Bilingual display

CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV  CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT SK SL SV 

en

mt

 
Political and Security Committee Decision BiH/4/2004
Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta' sigurtà BiH/4/2004
of 19 October 2004
tad- 19 ta' Novembru 2004
on the appointment of the Head of the EU Command Element at Naples for the European Union military operation in Bosnia and Herzegovina
dwar il-ħatra tal-Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina
(2004/821/CFSP)
(2004/821/PESK)
THE POLITICAL AND SECURITY COMMITTEE,
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Having regard to the Treaty on European Union, and in particular Article 25, third paragraph, thereof,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 25, it-tielet paragrafu tiegħu,
Having regard to the Council Joint Action 2004/570/CFSP of 12 July 2004 on the European Union military operation in Bosnia and Herzegovina [1], and in particular Article 6 thereof,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat- 12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Whereas:
Billi:
(1) By Exchange of Letters between the Secretary-General/High Representative and the NATO Secretary-General on 28 September 2004 and on 8 October 2004 respectively, the North Atlantic Council has agreed to make available the Chief of Staff of the Joint Force Command Headquarters Naples, as Head of the EU Command Element at Naples.
(1) Bi Skambju ta' Ittri bejn is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO fit- 28 ta' Settembru 2004 u fit- 8 ta' Ottubru 2004 rispettivament, il-Kunsill tan-Nord Atlantiku qabel li jqiegħed għad-disposizzjoni lill-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli.
(2) The EU Military Committee on 15 September 2004 agreed to the recommendation by the EU Operation Commander to appoint the Chief of Staff of the Joint Force Command Headquarters Naples, General Ciro COCOZZA, as Head of the EU Command Element at Naples for the European Union military operation in Bosnia and Herzegovina.
(2) Il-Kumitat Militari ta' l-UE fil- 15 ta' Settembru 2004 qabel dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant ta' l-Operazzjoni ta' l-UE sabiex jinħatar il-Kap tal-Persunal tal-Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Forza Konġunta, Napli, il-Ġeneral Ciro COCOZZA, bħala Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.
(3) Pursuant to Article 6 of Joint Action 2004/570/CFSP, the Council authorised the Political and Security Committee (PSC) to exercise the political and strategic direction of the EU military operation.
(3) Skond l-Artikolu 6 ta' l-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PSC) sabiex jeżerċita t-tmexxija politika u strateġika ta' l-operazzjoni militari ta' l-UE.
(4) In conformity with Article 6 of the Protocol on the position of Denmark annexed to the Treaty on European Union and to the Treaty establishing the European Community, Denmark does not participate in the elaboration and implementation of decisions and actions of the European Union which have defence implications.
(4) Skond l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-posizzjoni tad-Danimarka mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża.
(5) The Copenhagen European Council adopted on 12 and 13 December 2002 a Declaration stating that the "Berlin plus" arrangements and the implementation thereof will apply only to those EU Member States which are also either NATO members or parties to the "Partnership for Peace", and which have consequently concluded bilateral security agreements with NATO,
(5) Fit- 12 u t- 13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Kopenhagen adotta Dikjarazzjoni li tgħid li l-arranġamenti tal-"BERLIN plus" u l-implimentazzjoni tagħhom japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri ta' l-UE li huma wkoll jew membri tan-NATO jew partijiet fil-"Partnership for Peace", u li konsegwentement ikkonkludew ftehim ta' sigurtà bilaterali man-NATO,
HAS DECIDED AS FOLLOWS:
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Article 1
Artikolu 1
General Ciro COCOZZA is hereby appointed Head of the EU Command Element at Naples for the European Union military operation in Bosnia and Herzegovina.
Il-Ġeneral Ciro COCOZZA hu permezz ta' dan maħtur Kap ta' l-Element ta' Kmand ta' l-UE f'Napli għall-operazzjoni militari ta' l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.
Article 2
Artikolu 2
This Decision shall take effect on the day of its adoption.
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum meta tiġi adottata.
Done at Brussels, 19 October 2004.
Magħmula fi Brussel, nhar id- 19 ta' Ottubru 2004.
For the Political and Security Committee
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
The Chairperson
Il-President
A. Hamer
A. Hamer
[1] OJ L 252, 28.7.2004, p. 10.
[1] ĠU L 252, 28.7.2004, p 10.
--------------------------------------------------
--------------------------------------------------
Top


Managed by the Publications Office