Bilingual display

BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV  BG CS DA DE EL EN ES ET FI FR HU IT LT LV MT NL PL PT RO SK SL SV 

en

mt

 
Commission Decision
Deċiżjoni tal-Kummissjoni
of 8 April 2009
tat- 8 ta' April 2009
setting a new deadline for the submission of dossiers for certain substances to be examined under the 10-year work programme referred to in Article 16(2) of Directive 98/8/EC of the European Parliament and of the Council
li tiffissa data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skont il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill
(notified under document number C(2009) 2564)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2564)
(Text with EEA relevance)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/321/EC)
(2009/321/KE)
THE COMMISSION OF THE EUROPEAN COMMUNITIES,
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Having regard to the Treaty establishing the European Community,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Having regard to Directive 98/8/EC of the European Parliament and of the Council of 16 February 1998 concerning the placing of biocidal products on the market [1], and in particular the second subparagraph of Article 16(2) thereof,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali [1], u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Whereas:
Billi:
(1) Commission Regulation (EC) No 1451/2007 of 4 December 2007 on the second phase of the 10-year work programme referred to in Article 16(2) of Directive 98/8/EC of the European Parliament and of the Council concerning the placing of biocidal products on the market [2] establishes a list of active substances to be assessed, with a view to their possible inclusion in Annex I, IA or IB to Directive 98/8/EC.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal- 4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali [2] jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.
(2) For a number of substances/product-type combinations included in that list, either all participants have withdrawn or no dossier has been received within the deadline specified in Article 9(2)(c) of Regulation (EC) No 1451/2007 by the Member State designated as Rapporteur for the evaluation.
(2) Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha jew ma waslet l-ebda dokumentazzjoni fi żmien l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 9(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.
(3) Consequently, and pursuant to Article 11(2) of Regulation (EC) No 1451/2007, the Commission informed the Member States thereof. That information was also made public by electronic means on 18 January 2008.
(3) Konsegwentement, u skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri dwar dan. Dak it-tagħrif kien ukoll ippubblikat b’mezzi elettroniċi fit- 18 ta’ Jannar 2008.
(4) Within three months of the electronic publication of that information, an interest in taking over the role of participant has been demonstrated for some of the substances and product-types concerned, in accordance with Article 12(1) of Regulation (EC) No 1451/2007.
(4) Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dak it-tagħrif, intwera interess li jittieħed ir-rwol ta’ parteċipant għal uħud mis-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.
(5) A new deadline should therefore be established for the submission of dossiers for these substances and product-types in accordance with the second subparagraph of Article 12(3) of that Regulation.
(5) Għalhekk għandha tiġi ffissata skadenza ġdida għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament.
(6) The measures provided for in this Decision are in accordance with the opinion of the Standing Committee on Biocidal Products,
(6) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
HAS ADOPTED THIS DECISION:
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Article 1
Artikolu 1
For the substances and the product-types set out in the Annex, the new deadline for the submission of dossiers shall be 31 May 2010.
Għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti mniżżlin fl-Anness, l-iskadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni għandha tkun il- 31 ta’ Mejju 2010.
Article 2
Artikolu 2
This Decision is addressed to the Member States.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Done at Brussels, 8 April 2009.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ April 2009.
For the Commission
Għall-Kummissjoni
Stavros Dimas
Stavros Dimas
Member of the Commission
Membru tal-Kummissjoni
[1] OJ L 123, 24.4.1998, p. 1.
[1] ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
[2] OJ L 325, 11.12.2007, p. 3.
[2] ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
--------------------------------------------------
--------------------------------------------------
ANNEX
ANNESS
SUBSTANCES AND PRODUCT-TYPES FOR WHICH THE NEW DEADLINE FOR THE SUBMISSION OF DOSSIERS IS 31 MAY 2010
SUSTANZI U TIPI TA’ PRODOTTI LI GĦALIHOM L-ISKADENZA L-ĠDIDA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TAD-DOKUMENTAZZJONI HIJA L- 31 TA’ MEJJU 2010.
Name | EC number | CAS number | Product-type | RMS |
Isem | Numru tal-KE | Numru CAS | Tip ta’ prodott | RMS |
Margosa ext. | 283-644-7 | 84696-25-3 | 19 | DE |
Estratt tal-Margosa | 283-644-7 | 84696-25-3 | 19 | DE |
Reaction product of dimethyl adipate, dimethyl glutarate, dimethyl succinate with hydrogen peroxide/Perestane | 432-790-1 | — | 4 | HU |
Prodott tar-reazzjoni tal-adipat dimetil, tal-glutarat dimetil, tas-suċċinat dimetil mal-perossidu tal-idroġenu/mal-Perestan | 432-790-1 | - | 4 | HU |
--------------------------------------------------
--------------------------------------------------
Top


Managed by the Publications Office