DOKUMENT KONĠUNT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà legali: Dan ir-rapport jimpenja biss lis-servizzi tal-Kummissjoni li huma involuti fil-preparazzjoni tiegħu u ma jippreġudikax il-forma finali ta' kwalunkwe deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri biex it-tagħmir tar-radju isir disponibbli għall-kummerċjalizzazzjoni /* SWD/2012/0300 final */
DOKUMENT KONĠUNT TA’ ĦIDMA
TAL-PERSUNAL SOMMARJU EŻEKUTTIV TAL-VALUTAZZJONI
TAL-IMPATT
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà legali: Dan ir-rapport
jimpenja biss lis-servizzi tal-Kummissjoni li huma involuti fil-preparazzjoni
tiegħu u ma jippreġudikax il-forma finali ta' kwalunkwe
deċiżjoni li għandha tittieħed mill-Kummissjoni. Li jakkumpanja d-dokument Proposta għal Direttiva
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet
tal-Istati Membri biex it-tagħmir tar-radju isir disponibbli
għall-kummerċjalizzazzjoni Introduzzjoni Dan ir-rapport fil-qosor tal-Valutazzjoni tal-Impatt jindirizza
r-reviżjoni possibbli tad-Direttiva R&TTE, [1].
id-Direttiva 1999/5/KE dwar it-tagħmir tar-radju u tagħmir terminali
tat-telekomunikazzjoni[2]. Id-Direttiva tkopri
suq stmat għal EUR 63 biljun (2007), inkluż inter alia
s-settijiet tat-telefowns ċellulari, it-trażmittenti tan-netwerks
ċellulari u tat-telefonija fissa[3]. Din
tarmonizza r-rekwiżiti regolatorji fil-livell tal-UE
għall-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza, il-kompatibilità
elettromanjetika, u l-evitar ta' interferenza ta' ħsara. 1. Definizzjoni tal-problema 1.1. Livell baxx ta' konformità Ġie osservat livell baxx ta' konformità
mar-rekwiżiti tad-Direttiva. Evidenza disponibbli minn Awtoritajiet
tas-Sorveljanza tas-Suq tal-UE (MSAs) juru valuri li jvarjaw bejn 28% u 56%
għall-konformità mar-rekwiżiti essenzjali, u anke valuri iktar baxxi
minn hekk għall-konformità amministrattiva. L-infurzar effiċjenti mill-MSAs huwa imfixkel ferm mit-traċċabilità limitata
tal-prodotti u l-manifatturi. Meta ma jkunx jista' jinstab punt ta' kuntatt
validu, l-MSAs huma obbligati jduru l-katina kollha tad-distribuzzjoni sabiex
jikkuntattjaw il-persuna responsabbli mit-tqegħid tal-prodott fis-suq
tal-UE. Barra minn hekk, id-Direttiva ħafna drabi
hija ambigwa u kumplessa bla bżonn (ara 2.2 hawn taħt), u
titlob għal sforz relattivament għoli mill-manifatturi biex jifhmu
l-obbligi tagħhom. 1.2. Problemi relatati ma’
dispożizzjonijiet legali tad-Direttiva Id-Direttiva qed titqies wisq kumplessa u
ambigwa. Xi kwistjonijiet soġġetti
għal interpretazzjonijiet differenti huma: ·
Jekk rekwiżit essenzjali fl-Artikolu 3.2
("l-użu effettiv tal-ispettru tar-radju... biex tiġi evitata
interferenza ta' ħsara") huwiex applikabbli għal
trażmettituri biss jew anke għall-prestazzjoni tar-riċezzjoni
minn tagħmir tar-radju ·
Id-distinzjoni bejn l-obbligu
għat-twaħħil ta' "Sinjal ta' Twissija" fuq
prodotti soġġetti għal restrizzjonijiet tal-użu u l-obbligu
li tiġi nnotifikata l-kummerċjalizzazzjoni tal-apparat li
jopera f'meded mhux armonizzati Dawn
l-ambigwitajiet u oħrajn iwasslu għal diverġenzi
fl-applikazzjoni tad-Direttiva u huma ta' tfixkil għas-Suq Intern. Id-Direttiva tinkludi wkoll bosta dispożizzjonijiet
amministrattivi, u l-valur ta’ xi wħud minnhom huwa dubjuż,
eż. l-marka CE, in-numru tal-Korp Innotifikat u s-Sinjal ta’ Twissija
jridu jitwaħħlu fuq it-tagħmir, fuq il-pakkett u fuq
l-istruzzjonijiet għall-utent. 1.2.1. Problemi fil-kamp ta'
applikazzjoni tad-Direttiva R&TTE Mhuwiex ċar kif għandha tapplika
d-Direttiva għal xi kategoriji partikolari ta' tagħmir, bħal
tagħmir modifikabbli bis-softwer u stallazzjonijiet magħmula minn
komponenti multipli. Id-Direttiva ma tippermettix li
jinħtieġ tagħmir li jinteraġixxi ma’ aċċessorji,
bħal ċarġers. Fin-nuqqas ta’ ftehimiet volontarji industrijali,
in-nuqqas ta' interoperabilità hija inkonvenjent għall-utenti u
toħloq ħela bla bżonn[4].
Ir-riċevituri
(eż. GPS jew riċevituri Galileo) huma ġeneralment inklużi
fid-Direttiva. Ir-riċevituri tax-xandir tat-TV u tar-radju, u wkoll
radjaturi intenzjonali mhux kapaċi għall-komunikazzjoni (eż.
iċ-ċarġers mingħajr wajers) huma esklużi
mid-Direttiva, u jaqgħu taħt id-Direttiva EMC[5].
Rekwiżiti legali differenti għal tagħmir simili joħolqu
inċertezza legali. 1.3. L-ostakoli regolatorji
għad-dħul fis-suq ta' tagħmir tar-radju innovattiv L-aċċess għas-suq għal
teknoloġiji ġodda tar-radju jeħtieġ konformità
mad-Direttiva R&TTE. Hawnhekk huma relevanti żewġ kwistjonijiet: ·
Id-dewmien eċċessiv fl-iżvilupp
tal-istandards armonizzati (sa bosta snin) u fil-pubblikazzjoni ta’ referenzi
fil-ĠUUE[6]
(sa sena) ·
Id-diffikultajiet sabiex jinkisbu opinjonijiet minn
korpi nnotifikati (KN) fin-nuqqas ta' regoli approvati għall-użu
tal-ispettru. Kwistjonijiet oħra li
jaffettwaw l-aċċess għas-suq tal-innovazzjonijiet jaqgħu
barra mill-ambitu tad-Direttiva R&TTE, u jinkludu n-nuqqas ta’
armonizzazzjoni tal-ispettru fl-UE, u tal-proċess relattivament twil,
kumpless u inċert għar-riallokazzjoni tal-użu tal-ispettru. 1.4. Min jintlaqat? · L-utenti tat-tagħmir R&TTE, is-servizzi pubbliċi u
ċ-ċittadini esposti b'mod ġenerali għal apparat mhux
konformi. · Il-manifatturi affettwati bid-distorsjoni tal-kompetizzjoni minn
prodotti mhux konformi, mill-kumplessità u l-ambigwità tad-Direttiva, u minn
diffikultajiet biex jintroduċu l-innovazzjonijiet fis-suq · L-Awtoritajiet tas-Sorveljanza tas-Suq affettwati minn diffikultajiet
biex jinfurzaw id-Direttiva b’mod effiċjenti u minn inċertezza legali
2. Analiżi
tas-sussidjarjetà Is-Suq Uniku huwa qasam ta’ “kompetenza
kondiviża” skont l-Artikolu 4 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni
Ewropea (TFUE). Id-Direttiva riveduta għandha tkun ibbażata fuq
l-Artikoli 26 (is-Suq Intern) u 114 (l-Approssimazzjoni
tal-Liġijiet) tat-TFUE. Hija meħtieġa l-azzjoni fil-livell
tal-UE għall-adattament, l-iċċarar jew is-simplifikazzjoni
tad-dispożizzjonijiet li huma l-pedament tas-Suq Intern f’dan il-qasam.
Dan ma jistax isir mill-Istati Membri waħedhom. Obbligu ġdid
possibbli biex jiġi rreġistrat fil-livell tal-UE manifattur u/jew
prodott (l-għażliet A2, A3, A4) se jaffettwa s-suq kollu tal-UE;
il-vantaġġi tiegħu fir-rigward ta' miżuri simili fil-livell
nazzjonali huma ċari. L-Għażla C2 taffettwa r-regolamentazzjoni
tal-ispettru, qasam prinċipalment fi ħdan il-kompetenza tal-Istati
Membri; dan huwa diskuss hawn taħt. Għall-għażliet
l-oħra kkunsidrati, id-dritt tal-UE li taġixxi u l-valur miżjud
ta’ azzjoni fil-livell tal-UE jistgħu jitqiesu mhux kontroversjali. 3. Objettivi Ir-reviżjoni tad-Direttiva R&TTE
għandha l-għan li tiżgura l-implimentazzjoni aħjar
tar-rekwiżiti essenzjali fid-Direttiva. Għandha żżomm u
ttejjeb is-Suq Uniku, tevita l-kosti u l-piżijiet mhux meħtieġa,
b’mod partikolari għall-SMEs, u tappoġġja l-innovazzjoni.
L-għanijiet speċifiċi u operazzjonali huma dawn li ġejjin: A Biex jintlaħqu l-infurzar u
l-konformità aħjar mad-Direttiva: · Jissaħħu l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, u jittejbu
l-għodda legali disponibbli għall-MSAs b'mod partikolari fir-rigward
tat-traċċabilità tal-prodotti B Ssir disponibbli bażi
ġuridika soda għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali: · Biex tikkjarifika, tissimplifika jew toħnoq għadd ta’
dispożizzjonijiet u obbligi amministrattivi; biex ittejjeb il-koerenza ma'
leġiżlazzjoni oħra tal-UE. · Sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tad-Direttiva għal xi
teknoloġiji speċifiċi; sabiex tippermetti l-armonizzazzjoni
tal-interfaċċji bejn it-tagħmir u l-aċċessorji · Sabiex tinkludi fl-ambitu tad-Direttiva t-tagħmir kollu li
għalih huwa rilevanti l-evitar tal-interferenza ta' ħsara C Biex jitneħħew
l-ostakli għall-aċċess għas-suq ta' tagħmir tar-radju
innovattiv: · Biex jiġi ssimplifikat t-tfassil tad-deċiżjonijiet
regolatorji u jitnaqqas id-dewmien assoċjat 4. Għażliet ta’
Politika 4.1. Għażliet li
jindirizzaw l-objettiv A - L-Għażla A0 hija l-istatus
quo. -L-Għażla A1 hija allinjament mal-Qafas
Leġiżlattiv Ġdid (QLĠ) għall-kummerċjalizzazzjoni
tal-oġġetti - L-Għażla A2 tinkludi l-Għażla A1 kif ukoll
l-obbligu għall-manifatturi biex jirreġistraw id-data ta' kuntatt
tagħhom f’sistema ta’ reġistrazzjoni ċentrali tal-UE. Numru
uniku ta' reġistrazzjoni tal-kumpaniji għandu jitwaħħal fuq
il-prodotti kollha kkummerċjalizzati fl-UE. - L-Għażla A3 tinkludi l-Għażla A1 kif ukoll
l-obbligu għall-manifattur biex jirreġistra f’sistema ta’
reġistrazzjoni ċentrali tal-UE kull tip ta' prodott ġdid u
jtella' fl-internet parti mill-fajl tekniku. Għandu jitwaħħal
numru ta' reġistrazzjoni speċifiku għall-prodott fuq kull
prodott korrispondenti. - L-Għażla A4 tinkludi
l-Għażla A1 kif ukoll il-possibbiltà għall-Kummissjoni, biex
abbażi tal-poteri delegati, tintroduċi reġistrazzjoni
tal-prodott bħal dik fl-Għażla A3 għal xi kategoriji
speċifiċi ta' tagħmir fejn ma jkunx intlaħaq livell
għoli ta' konformità 4.2. Għażliet li
jindirizzaw l-objettiv B - L-Għażla B0 hija l-istatus
quo - L-Għażla B1 tinkludi
l-allinjament tad-definizzjonijiet u l-obbligi fid-Direttiva mal-QLĠ
għas-Suq Intern għall-oġġetti, il-kjarifika
tad-dispożizzjonijiet problematiċi attwali fuq il-bażi
tal-"Gwida għall-implimentazzjoni tad-Direttiva” attwali, u
s-simplifikazzjoni ta’ xi obbligi amministrattivi - L-Għażla B2 tinkludi
l-għażla B1, kif ukoll l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet
addizzjonali biex jitrattaw xi teknoloġiji speċifiċi,
rekwiżit ġdid għal interoperabilità bl-aċċessorji, u
estensjoni tal-ambitu għar-riċevituri u trażmettituri tar-radju
kollha - L-Għażla B3 tinkludi
l-għażla B1, l-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet addizzjonali
biex jittrattaw xi teknoloġiji speċifiċi, restrizzjoni
tal-ambitu tad-Direttiva għal trażmettituri tar-radju, u
s-setgħa mogħtija lill-Kummissjoni sabiex tiffaċilita
l-applikazzjoni tad-Direttiva u tindirizza l-interoperabbiltà
bl-aċċessorji 4.3. Għażliet li
jindirizzaw l-objettiv C - L-Għażla
C0 mhijiex xi azzjoni ġdida tal-UE. L-Għażla C1 tinkludi
miżuri mhux leġiżlattivi: li jistabbilixxu punt uniku tal-UE
għat-talbiet għal-liċenzji sperimentali għall-użu
tat-tagħmir tar-radju; pjan ta’ azzjoni biex titjieb il-kooperazzjoni bejn
ir-regolaturi, il-korpi nnotifikati u l-korpi tal-istandardizzazzjoni; u
kampanja ta' informazzjoni mmirata lejn kumpaniji u SMEs dwar il-qafas
regolatorju tat-tagħmir tar-radju - L-Għażla
C2 tinkludi l-għażla C1 u żewġ bidliet legali:
il-ħolqien ta' kategorija speċjali ta’ korpi nnotifikati li jiffokaw
fuq it-tagħmir tar-radju aktar innovattiv; u t-twaqqif ta’ korp
ċentrali tal-UE li jkollu s-setgħa li jippermetti
l-kummerċjalizzazzjoni u l-użu ta' ammont limitat ta' tagħmir
tar-radju fi ħdan żoni ġeografiċi ddefiniti tajjeb u
perjodi ta’ żmien limitati 5. Il-Valutazzjoni tal-Impatti L-għażliet kollha huma evalwati
f’termini ta’ effettività fil-ksib tal-objettivi. Il-konformità akkumulata hija
mistennija li ġġib magħha impatti soċjali
pożittivi, jiġifieri protezzjoni mtejba tas-saħħa u
s-sikurezza u t-tħaddim aħjar tat-tagħmir
għall-benefiċċju tal- konsumaturi, in-negozji u s-servizzi
pubbliċi. L-impatti ekonomiċi jirrelataw
mat-tħaddim tas-suq intern, l-użu effiċjenti tal-ispettru u
l-kosti amministrattivi kkaġunati mid-Direttiva, u xi aspetti ta'
innovazzjoni. Ma ġie identifikat l-ebda impatt sinifikanti fuq l-SMEs. 5.1. Għażliet li
jindirizzaw l-objettiv ABiex jintlaħqu l-infurzar u l-konformità
aħjar mad-Direttiva Madwar 50% tal-Istati Membri u
l-biċċa l-kbira tal-operaturi ekonomiċi[7] qed
jipprevedu impatt għoli ta’ allinjament mal-Qafas Leġiżlattiv
il-Ġdid (Għażla 1) fir-rigward tal-konformità fil-qasam
tal-R&TTE. Il-biċċa l-kbira tal-MSAs iqisu li l-effett addizzjonali
fir-rigward tal-infurzar tal-effiċjenza u tal-konformità ta' Għażla
A2 għandu jkun pożittiv iżda limitat. L-Għażla
A3 tintroduċi għodda ulterjuri ta' infurzar, billi tipprovdi aċċess
rapidu għad-dokumentazzjoni teknika tal-prodotti rreġistrati u
disponibbiltà onlajn tad-data ta' kuntatt speċifika għall-prodott
u għalhekk inqas dewmien fl-infurzar. Waħda mill-MSA stmat gwadann
globali sa 10-15% fil-ħin/riżorsi allokati lis-sorveljanza tas-suq u
titjib fiż-żmien ta' reazzjoni ta’ diversi ġimgħat. Filwaqt li tiffoka biss fuq kategoriji ta' prodotti
problematiċi, l-Għażla A4 għandu jkollha impatt
simili fuq l-effettività bħall-Għażla A3. Impatt negattiv minn naħa tal-Għażla A3 fuq
il-piż amministrattiv huwa pperċepit bħala wisq aktar
sinifikanti minn impatt negattiv mill-għażliet l-oħra. 32% minn
dawk li wieġbu għall-konsultazzjoni tal-2010 (iżda 12% biss
kienu SMEs) ivvalutaw l-impatt bħala sinifikanti vis-a-vis 10% biss minn
dawk li jikkonċernahom l-allinjament tal-QLĠ. Jidher li l-obbligu
attwali biex jiġi stabbilit fajl tekniku qabel il-kummerċjalizzazzjoni
ta' prodott mhuwiex qed jiġi ssodisfat. Jekk dan ikun il-każ,
il-piż addizzjonali li jirriżulta mill-ġbir, il-formatting u
l-uploading ta' din l-informazzjoni jkun limitat ħafna. Għall-Għażla
A4 il-kosti amministrattivi addizzjonali se jkunu limitati għal dawk
il-kategoriji ta' prodotti suġġetti għal reġistrazzjoni. Dawn u impatti oħra huma ppreżentati
fil-qosor fit-tabella hawn taħt: Tabella 1. Tabella ta' sinteżi li tqabbel
l-għażliet li jindirizzaw l-objettiv D || L-effettività fil-kisba tal-objettiv A || Kost u effiċjenza || Koerenza L-Għażla A0 || 0 || 0 || 0 L-Għażla A1: || +/++ Moderat għal sinifikanti || - Żieda ta’ rekwiżiti amministrattivi, b’mod partikolari għall-importaturi u d-distributuri || +++ Il-QLĠ itejjeb il-koerenza mal-Leġiżlazzjoni tal-Approċċ il-Ġdid L-Għażla A2: || +/++ Impatt limitat ma' dak tal-A1 || -/+ Perċepiti bħala żieda żgħira ta' piż mill-manifatturi Titjib limitat fl-effiċjenza tal-MSAs || +++/- Idem QLĠ/ Ftit imbiegħda mil-leġiżlazzjoni tal-Approċċ il-Ġdid L-Għażla A3 || +++ Strument addizzjonali għal infurzar effettiv tal-obbligi u l-edukazzjoni ta' kumpaniji || --/++ Perċepiti bħala żieda żgħira ta' piż mill-manifatturi Ittejjeb l-effiċjenza tal-MSAs Investiment stmat ta' 300000 EUR || +++/-- Idem QLĠ/ Titbiegħed mil-leġiżlazzjoni tal-Approċċ il-Ġdid L-Għażla A4 || ++ Strument addizzjonali għal kategoriji problematiċi biss || -/+++ Żieda iżgħar fil-piż għall-industrija mill-Għażla A3 Effiċjenza globali ogħla mill-Għażla A3 || +++/- Idem QLĠ/ Titbiegħed mil-leġiżlazzjoni tal-Approċċ il-Ġdid f'każijiet ġustifikati 5.2. Għażliet li
jindirizzaw l-objettiv B: Li ssir disponibbli bażi ġuridika soda
għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti essenzjali Tabella 2. Tabella ta' sinteżi li tqabbel
l-għażliet li jindirizzaw l-objettiv B || L-effettività fil-ksib tal-objettiv B || Effetti sekondarji || Kost u effiċjenza || Koerenza L-Għażla B0 || 0 || 0 || 0 || 0 L-Għażla B1 || ++ -Kjarifika sinifikanti || + Titjib fil-konformità (objettiv A) || ++ Xi tnaqqis tar-rekwiżiti amministrattivi || ++ Ittejjeb il-koerenza ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE L-Għażla B2 || ++/- - Tiċċara l-applikazzjoni tad-Direttiva għal teknoloġiji speċifiċi - Obbligu ġenerali għal interoperabilità bl-aċċessorji jista' jkun inapplikabbli -Ittejjeb iċ-ċertezza legali – ir-riċevituri kollha taħt l-R&TTED - Ittejjeb il-ħarsien tal-ispettru– ir-radjaturi intenzjonali kollha huma sottoposti għall-R&TTE D || +/- - Aktar effiċjenza fl-użu tal-ispettru tar-radju permezz ta' rekwiżiti regolatorji għar-riċevituri - Rekwiżit ġenerali għal interoperabilità bl-aċċessorji jista' jiskoraġġixxi l-innovazzjoni || -- - Kost addizzjonali minħabba l- obbligu tal-interoperabbiltà ġenerali -Xi kosti addizzjonali għar-riċevituri tax-xandir u għar-radjaturi intenzjonali mingħajr kapaċita ta' komunikazzjoni || L-Għażla B3 || +++ -Is-setgħet tal-Kummissjoni jippermettu reazzjoni għall-kwistjonijiet futuri legali / teknoloġiċi /tas-suq -Ittejjeb iċ-ċertezza legali: ir-riċevituri kollha u t-terminali fissi sottoposti għall-EMCD -Ittejjeb il-ħarsien tal-ispettru: ir-radjaturi intenzjonali kollha sottoposti għall-R&TTE || - -Il-prestazzjoni tar-riċevituri mmexxija minn standards volontarji -Rekwiżiti essenzjali fl-Artikolu 3.3 mhux applikati għal riċevituri puri, eż. ir-riċevituri Galileo || +/- - Xi kosti addizzjonali għar-radjaturi intenzjonali mingħajr il-kapaċita ta' komunikazzjoni - Xi tnaqqis tal-kost għal tagħmir li jirċievi biss u terminali fissi || ++ -Ittejjeb il-koerenza ma' leġiżlazzjoni oħra tal-UE dwar il-kompetizzjoni - Is-setgħat ta' implimentazzjoni jiffaċilitaw l-applikazzjoni konsistenti tad-Direttiva madwar l-UE 5.3. Għażliet li
jindirizzaw l-objettiv C biex jitneħħew l-ostakli regolatorji
għall-innovazzjoni fit-tagħmir tar-radju L-Għażla C1 hija mistennija
ttejjeb l-għarfien tar-Regolament fost il-kumpaniji, sabiex
tiffaċilita r-rwol ta' korpi nnotifikati fil-valutazzjoni ta’ prodotti innovattivi,
u sabiex jintlaħaq xi tnaqqis fid-dewmien sabiex jiġu introdotti
prodotti ġodda fil-qafas regolatorju. Korp ċentrali tal-UE fl-Għażla
C2 ser inaqqas iż-żmien tal-kummerċjalizzazzjoni
għall-prodotti innovattivi, sa sena u sentejn f'xi każijiet. L-industrija
hija ħerqana li tinvesti fuq il-bażi ta' awtorizzazzjonijiet
temporanji. Il-korp ċentrali tal-UE jeħtieġ il-persunal; l-iktar
stima baxxa hija ta' 10 persuni full-time [8]. Is-setgħat tagħha jqajmu
kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà fir-rigward tal-kompetenzi nazzjonali f'dan
il-qasam. Dawn u impatti oħra huma ppreżentati
fil-qosor fit-tabella t'hawn taħt: Tabella 3. Tabella ta' sinteżi li tqabbel
l-għażliet li jindirizzaw l-objettiv C || L-effettività fil-ksib tal-objettiv C || Effetti sekondarji || Kost u effiċjenza || Koerenza L-Għażla C0 || 0 || 0 || 0 || 0 L-Għażla C1 || + - Titjib inkrementali fiż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni fis-suq || || + - Titjib inkrementali fl-effiċjenza || + - Ittejjeb il-koerenza tal-arranġament istituzzjonali attwali L-Għażla C2 || +/++ -Ittejjeb il-kredibbiltà tal-opinjonijiet ta’ KN 'speċjali’ - Tnaqqis importanti taż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni fis-suq - Awtorizzazzjoni temporanja mhux attraenti għall-investiment || -- - Kategorija speċjali ta’ KN tista' tgħawweġ il-kompetizzjoni fost il-KN - Diffikultajiet fit-treġġigħ lura tal-awtorizzazzjonijiet temporanji || -- Kosti importanti: -It-tħaddim tal-akkreditazzjoni l-ġdida ta' kategorija speċjali ta’ KN - It-twaqqif ta' ċentru ta' kompetenzi ġdid - Kosti għolja għall-irtirar ta’ tagħmir awtorizzat minn qabel || -- - Sistema doppja għal awtorizzazzjonijiet - Tqajjem kwistjonijiet ta’ sussidjarjetà 6. Tqabbil
tal-Għażliet. L-għażla ppreferuta L-Għażla A1 għandha
iżżid il-konformità permezz ta' żidiet limitati fil-kost
amministrattiv. Ir-reġistrazzjoni tal-manifattur fl-Għażla
A2 tipprovdi biss valur miżjud limitat. Ir-reġistrazzjoni
sħiħa tal-prodotti fl-Għażla A3 hija strument qawwi
addizzjonali biex titjieb l-effettività tas-sorveljanza tas-suq, iżda hija
perċepita mill-industrija bħala piż addizzjonali sinifikanti. L-Għażla
A4 tipprovdi approċċ flessibbli u proporzjonat: biex jitwettaq
l-allinjament mal-QLĠ, u biex tiġi introdotta r-reġistrazzjoni
tal-prodott skont il-livell ta' konformità mitlub f’xi kategoriji
speċifiċi ta' prodotti. L-Għażla A4 għalhekk
hija l-għażla ppreferuta biex tindirizza l-objettiv A. L-Għażla B1 tikseb
ċarezza, simplifikazzjoni, tnaqqis tal-piż u titjib fil-koerenza. L-Għażla
B2 tkompli tiċċara u ttejjeb il-bażi legali fit-trattament
ta' xi teknoloġiji speċifiċi, radjaturi u riċevituri
intenzjonali. Ir-rekwiżiti fir-rigward tal-prestazzjoni
tar-riċezzjoni jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-ispettru,
iżda jinvolvu kosti addizzjonali. L-Għażla B3
tippermetti li tiġi ċċarata l-applikazzjoni tad-Direttiva
għal każijiet speċifiċi attwali u futuri, tistabbilixxi
kriterji ċari għall-ambitu tagħha fir-rigward tal-EMCD, u
tnaqqas jew tevita l-kosti. L-Għażla B3 hija
għalhekk l-għażla preferuta biex tindirizza l-objettiv B. L-Għażla C1 tipprovdi titjib
inkrementali kemm fiż-żieda fl-effiċjenza kif ukoll
fiż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni kemm għall-operaturi
ekonomiċi, kif ukoll għar-regolaturi u entitajiet oħra. L-Għażla
C2 tipprovdi żmien iqsar ta' kummerċjalizzazzjoni –iżda
tinvolvi kosti addizzjonali mhux negliġibbli, kif ukoll xi
żvantaġġi istituzzjonali. L-Għażla C1
għalhekk hija l-għażla preferuta biex tindirizza l-objettiv C. Kollox
ma' kollox, dan il-pakkett ta' għażliet ippreferuti huwa mistenni li
jżid il-konformità u ċ-ċertezza legali, iħaffef u jrendi
aktar konsistenti l-applikazzjoni tad-Direttiva u jippermetti prevenzjoni iktar
komprensiva mill-interferenzi dannużi, b'piż żejjed limitat
għall-operaturi tas-suq. Lil hinn mis-sinerġiji bejn
l-Għażliet A4 u B3 spjegati fil-Kapitolu 7 mhija mistennija l-ebda
interazzjoni oħra bejn it-tliet elementi tal-għażla ppreferuta.
Għalhekk, mhuwiex meqjus neċessarju li ssir valutazzjoni fil-fond
addizzjonali tal-pakkett. Fl-aħħar tal-valutazzjoni tal-impatt, ma kien hemm l-ebda
indikazzjoni li l-għażliet ippreferuti jistgħu jirriżultaw
f’piż sproporzjonat għall-SMEs. Għaldaqstant, ma hemm ebda
element li juri l-ħtieġa għal miżuri speċifiċi
għall-SMEs sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju
tal-proporzjonalità. 7. Monitoraġġ u
Evalwazzjoni It-tabella li ġejja tiġbor fil-qosor l-indikaturi ewlenin ta'
progress lejn il-ksib tal-objettivi għar-reviżjoni tad-Direttiva: Tabella 4 Indikaturi ewlenin ta 'progress || Indikatur || Approċċ Konformità || Proporzjonijiet ta’ konformità || Rapporti perjodiċi mill-Istati Membri Simplifikazzjoni amministrattiva u adattamenti legali || Kosti u piżijiet amministrattivi indotti, għadd ta’ dispożizzjonijiet fid-Direttiva ma jidhrux ċari || Skambju regolari mal-partijiet interessati Ostakli regolatorji għall-innovazzjoni || Simpliċità perċeputa tal-introduzzjoni tal-innovazzjonijiet || Skambju regolari mal-partijiet interessati Skont il-proposta, l-Istati Membri
jkollhom l-obbligu li jibagħtu lill-Kummissjoni rapporti biannwali dwar
l-applikazzjoni tad-Direttiva, li jipprovdu tagħrif dwar il-livelli ta'
konformità mad-Direttiva. Il-Kummissjoni qed tippjana li
tirrevedi b'mod regolari l-operazzjoni ta' din id-Direttiva u tibgħat
rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull ħames snin. [1] R&TTE
= Tagħmir terminali tar-radju u t-telekomunikazzjonijiet [2] Direttiva
1999/5/KE ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10–28 [3] L-infrastruttura tat-telekomunikazzjonijiet mhux tar-radju bħalma
huma s-sistemi tal-iswitching hija eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni
tad-Direttiva R&TTE [4] http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/rtte/chargers/index_en.htm
[5] Id-Direttiva
dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika, id-Direttiva 2004/108/KE [6] Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea [7] Matul
il-konsultazzjoni pubblika tal-2010, 71% ta' dawk li rrispondew (l-MSAs kienu
esklużi f'din il-mistoqsija) stennew mill-allinjament tal-NLF impatt medju
sa qawwi fir-rigward tal-konformità [8] Għar-referenza,
l-ECO, is-Segretarjat tas-CEPT, jimpjega persunal ta’ 14-il ruħ
inkluż seba' esperti