Bilingual display

BG CS DA DE EL EN ES ET FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL BG CS DA DE EL EN ES ET FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL

en

mt

/* There is no English version of this document available since it was not included in the English Special Edition.
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill
dagresptnoen73 */
tat-28 ta' Diċembru 1963
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim dwar il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija
(64/732/KEE)
IL KUNSILL TAL-KOMUNITÀ EKONOMIKA EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 238 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar il-ħolqien ta' Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat f'Ankara fit-12 ta' Settembru 1963,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew bid-data tat-28 ta' Ottubru 1963 [1],
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Ġew konklużi, approvati u konfermati f'isem il-Komunità, il-Ftehim li joħloq Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija u l-Protokolli li jinsabu miegħu, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet li jinsabu ma' l-att finali iffirmati f'Ankara fit-tnax ta' Settembru elf disa' mija u tlieta u sittin.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill qiegħed jipproċedi biex jinnotifika din id-Deċiżjoni, b'konformità ma' l-Artikolu 31(2) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni.
Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Diċembru 1963.
Għall-Kunsill
Il-President
L. De Block
[1] ĠU C 182 tat-12.12.1963, pġ. 2906/63.
--------------------------------------------------
Top


Managed by the Publications Office