32011D0874

2011/874/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Diċembru 2011 li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni (notifikata bid-dokument numru C(2011) 9232) Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 343 , 23/12/2011 P. 0065 - 0076


Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni

tal- 15 ta’ Diċembru 2011

li tistabbilixxi l-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa fl-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikati mudell għall-importazzjoni u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawn l-annimali fl-Unjoni

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 9232)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/874/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat- 13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE [1] u b'mod partikolari l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 17(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE [2], u partikolarment l-Artikolu 8(4) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistipula r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi fl-Unjoni.Il-klieb, il-qtates u l-inmsa huma fost l-annimali domestiċi koperti bir-Regolament.

(2) Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif ukoll tal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni. Din tistipula li l-kundizzjonijiet marbuta mal-importazzjoni ta’ dawn l-annimali għandhom tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(3) Ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw dawn l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali jvarjaw skont is-sitwazzjoni tal-marda tal-idrofobija fil-pajjiż terz tal-oriġini u fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

(4) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li l-klieb, il-qtates u l-inmsa li jidħlu fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tal-istess Regolament, għandhom jitlaqqmu kontra l-idrofobija, filwaqt li dawk li jidħlu minn pajjiżi terzi oħrajn iridu wkoll ikunu suġġetti għal test tad-demm b'rabta mal-idrofobija qabel ma jidħlu f'dawn il-pajjiżi.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li sal- 31 ta’ Diċembru 2011, il-klieb, il-qtates u l-inmsa li jidħlu fl-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B u fil-Parti Ċ tal-Anness II tal-istess Regolament, għandhom jitlaqqmu kontra l-idrofobija u jkunu suġġetti għal test tad-demm b'rabta mal-idrofobija skont ir-regoli nazzjonali, filwaqt li dawk li jidħlu minn pajjiżi terzi oħrajn, mal-wasla tagħhom għandhom jitqiegħdu fi kwarantina skont ir-regoli nazzjonali.

(6) Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jipprovdi li sal- 31 ta’ Diċembru 2011, il-Finlandja, l-Irlanda, Malta, l-Isvezja u r-Renju Unit, fir-rigward tal-ekinokokkożi, u l-Irlanda, Malta, u r-Renju Unit fir-rigward tal-qurdien, jistgħu jitolbu li d-dħul tal-klieb, il-qtates u l-inmsa fit-territorju tagħhom isir suġġett għall-konformità ma’ ċerti rekwiżiti nazzjonali addizzjonali.

(7) Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 tal- 14 ta’ Lulju 2011 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri sanitarji preventivi għall-kontroll tal-infezzjoni Echinococcus multilocularis fil-klieb [3] kien adottat sabiex ikun żgurat il-ħarsien kontinwu tas-saħħa fl-Irlanda, Malta, il-Finlandja u r-Renju Unit mill-Echinococcus multilocularis. Se jibda japplika mill- 1 ta’ Jannar 2012.

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/595/KE tad- 29 ta’ Lulju 2004 li tistabbilixxi ċertifikat tas-saħħa mudell għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ klieb, qtates u inmsa għall-kummerċ [4] tistipula li l-importazzjonijiet ta’ dawn l-annimali għandhom jiġu awtorizzati mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jew fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat- 12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja [5]. Id-Deċiżjoni 2004/595/KE tistipula wkoll li dawn l-annimali jridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat skont il-mudell stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni.

(9) Il-mudell stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/595/KE huwa ċertifikat individwali li jrid jinħareġ għad-dħul fl-Istati Membri ta’ kull kelb, qattus jew nemes li jasal minn pajjiż terz elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(10) Filwaqt li dan iċ-ċertifikat huwa biżżejjed għad-dħul fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit ta’ dawk l-annimali li jkunu ġejjin mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, dan mhux aċċettat għal annimali bħal dawn destinati għall-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit meta mal-wasla tagħhom jitqiegħdu fi kwarantina skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(11) Minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom ċerti importaturi dovuti għall-użu taċ-ċertfikat mudell individwali stabbilit fid-Deċiżjoni 2004/595/KE, huwa neċessarju li dan iċ-ċertifikat mudell jiġi sostitwit b'wieħed li jista' jkopri konsenja li tikkonsisti f'aktar minn annimal wieħed.

(12) Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 388/2010 tas- 6 ta’ Mejju 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-numru massimu ta’ annimali domestiċi ta’ ċerti speċji li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ moviment mhux kummerċjali [6], il-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa minn pajjiż terz iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-kontrolli tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Direttiva 92/65/KEE.

(13) Minħabba l-fatt li r-riskji maħluqa mill-importazzjonijiet tal-klieb, qtates u inmsa u mill-moviment mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ aktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa mhumiex differenti, huwa l-lok li jiġi stabbilit ċertifikat sanitarju komuni għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali bħal dawn u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ aktar minn ħames annimali bħal dawn mill-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 jew fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010.

(14) Fl-interessi tal-konsistenza u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, iċ-ċertifikati mudell tas-saħħa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa għandhom iqisu r-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/240/KE [7], li tistipula li d-diversi ċertifikati tas-saħħa veterinarja, pubblika u dik tal-annimali meħtieġa għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali ħajjin iridu jissejsu fuq il-mudelli standard għaċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni.

(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/824/KE tal- 1 ta’ Diċembru 2004 li tistabblixxi ċertifikat mudell ta’ saħħa għaċ-ċaqliq mhux kummercjali ta’ klieb, qtates u inmsa minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità [8] tistabbilixxi ċertifikat mudell għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ dawk l-annimali fl-Istati Membri apparti l-Irlanda, l-Isvezja u r-Renju Unit minn pajjiżi terzi. Dan iċ-ċertifikat jista' jintuża wkoll għad-dħul f'dawk it-tliet Stati Membri fil-każ li dawn l-annimali jaslu minn pajjiżi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003. Barra minn hekk, dan iċ-ċertifikat irid jinħareġ individwalment għad-dħul fl-Istati Membri ta’ kull kelb, qattus jew nemes.

(16) Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-annimali domestiċi jridu jkunu akkumpanjati minn passaport skont il-mudell stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE tas- 26 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi mudell ta’ passaport tal-movimenti fil-Komunità ta’ klieb, qtates u nemes [9] meta dawn jidħlu fi Stat Membru, wara moviment temporanju minn Stat Membru għal pajjiż terz jew territorju tiegħu.

(17) Skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 998/2003, l-annimali domestiċi li jaslu minn pajjiżi jew territorji elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament, u li kien stabbilit li għal dawn il-pajjiżi u territorji japplikaw regoli tal-inqas ekwivalenti għar-regoli tal-Unjoni dwar il-movimenti mill-pajjiżi terzi, iridu jkunu suġġetti għar-regoli stabbiliti għall-moviment mhux kummerċjali tal-klieb, il-qtates u l-inmsa bejn l-Istati Membri.

(18) Huwa loku li din id-Deċiżjoni għandha tapplika mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/839/KE tat- 3 ta’ Diċembru 2004 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet taċ-ċaqliq nonkummerċjali ta’ klieb u qtates żgħar minn pajjiżi terzi għall-Komunità [10] li tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw il-moviment għat-territorju tagħhom ta’ klieb u qtates ta’ inqas minn tliet xhur u li ma jkunux imlaqqma kontra l-idrofobija minn pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 bil-kundizzjonijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.

(19) Sabiex ikun faċilitat l-aċċess għal ċertifikati multilingwi, iċ-ċertifikat tas-saħħa mitlub għal movimenti mhux kummerċjali lejn l-Unjoni ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas minn hekk għandu jkun imsejjes fuq il-mudelli standard stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/240/KE.

(20) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE tas- 17 ta’ Diċembru 1996 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-annimali u tal-prodotti tal-annimali [11] tistipula r-regoli li għandhom jiġu osservati fil-ħruġ taċ-ċertifikati mitluba mil-leġiżlazzjoni veterinarja biex tiġi evitata ċ-ċertifikazzjoni qarrieqa jew falza. Huwa xieraq li jiġi żgurat li r-regoli u l-prinċipji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dik id-Direttiva jiġu applikati mill-uffiċjali veterinarji tal-pajjiżi terzi.

(21) Huwa xieraq li jiġi introdott perjodu ta’ tranżizzjoni li jippermetti lill-Istati Membri u lill-industrija sabiex jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(22) Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE għandhom jiġu revokati.

(23) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi:

(a) il-lista tal-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati biex jimpurtaw klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa lejn l-Unjoni, skont id-Direttiva 92/65/KEE, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u movimenti mhux kummerċjali;

(b) iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew nemes, jew inqas, lejn l-Unjoni, skont ir-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2. Din id-Deċiżjoni tapplika mingħajr ħsara għad-Deċiżjoni 2004/839/KE.

Artikolu 2

Il-pajjiżi terzi u t-territorji awtorizzati għall-importazzjoni ta’ klieb, qtates u inmsa u għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa lejn l-Unjoni, kif ukoll iċ-ċertifikat tas-saħħa għal dawn l-importazzjonijiet u movimenti mhux kummerċjali

1. L-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ klieb, qtates u inmsa u l-movimenti mhux kummerċjali ta’ iktar minn ħamest iklieb, qtates u inmsa lejn l-Unjoni, kemm-il darba il-pajjiżi terzi jew it-territorji li jaslu minnhom, kif ukoll il-pajjiżi terzi jew it-territorji li jgħaddu minnhom ikunu:

(a) jew elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003; jew

(b) elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

2. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif imsemmija fil-paragrafu 1, iridu:

(a) ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness I, li jimtela minn uffiċjal veterinarju li josserva n-notamenti ta’ gwida fil-Parti II ta’ dak iċ-ċertifikat;

(b) jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbiliti fl-Anness I għall-pajjiżi terzi u t-territorji li jaslu minnhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) u (b) rispettivament ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3

Iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas, lejn l-Unjoni

1. L-Istati Membri jawtorizzaw il-movimenti mhux kummerċjali ta’ ħamest iklieb, qtates jew inmsa, jew inqas, lejn it-territorju tagħhom kemm-il darba dawn jaslu jew jgħaddu minn pajjiżi terzi jew territorji li:

(a) jew huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Reglament (KE) Nru 998/2003; jew

(b) mhumiex elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

2. Il-klieb, il-qtates u l-inmsa, kif imsemmija fil-paragrafu 1, iridu:

(a) ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness II, maħruġ minn uffiċjal veterinarju li josserva n-notamenti ta’ gwida fil-Parti II ta’ dak iċ-ċertifikat;

(b) jikkonformaw mar-rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbiliti fl-Anness II għall-pajjiżi terzi u t-territorji mnejn jaslu, kif imsemmi fil-paragrafu 1(a) u (b), rispettivament, ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Sat- 30 ta’ Ġunju 2012, għal perjodu tranżitorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjonijiet u l-movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta’ klieb, qtates u inmsa li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat veterinarju maħruġ mhux iktar tard mid- 29 ta’ Frar 2012, skont il-mudelli stabbiliti rispettivament fl-Anness tad-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE.

Artikolu 5

Revoki

Id-Deċiżjonijiet 2004/595/KE u 2004/824/KE huma revokati.

Artikolu 6

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill- 1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 7

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il- 15 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

John Dalli

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

[2] ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

[3] ĠU L 296, 15.11.2011, p. 6.

[4] ĠU L 266, 13.8.2004, p. 11.

[5] ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1.

[6] ĠU L 114, 7.5.2010, p. 3.

[7] ĠU L 104, 21.4.2007, p. 37.

[8] ĠU L 358, 3.12.2004, p. 12.

[9] ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.

[10] ĠU L 361, 8.12.2004, p. 40.

[11] ĠU L 13, 16.1.1997, p. 28.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Parti I: Dettalji tal-konsenja mibgħuta

PAJJIŻ

Ċertifikat veterinarju għall-UE

I.1. Konsenjatur

Isem

Indirizz

Tel.

I.2. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

I.2.a.

I.3. Awtorità kompetenti ċentrali

I.4. Awtorità kompetenti lokali

I.5. Destinatarju

Isem

Indirizz

Kodiċi postali

Tel.

I.6.

I.7. Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi ISO

I.8.

I.9. Destinazzjoni

Kodiċi ISO

I.10. Regjun tad-destinazzjoni

Kodiċi

I.11. Pajjiż tal-oriġini

Isem

Numru tal-approvazzjoni

Indirizz

Isem

Numru tal-approvazzjoni

Indirizz

Isem

Numru tal-approvazzjoni

Indirizz

I.12.

I.13. Post tat-tagħbija

I.14. Data tat-tluq

I.15. Mezz ta’ trasport

Ajruplan

Vapur

Vagun tal-ferrovija

Vettura tat-triq

Ieħor

Identifikazzjoni

Referenzi dokumentarji

I.16. BIP tad-dħul fl-UE

I.17. Nru(i) tas-CITES

I.18. Deskrizzjoni tal-prodott

I.19. Kodiċi tal-prodott (Kodiċi HS)

010619

I.20. Kwantità

I.21.

I.22. Għadd ta’ pakketti

I.23. Nru tas-Siġill/Kontenitur

I.24.

I.25. Prodotti ċċertifikati għal:

Annimali domestiċi

Korpi approvati

I.26.

I.27. Għall-importazzjoni jew dħul fl-UE

I.28. Identifikazzjoni tal-prodotti

Speċi

(Isem xjentifiku)

Sistema ta’ identifikazzjoni

Data tal-applikazzjoni ta' il-mikroċippa jew tatwaġġ

[jj/xx/ssss]

Numru tal-identifikazzjoni

Data tat-twelid

[jj/xx/ssss]

+++++ TIFF +++++

Parti II: Ċertifikazzjoni

PAJJIŻ

Importazzjonijiet ta' klieb, qtates, inmsa jew movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta' aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

Jiena, hawn taħt iffirmat, l-uffiċjal veterinarju ta' … (ikteb isem it-tielet pajjiż) niċċertifika li:

II.1. l-eżami kliniku li sar fuq kull annimal fi żmien 24 siegħa mit-tluq tal-konsenja skedata minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti wera li fil-mument tal-ispezzjoni, l-annimali huma f'qagħda li jiġu ttrasportati fil-vjaġġ previst;

II.2. għadda minn tal-inqas 21 jum minn meta saret it-tilqima primarja kontra l-idrofobija (1) skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness Ib tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u kull tilqima mill-ġdid li ġiet wara saret fil-perjodu ta' validità tat-tilqima preċedenti (2) u d-dettalji tat-tilqima attwali huma pprovduti fit-tabella fil-punt II.4;

(3) jew[II.3. l-annimali ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Reglament (KE) Nru 998/2003;]

(3) jew[II.3. l-annimali ġejjin minn — u jekk jgħaddu minn pajjiż terz jew territorju ieħor, huma skedati li jgħaddu minn — pajjiż terz jew territorju elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010, u mid-dati indikati fit-tabella fil-punt II.4, meta ttieħdu l-kampjuni tad-demm mhux aktar kmieni minn 30 jum wara t-tilqima minn kull annimal minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li sussegwentement irrivelaw titraġġ ta' antikorpi ekwivalenti għal 0,5 IU/ml, jew iktar minn hekk, f'test ta' newtralizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija li sar f'laboratorju approvat (4)(5), għaddew tal-inqas tliet (3) xhur u kull tilqima mill-ġdid li ġiet wara saret fil-perjodu ta' validità tat-tilqima preċedenti (2);]

II.4. id-dettalji tat-tilqima attwali kontra l-idrofobija u d-data tat-teħid tal-kampjuni huma kif ġej:

Il-mikroċippa jew in-numru tat-tatwaġġ tal-annimal

Id-data tat-tilqima

[jj/xx/ssss]

L-isem u l-manifattur tat-tilqima

Numru tal-lott

Validità

[jj/xx/ssss]

kampjun

[jj/xx/ssss]

Minn

Lejn

(3) jew[II.5. il-kelb ma ngħatawx kura kontra l-Echinococcus multilocularis;]

(3) jew[II.5. il-klieb ingħataw kura kontra l-Echinococcus multilocularis u d-dettalji tat-trattament li ngħataw huma dokumentati fit-tabella fil-punt II.6.]

II.6. id-dettalji tat-trattament li ngħata mill-veterinarju li amministrah skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (6) huma dawn:

Il-mikroċippa jew in-numru tat-tatwaġġ tal-annimal

Anti-echinococcus l-echinococcus

Il-veterinarju li jamministra

L-isem u l-manifattura tal-prodott

Id-data [jj/xx/ssss] u l-ħin tat-trattament [00:00]

Isem (b’ittri kbar), timbru u firma

(7)

(8)

(8)

(8)

(8)

Noti

(a) L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn aktar test huwa meħtieġ, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(b) Iċ-ċertifikat għandu jitħejja f'tal-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab l-istazzjon għall-ispezzjoni mal-fruntiera mnejn tidħol il-konsenja fl-Unjoni, kif ukoll f'dik tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw il-ħruġ taċ-ċertifikat bil-lingwa uffiċjali ta' Stat Membru ieħor, u li jkun akkumpanjat, jekk neċessarju, minn traduzzjoni uffiċjali.

+++++ TIFF +++++

PAJJIŻ

Importazzjonijiet ta' klieb, qtates, inmsa jew movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta' aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

(c) Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-konsenja (skeda fil-punt I.28), jinhemżu maċ-ċertifikat folji ta' karta addizzjonali jew dokumenti ta' sostenn, dawk il-folji ta' karta jew dokument għandhom jiġu kkunsidrati ukoll bħal parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi jiġu ffirmati u ttimbrati fuq kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal veterinarju.

(d) Meta ċ-ċertifkat, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija fil-punt (c), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tiġi nnumerata, (numru tal-paġna) minn (numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq ta’ kull paġna.

(e) Iċ-ċertifikat huwa validu għal 10 ijiem minn dakinhar li jinħareġ mill-uffiċjal veterinarju, ħlief fil-każ ta' moviment mhux kummerċjali fl-Unjoni ta' aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa, f'liema każ iċ-ċertifikat hu validu għall-fini ta' aktar movimenti fl-Unjoni, għal total ta' erba' (4) xhur minn meta jinħareġ dan iċ-ċertifikat jew sal-iskadenza tat-tilqima kontra l-idrofobija, skont liema tkun l-ewwel.

(f) L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju li qed jesporta għandhom jiżguraw li jiġu osservati r-regoli u l-prinċipji għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE.

Parti I:

Kaxxa I.11.: Il-post tal-oriġini: l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment mnejn joħroġ il-prodott. Indika n-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni.

Kaxxa I.28.: Sistema ta' identifikazzjoni: Agħżel minn dan li ġej: mikroċippa jew tatwaġġ

Id-data tal-applikazzjoni tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ: It-tatwaġġ jrid ikun wieħed li jinqara sew u jkun ġie applikat qabel it-3 ta' Lulju 2011

In-numru tal-identifikazzjoni: Indika n-numru tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ

Id-data tat-twelid: Indika biss jekk inhu magħruf

Parti II:

(1) Kull tilqima mill-ġdid jeħtieġ li titqies bħala tilqima primarja jekk ma tkunx ingħatat fil-perjodu ta' validità ta' tilqima preċedenti.

(2) Maċ-ċertfikat trid tinhemeż kopja ċċertifikata tad-dettalji tal-identifikazzjoni u tat-tilqimiet tal-annimali kkonċernati.

(3) Żomm skont il-każ. Fejn iċ-ċertifikat jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jkunu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal veterinarju, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

(4) It-test tal-antikorp tal-idrofobija msemmi fil-punt II.3:

irid isir fuq kampjun miġbur minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti, tal-inqas 30 jum minn dakinhar tat-tilqima u tliet xhur qabel id-data tal-importazzjoni;

Irid ikollu livell ta' antikorpi li jinnewtralizzaw il-vajrus tal-idrofobija f'serum ta' 0,5 IU/ml jew iktar;

Irid isir minn laboratorju approvat skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (il-lista ta' laboratorji approvati hi disponibbli f'http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/pets/approval_en.htm);

Ma hemmx għalfejn jiġġedded fuq annimal, li wara li jkun sar it-test u ħarġu riżultati pożittivi, ikun tlaqqam mill-ġdid kontra l-idrofobija fil-perjodu ta' validità ta' tilqima preċedenti.

(5) Maċ-ċertifikat trid tinhemeż kopja tar-rapport uffiċjali mil-laboratorju approvat dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-antikorpi tal-idrofobija msemmi fil-punt II.3.

(6) It-trattament kontra l-Echinococcus multilocularis msemmi fil-punt II.5 irid:

Ikun amminsitrat minn veterinarju f'perjodu ta' mhux iktar minn 120 siegħa u mhux inqas minn 24 siegħa qabel il-ħin tad-dħul skedat tal-klieb f'wieħed mill-Istati Membri jew partijiet minnu li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1152/2011;

Jikkonsisti fi prodott mediċinali approvat li jkun fih id-doża xierqa ta' praziquantel jew ta' sustanzi attivi farmakoloġikament, li weħidhom inkella kkumbinati, ikun ġie ppruvat li jnaqqsu l-piż ta' forom intestinali maturi jew immaturi tal-Echinococcus multilocularis fl-ispeċi ospitanti kkonċernati.

+++++ TIFF +++++

PAJJIŻ

Importazzjonijiet ta' klieb, qtates, inmsa jew movimenti mhux kummerċjali fl-Unjoni ta' aktar minn ħamest iklieb, qtates jew inmsa

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

(7) Din id-data trid tiġi qabel dik ta' meta ġie ffirmat iċ-ċertifikat.

(8) Din l-informazzjoni tista' tiddaħħal wara dakinhar li jkun ġie ffirmat iċ-ċertifikat għall-fini deskritt fil-punt (e) tan-Noti u flmkien man-nota ta' qiegħ il-paġna (6).

Il-kulur tal-firma u t-timbru għandu jkun differenti minn dak tal-istampar.

Uffiċjal veterinarju

Isem (b’ittri kapitali):

Kwalifika u titlu:

Data:

Firma:

Timbru:

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS II

Parti I: Dettalji tal-konsenja mibgħuta

PAJJIŻ

Ċertifikat veterinarju għall-UE

I.1. Kunsinnatur

Isem

Indirizz

Tel.

I.2. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

I.2.a.

I.3. Awtorità kompetenti ċentrali

I.4. Awtorità kompetenti lokali

I.5. Destinatarju

Isem

Indirizz

Kodiċi postali

Tel.

I.6.

I.7. Pajjiż tal-oriġini

Kodiċi ISO

I.8.

I.9.

I.10.

I.11.

I.12.

I.13.

I.14.

I.15.

I.16.

I.17. Nru(Nri) tas-CITES

I.18. Deskrizzjoni tal-prodott

I.19. Kodiċi tal-prodott (Kodiċi HS)

010619

I.20. Kwantità

I.21.

I.22.

I.23.

I.24.

I.25. Prodotti ċċertifikati għal:

Annimali domestiċi

I.26.

I.27.

I.28. Identification of the commodities

Speċi

(Isem xjentifiku)

Sistema ta’ identifikazzjoni

Data tal-applikazzjoni ta' Il-mikroċippa jew tatwaġġ

[jj/xx/ssss]

Numru tal-identifikazzjoni

Data tat-twelid

[jj/xx/ssss]

+++++ TIFF +++++

Parti II: Ċertifikazzjoni

PAJJIŻ

Moviment mhux kummerċjali ta' ħamest iklieb, qtates jew inmsa jew inqas.

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

Jiena, hawn taħt iffirmat, l-uffiċjal veterinarju ta' … (ikteb isem it-tielet pajjiz) niċċertifika li:

II.1. abbażi tad-dikjarazzjoni fil-punt II.7, l-annimali jissodisfaw id-definizzjoni ta' “annimali tal-gost” kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003;

II.2. għaddew minn tal-inqas 21 jum minn meta saret it-tilqima primarja kontra l-idrofobija(1) skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness Ib tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u kull tilqima mill-ġdid li ġiet wara saret fil-perjodu ta' validità tat-tilqima preċedenti (2) u d-dettalji tat-tilqima attwali huma pprovduti fit-tabella fil-punt II.4;

(3) jew[II.3. l-annimali ġejjin minn pajjiż terz jew territorju elenkat fit-Taqsima 2 tal-Parti B jew fil-Parti C tal-Anness II tar-Reglament (KE) Nru 998/2003;]

(3) jew[II.3. l-annimali ġejjin, jew huma skedati li jgħaddu, minn pajjiż terz jew territorju elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u mid-dati indikati fit-tabella fil-punt II.4 meta ttieħdu kampjuni tad-demm mhux aktar kmieni minn 30 jum wara t-tilqima minn kull annimal minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti li sussegwentement irrivelaw titraġġ ta' antikorpi eqwivalenti għal 0,5 IU/ml, jew iktar minn hekk, f'test ta' newtralizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija li sar f'laboratorju approvat (4) (5), għaddew tal-inqas tliet (3) xhur u kull tilqima mill-ġdid li ġiet wara saret fil-perjodu ta' validità tat-tilqima preċedenti (2);]

II.4. id-dettalji tat-tilqima attwali kontra l-idrofobija u d-data tat-teħid tal-kampjuni huma kif ġej:

Il-mikroċippa jew in-numru tat-tatwaġġ tal-annimal

Id-data tat-tilqima

[jj/xx/ssss]

L-isem u l-manifattur tat-tilqima

Numru tal-lott

Validità

[jj/xx/ssss]

Data tal-kampjun tad-demm

[jj/xx/ssss]

Minn

Lejn

(3) jew[II.5. il-klieb ma ngħatawx kura kontra l-Echinococcus multilocularis;]

(3) jew[II.5. il-klieb ingħataw kura kontra l-Echinococcus multilocularis u d-dettalji tat-trattament huma dokumentati fit-tabella fil-punt II.6.]

II.6. id-dettalji tat-trattament li ngħata mill-veterinarju li amministrah skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011 (6) huma dawn:

Il-mikroċippa jew in-numru tat-tatwaġġ tal-annimal

Trattament kontral-echinococcus

Il-veterinarju li jamministra

L-isem u l-fabbrikant tal-prodott

Id-data [jj/xx/ssss] u l-ħin tat-trattament [00:00]

Isem (b’ittri kbar), timbru u firma

(7)

(8)

(8)

(8)

(8)

II.7. Jien għandi dikjarazzjoni bil-miktub iffirmata mis-sid jew mill-persuna naturali responsabbli għall-annimali f'isem is-sid, li tgħid:

+++++ TIFF +++++

PAJJIŻ

Moviment mhux kummerċjali ta' ħamest iklieb, qtates jew inmsa jew inqas.

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

DIKJARAZZJONI

Jiena, hawn taħt iffirmat, … [is-sid jew il-persuna naturali responsabbli mill-annimali deskritti hawn fuq f'isem is-sid]

niddikjara li l-annimali se jkunu qed jakkumpanjaw lili, is-sid, jew il-persuna naturali li jien ħtart biex tkun responsabbli mill-annimali f'ismi, u mhumiex intiżi biex jinbiegħu jew jiġu trasferiti lil sid ieħor.

Post u data:

Firma:

Noti

(a) L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli.

(b) Iċ-ċertifikat għandu jitħejja b'tal-inqas il-lingwa tal-Istat Membru fejn jidħlu l-annimali kif ukoll bl-Ingliż. Għandu jimtela b'ittri kbar fl-ilsien tal-Istat Membru tad-dħul jew bl-Ingliż.

(c) Jekk maċ-ċertifikat jinhemżu folji ta' karta addizzjonali jew dokumenti ta' sostenn, dawk il-folji ta' karta jew dokument jitqiesu bħala parti mill-kopja oriġinali taċ-ċertifikat billi tiġi ffirmata u ttimbrata kull waħda mill-paġni mill-uffiċjal veterinarju.

(d) Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija fil-punt (c), ikun magħmul minn aktar minn paġna waħda, kull paġna tiġi nnumerata, (numru tal-paġna) minn (numru totali tal-paġni), fl-aħħar tal-paġna u jkollha fuqha n-numru tar-referenza taċ-ċertifikat indikat mill-awtorità kompetenti fin-naħa ta’ fuq tal-paġni.

(e) Iċ-ċertifikat huwa validu għal 10 ijiem minn dakinhar li jinħareġ mill-uffiċjal veterinarju sad-data tal-verifiki fil-punt tad-dħul tal-vjaġġaturi tal-UE u għall-fini ta' aktar movimenti fl-Unjoni, għal total ta' erba' (4) xhur minn meta jinħareġ iċ-ċertifikat jew sa dakinhar meta tiskadi t-tilqima kontra l-idrofobija, skont liema tkun l-ewwel.

(f) L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz jew territorju li qed jesporta għandhom jiżguraw li jiġu osservati r-regoli u l-prinċipji għaċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva 96/93/KE.

Parti I:

Kaxxa I.11: Il-post tal-oriġini: l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment mnejn jintbagħat il-prodott. Indika n-numru tal-approvazzjoni jew tar-reġistrazzjoni.

Kaxxa I.28: Sistema ta' identifikazzjoni: Agħżel minn dan li ġej: mikroċippa jew tatwaġġ

Id-data tal-applikazzjoni tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ: It-tatwaġġ jrid ikun wieħed li jinqara sew u jkun ġie applikat qabel it-3 ta' Lulju 2011

In-numru tal-identifikazzjoni: Indika n-numru tal-mikroċippa jew tat-tatwaġġ

Data tat-twelid: Indika biss jekk inhu magħruf

Parti II:

(1) Kull tilqima mill-ġdid jeħtieġ li titqies bħala tilqima primarja jekk ma tkunx ingħatat fil-perjodu ta' validità tat-tilqima preċedenti.

(2) Maċ-ċertfikat trid tinhemeż kopja ċertifikata tad-dettalji tal-identifikazzjoni u tat-tilqimiet tal-annimali kkonċernati.

(3) Żomm skont il-każ. Fejn iċ-ċertifikat jiddikjara li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif imiss, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti jistgħu jkunu ingassati, inizjalati u ttimbrati mill-uffiċjal veterinarju, jew jitħassru għalkollox miċ-ċertifikat.

+++++ TIFF +++++

PAJJIŻ

Moviment mhux kummerċjali ta' ħamest iklieb, qtates jew inmsa jew inqas.

II. Tagħrif dwar is-saħħa

II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat

II.b.

(4) It-test tal-antikorpi tal-idrofobija msemmi fil-punt II.3:

irid isir fuq kampjun miġbur minn veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti, tal-inqas 30 jum minn dakinhar tat-tiilqima u tliet xhur qabel id-data tal-importazzjoni;

irid ikollu livell ta' antikorpi li jinnewtralizzaw il-vajrus tal-idrofobija fis-serum ekwivalenti għal 0,5 IU/ml jew iktar;

irid isir minn laboratorju approvat skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandarizzazzjoni ta’ testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (il-lista ta' laboratorji approvati hi disponibbli f'http://ec.europa.eu/food/animal/liveanimals/pets/approval_en.htm

ma hemmx għalfejn jerġa' jsir fuq annimal li, wara li jkun sar it-test u ħarġu riżultati tajbin, ikun tlaqqam mill-ġdid kontra l-idrofobija fil-perjodu ta' validità tat-tilqima preċedenti.

(5) Maċ-ċertifikat trid tinhemeż kopja tar-rapport uffiċjali mil-laboratorju approvat dwar ir-riżultati tat-testijiet tal-antikorpi tal-idrofobija msemmi fil-punt II.3.

(6) It-trattament kontra l-Echinococcus multilocularis msemmi fil-punt II.5 irid:

ikun amministrat minn veterinarju f'perjodu ta' mhux iktar minn 120 siegħa u mhux inqas minn 24 siegħa qabel il-ħin tad-dħul skedat tal-klieb f'wieħed mill-Istati Membri jew partijiet minnu li huma elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1152/2011;

Jikkonsisti fi prodott mediċinali approvat li jkun fih id-doża xierqa ta' praziquantel jew ta' sustanzi attivi farmakoloġikament, li weħidhom inkella kkumbinati, ikun ġie ppruvat li jnaqqsu l-piż ta' forom intestinali maturi jew immaturi tal-Echinococcus multilocularis fl-ispeċi ospitanti kkonċernati.

(7) Din id-data trid tiġi qabel dik ta' meta ġie ffirmat iċ-ċertifikat.

(8) Din l-informazzjoni tista' tiddaħħal wara dakinhar li jkun ġie ffirmat iċ-ċertifikat għall-fini deskritt fil-punt (e) tan-Noti u flimkien man-nota ta' qiegħ il-paġna (6).

Il-kulur tal-firma u tat-timbru għandu jkun differenti minn dak tal-istampar.

Veterinarju uffiċjali

Isem (b’ittri kapitali):

Kwalifika u titlu:

Data:

Firma:

Timbru:

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet