni bħal dik imsemmija fil-Paragrafu 1 jekk dik id-deċiżjoni:
|
|
(a) sprejme med sklepanjem ali izvrševanjem pogodbe, pod pogojem, da je zahteva po sklepanju ali izvajanju pogodbe, ki jo vloži posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, izpolnjena ali da obstajajo primerni ukrepi za zaščito njegovih zakonitih interesov, kakršni so dogovori, ki mu omogočajo izraziti njegovo stališče; ali
|
(a) tittieħed fil-kors biex jinbeda jew jitwettaq kuntratt, sakemm it-talba biex jinbeda jew jitwettaq il-kuntratt, magħmula mis-suġġett tad-data, tkun ġiet sodisfatta jew li jkun hemm miżuri tajbin biżżejjed biex jagħtu protezzjoni lill-interessi leġitimi tiegħu, bħalma huma arranġamenti li jħalluh jesprimi lilu nnifsu; jew
|
|
(b) je dovoljena z zakonodajo, ki določa tudi ukrepe za zaščito zakonitih interesov posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki.
|
(b) tkun awtoriżżata b’liġi li tistabbilixxi wkoll miżuri biex jagħtu protezzjoni lill-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data.
|
|
ODDELEK VIII
|
TAQSIMA VIII
|
|
ZAUPNOST IN VARNOST OBDELAVE
|
KONFIDENZJALITÀ U SIGURTÀ TA’ l-IPPROĊESSAR
|
|
Člen 16
|
L-Artikolu 16
|
|
Zaupnost obdelave
|
Konfidenzjalità ta’ l-Ipproċessar
|
|
Nobena oseba, ki odgovarja upravljavcu ali obdelovalcu, vključno s samim obdelovalcem, ki ima dostop do osebnih podatkov, teh ne sme obdelovati brez navodil upravljavca, razen če to od nje zahteva zakon.
|
Kull persuna li taġixxi bl-awtorità tal-kontrollur jew tal-proċessur, magħdud il-proċessur innifsu, li jkollu aċċess għal data personali, m’għandhiex tipproċessaha ħlief fuq struzzjonijiet tal-kontrollur, sakemm ma jkunx meħtieġ li tagħmel hekk mill-liġi.
|
|
Člen 17
|
L-Artikolu 17
|
|
Varnost obdelave
|
Sigurtà ta’ l-ipproċessar
|
|
1. Države članice določijo, da mora upravljavec izvajati ustrezne tehnične in organizacijske ukrepe za zavarovanje osebnih podatkov pred slučajnim ali nezakonitim uničenjem ali slučajno izgubo, predelavo, nepooblaščenim posredovanjem ali dostopom, predvsem kadar obdelava vključuje prenos podatkov po omrežju, ter proti vsem drugim nezakonitim oblikam obdelave.
|
1. Stati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jagħtu protezzjoni lil data personali kontra distruzzjoni aċċidentali jew illegali jew telf aċċidentali, tibdil, żvelar jew aċċess mhux awtorizzat, partikolarment meta l-ipproċessar ikollu x’jaqsam mat-trasmissjoni ta’ data fuq network, u kontra kull forma oħra illegali ta’ ipproċessar.
|
|
Taki ukrepi ob upoštevanju stanja tehnologije in stroškov za njihovo izvajanje zagotavljajo raven zaščite, ustrezno tveganju, ki ga predstavljata obdelava in narava podatkov, ki jih je potrebno varovati.
|
Meħud kont ta’ l-iktar teknika avvanzata u n-nefqa biex ikunu implimentati, dawn il-miżuri għandhom jassiguraw livell xieraq ta’ sigurtà kontra r-riskji li l-ipproċessar u n-natura tad-data li għandha tkun protetta iġibu magħhom.
|
|
2. Države članice določijo, da mora upravljavec, kadar se obdelava izvaja v njegovem imenu, izbrati obdelovalca, ki zagotavlja zadostne garancije glede tehničnih varnostnih ukrepov in organizacijskih ukrepov, ki urejajo obdelavo, ki jo je treba opraviti, ter mora zagotoviti skladnost s temi ukrepi.
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta l-ipproċessar isir f’isem il-kontrollur, huwa għandu jagħżel proċessur li jagħti garanziji suffiċjenti dwar miżuri tekniċi ta’ sigurtà u miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li jkollu jsir, u għandu jassigura li jitħarsu dawk il-miżuri.
|
|
3. Izvajanje obdelave prek obdelovalca mora urejati pogodba ali pravni akt, ki obdelovalca zavezuje nasproti upravljavcu in ki določa predvsem, da:
|
3. L-ipproċessar permezz ta’ proċessur għandu jkun regolat permezz ta’ kuntratt jew att legali li jżomm lill-proċessur responsabbli lejn il-kontrollur u li jistipula partikolarment illi:
|
|
- obdelovalec deluje samo po navodilih upravljavca,
|
- l-proċessur għandu jaġixxi biss fuq struzzjoni tal-kontrollur,
|
|
- so obveznosti iz odstavka 1, kakor jih določa zakonodaja države članice, v kateri je ustanovljen obdelovalec, zavezujoče tudi za obdelovalca.
|
- l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 1, kif imfissra fil-liġi ta’ l-Istat Membru li fiħ il-proċessur ikun stabbilit, għandhom jorbtu wkoll lill-proċessur.
|
|
4. Zaradi dokazovanja morajo biti deli pogodbe ali pravnega akta, ki se nanaša na varstvo podatkov, in zahteve v zvezi z ukrepi iz odstavka 1 v pisni ali drugi enakovredni obliki.
|
4. Għall-fini taż-żamma ta’ prova, dawk il-partijiet tal-kuntratt jew att legali li jitkellmu dwar il-protezzjoni ta’ data u l-ħtiġijiet dwar il-miżuri msemmija fil-Paragrafu 1 għandhom ikunu bil-miktub jew f’għamla oħra ekwivalenti.
|
|
ODDELEK IX
|
TAQSIMA IX
|
|
URADNO OBVEŠČANJE
|
NOTIFIKA
|
|
Člen 18
|
L-Artikolu 18
|
|
Obveznost uradnega obveščanja nadzornega organa
|
Obbligazzjoni ta’ notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni
|
|
1. Države članice določijo, da morata upravljavec ali njegov predstavnik, če obstaja, uradno obvestiti nadzorni organ iz člena 28 pred začetkom izvajanja popolnoma ali delno avtomatskega postopka obdelave ali niza takih postopkov, ki so namenjeni enemu samemu cilju ali več povezanim ciljem.
|
1. Stati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew ir-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm, għandu jinnotifika lill-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fl-Artikolu 28, qabel ma jagħmel l-operazzjoni parzjali jew kollha ta’ l-ipproċessar awtomatiku jew sett ta’ operazzjonijiet bħal dawn maħsuba biex jaqdu skop wieħed jew diversi għanijiet relatati.
|
|
2. Države članice lahko predvidijo poenostavitev ali izjeme od uradnega obveščanja samo v naslednjih primerih in pod naslednjimi pogoji:
|
2. Stati Membri jistgħu jipprovdu għal simplifikazzjoni ta’, jew eżenzjoni minn, notifika, fil-każi biss li ġejjin u skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
|
- kadar za kategorije postopkov obdelave, ki zelo verjetno ne bodo, ob upoštevanju podatkov, ki naj bi se obdelali, škodljivo vplivali na pravice in svoboščine posameznikov, na katere se nanašajo osebni podatki, določijo namene obdelave, podatke ali kategorije podatkov, ki se obdelujejo, kategorijo ali kategorije posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki, prejemnike ali kategorije prejemnikov, ki naj bi se jim podatki posredovali, in obdobje, v katerem naj bi se podatki shranili, in/ali
|
- meta, għal kategoriji ta’ operazzjonijiet ta’ ipproċessar li, meħud kont tad-data li tkun ser tiġi pproċessata, aktarx li ma jeffetwawx ħażin id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data, jispeċifikaw l-għanijiet ta’ l-ipproċessar, id-data jew kategoriji ta’ data li jkunu qed tiġi pproċessata, il-kategorija jew kategoriji tas-suġġett tad-data, ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom ikun ser jiġi żvelat id-data u għal kemm żmien id-data għanha tkun maħżuna, u/jew
|
|
- kadar upravljavec v skladu z nacionalno zakonodajo, ki se zanj uporablja, imenuje odgovorno osebo za varstvo osebnih podatkov, ki je odgovorna predvsem za:
|
- meta l-kontrollur, b’konformità mal-liġi nazzjonali li tirregolah, jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni ta’ data personali, responsabbli partikolarment:
|
|
- zagotavljanje notranje uporabe nacionalnih določb, sprejetih v skladu s to direktivo, na neodvisen način,
|
- li jassigura b’mod indipendenti l-applikazzjoni interna tad-dispożizzjonijiet nazzjonali meħuda skond din id-Direttiva
|
|
- vodenje registra postopkov obdelave, ki jih izvaja upravljavec, ki vsebuje posamezne informacije iz člena 21(2),
|
- għaż-żamma tar-reġistru ta’ operazzjonijiet ta’ ipproċessar li l-kontrollur ikun għamel, li jkun fihom dik l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(2),
|
|
s čimer zagotovi, da postopki obdelave zelo verjetno ne bodo škodljivo vplivali na pravice in svoboščine posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo.
|
biex b’dan jassigura li l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar aktarx ma jkunux ser iħallu effett ħażin fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data.
|
|
3. Države članice lahko določijo, da se odstavek 1 ne uporablja za obdelavo, katere edini namen je vodenje registra, ki je v skladu z zakoni ali predpisi namenjen zagotavljanju informacij javnosti in ki je na voljo za vpogled javnosti na splošno, pa tudi kateri koli osebi, ki izkaže zakoniti interes.
|
3. Stati Membri Membri jistgħu jipprovdu li l-Paragrafu 1 ma jkunx japplika għall-ipproċessar li l-iskop waħdieni tiegħu ikun iż-żamma ta’ reġistru li skond liġijiet jew regolamenti ikun maħsub li jagħti informazzjoni lill-pubbliku u li jkun miftuħ għal konsultazzjoni jew mill-pubbliku in ġenerali jew minn persuna li turi interess leġittimu.
|
|
4. Države članice lahko predvidijo izjemo od obveznosti uradnega obveščanja ali poenostavitev uradnega obveščanja pri postopkih obdelave iz člena 8(2)(d).
|
4. Stati Membru jistgħu jipprovdu għal eżenzjoni mill-obbligazzjoni ta’ notifika jew simplifikazzjoni tan-notifika fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ ipproċessar msemmija fl-Artikolu 8(2)(d).
|
|
5. Države članice lahko predpišejo, da se o nekaterih ali o vseh neavtomatskih postopkih obdelave, ki vključujejo osebne podatke, uradno obvešča, ali pa predvidijo, da se za te postopke obdelave upošteva poenostavljeno uradno obveščanje.
|
5. Stati Membri jistgħu jistipulaw li l-operazzjonijiet kollha jew uħud minnhom ta’ l-ipproċessar mhux awtomatiku li jkollhom li fihom ikollha x’taqsam data personali għandhom ikunu notifikati, jew jipprovdu li dawn l-operazzjonijiet ta’ l-ipproċessar ikunu suġġetti għal notifika simplifikata.
|
|
Člen 19
|
L-Artikolu 19
|
|
Vsebina uradnega obveščanja
|
Kontenut tan-notifika
|
|
1. Države članice določijo informacije, ki morajo biti v uradnem obvestilu. To vključuje vsaj:
|
1. Stati Membri għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tingħata fin-notifika. Din għandha tinkludi mill-inqas:
|
|
(a) osebno ime in naslov upravljavca in njegovega predstavnika, če ta obstaja;
|
(a) l-isem u l-indirizz tal-kontrollur jew tar-rapreżentant tiegħu, jekk ikun hemm;
|
|
(b) namen ali namene obdelave;
|
(b) l-iskop jew l-għanijiet ta’ l-ipproċessar;
|
|
(c) opis kategorije ali kategorij posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo, in podatkov ali kategorij podatkov, ki se nanje nanašajo;
|
(ċ) deskrizzjoni tal-kategorija jew kategoriji tas-suġġett tad-data, u tad-data jew kategoriji ta’ data dwarhom;
|
|
(d) prejemnike ali kategorije prejemnika, ki bi se jim podatki lahko posredovali;
|
(d) ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tista’ tkun żvelata id-data;
|
|
(e) predlagane prenose podatkov v tretje države;
|
(e) trasferimenti proposti tad-data lil pajjiżi terzi;
|
|
(f) splošni opis, ki omogoča oblikovanje predhodne ocene ustreznosti ukrepov, sprejetih v skladu s členom 17, da bi zagotovili varnost obdelave.
|
(f) deskrizzjoni ġenerali li tippermetti li jsir eżami preliminari dwar kemm ikunu xierqa l-miżuri meħuda skond l-Artikolu 17 biex jassiguraw is-sigurtà ta’ l-ipproċessar.
|
|
2. Države članice določijo postopke, na podlagi katerih se mora kakršna koli sprememba, ki vpliva na informacije iz odstavka 1, uradno sporočiti nadzornemu organu.
|
2. Stati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċeduri li bihom tibdil li jista’ jaffetwa l-informazzjoni msemmija fil-Paragrafu 1 għandhom ikunu notifikati lill-awtorità ta’ superviżjoni.
|
|
Člen 20
|
L-Artikolu 20
|
|
Predhodno preverjanje
|
Verifika minn qabel
|
|
1. Države članice določijo postopke obdelave, ki bodo verjetno predstavljali posebno nevarnost za pravice in svoboščine posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo, in preverijo, da se ti postopki obdelave preučijo, preden se začnejo izvajati.
|
1. Stati Membri għandhom jiddeterminaw l-operazzjonijiet ta’ ipproċessar li aktarx jista’ jkollhom riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data, u għandhom jivverifikaw li dawn l-operazzjonijiet ta’ ipproċessar ikunu eżaminati qabel ma jinbdew.
|
|
2. Tako predhodno preverjanje izvaja nadzorni organ po prejemu uradnega obvestila upravljavca ali odgovorne osebe za varstvo osebnih podatkov, v dvomu pa se mora posvetovati z nadzornim organom.
|
2. Verifiki bħal dawn minn qabel għandhom isiru mill-awtorità ta’ superviżjoni wara li tkun waslet notifika mingħand il-kontrollur jew l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data, li, f’każ ta’ dubju, għandu jikkonsulta ma’ l-awtorità ta’ superviżjoni.
|
|
3. Države članice lahko tako preverjanje izvajajo tudi v okviru priprave bodisi ukrepa nacionalnega parlamenta bodisi ukrepa, temelječega na takem zakonodajnem ukrepu, ki opredeljuje naravo obdelave in predpisuje ustrezne zaščitne ukrepe.
|
3. Stati Membri jistgħu wkoll jagħmlu verifiki bħal dawn fil-qafas ta’ tħejjija jew ta’ miżura tal-Parlament nazzjonali jew ta’ miżura msejsa fuq miżura leġislattiva bħal dik, li tagħti tifsira tan-natura ta’ l-ipproċessar u tagħti l-protezzjoni xierqa.
|
|
Člen 21
|
L-Artikolu 21
|
|
Objava postopkov obdelave
|
Pubbliċità lil operazzjonijiet ta’ ipproċessar
|
|
1. Države članice sprejmejo ukrepe, da se zagotovi objava postopkov obdelave.
|
1. Stati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jassiguraw li operazzjonijiet ta’ ipproċessar jingħataw pubbliċità.
|
|
2. Države članice določijo, da register postopkov obdelave, ki so uradno sporočeni v skladu s členom 18, vodi nadzorni organ.
|
2. Stati Membri għandhom jipprovdu li għandu jinżamm reġistru mill-awtorita ta’ superviżjoni dwar operazzjonijiet ta’ ipproċessar notifikati skond l-Artikolu 18.
|
|
Register vsebuje vsaj informacije, navedene v členu 19(1)(a) do (e).
|
Ir-reġistru għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1)(a) sa (e).
|
|
Register lahko pregleda katera koli oseba.
|
Ir-reġistru jista’ jkun spezzjonat minn kull persuna.
|
|
3. Države članice v zvezi s postopki obdelave, ki niso predmet uradnega obveščanja, določijo, da upravljavci ali kateri koli drug organ, ki ga določijo države članice, vsaki osebi na zahtevo da na voljo vsaj informacije iz člena 19(1)(a) do (e) v ustrezni obliki.
|
3. Stati Membri għandhom jipprovdu, f’dak li għandu x’jaqsam ma’ operazzjonijiet ta’ ipproċessar li ma jkunux jeħtieġu notifika, li kontrolluri jew korp ieħor maħtur mill-Istati Membri jagħmlu disponibbli għall-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(1)(a) sa (e) f’għamla xierqa lil kull persuna li titlobha.
|
|
Države članice lahko določijo, da se ta določba ne uporablja za obdelavo, katere edini namen je vodenje registra, ki je v skladu z zakoni ali drugimi predpisi namenjen zagotavljanju informacij javnosti in je na voljo za vpogled javnosti na splošno, pa tudi kateri koli osebi, ki lahko izkaže zakoniti interes.
|
Stati Membri jistgħu jipprovdu li din id-dispożizzjoni ma tkunx tapplika għall-ipproċessar li l-iskop waħdieni tiegħu jkun iż-żamma ta’ reġistru li skond liġijiet jew regolamenti jkun maħsub li jagħti informazzjoni lill-pubbliku u li jkun miftuħ għal konsultazzjoni jew mill-pubbliku in ġenerali jew minn kull persuna li ġġib prova ta’ interess leġittimu.
|
|
POGLAVJE III
|
Il-KAPITOLU III
|
|
PRAVNA SREDSTVA, ODGOVORNOST IN SANKCIJE
|
RIMEDJI ĠUDIZZJARJI, RESPONSABBILTÀ U SANZJONIJIET
|
|
Člen 22
|
L-Artikolu 22
|
|
Pravna sredstva
|
Rimedji
|
|
Brez poseganja v upravnopravna pravna sredstva pred predložitvijo zadeve sodnemu organu, ki jih je možno med drugim predvideti pred nadzornim organom iz člena 28, države članice zagotovijo, da ima vsaka oseba v primeru kršitve pravic, zagotovljenih z nacionalno zakonodajo, ki se nanaša na zadevno obdelavo, pravico vložiti pravno sredstvo na sodišču.
|
Bla ħsara għal kull rimedju amministrattiv li dwaru tista’ ssir dispożizzjoni, inter alia quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fl-Artikolu 28, qabel ma ssir referenza lill-awtorità ġudizjarja, Stati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kull persuna għal rimedju ġudizjarju għal kull ksur tad-drittijiet garantiti lilha bil-liġi nazzjonali li tkun tapplika għall-ipproċessar in kwistjoni.
|
|
Člen 23
|
L-Artikolu 23
|
|
Odgovornost
|
Responsabbilità
|
|
1. Države članice določijo, da je katera koli oseba, ki je utrpela škodo kot posledico nezakonitega postopka obdelave ali katerega koli dejanja, ki je nezdružljivo z nacionalnimi določbami, sprejetimi v skladu s to direktivo, upravičena od upravljavca zahtevati odškodnino za to škodo.
|
1. Stati Membri għandhom jipprovdu li persuna li tkun sofriet ħsara minħabba operazzjoni ta’ ipproċessar illegali jew att li ma jkunx jaqbel mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-direttiva, għandha tkun intitolata li tirċievi kumpens mill-kontrollur għal ħsara li tkun sofriet.
|
|
2. Upravljavec je lahko v celoti ali delno prost te odgovornosti, če dokaže, da ni odgovoren za dogodek, ki je povzročil škodo.
|
2. Il-kontrollur jista’ jkun eżentat minn din ir-responsabblità, kollha jew parti minnha, jekk hu jagħti prova li ma kienx responsabbli għall-inċident li ta lok għall-ħsara.
|
|
Člen 24
|
L-Artikolu 24
|
|
Sankcije
|
Sanzjonijiet
|
|
Države članice sprejmejo ustrezne ukrepe za zagotovitev popolne izvedbe določb te direktive in predvsem določijo sankcije, ki se naložijo ob kršitvi določb, sprejetih v skladu s to direktivo.
|
L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri xierqa biex jassiguraw l-implementazzjoni sħieħa tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għandhom partikolarment jistabbilixxu s-sanzjonijiet li għandhom jingħataw f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva.
|
|
POGLAVJE IV
|
Il-KAPITOLU IV
|
|
PRENOS OSEBNIH PODATKOV V TRETJE DRŽAVE
|
TRASFERIMENT TA’ DATA PERSONALI LIL PAJJIŻI TERZI
|
|
Člen 25
|
L-Artikolu 25
|
|
Načela
|
Prinċipji
|
|
1. Države članice predvidijo, da se lahko prenos osebnih podatkov, ki so v obdelavi ali so namenjeni obdelavi po dovoljenem prenosu, v tretjo državo izvede le, če brez poseganja v skladnost z nacionalnimi določbami, ki so sprejete v skladu z drugimi določbami te direktive, ta tretja država zagotovi ustrezno raven varstva.
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li t-trasferiment lil pajjiż terz ta’ data personali li tkun qed tiġi pproċessata jew li tkun maħsuba li tiġi pproċessata wara trasferiment jista’ jsir biss jekk, bla ħsara għal konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond id-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, il-pajjiż terz jassigura livell adekwat ta’ protezzjoni.
|
|
2. Ustreznost ravni varstva, ki jo nudi tretja država, se oceni glede na vse okoliščine, ki so povezane s postopkom prenosa ali z nizom postopkov prenosa podatkov; predvsem je treba upoštevati značaj podatkov, namen in trajanje predlaganega postopka ali postopkov obdelave, državo izvora in ciljno državo, pravno ureditev, bodisi splošno ali sektorsko, ki je v veljavi v tretji državi, ter strokovne predpise in varnostne ukrepe, ki se uporabljajo v tej državi.
|
2. Jekk il-livell ta’ protezzjoni mogħti minn pajjiż terz ikunx adekwat għandu jiġi eżaminat fid-dawl taċ-ċirkostanzi kollha li jkollhom x’jaqsmu ma’ operazzjoni ta’ trasferiment ta’ data jew sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ data; għandu jittieħed kont partikolarment tan-natura tad-data, l-għan u t-tul ta’ żmien ta’ l-operazzjoni jew operazzjonijiet proposti ta’ l-ipproċessar, il-pajjiż ta’ oriġini u l-pajjiż tad-destinazzjoni finali, ir-regoli tal-liġi, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, fis-seħħ fil-pajjiż terz in kwistjoni u r-regoli professjonali u l-miżuri ta’ sigurtà li jitħarsu f’dak il-pajjiż.
|
|
3. Države članice in Komisija se medsebojno obveščajo o primerih, za katere menijo, da tretja država ne zagotavlja ustrezne ravni varstva v smislu odstavka 2.
|
3. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jgħarrfu lil xulxin b’każi fejn iqisu li pajjiż terz ma jkunx qed jassigura livell adekwat ta’ protezzjoni skond it-tifsira tal-Paragrafu 2.
|
|
4. Kadar Komisija na podlagi postopka iz člena 31(2) ugotovi, da tretja država ne zagotavlja ustrezne ravni varstva v smislu odstavka 2 tega člena, države članice sprejmejo ukrepe, ki so potrebni za preprečevanje kakršnih koli prenosov podatkov iste vrste v to tretjo državo.
|
4. Meta l-Kummissjoni ssib, skond il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 31(2), li pajjiż terz ma jkunx qed jassigura livell adekwat ta’ protezzjoni skond it-tifsira tal-Paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ma jħallux li jsir trasferiment ta’ data ta’ l-istess tip lill-pajjiż terz in kwistjoni.
|
|
5. Ko je ustrezno, Komisija začne pogajanja glede ureditve položaja, ki izhaja iz ugotovitve po odstavku 4.
|
5. Meta jkun jaqbel, il-Kummissjoni għandha tidħol f’negozjati bil-għan li ssib rimedju għas-sitwazzjoni li tirriżulta minn dak li tkun sabet skond il-Paragrafu 4.
|
|
6. Komisija lahko v skladu s postopkom iz člena 31(2) ugotovi, da tretja država zagotavlja ustrezno raven varstva v smislu odstavka 2 tega člena zaradi svoje domače zakonodaje ali mednarodnih obveznosti, ki jih je prevzela, predvsem na podlagi zaključka pogajanj iz odstavka 5, za zaščito zasebnega življenja in temeljnih svoboščin in pravic posameznikov.
|
6. Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), li pajjiż terz ikun qed jassigura livell adekwat ta’ protezzjoni skond it-tifsira tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, permezz tal-liġi domestika tiegħu jew ta’ l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom, partikolarment meta jintemmu n-negozjati msemmija fil-paragrafu 5, għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-libertajiet u d-drittijiet bażiċi ta’ l-individwu.
|
|
Države članice sprejmejo ukrepe, ki so potrebni za uskladitev z odločitvijo Komisije.
|
Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
|
|
Člen 26
|
L-Artikolu 26
|
|
Odstopanja
|
Derogi
|
|
1. Z odstopanjem od člena 25 in če nacionalno pravo za posamične primere ne določa drugače, države članice določijo, da se prenos ali niz prenosov osebnih podatkov v tretjo državo, ki ne zagotavlja ustrezne ravni varstva v smislu člena 25(2), lahko izvede pod pogojem, da:
|
1. B’deroga għall-Artikolu 25 u bla ħsara għal dak provdut mod ieħor fil-liġi domestika li tirregola każi partikolari, Stati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz, li ma jassigurax livell adekwat ta’ protezzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 25(2), ikunu jistgħu isiru bil-kondizzjoni li:
|
|
(a) je posameznik, na katerega se osebni podatki nanašajo, nedvoumno dal svojo privolitev k predlaganemu prenosu; ali
|
(a) is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu mingħajr ambigwità għat-trasferiment propost; jew
|
|
(b) je prenos potreben za izvedbo pogodbe med posameznikom, na katerega se nanašajo osebni podatki, in upravljavcem ali za izvajanje predpogodbenih ukrepov, sprejetih kot odgovor na zahtevo posameznika, na katerega se nanašajo osebni podatki; ali
|
(b) it-trasferiment ikun meħtieġ biex isir kuntratt bejn is-suġġett tad-data u l-kontrollur jew għall-implimentazzjoni ta’ miżuri pre-kontrattwali meħuda bi tweġiba għal talba tas-suġġett tad-data; jew
|
|
(c) je prenos potreben za sklenitev ali izvedbo pogodbe med upravljavcem in tretjo stranko, ki je v korist posameznika, na katerega se osebni podatki nanašajo; ali
|
(ċ) it-trasferiment ikun meħtieġ għal-konklużjoni jew biex isir kuntratt magħmul fl-interess tas-suġġett tad-data, bejn il-kontrollur u parti terza; jew
|
|
(d) je prenos potreben oziroma ga zahteva zakon na temelju pomembnega javnega interesa ali pa za uveljavitev, izvajanje ali obdržanje pravice do pravnih zahtevkov; ali
|
(d) it-trasferiment ikun meħtieġ jew legalment mitlub minħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku ta’ importanza, jew biex ikunu stabbiliti, eżerċitati jew protetti talbiet legali; jew
|
|
(e) je prenos potreben, da bi zaščitili življenjske interese posameznikov, na katere se osebni podatki nanašajo; ali
|
(e) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni ta’ interessi vitali tas-suġġett tad-data; jew
|
|
(f) se prenos opravi iz registra, ki je skladno z zakoni ali predpisi namenjen zagotavljanju informacij javnosti in je na voljo za vpogled javnosti na splošno ali kateri koli osebi, ki lahko izkaže zakoniti interes, v kolikor so v posameznem primeru izpolnjeni pogoji, ki jih za vpogled določa zakon.
|
(f) it-trasferiment isir minn reġistru li skond liġijiet jew regolamenti jkun maħsub li jagħti informazzjoni lill-pubbliku u li jkun miftuħ għal konsultazzjoni mill-pubbliku in ġenerali jew minn persuna li turi interess leġittimu, sakemm il-kondizzjonijiet imsemmija fil-liġi għal konsultazzjoni jitħarsu fil-każ partikolari.
|
|
2. Brez poseganja v odstavek 1 lahko država članica dovoli prenos ali niz prenosov osebnih podatkov v tretjo državo, ki ne zagotavlja ustrezne ravni varstva v smislu člena 25(2), kadar upravljavec navede ustrezne zaščitne ukrepe glede varstva zasebnosti ter temeljnih pravic in svoboščin posameznikov in glede uresničevanja ustreznih pravic; takšni zaščitni ukrepi lahko predvsem izhajajo iz ustreznih pogodbenih klavzul.
|
2. Bla ħsara għall-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jawtorizza trasferiment jew sett ta’ trasferimenti ta’ data personali lil pajjiż terz li ma jassigurax livell adekwat ta’ protezzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 25(2), meta l-kontrollur jipprovdi ħarsien biżżejjed għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ l-individwu u għall-eżerċizzju tad-drittijiet relattivi; ħarsien bħal dak jista’ partikolarment jirriżulta minn klawsoli kontrattwali xierqa.
|
|
3. Država članica obvesti Komisijo in druge države članice o dovoljenjih, ki jih odobri v skladu z odstavkom 2.
|
3. L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bl-awtorizzazzjoni li hu jagħti skond il-paragrafu 2.
|
|
Če država članica ali Komisija ugovarja iz utemeljenih razlogov, ki zadevajo varstvo zasebnosti ter temeljnih pravic in svoboščin posameznikov, Komisija sprejme ustrezne ukrepe v skladu s postopkom iz člena 31(2).
|
Jekk Stat Membru jew il-Kummissjoni jagħmlu oġġezzjoni għal raġunijiet ġustifikati li jkollhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-ħajja privata ta’ l-individwu, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2).
|
|
Države članice sprejmejo potrebne ukrepe za uskladitev z odločitvijo Komisije.
|
Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu komformi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
|
|
4. Kadar Komisija v skladu s postopkom iz člena 31(2) odloči, da nekatera standardna pogodbena določila nudijo zadostno zaščito iz odstavka 2, države članice sprejmejo potrebne ukrepe za uskladitev z odločitvijo Komisije.
|
4. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2), li ċerti klawsoli kontrattwali standard joffru protezzjoni biżżejjed kif mitluba skond il-paragrafu 2, Stati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.
|
|
POGLAVJE V
|
Il-KAPITOLU V
|
|
PRAVILA RAVNANJA
|
KODIĊIJIET TA’ KONDOTTA
|
|
Člen 27
|
L-Artikolu 27
|
|
1. Države članice in Komisija spodbujajo pripravljanje kodeksov ravnanja, katerih namen je prispevati k pravilnemu izvajanju nacionalnih predpisov, ki so jih sprejele države članice v skladu s to direktivo, ob upoštevanju posebnih značilnosti različnih področij.
|
1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tħejjija ta’ kodiċijiet ta’ kondotta maħsuba biex jagħtu sehemhom għall-implimentazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati mill-Istati Membri skond din id-Direttiva, meħud kont tal-karatteristiċi speċifiċi tad-diversi setturi.
|
|
2. Države članice omogočijo trgovinskim združenjem in drugim organom, ki predstavljajo druge kategorije upravljavcev, ki so pripravili osnutke nacionalnih kodeksov ravnanja ali imajo namen spreminjati ali razširjati obstoječe nacionalne kodekse ravnanja, da jih lahko predložijo v presojo nacionalnemu organu.
|
2. Stati Membri għandhom jagħmlu provvedimenti għal għaqdiet tal-kummerċ u għal korpi oħra li jirrappreżentaw kategoriji oħra ta’ kontrolluri li jkunu ħejjew abbozzi ta’ kodiċijiet nazzjonali jew li jkollhom il-ħsieb li jemendaw jew jestendu kodiċijiet nazzjonali eżistenti biex ikunu jistgħu jibgħatuhom għall-opinjoni ta’ l-awtorità nazzjonali. Stati Membri għandhom jagħmlu provvedimenti għal din l-awtorità biex taċċerta, fost ħwejjeġ oħra, jekk l-abbozzi mibgħuta lilha jkunux skond il-provvedimenti nazzjonali adottati skond din id-Direttiva.
|
|
Države članice zagotovijo, da ta organ med drugim preveri, ali so osnutki, ki so mu predloženi, skladni z nacionalnimi določbami, sprejetimi v skladu s to direktivo. Če se zdi organu primerno, zaprosi za mnenje posameznike, na katere se osebni podatki nanašajo, ali njihove predstavnike.
|
Jekk tħoss li jkun sewwa, l-awtorità għandha ssaqsi għall-opinjonijiet tas-suġġetti tad-data jew tar-rapreżentanti tagħhom.
|
|
3. Osnutki kodeksov ravnanja Skupnosti in spremembe ali razširitve obstoječih kodeksov ravnanja Skupnosti se lahko predložijo delovni skupini iz člena 29. Ta skupina med drugim določi, ali so osnutki, ki so ji predloženi, skladni z nacionalnimi določbami, sprejetimi v skladu s to direktivo. Če se zdi organu primerno, zaprosi za mnenje posameznike, na katere se osebni podatki nanašajo, ali njihove predstavnike. Komisija lahko zagotovi primerno objavo pravil, ki jih je odobrila delovna skupina.
|
3. Abbozzi ta’ kodiċijiet tal-Komunità, u emendi jew estensjonijiet għal kodiċijiet eżistenti tal-Komunità, jistghu jintbagħtu lill-Grupp ta’ Ħidma msemmi fl-Artikolu 29. Dan il-Grupp ta’ Ħidma għandu jiddeċiedi, fost ħwejjeġ oħra, jekk l-abbozzi mibgħuta lilu jkunux jaqblu mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva. Jekk tħoss li jkun sewwa, l-awtorità għandha ssaqsi għall-opinjonijiet tas-suġġetti tad-data jew tar-rappreżentanti tagħhom. Il-Kummissjoni tista’ tassigura li l-kodiċijiet li jkunu ġew approvati mill-Grupp ta’ Ħidma jingħataw pubbliċità xierqa.
|
|
POGLAVJE VI
|
Il-KAPITOLU VI
|
|
NADZORNI ORGAN IN DELOVNA SKUPINA ZA VARSTVO POSAMEZNIKOV PRI OBDELAVI OSEBNIH PODATKOV
|
AWTORITÀ TA’ SUPERVIŻJONI U GRUPP TA’ ĦIDMA GĦALL-PROTEZZJONI TA’ INDIVIDWI FL-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI
|
|
Člen 28
|
L-Artikolu 28
|
|
Nadzorni organ
|
Awtorità ta’ superviżjoni
|
|
1. Vsaka država članica določi, da je eden ali več javnih organov na njenem ozemlju odgovornih za spremljanje uporabe predpisov, ki so jih sprejele države članice v skladu s to direktivo.
|
1. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li awtorità pubblika waħda jew aktar ikunu responsabbli tas-sorveljanza ta’ l-applikazzjoni fit-territorju tiegħu tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Istati Membri skond din id-Direttiva.
|
|
Ti organi pri izvajanju nalog, ki so jim zaupane, delujejo popolnoma samostojno.
|
Dawn l-awtoritajiet għandhom jaġixxu b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet fdati lilhom.
|
|
2. Vsaka država članica zagotovi, da se ob pripravi zakonodajnih in upravnih aktov, ki se nanašajo na varstvo posameznikovih pravic in svoboščin pri obdelavi osebnih podatkov, posvetuje z nadzornimi organi.
|
2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jiġu kkonsultati meta jkunu qed iħejju miżuri amministrattivi jew regolamenti li jkollhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ l-individwu fl-ipproċessar ta’ data personali.
|
|
3. Vsakemu organu se podeli predvsem:
|
3. Kull awtorità għandha jkollha partikolarment:
|
|
- preiskovalna pooblastila, kakršna so pooblastila za dostop do podatkov, ki sestavljajo vsebino postopkov obdelave, in pooblastila za zbiranje vseh informacij, ki so potrebne za izvajanje njegovih nadzornih nalog,
|
- setgħat investigattivi, bħalma huma setgħat ta’ aċċess għal data li tagħmel parti mis-suġġett ta’ operazzjonijiet ta’ ipproċessar u setgħat għal ġbir ta’ l-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq id-dmirijiet tagħha ta’ superviżjoni,
|
|
- učinkovita pooblastila za posredovanje, kakšna so npr. dajanje mnenj pred izvajanjem postopkov obdelave v skladu s členom 20 in zagotavljanje ustrezne objave takih mnenj, odrejanje blokiranja, izbrisa ali uničenja podatkov, naložitev začasne ali dokončne prepovedi obdelave, opozarjanje ali opominjanje upravljavca ali napotitev zadeve v nacionalne parlamente ali druge politične institucije,
|
- setgħat effettivi ta’ intervent, bħalma hu, per eżempju, dak li tagħti opinjonijiet qabel ma jsiru operazzjonijiet ta’ ipproċessar, skond l-Artikolu 20, u li tassigura li dawn l-opinjonijiet ikollhom pubblikazzjoni sewwa, li tordna l-imblokk, tħassir jew distruzzjoni ta’ data, li ma tħallix għal xi żmien jew għal dejjem milli jsir ipproċessar, li twissi jew twiddeb lill-kontrollur, jew li tirreferi l-kwistjoni lill-parlamenti nazzjonali jew istituzzjonijiet pubbliċi oħra,
|
|
- pooblastila za sodelovanje v sodnih postopkih, kadar so kršene nacionalne določbe, sprejete v skladu s to direktivo, ali za seznanitev sodnih organov s temi kršitvami.
|
- is-setgħa li tidħol fi proċeduri legali meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva jkunu ġew miksura jew li tressaq dan il-ksur quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji.
|
|
Zoper odločitve nadzornega organa je zagotovljeno sodno pravno sredstvo.
|
Deċiżjonijiet ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni li jagħtu lok għal ilmenti jistgħu jkunu appellati fil-qrati.
|
|
4. Vsak nadzorni organ obravnava zahtevke, ki jih je vložila katera koli oseba ali združenje, ki predstavlja to osebo, v zvezi z varstvom svojih pravic in svoboščin glede obdelave osebnih podatkov. Zadevna oseba je obveščena o odločitvah o zahtevkih.
|
4. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tisma’ talbiet maghmulin minn kull persuna, jew minn għaqda li tirrappreżenta lil dik il-persuna, dwar il-protezzjoni tad-drittijiet jew libertajiet tagħha fl-ipproċessar ta’ data personali.
|
|
Vsak nadzorni organ obravnava predvsem zahtevke za preverjanje zakonitosti obdelave podatkov, ki jih vloži katera koli oseba, kadar se uporabljajo nacionalne določbe, sprejete v skladu s členom 13 te direktive. Oseba mora biti v vsakem primeru obveščena, da je bilo opravljeno preverjanje.
|
Il-persuna kkonċernata għandha tkun mgħarrfa bir-riżultat tat-talba. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha, partikolarment, tisma’ talbiet għal verifiki dwar il-legalità ta’ ipproċessar ta’ data mressqa minn kull persuna meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond l-Artikolu 13 ta’ din id-Direttiva jkunu japplikaw. Il-persuna għandha f’kull każ tkun mgħarrfa li tkun saret verifika.
|
|
5. Vsak nadzorni organ redno pripravi poročilo o svojih dejavnostih. Poročilo se objavi.
|
5. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tħejji f’intervalli regolari rapport dwar l-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat.
|
|
6. Vsak nadzorni organ je pristojen, da na ozemlju lastne države članice izvaja pooblastila, ki so mu bila podeljena v skladu z odstavkom 3, ne glede na to, kateri nacionalni zakon se uporablja za zadevno obdelavo. Od vsakega nadzornega organa je mogoče zahtevati, da izvaja svoja pooblastila na prošnjo nadzornega organa druge države članice.
|
6. Kull awtorità ta’ superviżjoni hija kompetenti, tkun liema tkun il-liġi nazzjonali li tkun applika għall-ipproċessar in kwistjoni, li teżerċita, fit-territorju ta’ l-Istat Membru tagħha nfisha, is-setgħat mogħtija lilha skond il-paragrafu 3. Kull awtorità tista’ tintalab li teżerċita s-setgħat tagħha minn awtorità ta’ Stat Membru ieħor.
|
|
Nadzorni organi sodelujejo drug z drugim v obsegu, ki je potreben za izvedbo njihovih dolžnosti, predvsem z izmenjavo vseh koristnih informacij.
|
L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw ma xulxin f’dak li jkun meħtieġ biex iwettqu dmirijiethom, partikolarment billi jaqsmu flimkien kull informazzjoni utli.
|
|
7. Države članice določijo, da so člani in uslužbenci nadzornega organa celo po tem, ko je njihova zaposlitev končana, zavezani dolžnosti poklicne molčečnosti glede zaupnih informacij, do katerih imajo dostop.
|
7. Stati Membri għandhom jipprovdu li l-membri u l-impjegati ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni, ukoll wara t-tmiem ta’ l-impjieg tagħhom, li jkunu obbligati li jżommu s-sigriet professjonali dwar informazzjoni konfidenzjali li jkollhom aċċess għaliha.
|
|
Člen 29
|
L-Artikolu 29
|
|
Delovna skupina za varstvo posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov
|
Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi dwar Ipproċessar ta’ Data Personali.
|
|
1. Ustanovi se Delovna skupina za varstvo posameznikov pri obdelavi osebnih podatkov, v nadaljevanju "delovna skupina".
|
1. Grupp ta’ Ħidma għall-Protezzjoni ta’ Individwi fir-Rigward ta’ l-Ipproċessar ta’ Data Personali, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘il-Grupp ta’ Ħidma’, qed ikun b’dan stabbilit.
|
|
Delovna skupina ima svetovalni status in deluje samostojno.
|
Dan għandu jkollu funzjoni konsultattiva u għandu jkun indipendenti.
|
|
2. Delovno skupino sestavlja predstavnik nadzornega organa ali organov, ki jih določi vsaka država članica, in predstavnik organa ali organov, ustanovljenih za ustanove ali organe Skupnosti, ter predstavnik Komisije.
|
2. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun magħmul minn rappreżentant ta’ l-awtorità ta’ superviżjoni jew awtoritajiet nominati minn kull Stat Membru, u minn rappreżentant ta’ l-awtorità jew awtoritajiet imwaqqfa għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità, u minn rappreżentant tal-Kummissjoni.
|
|
Vsakega člana delovne skupine določi institucija, organ ali organi, ki jih predstavlja. Kadar država članica določi več kakor en nadzorni organ, le-ti imenujejo skupnega predstavnika. Isto velja za organe, ki so ustanovljeni za institucije in organe Skupnosti.
|
Kull membru tal-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun nominat mill-istituzzjoni, awtorità jew awtoritajiet li huwa jirrappreżenta. Meta Stat Membru jkun innomina aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda, dawn għandhom jinnominaw rappreżentant konġunt. L-istess għandu japplika għall-awtoritajiet stabbiliti għall-istituzzjonijiet jew korpi tal-Komunità.
|
|
3. Delovna skupina odloča z navadno večino predstavnikov nadzornih organov.
|
3. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jieħu deċiżjonijiet b’maġġoranza sempliċi tar-rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet ta’ superviżjoni.
|
|
4. Delovna skupina izbere svojega predsednika. Predsednikov mandat je dve leti. Lahko je ponovno imenovan.
|
4. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jaħtar il-president tiegħu. Il-ħatra ta’ president tkun għall-perjodu ta’ sentejn. Il-ħatra tiegħu tista’ tkun imġedda.
|
|
5. Sekretariat delovne skupine zagotavlja Komisija.
|
5. Is-segretarjat tal-Grupp ta’ Ħidma għandu jkun provdut mill-Kummissjoni.
|
|
6. Delovna skupina sprejme svoj poslovnik.
|
6. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jadotta ir-regoli tal-proċedura tiegħu.
|
|
7. Delovna skupina obravnava točke, ki jih na njen dnevni red uvrsti njen predsednik, bodisi na lastno pobudo bodisi na zahtevo predstavnika nadzornih organov ali na zahtevo Komisije.
|
7. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jikkunsidra, fuq inizjattiva tiegħu innifsu jew fuq talba ta’ rappreżentant ta’ l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jew fuq talba tal-Kummissjoni, il-punti ta’ l-aġenda mogħtija lilu mill-president tiegħu,.
|
|
Člen 30
|
L-Artikolu 30
|
|
1. Delovna skupina:
|
1. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu:
|
|
(a) preučuje vsa vprašanja, ki zajemajo uporabo nacionalnih predpisov, sprejetih na podlagi te direktive, da bi prispevala k njihovi enotni uporabi;
|
(a) jeżamina kull kwistjoni dwar l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali adottati skond din id-Direttiva biex jagħti sehmu għall-applikazzjoni uniformi ta’ dawn il-miżuri;
|
|
(b) poda Komisiji mnenje o ravni varstva v Skupnosti in v tretjih državah;
|
(b) jagħti opinjoni lill-Kummissjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni fil-Komunità u f’pajjiżi terzi;
|
|
(c) svetuje Komisiji o vseh predlaganih spremembah te direktive, o vseh dodatnih ali posebnih ukrepih za zaščito pravic in svoboščin fizičnih oseb pri obdelavi osebnih podatkov ter o vseh drugih predlaganih ukrepih Skupnosti, ki vplivajo na take pravice in svoboščine;
|
(ċ) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar emendi proposti għal din id-Direttiva, dwar miżuri addizzjonali jew speċifiċi biex jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni naturali fl-ipproċessar ta’ data personali u ta’ miżuri oħra proposti mill-Komunità li jeffettwaw dawk id-drittijiet u libertajiet;
|
|
(d) da mnenje o kodeksih ravnanja, ki se pripravijo na ravni Skupnosti.
|
(d) jagħti opinjoni dwar kodiċijiet ta’ kondotta mħejjija fuq il-livell tal-Komunità.
|
|
2. Če delovna skupina ugotovi, da prihaja do razhajanj med zakonodajami ali praksami držav članic, ki bodo verjetno vplivale na enakovrednost varstva oseb pri obdelavi osebnih podatkov v Skupnosti, o tem obvesti Komisijo.
|
2. Jekk il-Grupp ta’ Ħidma jsib li jkun hemm diverġenzi bejn il-liġijiet jew il-prattika ta’ Stati Membri li jistgħu jeffettwaw l-ekwivalenza ta’ protezzjoni ta’ persuni fl-ipproċessar ta’ data personali fil-Komunità, hija għandha tgħarraf b’dan lill-Kummissjoni.
|
|
3. Delovna skupina lahko na lastno pobudo poda priporočila o vseh zadevah v zvezi z varstvom oseb pri obdelavi osebnih podatkov v Skupnosti.
|
3. Il-Grupp ta’ Ħidma jista’ jagħmel, fuq inizjattiva tiegħu innifsu, rakkomandazzjonijiet fuq kull haġa li jkollha x’taqsam mal-protezzjoni tal-persuna dwar l-ipproċessar ta’ data fil-Komunità.
|
|
4. Mnenja in priporočila delovne skupine se posredujejo Komisiji in odboru iz člena 31.
|
4. L-opinjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 31.
|
|
5. Komisija obvesti delovno skupino o ukrepih, ki jih je sprejela kot odgovor na njena mnenja in priporočila. To stori v poročilu, ki se ga posreduje tudi Evropskemu parlamentu in Svetu. Poročilo se objavi.
|
5. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lil Grupp ta’ Ħidma dwar l-azzjoni li tkun ħadet b’riżultat ta’ l-opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tiegħu. Għandha tagħmel dan f’rapport li għandu jintbagħat ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat.
|
|
6. Delovna skupina pripravi letno poročilo o položaju glede zaščite fizičnih oseb pri obdelavi osebnih podatkov v Skupnosti in v tretjih državah, ki ga pošlje Komisiji, Evropskemu parlamentu in Svetu. Poročilo se objavi.
|
6. Il-Grupp ta’ Ħidma għandu jħejji rapport annwali fuq is-sitwazzjoni dwar il-protezzjoni ta’ persuni naturali fl-ipproċessar ta’ data personali fil-Komunità u f’pajjiżi terzi, li huwa għandu jibgħat lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat.
|
|
POGLAVJE VII
|
Il-KAPITOLU VII
|
|
IZVEDBENI UKREPI SKUPNOSTI
|
MIŻURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KOMUNITÀ
|
|
Člen 31
|
L-Artikolu 31
|
|
Odbor
|
Il-Kumitat
|
|
1. Komisiji pomaga odbor, ki ga sestavljajo predstavniki držav članic in mu predseduje predstavnik Komisije.
|
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri u mmexxi mir-rappreżentant tal-Kummissjoni.
|
|
2. Predstavnik Komisije predloži odboru osnutek potrebnih ukrepov. Odbor da svoje mnenje o osnutku v roku, ki ga lahko določi predsednik glede na nujnost zadeve.
|
2. Ir-raprezentant tal-Kummissjoni għandu jibgħat lill-kumitat abbozz tal-miżuri li jkunu ser jittiehdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f’perjodu ta’ żmien li l-president jista’ jordna skond l-urġenza tal-każ.
|
|
Mnenje se sprejme z večino, ki jo določa člen 148(2) Pogodbe. Glasovi predstavnikov držav članic v odboru se ponderirajo na način iz navedenega člena. Predsednik ne glasuje.
|
L-opinjoni għandha tingħata mill-maġġoranza msemmija fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-voti tar-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri fi ħdan il-kumitat għandhom ikunu peżati skond kif stabbilit f’dak l-Artikolu. Il-president m’għandux vot.
|
|
Komisija sprejme ukrepe, ki začnejo veljati takoj. Če ukrepi niso v skladu z mnenjem odbora, jih Komisija brez odlašanja sporoči Svetu. V takem primeru:
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri li għandhom japplikaw mill-ewwel. Iżda jekk dawn il-miżuri ma jkunux skond l-opinjoni tal-kumitat, il-Kummissjoni għandha tikkomunikahom mill-ewwel lill-Kunsill. F’dak il-każ:
|
|
- Komisija za tri mesece od datuma sporočila odloži uporabo ukrepov, o katerih je odločala,
|
- il-Kummissjoni għandha tipposponi l-applikazzjoni tal-miżuri li hija tkun ħadet għal perjodu ta’ tlett xhur mid-data tal-komunikazzjoni,
|
|
- Svet v roku iz prve alinee lahko s kvalificirano večino sprejme drugačno odločitev.
|
- il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jieħu deċiżjoni differenti matul il-perjodu ta’ żmien imsemmi fl-ewwel vers.
|
|
KONČNE DOLOČBE
|
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
|
|
Člen 32
|
L-Artikolu 32
|
|
1. Države članice sprejmejo zakone in druge predpise, potrebne za uskladitev s to direktivo, najpozneje v treh letih od dneva njenega sprejetja.
|
1. Stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-għeluq ta’ tlett snin mid-data fi fiha tiġi adottata.
|
|
Države članice se v sprejetih predpisih sklicujejo na to direktivo ali pa sklic nanjo navedejo ob njihovi uradni objavi. Način sklicevanja določijo države članice.
|
Meta Stati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jagħmlu referenza għal din id-Direttiva jew ikollhom magħhom referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
|
|
2. Države članice zagotovijo, da se obdelave, ki že potekajo na dan začetka veljavnosti nacionalnih predpisov, sprejetih v skladu s to direktivo, uskladijo s temi določbami v treh letih od tega dneva.
|
2. Stati Membri għandhom jassiguraw li ipproċessar li diġa jkun qed isir fid-data meta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ, jinġieb konformi ma’ dawn id-dispożizzjonijiet fi żmien tlett snin minn dik id-data.
|
|
Z odstopanjem od prejšnjega pododstavka lahko države članice določijo, da se obdelava podatkov, ki so že vsebovani v ročnih zbirkah na dan začetka veljavnosti nacionalnih predpisov, sprejetih za izvajanje te direktive, uskladi s členi 6, 7 in 8 te direktive v 12 letih od dneva njenega sprejetja. Vendar države članice priznajo posamezniku, na katerega se nanašajo osebni podatki, na njegovo zahtevo in predvsem ob uresničevanju njegove pravice do dostopa pravico, da doseže popravek, izbris ali blokiranje podatkov, ki so nepopolni, netočni ali shranjeni na način, ki je nezdružljiv z zakonitimi nameni, ki jih zasleduje upravljavec.
|
B’deroga għas-subparagrafu preċedenti, Stati Membri jistgħu jipprovdu li l-ipproċessar ta’ data li hija diġà miżmuma f’sistemi ta’ skedar manwali fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jinġiebu konformi ma’ l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ din id-Direttiva fi żmien 12-il sena mid-data li fiha tkun ġiet adottata. Stati Membri għandhom, iżda, jagħtu lis-suġġett tad-data d-dritt li jikseb, fuq talba tiegħu u partikolarment fiż-żmien li huwa jkun qed jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ aċċess, ir-rettifika, tħassir jew imblokk ta’ data li ma tkunx kompleta, ikun żbaljat jew maħżun b’mod li ma jkunx jaqbel ma’ l-għanijiet leġittimi meħuda mill-kontrollur.
|
|
3. Z odstopanjem od odstavka 2 lahko države članice določijo, ob upoštevanju ustreznih zaščitnih ukrepov, da podatkov, ki se hranijo zgolj zaradi zgodovinskih raziskav, ni treba uskladiti s členi 6, 7 in 8 te direktive.
|
3. B’deroga għall-paragrafu 2, Stati Membri jistgħu jipprovdu, taħt protezzjoni xierqa, li data miżmum għall-għan waħdieni ta’ riċerka storika ma jkunx jeħtieġlu li jkun konformi ma’ l-Artikoli 6, 7 u 8 ta’ din id-Direttiva.
|
|
4. Države članice predložijo Komisiji besedila temeljnih predpisov nacionalne zakonodaje, sprejetih na področju, ki ga ureja ta direktiva.
|
4. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi domestika li huma jadottaw fil-qasam li għandu x’jaqsam ma’ din id-Direttiva.
|
|
Člen 33
|
L-Artikolu 33
|
|
Komisija redno poroča Svetu in Evropskemu parlamentu o izvajanju te direktive, z začetkom najpozneje tri leta po dnevu iz člena 32(1), pri čemer k svojemu poročilu po potrebi priloži ustrezne predloge sprememb. Poročilo se objavi.
|
Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, f’intervalli regolari, li jibdew jgħoddu mhux iktar tard minn tlett snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 32(1), dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, waqt li tehmeż mar-rapport, jekk ikun meħtieġ, proposti u emendi xierqa. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat.
|
|
Komisija predvsem preverja uporabo te direktive pri obdelavi zvočnih in slikovnih podatkov v zvezi s fizičnimi osebami ter predloži vse ustrezne predloge, ki se izkažejo za potrebne, ob upoštevanju razvoja informacijske tehnologije in glede na stanje tehnologije v informacijski družbi.
|
Il-Kummissjoni għandha teżamina, partikolarment, l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva fl-ipproċessar ta’ data audio-viżiva li jkollu x’jaqsam ma’ persuni naturali, u għandha tibgħat proposti xierqa li jidher li jkunu meħtieġa, meħud kont ta’ l-żviluppi fit-teknloġija ta’ l-informatika u fid-dawl tal-progress li jkun sar fis-soċjeta ta’ l-informazzjoni.
|
|
Člen 34
|
L-Artikolu 34
|
|
Ta direktiva je naslovljena na države članice.
|
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
|
|
|
|
|
V Luxembourgu, 24. oktobra 1995
|
Magħmula fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru, 1995.
|
|
Za Evropski parlament
|
Għall-Parlament Ewropew
|
|
Predsednik
|
Il-President
|
|
K. Hänsch
|
K. Haensch
|
|
Za Svet
|
Għall-Kunsill
|
|
Predsednik
|
Il-President
|
|
L. Atienza serna
|
L. Atienza serna
|
|
[1] UL C 277, 5.11.1990, str. 3, in UL C 311, 27.11.1992, str. 30.
|
[1] ĠU C 277, tal-5.11.1990, p. 3. u ĠU C 311, tas-27.11.1992, p. 30
|
|
[2] UL C 159, 17.6.1991, str. 38.
|
[2] ĠU C 159, tas-17.6.1991, p. 38.
|
|
[3] Mnenje Evropskega parlamenta z dne 11. marca 1992 (UL C 94, 13.4.1992, str. 198), potrjeno dne 2. decembra 1993 (UL C 342, 20.12.1993, str. 30); Skupno stališče Sveta z dne 20. februarja 1995 (UL C 93, 13.4.1995, str. 1) in Sklep Evropskega parlamenta z dne 15. junija 1995 (UL C 166, 3.7.1995).
|
[3] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu, 1992 (ĠU C 94, tat-13.4.1992, p. 198),konfermata fit-2 ta’ Diċembru, 1993 (ĠU C 342, ta’ l-20.12.1993, p. 30); Pożizzjoni komuni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Frar, 1995 (ĠU C 93, tat-13.4.1995, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Ġunju, 1995 (ĠU C 166, tat-3.7.1995).
|
|
[4] UL L 197, 18.7.1987, str. 33.
|
[4] ĠU L 197, tat-18.7.1987, p. 33.
|
|
--------------------------------------------------
|
--------------------------------------------------
|