Bilingwi

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV  BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR GA HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV 

mt

sv

 
Artikolu 228
Artikel 228
(ex Artikolu 195 TKE)
(f.d. artikel 195 FEG)
1. Ombudsman Ewropew, elett mill-Parlament Ewropew, għandu s-setgħa li jilqa' l-ilmenti ta' kull ċittadin ta' l-Unjoni jew ta' kull persuna, kemm fiżika kif ukoll ġuridika li toqgħod jew ikollha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, li jinvolvu każijiet ta' amministrazzjoni ħażina fl-attivitajiet ta' l-istituzzjonijiet, korpi u organi ta' l-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħha. Huwa għandu jinvestiga dawn l-ilmenti u jirrapporta dwarhom.
1. En europeisk ombudsman, vald av Europaparlamentet, har befogenhet att från varje unionsmedborgare eller varje annan fysisk eller juridisk person som är bosatt eller har sitt säte i en medlemsstat ta emot klagomål om missförhållanden i unionsinstitutionernas, unionsorganens eller unionsbyråernas verksamhet, med undantag för Europeiska unionens domstol då den utövar sina domstolsfunktioner. Europeiska ombudsmannen ska undersöka och rapportera om dessa klagomål.
Konformement mal-missjoni tiegħu, l-Ombudsman għandu jagħmel stħarriġ li jaħseb li jkun ġustifikat, sew fuq inizjattiva tiegħu stess sew abbażi ta' ilmenti li jaslu direttament għandu jew permezz ta' xi membru tal-Parlament Ewropew, ħlief meta l-fatti allegati mressqa jkunu jew kienu suġġetti għal proċeduri legali. Meta l-Ombudsman jistabbilixxi każ ta' amministrazzjoni ħażina, għandu jirriferi l-każ lill-istituzzjoni, korp jew organu interessat, li għandu jkollu perjodu ta' tlett xhur sabiex jinformah bir-raġunijiet tiegħu. L-Ombudsman għandu imbagħad iressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill- istituzzjoni, korp jew organu interessat. Il-persuna li tkun ressqet l-ilment, għandha tiġi informata bir-riżultat ta' dak l-istħarriġ.
Ombudsmannen ska inom ramen för sitt uppdrag företa de undersökningar som han finner berättigade, antingen på eget initiativ eller på grundval av de klagomål som framförs till honom direkt eller genom en ledamot av Europaparlamentet; detta gäller dock inte om de påstådda förhållandena är eller har varit föremål för ett domstolsförfarande. Om ombudsmannen konstaterar att ett missförhållande har förekommit, ska han hänskjuta frågan till den institution, det organ eller den byrå som berörs, som ska ha en frist på tre månader för att delge honom sina synpunkter. Ombudsmannen ska därefter lämna en rapport till Europaparlamentet och den institution, det organ eller den byrå som berörs. Den klagande ska underrättas om resultatet av dessa undersökningar.
L-Ombudsman għandu jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew fuq l-eżitu ta' kull stħarriġ li jagħmel.
Ombudsmannen ska förelägga Europaparlamentet en årlig rapport om resultatet av sina undersökningar.
2. L-Ombudsman għandu jiġi elett wara kull elezzjoni tal-Parlament Ewropew għat-tul tal-leġislatura tiegħu. L-Ombudsman jista’ jerga’ jinħatar.
2. Ombudsmannen ska väljas efter varje val till Europaparlamentet för dess valperiod. Ombudsmannen kan utses på nytt.
L-Ombudsman jista’ jitneħħa mill-Qorti tal-Ġustizzja fuq talba tal-Parlament Ewropew jekk ma jibqax jissodisfa l-kondizzjonijiet mitluba għall-qadi ta' dmirijietu jew jekk ikun ħati ta' mġiba serjament ħażina.
Ombudsmannen kan på begäran av Europaparlamentet avsättas av domstolen om han inte längre uppfyller de krav som ställs för att han ska kunna utföra sina uppgifter eller om han gjort sig skyldig till allvarlig försummelse.
3. L-Ombudsman għandu jkun indipendenti għal kollox fil-qadi ta' dmirijietu. Fil-qadi ta' dawk id-dmirijiet, huwa m’għandu la jitlob u lanqas jieħu istruzzjonijiet mingħand l-ebda gvern, istituzzjoni, korp jew organu. L-Ombudsman ma jistax, sakemm idum fil-kariga, jinvolvi ruħu f’attivita professjonali oħra, kemm jekk bi qligħ kif ukoll mingħajr.
3. Ombudsmannen ska vara fullständigt oavhängig i sin ämbetsutövning. Då han fullgör sina uppgifter får han inte vare sig begära eller ta emot instruktioner från någon regering, någon institution, något organ eller någon byrå. Ombudsmannen får inte under sin ämbetstid utöva någon avlönad eller oavlönad yrkesverksamhet.
4. Il-Parlament Ewropew, li jaġixxi permezz ta' regolament fuq inizjattiva tiegħu stess skond il-proċedura leġislattiva speċjali, wara li jitlob l-opinjoni tal-Kummissjoni u bl-approvazzjoni tal-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet ġenerali li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dmirijiet ta' l-Ombudsman.
4. Efter yttrande från kommissionen och med godkännande av rådet ska Europaparlamentet, på eget initiativ genom förordningar i enlighet med ett särskilt lagstiftningsförfarande, fastställa regler och allmänna villkor för ombudsmannens ämbetsutövning.
--------------------------------------------------
--------------------------------------------------
Fuq


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet