Bilingwi

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV  BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV 

mt

sl

 
Riżoluzzjoni tal-Kunsill
Resolucija Sveta
31 ta' Mejju 2007
z dne 31. maja 2007
dwar l-Istrateġija tal-Politika tal-Konsumatur ta' l-UE (2007-2013)
o strategiji potrošniške politike EU (2007-2013)
(2007/C 166/01)
(2007/C 166/01)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA
SVET EVROPSKE UNIJE
IFAKKAR li skond l-Artikolu 153 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea:
OPOZARJA, da v skladu s členom 153 Pogodbe o ustanovitvi Evropske skupnosti:
a. il-Komunità għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi, kif ukoll għall-promozzjoni tad-dritt tagħhom għal informazzjoni, edukazzjoni u li jorganizzaw irwieħhom sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi tagħhom,
(a) Skupnost prispeva k varovanju zdravja, varnosti in ekonomskih interesov potrošnikov, pa tudi k spodbujanju njihove pravice do obveščenosti, izobraževanja in samoorganiziranja za zaščito njihovih interesov,
b. Fid-definizzjoni u l-implementazzjoni ta' linji politiċi u attivitajiet oħra tal-Komunità għandu jittieħed kont tal-ħtiġiet tal-protezzjoni tal-konsumatur.
(b) se pri opredeljevanju in izvajanju drugih politik in dejavnosti Skupnosti upoštevajo zahteve varstva potrošnikov.
JIRRIKONOXXI r-rwol importanti tal-politika tal-konsumatur fit-tfassil tas-suq intern u s-sinerġija tagħha ma' linji politiċi tas-suq intern. Il-kunfidenza tal-konsumatur u tal-kummerċ huma prerekwiżiti għal funzjonament tajjeb tas-suq intern li jipprovdi spinta għall-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku. Konsumaturi informati u b'aktar responsabbiltà li għandhom drittijiet effettivi u fiduċja fihom jikkostitwixxu forza qawwija għas-suċċess ekonomiku u l-bidla.
SE ZAVEDA pomembne vloge potrošniške politike pri oblikovanju notranjega trga in njene sinergije s politikami notranjega trga. Zaupanje potrošnikov in podjetij je nujno za dobro delovanje notranjega trga, poleg tega pa daje zagon konkurenčnosti, inovacijam in gospodarskemu razvoju. Obveščeni in usposobljeni potrošniki, ki imajo dejanske pravice in vanje zaupajo, so gonilna sila gospodarskega napredka in sprememb.
JIRRIKONOXXI l-potenzjal tas-suq intern bl-imnut, li fil-biċċa l-kbira għadu frammentat tul il-linji nazzjonali, biex il-konsumaturi u n-negozji jingħataw benefiċċji permezz tat-tneħħija ta' ostakoli u b'hekk jiżdiedu l-opportunitajiet għall-konsumaturi u l-bejjiegħa bl-imnut.
SE ZAVEDA koristi, ki jih z odstranjevanjem ovir in večanjem priložnosti za potrošnike in trgovce na drobno potrošnikom in podjetjem ponuja maloprodajni notranji trg, ki pa je še vedno precej nacionalno razdrobljen.
JIRRIKONOXXI l-opportunitajiet ipprovduti permezz ta' teknoloġiji ġodda, speċjalment fl-ambjent diġitali, u l-innovazzjoni biex jirrispondu għall-għażla tal-konsumatur u jżidu aċċess għal swieq ġodda kif ukoll l-isfidi biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-konsumatur huma adegwati, ċari, trasparenti u garantiti, u li l-mekkaniżmi għall-konsum sostenibbli u l-intendiment ta' l-imġiba tal-konsumatur huma żviluppati aktar.
SE ZAVEDA priložnosti, ki pri odzivanju na izbire potrošnikov in večanju dostopa do novih trgov izhajajo iz novih tehnologij, še zlasti digitalnega okolja, in inovacij, pa tudi izzivov pri zagotavljanju zadostnih, jasnih, preglednih in zajamčenih pravic potrošnikov ter nadaljnjega razvoja mehanizmov za trajnostno potrošnjo in razumevanje vedenja potrošnikov.
JISSOTTOLINJA, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, l-importanza tal-liġi Komunitarja biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u l-ħtieġa għal mekkaniżmi effettivi fl-infurzar tal-liġi, ukoll fir-rigward ta' transazzjonijiet transkonfini tal-konsumatur.
POUDARJA, ob upoštevanju načela subsidiarnosti iz člena 5 Pogodbe o ustanovitvi Evropske skupnosti, pomen prava Skupnosti za zagotavljanje visoke ravni varstva potrošnikov ter potrebo po učinkovitih mehanizmih za izvrševanje zakonodaje, tudi na področju čezmejnih potrošniških transakcij.
JAQBEL li l-interessi tal-konsumatur għandhom jiġu inkorporati fl-oqsma kollha tal-politika Ewropea. Din hija prekondizzjoni għal politika effettiva tal-konsumatur u bażi tajba għall-ksib ta' l-objettivi ta' Lisbona. It-tħassib dwar l-interessi ekonomiċi tal-konsumatur u l-informazzjoni għall-konsumatur, b'mod partikolari, huwa relatat ma' ħafna linji politiċi speċjalizzati. L-inklużjoni ta' l-interessi tal-konsumatur f'linji politiċi oħrajn, inkluż għal servizzi ta' interess ġenerali, jirrappreżenta kompitu konġunt li għandu jitwettaq mill-istituzzjonijiet kollha ta' l-UE u l-Istati Membri.
SE STRINJA, da bi morali biti interesi potrošnikov vključeni v vsa področja evropske politike. To je nujno za učinkovito potrošniško politiko ter predstavlja dobro podlago za doseganje lizbonskih ciljev. Na številna ožja področja politike se navezujejo zlasti vprašanja gospodarskih interesov potrošnikov in obveščanja potrošnikov. Vključitev interesov potrošnikov na druga področja politike, tudi storitev v splošnem interesu, je skupna naloga institucij EU in držav članic.
I. JILQA' l-iżvilupp ta' l-Istrateġija dwar il-Politika tal-Konsumatur tal-Kummissjoni għas-snin 2007 — 2013 [1] fil-livell ta' l-UE li tiffoka fuq il-massimizzazzjoni ta' l-għażla u l-kunfidenza tal-konsumatur billi tirresponsabbilizza kif ukoll tipproteġi lill-konsumaturi, tippromwovi l-impjiegi u t-tkabbir u testendi s-swieq kompetittivi u timmira li tikseb suq bl-imnut intern aktar integrat u aktar effettiv.
I. POZDRAVLJA razvoj strategije Komisije za potrošniško politiko za leta 2007-2013 [1] na ravni EU, katere osrednji namen je z usposabljanjem potrošnikov kar najbolj povečati njihovo možnost izbire in zaupanje, pa tudi varovati potrošnike, spodbujati delovna mesta in rast ter razširiti konkurenčne trge; poleg tega si strategija prizadeva doseči bolj povezan in učinkovit maloprodajni notranji trg.
II. JAGĦMEL SEJĦA LILL-KUMMISSJONI biex timplimenta din l-istrateġija bit-tliet objettivi ewlenin tagħha u, filwaqt li tagħmel dan, speċjalment
II. POZIVA KOMISIJO, naj uresniči to strategijo in njene tri glavne cilje ter pri tem zlasti:
1. biex tkompli l-politika tal-konsumatur immirata għal trasparenza fis-suq u t-tisħiħ tal-kapaċità tas-suq intern biex jiġu sodisfatti l-aspettativi tal-konsumatur. Politika tal-konsumatur li tisħaq għal swieq effiċjenti tagħti kontribut għat-tkabbir u l-impjiegi u ssaħħaħ il-ġid tal-konsumatur,
1. nadalje izvaja svojo potrošniško politiko, usmerjeno v preglednost trga in krepitev zmožnosti notranjega trga, da izpolni pričakovanja potrošnikov. Potrošniška politika, usmerjena v učinkovite trge, prispeva k rasti in delovnim mestom ter izboljšuje blagostanje;
2. biex tagħti prijorità lil livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, għażla u aċċess fil-Komunità u b'hekk tiżgura l-fiduċja tal-konsumatur f'xiri transkonfini jew kuntratti, u biex tagħti atttenzjoni partikolari lill-iżvilupp ta' politika tal-konsumatur u l-miżuri ta' protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' servizzi,
2. prednostno zagotovi visoko raven varstva potrošnikov in jim omogoči izbiro in dostop znotraj Skupnosti ter tako pridobi njihovo zaupanje v čezmejne nakupe in pogodbe, poleg tega pa posebno pozornost posveti razvoju potrošniške politike in ukrepov za varstvo potrošnikov na področju storitev;
3. biex tiżgura konsistenza fl-objettivi operattivi lejn dawk li huma sottostanti għad-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxu programm ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-konsumatur (2007-2013) [2],
3. zagotovi skladnost operativnih ciljev s cilji, ki so podlaga Sklepa št. 1926/2006/ES Evropskega parlamenta in Sveta z dne 18. decembra 2006 o uvedbi programa ukrepov Skupnosti na področju potrošniške politike (2007-2013) [2];
4. biex tippromwovi u tissalvagwardja l-interessi tal-konsumatur f'dinja dejjem aktar globalizzata u biex tippromwovihom fil-kuntest ta' relazzjonijiet internazzjonali u permezz ta' ftehim internazzjonali,
4. podpira in varuje interese potrošnikov v vedno bolj globaliziranem svetu in jih podpira tudi v okviru mednarodnih odnosov in prek mednarodnih sporazumov;
5. biex tirrevedi l-acquis Komunitarju rigward il-protezzjoni tal-konsumatur bil-ħsieb ta' simplifikazzjoni, modernizzazzjoni, regolamentazzjoni aħjar, tneħħija ta' inkonsistenzi eżistenti u rispett għall-ħtiġiet ta' teknoloġiji ġodda, b'rigward xieraq għall-prinċipju ta' sussidjarjetà stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea; u li tressaq, fejn xieraq u b'kont dovut tar-riżultat tal-konsultazzjonijiet dwar il-Green Paper dwar ir-reviżjoni ta' l-acquis tal-konsumatur, proposti għal adattament rilevanti ta' l-acquis sakemm id-drittijiet u l-obbligi kkonċernati jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur u titjib tal-funzjonament tas-suq intern,
5. pregleda pravni red Skupnosti o varstvu potrošnikov in ga poenostavi, posodobi, izboljša predpise, odstrani trenutne neskladnosti in ga prilagodi zahtevam novih tehnologiji ter pri tem ustrezno upošteva načelo subsidiarnosti iz člena 5 Pogodbe o ustanovitvi Evropske skupnosti. Poleg tega naj po potrebi in ob upoštevanju izida posvetovanj o zeleni knjigi o pregledu pravnega reda Skupnosti o varstvu potrošnikov, predstavi predloge za ustrezno prilagoditev pravnega reda, pod pogojem da zadevne pravice in obveznosti zagotavljajo visoko raven varstva potrošnikov ter izboljšajo delovanje notranjega trga;
6. biex tirrevedi fejn mekkaniżmi awto-regolatorji u ta' ko-regolamentazzjoni jistgħu jikkomplementaw dispożizzjonijiet leġislattivi eżistenti,
6. preveri možnosti, da bi lahko samoregulativni in koregulativni mehanizmi dopolnjevali veljavne zakonodajne določbe;
7. biex tappoġġja r-riċerka komprensiva orjentata lejn il-konsumatur, il-valutazzjoni ta' funzjonament tas-suq, l-aspettativi tal-konsumatur u l-imġiba tal-konsumatur, biex tistabbilixxi gwida u l-evalwazzjoni ta' mekkaniżmi ta' monitoraġġ ta' politika tal-konsumatur orjentati lejn il-konsumatur u biex tiżviluppa indikaturi xierqa abbażi ta' kompetenza rilevanti,
7. podpira vsestranske raziskave v korist potrošnikov, ocenjevanje delovanja trga, pričakovanj potrošnikov in vedenja potrošnikov, da bi lahko vzpostavili mehanizme za spremljanje potrošnikov, ki bodo podlaga za usmerjanje in ocenjevanje potrošniške politike, in z uporabo ustreznega strokovnega znanja razvije primerne kazalce;
8. biex tappoġġa kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet għall-infurzar ta' liġijiet tal-konsumatur u l-leġislazzjoni li tirregola s-sigurtà ta' prodotti, biex tippromwovi l-attivitajiet ta' netwerk tagħhom, biex tiżviluppa aktar sistemi ta' informazzjoni u biex testendi ftehim internazzjonali dwar kooperazzjoni amminsitrattiva reċiproka bejn l-UE u pajjiżi terzi,
8. podpira sodelovanje med institucijami pri izvrševanju potrošniških predpisov in zakonodaje o varnosti proizvodov, podpira vzpostavljanje mrež, nadalje razvije informacijske sisteme ter razširi mednarodne sporazume o upravnem sodelovanju med EU in tretjimi državami;
9. biex tissorvelja kontinwament l-effiċjenza ta' rakkomandazzjonijiet eżistenti li fihom garanziji speċifiċi minimi għal proċeduri alternattivi ta' soluzzjoni ta' tilwim u biex taħdem lejn applikazzjoni aktar wiesgħa u t-tisħiħ tal-prinċipji rregolati hemmehekk kif ukoll biex tiżgura interkonnessjoni bejn proċeduri alternattivi ta' soluzzjoni ta' tilwim eżistenti u biex tikkomunika aħjar dwar għodod ta' informazzjoni eżistenti,
9. nenehno spremlja učinkovitost obstoječih priporočil, ki vsebujejo posebna najmanjša jamstva za postopke alternativnega reševanja sporov, ter si prizadeva zagotoviti širšo uporabo in okrepitev načel takšnega reševanja sporov in poleg tega zagotovi boljše povezovanje med obstoječimi mehanizmi za alternativno reševanje sporov ter bolje posreduje informacije o obstoječih informacijskih orodjih;
10. biex tikkonsidra b'attenzjoni mekkaniżmi kollettivi ta' rimedju u biex tressaq ir-riżultati ta' l-istudji kontinwi rilevanti, fid-dawl ta' kwalunkwe proposta jew azzjoni possibbli,
10. skrbno preuči mehanizme kolektivnih pravnih sredstev in predstavi rezultate trenutnih ustreznih študij, da bi bili lahko oblikovani morebitni predlogi ali ukrepi;
11. biex tagħti attenzjoni partikolari lill-protezzjoni tal-konsumatur meħtieġa, l-għażla u l-konvenjenza fl-ikkompletar tas-suq intern f'servizzi finanzjarji fid-dawl ta' l-importanza vitali ta' deċiżjonijiet dwar prodotti finanzjarji għal konsumaturi, eż. fir-rigward ta' dispożizzjonijiet għax-xjuħija jew finanzjament tal-proprjetà immobbli,
11. pri dokončnem oblikovanju storitev notranjega trga in finančnih storitev posebno pozornost posveti zahtevanemu varstvu potrošnikov, možnosti izbire in udobju potrošnikov, saj so odločitve o finančnih produktih za potrošnike, tj. glede pokojninskega zavarovanja in financiranja nepremičnin, bistvenega pomena;
12. biex tagħti aktar importanza lil valutazzjonijiet elaborati ta' impatt tul il-linji politiċi kollha li jaffettwaw l-interessi tal-konsumaturi fuq perijodu fit-tul,
12. pripiše večji pomen temeljiti oceni učinka vseh politik, ki vplivajo na dolgoročne interese potrošnikov;
13. biex tinvolvi aktar lill-partijiet rilevanti interessati fil-politika tal-konsumatur f'konsultazzjonijiet organizzati fi ħdan il-qafas ta' linji politiċi Komunitarji oħrajn dwar proposti b'effett kbir fuq il-konsumaturi.
13. bolj vključi ustrezne zainteresirane strani na področju potrošniške politike v posvetovanja, ki se nanašajo na predloge z velikim vplivom na potrošnike, a so organizirana v okviru drugih politik.
III. ISEJJAĦ LILL-KUMMISSJONI U L-ISTATI MEMBRI,
III. POZIVA KOMISIJO IN DRŽAVE ČLANICE, naj:
14. biex ikomplu jiddefendu koordinazzjoni aħjar mat-tħassib u l-prijoritajiet ta' l-oqsma individwali politiċi u biex jgħaqqdu aktar il-linji politiċi tal-konsumatur ma' linji politiċi speċjalizzati oħrajn, notevolment ma' linji politiċi ekonomiċi, tat-trasport, ambjentali, ta' l-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet,
14. še naprej spodbujajo boljše usklajevanje z interesi in prednostnimi nalogami na področjih posameznih politik ter svoje potrošniške politike tesneje povežejo z drugimi specializiranimi politikami, še zlasti gospodarsko, prometno, okoljsko, energetsko in telekomunikacijsko politiko;
15. biex jaħdmu lejn protezzjoni u edukazzjoni tal-konsumatur effettivi fl-Istati Membri kollha u b'hekk jiżguraw konsumaturi attivi u responsabbilizzati bl-istess mod fis-suq intern sħiħ, inkluż l-edukazzjoni dwar il-konsum sostenibbli,
15. si prizadevajo za učinkovito varstvo in izobraževanje potrošnikov v vseh državah članicah ter tako zagotovijo, da bodo potrošniki na celotnem področju notranjega trga enako dejavni in usposobljeni, tudi kar zadeva izobraževanje o trajnostni potrošnji;
16. biex jiżguraw aktar sistemi għal infurzar tal-liġi fl-Istati Membri u kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam ta' protezzjoni tal-konsumatur, filwaqt li titkattar il-kooperazzjoni fl-infurzar tal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur,
16. nadalje okrepijo sisteme za izvrševanje zakonodaje v državah članicah in sodelovanje med državami članicami pri varstvu potrošnikov ter hkrati spodbujajo sodelovanje pri izvrševanju zakonodaje o varstvu potrošnikov;
17. biex ikomplu jipproteġu l-interessi tal-konsumatur fir-rigward ta' servizzi ta' interess ġenerali u biex isaħħu b'mod adegwat il-konsumaturi fid-drittijiet tagħhom,
17. še naprej varujejo interese potrošnikov na področju storitev v splošnem interesu ter ustrezno ozaveščajo potrošnike o njihovih pravicah;
18. biex jieħdu kont ta' l-interessi tal-konsumatur fl-istandardizzazzjoni u l-iskemi ta' tikkettar fil-livelli Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali u biex jaħdmu lejn il-ħarsien ta' interessi tal-konsumatur fil-livell internazzjonali,
18. v shemah standardizacije in označevanja na evropski pa tudi nacionalni ravni upoštevajo interese potrošnikov ter si prizadevajo zavarovati interese potrošnikov na mednarodni ravni;
19. biex jirrikonoxxu l-importanza qawwija ta' assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur sabiex ikunu jistgħu jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumatur b'mod indipendenti fil-livell Komunitarju u fl-Istati Membri,
19. priznajo velik pomen učinkovitih in predstavniških zvez potrošnikov, tako da bodo lahko neodvisno zastopale interese potrošnikov na ravni Skupnosti pa tudi v državah članicah;
20. biex jipprovdu appoġġ kontinwu lin-Network Ewropew taċ-Ċentri tal-Konsumatur (ECC-Net) u biex jiżguraw punti ta' kuntatt fl-Istati Membri kollha sabiex jassistu l-konsumaturi fir-riżoluzzjoni effettiva ta' tilwim transkonfini.
20. nenehno podpirajo mrežo evropskih potrošniških centrov (ECC-Net) in v vseh državah članicah zagotovijo točke za stike, da bi tako pomagali potrošnikom pri učinkovitem čezmejnem reševanju sporov.
IV. ISEJJAĦ LILL-ISTATI MEMBRI biex jiżguraw li l-objettivi tal-Politika ta' Strateġija tal-Konsumatur jitqiesu fil-linji politiċi nazzjonali tagħhom.
IV. POZIVA DRŽAVE ČLANICE, naj zagotovijo, da bodo njihove nacionalne politike upoštevale cilje strategije potrošniške politike.
V. ISEJJAĦ lill-Kummissjoni biex:
V. POZIVA Evropsko komisijo, naj:
a. tikkonsulta regolarment ma' l-Istati Membri sabiex tiġi evalwata l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija u, jekk meħtieġ, biex isiru modifiki jew aġġustamenti fit-tieni stadju u
(a) se redno posvetuje z državami članicami, da bi ocenila izvajanje strategije ter po potrebi v drugi fazi vnesla spremembe in prilagoditve ter
b. tirrapporta dwar il-progress miksub fil-politika tal-konsumatur u, barra minn hekk, biex tippreżenta rapport ta' nofs it-term dwar l-implimentazzjoni ta' l-Istrateġija ta' Politika tal-Konsumatur u rapport ta' evalwazzjoni ex post sa Diċembru 2015.
(b) poroča o napredku doseženem v potrošniški politiki in poleg tega do marca 2011 predstavi vmesno poročilo o izvajanju strategije potrošniške politike, do decembra 2015 pa naknadno ocenjevalno poročilo.
[1] Dok. 7503/07.
[1] Dok. 7503/07
[2] ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39.
[2] UL L 404, 30.12.2006, str. 39.
--------------------------------------------------
--------------------------------------------------
Fuq


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet