2011/734/: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Lulju 2011 indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

Official Journal L 296 , 15/11/2011 P. 0038 - 0052


Deċiżjoni tal-Kunsill

tat- 12 ta’ Lulju 2011

indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv

(riformulazzjoni)

(2011/734/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 126(9) u 136 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tal- 10 ta’ Mejju 2010 indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv [1] ġiet emendata sostanzjalment bosta drabi [2]. Peress li għandhom isiru iktar emendi, din għandha tiġi riformulata fl-interessi taċ-ċarezza.

(2) L-Artikolu 136(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi l-possibiltà li jiġu adottati miżuri adattati b’mod speċifiku għall-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro bil-għan li jsaħħu l-koordinazzjoni u s-sorveljanza tad-dixxiplina baġitarja.

(3) L-Artikolu 126 TFUE jistabilixxi li l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċit eċċessiv tal-gvern u għal dan l-iskop jistipula l-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv. Il-Patt ta’ Stabilità u Tkabbir, li fil-parti korrettiva tiegħu jimplimenta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv, jipprovdi l-qafas li jsostni l-politiki tal-gvern għal ritorn immedjat għal pożizzjonijiet baġitarji tajbin filwaqt li jqis il-qagħda ekonomika.

(4) Fis- 27 ta’ April 2009, il-Kunsill iddeċieda, skont l-Artikolu 104(6) tat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (TKE), li fil-Greċja jeżisti defiċit eċċessiv u ħareġ rakkomandazzjonijiet biex jiġi kkoreġut dak id-defiċit sa mhux aktar tard mill-2010, skont l-Artikolu 104(7) (TKE) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas- 7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv [3]. Il-Kunsill stabilixxa wkoll l-iskadenza tas- 27 ta’ Ottubru 2009 għall-Greċja sabiex tieħu azzjoni effettiva. Fit- 30 ta’ Novembru 2009, il-Kunsill stabilixxa, skont l-Artikolu 126(8) TFUE, li l-Greċja ma kinetx ħadet azzjoni effettiva; b’konsegwenza ta’ dan, fis- 16 ta’ Frar 2010, il-Kunsill, skont l-Artikolu 126(9) TFUE, avża lill-Greċja biex tieħu miżuri li jikkoreġu d-defiċit eċċessiv sa mhux aktar tard mill-2012 (minn hawn ’il quddiem imsejħa "id-Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9)"). Il-Kunsill stabilixxa wkoll l-iskadenza tal- 15 ta’ Mejju 2010 biex tittieħed azzjoni effettiva.

(5) Skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1467/97, jekk tkun ittieħdet azzjoni effettiva skont l-Artikolu 126(9) TFUE u wara l-adozzjoni ta’ dak l-avviż ikun hemm avvenimenti ekonomiċi kuntrarji mhux mistennija li jkollhom konsegwenzi sfavorevoli kbar għall-finanzi tal-gvern, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi, fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li jadotta avviż irrivedut skont l-Artikolu 126(9) TFUE.

(6) Skont it-tbassiriet tal-ħarifa 2009 tas-servizzi tal-Kummissjoni, li pprovdew il-bażi għall-avviż inizjali indirizzat lill-Greċja, il-PDG kien mistenni li jonqos b’0,25 % fl-2010, u li jirkupra sa mill-2011, meta l-ekonomija kienet imbassra li tikber b’0,7 %.Fl-2010 seħħet kontrazzjoni akbar fil-PDG reali, liema kontrazzjoni mistennija tippersisti fl-2011. Wara dan huwa mistenni li jkun hemm ritorn gradwali tat-tkabbir. Dan id-deterjorament konsiderevoli tax-xenarju ekonomiku jimplika deterjorament korrespondenti tal-prospettiva għall-finanzi pubbliċi f’politika li ma tinbidilx. Ma’ dan għandha tiżdied ir-reviżjoni ′l fuq tal-eżitu tad-defiċit tal-gvern għall-2009 (minn stima ta’ 12,7 % tal-PDG fil-ħin tad-Deċiżjoni tal-Kunsill taħt l-Artikolu 126(9) għal 13,6 % tal-PDG skont in-notifika fiskali ppreżentata mill-Greċja fl- 1 ta’ April 2010) [4] u aktar tard mal-15,4 % tal-PDG wara t-tmiem tal-investigazzjonijiet li l-Eurostat wettaq mal-Awtoritajiet Griegi inkarigati mill-Istatistika [5]. Finalment, tħassib fis-swieq għall-prospettiva tal-finanzi pubbliċi ġew riflessi f’żieda qawwija fil-primja tar-riskju fuq id-dejn tal-gvern, li tkompli żżid id-diffikultajiet fil-kontroll tal-pjan għad-defiċit u d-dejn tal-gvern.

(7) Id-dejn gross tal-gvern sal-aħħar tal-2009 kien ta’ 127,1 % tal-PDG. Dan huwa l-ogħla proporzjon ta’ dejn fl-UE, u huwa konsiderevolment ogħla mill-valur ta’ referenza ta’ 60 % tal-PDG stabilit fit-Trattat. Il-kisba tal-pjan għat-tnaqqis fid-defiċit li hu meqjus neċessarju u fattibbli fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, tkun timplika li ż-żieda fid-dejn titreġġa’ lura mill-2013 ’il quddiem. B’żieda mad-defiċit tal-gvern li huwa persistentament għoli, ċerti operazzjonijiet finanzjarji żiedu aktar id-dejn. Dawn il-fatturi kkontribwew biex is-swieq inaqqsu l-fiduċja fl-abilità tal-Gvern Grieg biex ikompli jitratta d-dejn. Hemm bżonn urġenti li l-Greċja tieħu azzjoni deċisiva, fuq skala mingħajr preċedent, dwar id-defiċit tagħha u dwar fatturi oħra li jikkontribwixxu għaż-żieda fid-dejn, sabiex iż-żieda fil-proporzjon tad-dejn mal-PDG titreġġa’ lura u tkun tista’ tirritorna għall-finanzjament tas-suq kemm jista’ jkun malajr.

(8) Id-deterjorazzjoni tassew qalila tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Gvern Grieg wasslet lill-Istati Membri l-oħra taż-żona tal-euro biex jiddeċiedu li jipprovdu sostenn ta’ stabilità lill-Greċja, bil-għan li jħarsu l-istabilità finanzjarja taż-żona tal-euro kollha, flimkien ma’ għajnuna multilaterali pprovduta mill-Fond Monetarju Internazzjonali. L-appoġġ ipprovdut mill-Istati Membri taż-żona tal-euro sejjer jkun fil-forma ta’ ġabra ta’ self bilaterali, ikkoordinata mill-Kummissjoni. Dawk il-pajjiżi li se jagħtu s-self iddeċidew li l-appoġġ tagħhom għandu jkun dipendenti fuq ir-rispett tal-Greċja lejn din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, il-Greċja hija mistennija twettaq il-miżuri speċifikati f’din id-Deċiżjoni b’mod konformi mal-kalendarju hawnhekk stabilit.

(9) F’Ġunju 2011, ħareġ biċ-ċar li, meta jitqies l-iżvijjar baġitarju tal-2010 u l-eżekuzzjoni baġitarja sa Mejju, b’politiki mhux mibdula, il-mira tal-2011 għad-defiċit mhux ser tintlaħaq b’ammont konsiderevoli li jippreġudika l-kredibilità kumplessiva tal-programm. Għalhekk, kien meħtieġ li jiġu aġġornati miżuri baġitarji speċifiċi biex jippermettu li l-Greċja żżomm mal-mira tad-defiċit għall-2011 u jiġu rispettati l-limiti massimi tad-defiċit għas-snin ta’ wara stabiliti bid-Deċiżjoni 2010/320/UE. Dawn il-miżuri ġew diskussi fid-dettall mal-gvern Grieg u bil-qbil komuni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Fond Monetarju Internazzjonali.

(10) Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, jidher xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni 2010/320/UE f’għadd ta’ aspetti, filwaqt li titħalla kif inhi l-iskadenza għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1. Il-Greċja għandha ttemm is-sitwazzjoni tad-defiċit eċċessiv li għandha bħalissa malajr kemm jista’ jkun u mhux aktar tard mill-iskadenza tal-2014.

2. Il-pjan ta’ aġġustament biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv għandu jimmira għal defiċit tal-ammistrazzjoni pubblika li ma jeċċedix EUR 18508 miljun (8,0 % tal-PDG) fl-2010, EUR 17065 miljun 7,6 % tal-PDG) fl-2011, EUR 14916 miljun (6,5 % tal-PDG fl-2012, EUR 11399 miljun (4,8 % tal-PDG) fl-2013 u EUR 6385 miljun (2,6 % tal-PDG) fl-2014. Għal dan il-għan, matul il-perjodu 2009-2014, għandu jinkiseb titjib fil-bilanċ strutturali ta’ minn tal-inqas 10 % tal-PDG.

3. Il-pjan ta’ aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2 jeħtieġ li l-bidla annwali fid-dejn gross ikkonsolidat tal-amministrazzoni pubblika ma teċċedix EUR 34058 miljun fl-2010, EUR 17365 miljun fl-2011, EUR 15016 miljun fl-2012, EUR 11599 miljun fl-2013, EUR 7885 miljun fl-2014. Abbażi tal-previżjonijiet ta’ Mejju 2011 dwar il-PDG, il-perkors korrespondenti għall-proporzjon ta’ dejn mal-PDG ma għandux ikun iktar minn 143 % fl-2010, 154 % fl-2011, 158 % fl-2012, 159 % fl-2013 u 157 % fl-2014.

Artikolu 2

1. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2010:

(a) liġi li tintroduċi skala ta’ taxxa progressiva għas-sorsi kollha ta’ introjtu u trattament unifikat b’mod orizzontali ta’ introjtu ġġenerat minn xogħol u minn assi kapitali;

(b) liġi li tħassar l-eżenzjonijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ tassazzjoni awtonoma kollha fis-sistema tat-taxxa, inkluż l-introjtu minn benefiċċji speċjali mħallsa lill-ħaddiema taċ-ċivil;

(c) il-kanċellazzjoni tal-approprjazzjonijiet baġitarji fir-riżerva ta’ kontinġenza, bil-għan li jiġu ffrankati EUR 700 miljun;

(d) l-abolizzjoni tal-biċċa l-kbira tal-approprjazzjoni baġitarja għall-benefiċċju ta’ solidarjetà (ħlief parti għal benefiċċju li jingħata kontra l-faqar) bil-għan li jiġu ffrankati EUR 400 miljun;

(e) tnaqqis fl-ogħla pensjonijiet bil-għan li jiġu ffrankati EUR 500 miljun f’sena sħiħa (EUR 350 miljun għall-2010);

(f) It-tnaqqis tal-bonus tal-Għid, tas-sajf u tal-Milied u benefiċċji li jingħataw lill-ħaddiema taċ-ċivil bil-għan li jiġu ffrankati EUR 1500 miljun f’sena sħiħa (EUR 1100 miljun fl-2010);

(g) l-abolizzjoni tal-bonus tal-Għid, tas-sajf u tal-Milied li jingħataw lill-pensjonanti, għalkemm dawk li jirċievu pensjonijiet baxxi għandhom jiġu mħarsa, bil-għan li jiġu ffrankati EUR 1900 miljun f’sena sħiħa (EUR 1500 miljun fl-2010);

(h) żieda fir-rata tal-VAT, li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 1800 miljun f’sena sħiħa (EUR 800 miljun fl-2010);

(i) żieda fid-dazji għall-fjuwil, it-tabakk u l-alkoħol, li twassal biex jinġabru minn tal-inqas EUR 1050 miljun f’sena sħiħa (EUR 450 miljun fl-2010);

(j) leġiżlazzjoni li timplimenta d-Direttiva dwar is-Servizzi [6];

(k) liġi li tirriforma u tissimplifika l-amministrazzoni pubblika fil-livell lokali bil-għan li jitnaqqsu l-kostijiet operatorji;

(l) it-twaqqif ta’ task force li jkollha l-għan li ttejjeb ir-rata tal-assorbiment tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni;

(m) liġi biex tissimplifika l-fażi tal-bidu ta’ negozji ġodda;

(n) tnaqqis fl-investiment pubbliku b’EUR 500 miljun meta mqabbel mal-pjanijiet;

(o) it-trasferiment tal-approprjazzjonijiet baġitarji għall-kofinanzjament ta’ fondi strutturali u ta’ koeżjoni f’kont ċentrali speċjali li ma jkun jista’ jintuża għall-ebda skop ieħor;

(p) L-istabiliment ta’ fond indipendenti għall-istabilità finanzjarja sabiex jittratta nuqqasijiet u jippreserva l-istabilità tas-settur finanzjarju, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-banek meta dan ikunn meħtieġ;

(q) is-sorveljanza msaħħa tal-banek, b’żieda fir-riżorsi umani, rappuratar aktar frekwenti u testijiet tal-istress li jsiru darba kull tliet xhur.

2. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2010:

(a) miżuri ta’ konsolidazzjoni fiskali li jammontaw mill-inqas għal 3,2 % tal-PDG (4,3 % tal-PDG jekk jittieħed kont tal-ammonti ttrasferiti mill-miżuri implimentati fl-2010) li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz tal-baġit għall-2011: tnaqqis fil-konsum intermedju tal-amministrazzjoni pubblika mill-inqas ta’ EUR 300 miljun meta mqabbel mal-livel tal-2010 (li jiżdied mal-iffrankar mir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u l-gvern lokali msemmi f’dan il-paragrafu); iffriżar fl-aġġustamenti tal-pensjonijiet (bil-għan li jiġu ffrankati EUR 100 miljun); imposta temporanja ta’ kriżi fuq intrapriżi bi profittabilità għolja (li trendi mill-inqas EUR 600 miljun ‘fi dħul addizzjonali kull sena fl-2011, l-2012 u l-2013); tassazzjoni preżuntiva tal-professjonisti (li trendi mill-inqas EUR 400 miljun fl-2011 u żżid ir-redditi mill-inqas b’EUR 100 miljun fis-sena fl-2012 u l-2013); twessigħ tal-bażi tal-VAT biex tinkludi ċerti servizzi li bħalissa huma eżenti u permezz tat-trasferiment ta’ 30 % tal-oġġetti u s-servizzi mir-rata mnaqqsa għar-rata ewlenija (li trendi EUR 1 biljun); taxxa ambjentali gradwali fuq l-emissjonijiet tas-CO2 (li trendi mill-inqas EUR 300 miljun fl-2011); l-implimentazzjoni mill-Gvern tal-leġiżlazzjoni li tirriforma l-amministrazzjoni pubblika u organizzazzjoni mill-ġdid tal-gvern lokali (bl-iskop li jitnaqqsu l-ispejjeż mill-inqas b’EUR 500 miljun fl-2011, u EUR 500 miljun addizzjonali kull sena fl-2012 u l-2013); tnaqqis f’investimenti ffinanzjati domestikament (mill-inqas b’EUR 500 miljun) billi tingħata prijorità lill-proġetti ta’ investiment iffinanzjati mill-fondi strutturali tal-UE, inċentivi biex jiġi regolarizzat il-ksur tal-liġi fl-użu tal-art (li jrendu mill-inqas EUR 1500 miljun mill-2011 sal-2013, li minnhom mill-inqas EUR 500 miljun fl-2011); ġabra ta’ dħul mil-liċenzjar tal-logħob tal-ażżard (mill-inqas EUR 500 miljun f’bejgħ ta’ liċenzji u EUR 200 miljun fi drittijiet annwali); twessigħ tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà billi jiġu aġġornati l-valuri tal-assi (biex irendi mill-inqas EUR 400 miljun dħul addizzjonali); tassazzjoni miżjuda tal-pagi in natura, inkluż billi jiġu ntaxxati l-pagamenti tal-kiri tal-karozzi (mill-inqas b’EUR 150 miljun); tassazzjoni miżjuda tal-oġġetti ta’ lussu (mill-inqas b’EUR 100 miljun); taxxa speċjali fuq stabilimenti mhux awtorizzati (biex trendi mill-inqas EUR 800 miljun kull sena) u sostituzzjoni ta’ 20 % biss tal-impjegati li jirtiraw fis-settur pubbliku (il-gvern ċentrali, il-gvernijiet lokali, il-fondi tas-sigurtà soċjali, il-kumpaniji pubbliċi, l-aġenziji statali u istituzzjonijiet pubbliċi oħra). Miżuri li jrendu ffrankar baġitarju kumparabbli jistgħu jiġu kkunsidrati wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;

(b) rinfurzar tar-rwol u tar-riżorsi tal-uffiċċju ġenerali tal-kontabilità u t-twaqqif ta’ salvagwardji kontra interferenzi politiċi possibbli fit-tbassir tad-dejta u l-kontabilità;

(c) abbozz ta’ riforma tal-leġiżlazzjoni dwar is-salarji fis-settur pubbliku, inkluż b’mod partikolari t-twaqqif ta’ Awtorità Unika ta’ Pagament biex jitħallsu l-pagi, l-introduzzjoni ta’ prinċipji unifikati u skeda biex tiġi stabilita xibka tal-pagi tas-settur pubbliku li tkun unifikata u aktar effiċjenti u tkun tista’ tapplika għas-settur statali, l-awtoritajiet lokali u aġenziji oħra;

(d) leġiżlazzjoni sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-amministrazzjoni u l-kontrolli tat-taxxa;

(e) it-tnedija tal-eżami indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali u tal-programmi soċjali eżistenti;

(f) il-pubblikazzjoni ta’ statistika mensili (abbażi tal-pagamenti) dwar id-dħul, in-nefqa, l-iffinanzjar u l-arrettrati tal-infiq għall-"amministrazzjoni pubblika disponibbli" u s-subentitatjiet tagħha;

(g) pjan ta’ azzjoni biex itejjeb il-ġbir u l-ipproċessar ta’ dejta tal-amministrazzjoni pubblika, billi b’mod partikolari jittejbu l-mekkaniżmi ta’ kontroll tal-awtoritajiet responsabbli mill-istatistika u l-uffiċċju ġenerali tal-kontabilità u tiġi żgurata r-responsabilità personali effettiva f’każijiet ta’ rapportar ħażin, sabiex jiġi żgurat il-forniment immedjat ta’ dejta tal-amministrazzjoni pubblika ta’ kwalità għolja mitluba skont ir-Regolamenti (KE) Nru 2223/96 [7], (KE) Nru 264/2000 [8], (KE) Nru 1221/2002 [9], (KE) Nru 501/2004 [10], (KE) Nru 1222/2004 [11], (KE) Nru 1161/2005 [12], (KE) Nru 223/2009 [13] u (KE) Nru 479/2009 [14];

(h) il-pubblikazzjoni regolari tal-informazzjoni dwar il-pożizzjoni finanzjarja f’ażjendi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra li mhumiex klassifikati bħala parti mill-amministrazzjoni pubblika (inklużi rapporti tal-introjtu dettaljati, il-karti tal-bilanċ u dejta dwar l-impjiegi u n-nefqa tal-pagi);

(i) l-istabiliment ta’ reġistru ċentrali komprensiv għall-intrapriżi pubbliċi;

(j) pjan ta’ azzjoni bi skeda għal azzjonijiet konkreti li jwasslu għall-ħolqien ta’ awtorità ċentrali tal-akkwist pubbliku;

(k) att li jistabilixxi limitu massimu ta’ EUR 50 miljun għall-kontribuzzjoni tal-obbligu tas-servizz pubbliku mill-amministrazzjoni pubblika lill-operaturi tal-ferroviji għall-perjodu 2011-2013 u li jistabilixxi l-prinċipju li l-Istat ma jagħti l-ebda appoġġ addizzjonali espliċitu jew impliċitu lill-operaturi tal-ferroviji;

(l) pjan kummerċjali għall-ferroviji Griegi. Il-pjan ekonomiku jispeċifika l-mod kif l-attivitajiet operazzjonali se jsiru profittabbli, inkluża l-kopertura tal-kost tad-deprezzar, mill-2011 ‘il hemm, inkluż billi jingħalqu rotot li qed jagħmlu t-telf, billi jiżdiedu t-tariffi u jitnaqqsu l-pagi u l-ammont ta’ impjegati; jipprovdi analiżi dettaljata tas-sensittività dwar l-implikazzjoni għall-kost tal-pagi ta’ xenarji varji għar-riżultat tal-ftehim kollettiv u jipprovdi informazzjoni dwar alternattivi differenti fir-rigward tal-persunal; u jipprevedi r-ristrutturar tal-holding company, inkluż il-bejgħ tal-art jew ta’ assi oħra;

(m) liġi biex tirriforma s-sistema ta’ negozjar dwar il-pagi fis-settur privat, li għandha tipprovdi għal tnaqqis fir-rati ta’ ħlas għas-sahra, flessibiltà aħjar fil-ġestjoni tal-ħin tax-xogħol u tippermetti li patti territorjali lokali jkunu jistgħu jistabilixxu żidiet fil-pagi li jkunu inqas mill-ftehimijiet settorali;

(n) riforma tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-impjiegi biex il-perjodu ta’ żmien ta’ prova għal xogħolijiet ġodda jiġi estiż għal sena, u biex jiġi ffaċilitat użu akbar ta’ kuntratti temporanji u xogħol part-time;

(o) emenda tar-regolamentazzjoni tas-sistema ta’ arbitraġġ sabiex kull parti tkun tista’ tirrikorri għall-arbitraġġ jekk ma tkunx taqbel mal-proposta tal-medjatur;

(p) riforma tal-proċedura ta’ arbitraġġ sabiex jiġi żgurat li hija topera skont kriterji trasparenti oġġettivi, b’kumitat indipendenti ta’ arbitraturi, b’kapaċità ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, liberu minn indħil tal-gvern.

3. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2010:

(a) l-adozzjoni finali tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 2(a);

(b) l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni li ssaħħaħ il-qafas fiskali. Dan għandu jinkludi, b’mod partikolari, t-twaqqif ta’ qafas fiskali fuq il-medda medja ta’ żmien, il-ħolqien ta’ riżerva ta’ kontinġenza obbligatorja fil-baġit li tikkorrispondi għal 5 % tal-approprjazzjonijiet totali tad-dipartimenti tal-gvern, esklużi l-pagi, l-pensjonijiet u l-interessi, it-twaqqif ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ aktar b’saħħithom fuq in-nefqa u t-twaqqif ta’ uffiċċju tal-baġit magħqud mal-Parlament;

(c) żieda sinifikanti fir-rata ta’ assorbiment tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni;

(d) leġiżlazzjoni li tissimplifika u taċċelera l-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji għall-intrapriżi, l-attivitajiet industrijali u l-professjonijiet;

(e) modifika tal-qafas istituzzjonali tal-awtorità Ellenika dwar il-kompetizzjoni (HCC) bl-għan li tiżdied l-indipendenza tagħha, jiġu stabiliti skadenzi raġonevoli għall-investigazzjoni u l-ħruġ ta’ deċiżjonijiet u tingħata l-poter li tirrifjuta l-ilmenti;

(f) miżuri li għandhom l-għan li jneħħu r-restrizzjonijiet eżistenti għal-libertà tal-proviżjoni tas-servizzi;

(g) digriet li jipprojbixxi lill-gvernijiet lokali milli jkollhom defiċits mill-inqas sal-2014; tnaqqis fit-trasferimenti lill-gvern lokali f’konformità mal-iffrankar ippjanat u t-trasferimenti ta’ kompetenzi;

(h) pubblikazzjoni ta’ projezzjonijiet interim fuq medda twila ta’ żmien tan-nefqa fuq il-pensjonijiet sal-2060 kif stabilit fir-riforma leġiżlattiva ta’ Lulju 2010 li tkopri l-iskemi ewlenin tal-pensjonijiet (IKA, inkluża l-iskema tal-pensjoni tal-ħaddiema taċ-ċivil, OGA u OAEE);

(i) implimentazzjoni ta’ sistema uniformi ta’ preskrizzjoni elettronika; pubblikazzjoni tal-lista tal-prezzijiet kompluta għall-mediċini fis-suq; applikazzjoni tal-lista ta’ mediċini li mhumiex rimborżati u lista ta’ mediċini li jistgħu jinbigħu mingħajr preskrizzjoni; pubblikazzjoni tal-lista l-ġdida ta’ mediċini rimburżati bl-użu tas-sistema ġdida ta’ prezz ta’ referenza; l-użu tal-informazzjoni disponibbli permezz tal-preskrizzjoni elettronika u l-iskennjar għall-ġbir ta’ roħs mill-kumpaniji farmaċewtiċi; introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ monitoraġġ li jippermetti li n-nefqa farmaċewtika tkun ivvalutata kull xahar; infurzar ta’ kopagamenti ta’ EUR 5 għal servizzi ambulatorji (outpatient) regolari u l-estensjoni ta’ kopagamenti ta’ konsulti mhux meħtieġa lid-dipartimenti tal-emerġenza; pubblikazzjoni ta’ kontijiet awditjati għall-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa; u l-ħolqien ta’ taskforce indipendenti ta’ esperti tal-politika tas-saħħa li l-kompitu tagħhom huwa li sal-aħħar ta’ Mejju 2011 jipproduċu rapport dettaljat għal riforma kumplessiva tas-sistema tas-saħħa bil-għan li ttejjeb l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistema tas-saħħa;

(j) tnaqqis ulterjuri fin-nefqa operazzjonali b’mill-inqas 5 % li jwassal għal iffrankar ta’ mill-inqas EUR 100 miljun;

(k) tnaqqis ulterjuri fit-trasferimenti li jrendi ffrankar għall-gvern kollu ta’ mill-inqas EUR 100 miljun. L-entitajiet pubbliċi benefiċjarji se jiżguraw tnaqqis assoċjat fin-nefqa sabiex ma jkunx hemm akkumulazzjoni ta’ arrettrati;

(l) verifika tal-mezzi tal-familji minn Jannar 2011 ’il quddiem li se jrendi iffrankar ta’ mill-inqas EUR 150 miljun (nett mill-kostijiet amministrattivi rispettivi);

(m) tnaqqis mix-xiri ta’ tagħmir militari (kunsinji) b’mill-inqas EUR 500 miljun meta mqabbel mal-livell reali tal-2010;

(n) tnaqqis fin-nefqa farmaċewtika mill-fondi tas-sigurtà soċjali b’EUR 900 miljun minħabba tnaqqis ulterjuri fil-prezzijiet tal-mediċini u minħabba proċeduri ġodda tal-akkwist pubbliku; u mill-isptarijiet (inkluża wkoll in-nefqa fuq it-tagħmir) b’mill-inqas EUR 350 miljun;

(o) tibdil fil-maniġment, l-ipprezzar u l-pagi tal-intrapriżi pubbliċi li se jrendi ffrankar ta’ mill-inqas EUR 800 miljun;

(p) żieda fir-rati mnaqqsa tal-VAT minn 5,5 % għal 6,5 % u minn 11 % għal 13 %, li se trendi mill-inqas EUR 880 miljun u tnaqqis fir-rata tal-VAT applikabbli għall-mediċini u l-akkomodazzjoni fil-lukandi minn 11 % għal 6,5 % b’kost li ma jaqbizx EUR 250 miljun, nett mill-iffrankar għall-fondi tas-sigurtà soċjali u l-isptarijiet li jirriżulta mir-rata iktar baxxa tal-VAT fuq il-mediċini;

(q) intensifikazjoni tal-ġlieda kontra l-kutrabandu tal-fjuwil (mill-inqas EUR 190 miljun);

(r) żieda fit-tariffi tal-qrati (mill-inqas EUR 100 miljun);

(s) implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għall-ġbir tal-arretrati tat-taxxa (mill-inqas EUR 200 miljun);

(t) it-tħaffif tal-ġbir tal-penali tat-taxxa (mill-inqas EUR 400 miljun);

(u) il-ġbir tad-dħul li jirriżulta mill-qafas ġdid tat-tilwim u l-proċeduri legali tat-taxxa (mill-inqas EUR 300 miljun);

(v) dħul mit-tiġdid tal-liċenzji tat-telekomunikazzjonijiet li waslu biex jiskadu (mill-inqas EUR 350 miljun);

(w) dħul minn konċessjonijiet (mill-inqas EUR 250 miljun).

(x) pjan ta’ ristrutturazzjoni għan-netwerk tat-trasportazzjoni ta’ Ateni (OASA). L-għan tal-pjan għandu jkun li jitnaqqas it-telf operazzjonali tal-kumpanija u jagħmilha ekonomikament vijabbli. Il-pjan għandu jinkludi tnaqqis fin-nefqa operazzjonali tal-kumpanija u żidiet fit-tariffi. L-azzjonijiet meħtieġa għandhom jiġu implimentati mhux aktar tard minn Marzu 2011;

(y) att li jillimita r-reklutaġġ fl-amministrazzjoni pubblika kollha għal proporzjon ta’ mhux iktar minn reklutaġġ wieħed għal kull ħames persuni li jirtiraw jew jitkeċċew mingħajr eċċezzjonijiet settorjali u inkluż persunal trasferit minn intrapriżi pubbliċi taħt ristrutturazzjoni għal entitajiet pubbliċi;

(z) atti li jsaħħu l-istituzzjoni tas-suq tax-xogħol u li jistabilixxu li: ftehimiet fil-livell tal-kumpanija jipprevalu fuq dawk taħt ftehimiet tas-settur jew okkupazzjonali mingħajr restizzjonijiet mhux xierqa; ftehimiet kollettivi fil-livell tal-kumpanija m’humiex restritti minn rekwiżiti rigward id-daqs minimu tal-kumpaniji; it-tneħħija tal-estensjoni ta’ ftehimiet tas-settur u okkupazzjonali għal partijiet mhux rappreżentati fin-negozjati; il-perjodu ta’ prova għal xogħlijiet ġodda huwa estiż; limiti temporanji fl-użu ta’ aġenziji ta’ xogħol temporanji huma eliminati; impedimenti għal użu akbar ta’ kuntratti ta’ żmien determinat huma mneħħija; id-dispożizzjoni li tistabilixxi remunerazzjoni ogħla fis-siegħa għal ħaddiema part-time tiġi eliminata u mmaniġjar aktar flessibbli tal-ħinijiet tax-xogħol inkluż ix-xogħol part-time bix-xift huwa permess.

4. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Marzu 2011:

(a) pubblikazzjoni ta’ projezzjonijiet komprensivi li jifirxu fuq medda twila ta’ żmien tan-nefqa fuq il-pensjonijiet sal-2060 kif stabilit fir-riforma leġiżlattiva ta’ Lulju 2010. Il-projezzjonijiet għandhom jinkludu l-iskemi (awżiljari) supplementarji, abbażi ta’ sett komprensiv ta’ dejta miġbura u elaborata mill-Awtorità Attwarjali Nazzjonali. Il-Kumitat tal-Politika Ekonomika għandu jagħmel analiżi inter pares u jivvalida l-projezzjonijiet;

(b) il-gvern iħallas kompletament l-arretrati akkumulati fl-2010 u jnaqqas dawk tas-snin preċedenti;

(c) pjan kontra l-evażjoni li jinkludi indikaturi kwantitattivi tal-prestazzjoni biex l-amministrazzjoni fiskali tinżamm responsabbli; leġiżlazzjoni li tissimplifika l-proċessi tat-tilwim amministrattiv fiskali u l-proċessi ta’ appell ġudizzjarju u l-atti u l-proċeduri meħtieġa sabiex ikunu indirizzati aħjar il-kondotta ħażina, il-korruzzjoni u l-prestazzjoni ħażina tal-uffiċjali fiskali, inkluża l-prosekuzzjoni f’każijiet ta’ ksur ta’ dover; u l-pubblikazzjoni ta’ rapporti ta’ kull xahar tal-ħames taskforces kontra l-evażjoni, inkluż sett ta’ indikaturi dwar il-progress;

(d) pjan ta’ azzjoni dettaljat bi skeda li jlesti u jimplimenta s-sistema simplifikata ta’ remunerazzjoni; preparazzjoni ta’ pjan għar-riżorsi umani għaż-żmien medju għall-perjodu sal-2013 f’konformità mar-regola ta’ reklutaġġ 1 għal kull 5 ħaddiema li jitilqu, li jispeċifika wkoll pjanijiet għall-allokazzjoni mill-ġdid ta’ persunal kwalifikat għal f’oqsma prijoritarji; u l-pubblikazzjoni ta’ dejta kull xahar dwar il-movimenti tal-persunal (ġodda, dawk li spiċċaw, trasferimenti fost l-entitajiet) fil-bosta dipartimenti tal-gvern;

(e) l-implimentazzjoni tar-riforma komprensiva tas-sistema tal-kura tas-saħħa bdiet fl-2010 bil-għan li n-nefqa pubblika fuq is-saħħa tinżamm għal 6 % tal-PDG jew anqas; miżuri li jrendru ffrankar fuq farmaċewtiċi ta’ għall-inqas EUR 2 biljun meta mqabbel mal-livell għall-2010, li minnhom għall-inqas EUR 1 biljun huma tal-2011; titjib fis-sistemi ta’ kontabilità u fatturazzjoni tal-isptarijiet permezz ta’: finalizzazzjoni tal-introduzzjoni ta’ sistemi ta’ kontabilità abbażi tad-dovuti b’entrati doppji korrispondenti fl-isptarijiet kollha; l-użu ta’ sistema ta’ kodiċi uniformi u reġistru komuni għall-provvisti tal-mediċina; il-kalkolu ta’ stokkijiet u flussi tal-provvisti tal-mediċina fl-isptarijiet kollha bl-użu ta’ sistema ta’ kodiċi uniformi għall-provvisti tal-mediċina; u l-fatturazzjoni fil-ħin tal-ispejjeż tat-trattament (mhux aktar tard minn xahrejn) lill-fondi tas-sigurtà soċjali tal-Greċja, lil Stat Membri oħra u lill-assiguraturi privati tas-saħħa; u l-iżgurar li għall-inqas 50 % mill-volum tal-mediċini użati mill-isptarijiet pubbliċi sa tmiem l-2011 ikun ikkostitwit minn ġeneriċi u mediċini mhux protetti bit-trejdmark (marka kummerċjali) billi issir ħaġa obbligatorja għall-isptarijiet pubbliċi kollha li jakkwistaw prodotti farmaċewtiċi skont is-sustanza attiva;

(f) bl-għan li jkunu miġġielda l-ħela u l-immaniġjar ħażin tal-kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat u biex jiġu ffrankati mill-inqas EUR 800 miljun fiskalment, att li: jnaqqas ir-remunerazzjoni primarja fl-intrapriżi pubbliċi b’mill-inqas 10 % fil-livell tal-kumpaniji; jillimita r-remunerazzjoni sekondarja għal 10 % tar-remunerazzjoni primarja; jistabilixxi limitu massimu ta’ EUR 4000 fix-xahar qligħ gross (12-il pagament fis-sena); iżid it-tariffi tat-trasport urban b’mill-inqas 30 %; azzjonijiet li jnaqqsu n-nefqa operattiva fil-kumpaniji pubbliċi b’bejn 15 % u 25 %; u att għar-ristrutturazzjoni tal-OASA;

(g) qafas regolatorju ġdid li jiffaċilita l-konklużjoni tal-ftehimiet ta’ konċessjoni għall-ajruporti reġjonali;

(h) l-istabiliment ta’ taskforce indipendenti għall-politika tal-edukazzjoni li jkollha l-għan li żżid l-effiċjenza tas-sistema pubblika tal-edukazzjoni (edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja) u li tagħmel użu iktar effiċjenti tar-riżorsi;

(i) l-adozzjoni ta’ liġi għall-istabiliment ta’ Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni; u l-iżvilupp ta’ pjattaforma tat-teknoliġija tal-informazzjoni għall-akkwist elettroniku u l-istabiliment ta’ stadji intermedji f’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni, inkluż: l-ittestjar ta’ verżjoni pilota, id-disponibilità tal-funzjonalitajiet kollha għall-kuntratti kollha u l-introduzzjoni f’fażijiet tal-użu mandatorju tas-sistema tal-akkwist elettroniku għall-kuntratti tal-provvisti, is-servizzi u x-xogħlijiet;

5. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Lulju 2011:

(a) tintroduċi lill-Parlament xibka tal-paga tas-settur pubbliku li tkun unifikata u aktar effiċjenti li għandha tapplika għas-settur statali, l-awtoritajiet lokali u l-aġenziji l-oħra, imqassma fuq perjodu ta’ tliet snin, b’remunerazzjonijiet li jirriflettu l-produttività u x-xogħlijiet;

(b) pjan ta’ terminu medju għar-reklutaġġ għall-perjodu sal-2015 f’konformità mar-regola ta’ reklutaġġ 1 għal kull 5 ħaddiema li jitilqu (1 għal kull 10 fl-2011). Il-pjan għandu jinkludi regoli aktar stretti għall-persunal temporanju, il-kanċellazzjoni ta’ karigi vakanti u r-riallokazzjoni ta’ persunal kwalifikat għal oqsma prijoritarji u jikkunsidra l-estensjoni tas-sigħat tax-xogħol għas-settur pubbliku;

(c) pjan ta’ azzjoni dettaljat bi programmazzjoni għall-ikkompletar u l-implimentazzjoni ta’ sistema simplifikata tar-remunerazzjoni, bi qbil mal-pagi fis-settur privat, li jwassal għal tnaqqis fin-nefqa totali fuq il-pagi. Dan il-pjan għandu jissejjes fuq ir-riżultati tar-rapport ippublikat mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Awtorità Unika ta’ Pagament. Il-leġiżlazzjoni għal sistema simplifikata ta’ rimunerazzjoni għandha tiddaħħal fuq tliet (3) snin. Il-pagi tal-impjegati tal-intrapriżi statali għandhom ikunu bi qbil max-xibka ġdida tal-pagi għas-settur pubbliku.

(d) rinfurzar tal-ispettorat tax-xogħol, li għandu jkollu biżżejjed impjegati kwalifikati u jkollu miri kwantitattivi dwar in-numru ta’ kontrolli li għandhom jitwettqu;

(e) att li jirrevedi l-parametri ewlenin tas-sistema tal-pensjonijiet sabiex tiġi limitata ż-żieda fl-infiq tas-settur pubbliku fuq il-pensjonijiet matul il-perijodu 2009-2060 għal inqas minn 2,5 % tal-PDG, jekk il-previżjonijiet fit-tul juru li ż-żieda prevista fin-nefqa pubblika tal-pensjonijiet tkun ser taqbeż dan l-ammont. L-Awtorità Attwarjali Nazzjonali (AAN) għandha tkompli bis-sottomissjoni tal-previżjonijiet fit-tul tan-nefqa tal-pensjonijiet sal-2060 taħt ir-riforma adottata. Il-previżjonijiet għandhom jinkludu l-iskemi (awżiljari) supplementarji ewlenin (ETEAM, TEADY, MTPY), abbażi ta’ dejta komprensiva miġbura u elaborata mill-AAN;

(f) reviżjoni tal-lista ta’ professjonijiet intensivi u diffiċli biex titnaqqas il-kopertura għal mhux iktar minn 10 % tal-impjiegi; il-lista l-ġdida ta’ impjiegi diffiċli u perikolużi għandha tapplika b’effett mill- 1 ta’ Awwissu 2011 għall-impjegati attwali u futuri kollha;

(g) leġiżlazzjoni li tistabilixxi Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku (AUAP) bil-mandat, objettivi, kompetenzi, setgħat u skeda għad-dħul fis-seħħ, b’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni;

(h) miżuri addizzjonali għall-promozzjoni tal-użu ta’ mediċini ġeneriċi permezz: ta’ preskrizzjoni elettronika obbligatorja minn sustanza attiva u ta’ ġeneriki orħos fejn disponibbli; bl-irbit ta’ rata iżgħar ta’ kondiviżjoni tal-kost mal-mediċini ġeneriċi li jkollhom prezz konsiderevolment orħos mill-prezz referenzjarju (anqas minn 60 % tal-prezz referenzjarju) abbażi tal-esperjenza ta’ Stati Membri oħra tal-UE; bl-iffissar tal-prezz massimu tal-ġeneriki għal 60 % tal-mediċina tad-ditta b’sustanza attiva simili;

(i) il-pubblikazzjoni ta’ inventarju tal-assi li huma proprjetà tal-istat, inklużi ishma f’intrapriżi kwotati u f’dawk li mhumiex u proprjetà immobbli u art kummerċjalment vijabbli.’ għandu jiġi stabilit Segretarjat Ġenerali għall-Iżvilupp ta’ Proprjetà Immobbli bl-għanijiet li jittejjeb l-immaniġjar tal-assi immobiljari, jiġu kklerjati mill-okkupanti u jitħejjew għall-privatizzazzjoni;

(j) l-istrateġija fiskali ta’ terminu medju (minn hawn ’il quddiem imsejħa SFTM) sal-2015 kif deskritt fl-Anness I ta’ din id-deċiżjoni u abbozzi ta’ implimentazzjoni rispettivi. L-SFTM għandha telabora dwar miżuri permanenti ta’ konsolidazzjoni fiskali li jiżguraw li l-limitu massimu tad-defiċit għall-2011-15 kif stabilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill ma jinqabiżx u li l-proporzjon tad-dejn-PDG jitpoġġa f’perkors sostenibbli ta’ tnaqqis;

(k) privatizzazzjoni tal-assi b’valur mill-inqas EUR 390 miljun; adozzjoni ta’ programm ta’ privatizzazzjoni bl-għan li jinġabru tal-anqas EUR 15-il biljun sa tmiem l-2012 EUR 22 biljun sa tmiem l-2013, EUR 35 biljun sa tmiem l-2014 u tal-anqas EUR 50 biljun sa tmiem l-2015; ir-rikavati mill-privatizzazzjoni tal-assi (assi immobiljari, konċessjonijiet u assi finanzjarji) għandhom jintużaw biex jinfeda d-dejn u mhux se jnaqqas l-isforzi tal-konsolidazzjoni fiskali għall-konformità tal-limiti massimi tad-defiċit fl-Artikolu 1(2);

(l) l-istabiliment ta’ fond ta’ privatizzazzjoni b’governanza tajba biex jiġi aċċellerat il-proċess ta’ privatizzazzjoni u tkun iggarantita l-irriversibilità tiegħu u maniġment professjonali; Il-Fond jikseb il-pussess legali tal-assi li jridu jiġu provatizzati. Il-Fond ma jistax jorbot l-assi tieghu b’mod li jtellef l-iskop tieghu, i.e. il-privatizzazzjoni tal-assi;

(m) iressaq leġiżlazzjoni biex tagħlaq, tagħmel fużjoni jew iċċekken entitajiet mhux vijabbli;

(n) miżuri biex isaħħu l-kontroll tan-nefqa: deċiżjoni li tispeċifika l-kwalifika u r-responsabilitajiet tal-uffiċjali tal-kontabilità li għandhom jinħatru fil-ministeri rilevanti kollha bir-responsabilità li jiżguraw kontrolli finanzjarji affidabbli;

(o) kriterji u termini ġodda għall-konklużjoni ta’ kuntratti mill-fondi tas-sigurtà soċjali mal-fornituri tal-kura tas-saħħa kollha, bl-għan li tintlaħaq il-mira ta’ tnaqqis fl-infiq; jingħata bidu għax-xiri konġunt tas-servizzi u oġġetti mediċi biex jintlaħaq tnaqqis sostanzjali fin-nefqa ta’ mill-anqas 25 % meta mqabbel mal-2010 permezz ta’ ftehimiet ta’ prezz marbut mal-volum;

(p) il-pubblikazzjoni ta’ linji gwida vinkolanti tal-preskrizzjonijiet għat-tobba abbażi ta’ linji gwida internazzjonali tal-preskrizzjonijiet biex jiġi żgurat użu kosteffikaċi tal-mediċini; pubblikazzjoni u aġġornament kontinwu tal-lista pożittiva tal-mediċini rimburżati;

(q) preparazzjoni ta’ pjan għar-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar tal-isptarijiet għat-terminu medju u immedjat bl-għan li jitnaqqsu l-ineffiċjenzi, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala u ta’ firxa, u tittejjeb il-kwalità tal-kura għall-pazjenti. L-għan li jitnaqqsu l-ispejjeż tal-isptarijiet b’tal-anqas 10 % fl-2011 u b’5 % fl-2012 addizzjonali fuq is-sena ta’ qabel.

6. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Settembru 2011:

(a) baġit għall-2012 b’konformità mal-SFTM u l-objettiv tal-osservanza tal-limitu massimu tad-defiċit stabilit fl-Artikolu 1(2);

(b) mitigazzjoni tal-ostakoli tat-taxxa għal fużjonijiet u akkwiżizzjonijiet;

(c) simplifikazzjoni tal-proċess tal-ikklerjar doganali għall-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet;

(d) żieda sinifikanti fir-rati ta’ assorbiment tal-fondi strutturali u dak ta’ koeżjoni;

(e) l-implimentazzoni sħiħa tal-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar bil-għan li jitnaqqsu il-piżijiet amministrattivi b’20 % (meta mqabbel mal-2008);

(f) leġiżlazzjoni biex tagħlaq, tagħmel fużjoni jew iċċekken entitajiet mhux vijabbli;

(g) miżuri li jagħmlu possibbli tnaqqis fl-akkwist u fl-ispejjeż fuq partijiet terzi f’intrapriżi statali, taġġorna t-tariffi, u toħloq linji ġodda tan-negozju, u tnaqqas il-kost tal-persunal billi tlesti u timplimenta pjan ta’ tiċkin fil-persunal. Persunal żejjed li ma jistax jitneħħa permezz tar-regola li jiġi rreklutat 1 għal kull 5 li jitilqu (1 għal kull 10 fl-2011) għandu jiġi indirizzat permezz ta’ sensji u assenza fit-tul mhux volontarji (riżerva ta’ ħaddiema). Din ir-regola hija mingħajr eċċezzjonijiet settorjali; għandha tapplika wkoll għall-persunal trasferit minn intrapriżi pubbliċi għal entitajiet pubbliċi oħra wara l-eżami tal-kwalifiki professjonali mill-ASEP skont il-kriterji ta’ evalwazzjoni regolati tagħha. Persunal fir-riżerva ta’ ħaddiema għandu jitħallas 60 % tal-paga bażika tiegħu għal mhux aktar minn 12-il xahar, u wara dan għandhom jingħataw is-sensja.

(h) qafas legali li jippermetti l-assenjar veloċi tal-użu tal-art u jaċċellera r-registrazzjoni tas-sjieda tal-art tal-istat.

(i) att li jippermetti l-promozzjoni tal-investiment fis-settur tat-turiżmu (kumplessi turistiċi u residenzi sekondarji għat-turisti), bil-ħsieb li, flimkien mal-abbozz dwar l-użu tal-art, jippermetti għall-aċċellerazzjoni tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-plottijiet tal-art ġestiti mill-Aġenzija Griega tal-Immobiljari Turistiċi (ETA).

(j) l-iffinalizzar tal-eżami funzjonali tal-programmi soċjali eżistenti; valutazzjoni mill-gvern tar-riżultati tat-tieni u l-aħħar fażi tal-eżami funzjonali indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali; leġiżlazzjoni u miżuri għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet operazzjonali tal-ewwel fażi tal-eżami funzjonali tal-amministrazzjoni pubblika fuq livell ċentrali u tal-eżami sħiħ tal-programmi soċjali eżistenti;

(k) reviżjoni qawwija tal-funzjonament tal-fondi tal-pensjoni pubblika sekondarja/supplimentari, inkluż fondi tal-protezzjoni soċjali u skemi tal-għoti ta’ somma. L-għan tar-reviżjoni huwa li tiġi stabilizzata n-nefqa tal-pensjonijiet, tiġi ggarantita n-newtralità baġitarja ta’ dawn l-iskemi u tiġi żgurata s-sostenibilità tas-sistema fit-terminu medju u twil. Ir-reviżjoni għandha twassal għal: tnaqqis akbar fl-għadd ta’ fondi eżistenti; l-eliminazzjoni tal-iżbilanċi f’dawk il-fondi b’defiċits; l-istabilizzazzjoni tal-infiq kurrenti f’livell sostenibbli, permezz ta’ aġġustamenti xierqa li għandhom isiru mill- 1 ta’ Jannar 2012; is-sostenibilità fit-tul ta’ skemi sekondarji permezz ta’ rabta stretta bejn il-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji.

(l) identifikazzjoni tal-iskemi li għalihom l-għoti ta’ somma mħallas fl-irtirar mix-xogħol ma jirriflettix il-kontribuzzjonijiet imħallsa bl-għan li l-ħlas jiġi aġġustat sa tmiem Diċembru 2011.

(m) aktar miżuri biex jiġu estiżi b’mod kosteffikaċi l-preskrizzjonijiet tal-mediċini, id-dijanjożi u r-referti mit-tobba b’mod elettroniku għall-fondi kollha tas-sigurtà soċjali, iċ-ċentri tas-saħħa u l-isptarijiet. B’konformità mar-regoli tal-akkwist tal-UE, il-Gvern għandu jwettaq il-proċeduri neċessarji tal-offerti biex jimplimenta sistema informatika komprensiva u uniformi tal-kura tas-saħħa (sistema tas-saħħa-e).

(n) aktar miżuri biex jiġi żgurat li tal-inqas 30 % tal-volum tal-mediċini użati mill-isptarijiet pubbliċi jkun ikkostitwit minn ġeneriki bi prezz orħos minn dak ta’ prodotti simili tad-ditta u mediċini mhux koperti bi privattiva, partikolarment billi jagħmlu obbligatorju li l-isptarijiet pubbliċi kollha jakkwistaw prodotti farmaċewtiċi skont is-sustanza attiva.

(o) deċiżjonijiet sabiex ikunu disposti l-istituzzjoni u stabiliment ta’ karigi għall-persunal tal-AUAP (Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku), kif ukoll għar-riorganizzazzjoni tar-riżorsi umani u s-servizzi tal-Awtorità skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar l-AUAP; jinħatru l-membri tal-AUAP.

(p) Il-pubblikazzjoni ta’ dejta mensili dwar il-movimenti tal-persunal (ġodda, dawk li spiċċaw, trasferimenti fost l-entitajiet) fil-bosta dipartimenti tal-gvern;

7. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Diċembru 2011:

(a) l-adozzjoni finali tal-baġit għall-2012;

(b) rinfurzar tal-kapaċità ta’ ġestjoni tal-awtoritajiet kollha li jiġġestixxu u entitajiet intermedji ta’ programmi operattivi skont il-qafas tal-qafas ta’ referenza tal-istrateġija nazzjonali 2007-2013 u ċ-ċertifikazzjoni tagħhom ISO 9001:2008 (immaniġjar tal-kwalità);

(c) sistema ta’ pprezzar ibbażata fuq il-każijiet fl-isptar għandha tintuża għall-finijiet baġitarji mill-2013 ’il quddiem;

(d) atti għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet operazzjonali tal-ewwel fażi tar-reviżjoni funzjonali tal-amministrazzjoni pubblika fuq livell ċentrali u tar-reviżjoni sħiħa tal-programmi soċjali eżistenti; valutazzjoni tar-riżultati tat-tieni u l-aħħar fażi tal-eżami funzjonali indipendenti tal-amministrazzjoni ċentrali;

(e) il-bidu tal-operazzjonijiet tal-Awtorità Unika għall-Akkwist Pubbliku bir-riżorsi neċessarji sabiex taqdi l-mandat, l-għanijiet, il-kompetenzi u s-setgħat tagħha fil-Pjan ta’ Azzjoni;

(f) reviżjoni tat-tariffi għas-servizzi mediċi esternalizzati lill-fornituri privati bl-għan li jitnaqqsu l-kostijiet relatati b’tal-anqas 15 % sal-2011, u bi 15 % addizzjonali fl-2012.

(g) miżuri biex jissimplifikaw is-sistema tat-taxxa, jitwessgħu l-bażijiet u jitnaqqsu r-rati tat-taxxa b’mod fiskalment newtrali, b’rabta mat-taxxa fuq l-introjtu personali, it-taxxa fuq l-introjtu korporattiv u l-VAT.

(h) aktar miżuri biex jiġi żgurat li tal-inqas 50 % tal-volum tal-mediċini użati mill-isptarijiet pubbliċi jkun ikkostitwit minn ġeneriki bi prezz orħos minn dak ta’ prodotti simili tad-ditta u mediċini mhux koperti bi privattiva, partikolarment billi jagħmlu obbligatorju li l-isptarijiet pubbliċi kollha jakkwistaw prodotti farmaċewtiċi skont is-sustanza attiva.

8. Il-Greċja għandha tadotta l-miżuri li ġejjin sal-aħħar ta’ Marzu 2012:

(a) riforma fl-iskemi tal-pensjonijiet sekondarji/supplementari, bil-fużjoni tal-fondi u billi jibda jsir kalkolu tal-benefiċċji abbażi tas-sistema ta’ ‘kontribuzzjoni nozzjonali definita l-ġdida; l-iffriżar tal-pensjonijiet supplementari nominali u t-tnaqqis tar-rati ta’ sostituzzjoni għal drittijiet dovuti fi fondi b’defiċits, abbażi ta’ studju attwarju mħejji mill-Awtorità Attwarjali Nazzjonali. Fil-każ li l-istudju attwarju ma jkunx lest, ir-rati ta’ sostituzzjoni għandhom jonqsu, b’effett mill- 1 ta’ Jannar 2012 biex jiġu evitati d-defiċits;

(b) il-kalkolu tal-marġini tal-profitti tal-ispiżeriji bħala ammont fiss jew tariffa fissa kkombinata ma’ marġini ta’ profitt baxxa bl-għan li jitnaqqas il-marġini ta’ profitt kumplessiv għal mhux aktar minn 15 %, inkluż fuq l-ogħla mediċini.

Artikolu 3

Il-Greċja għandha tikkoopera b’mod sħiħ mal-Kummissjoni u tipprovdi mingħajr dewmien, kull meta tkun mitluba biex tagħmel hekk, kwalunkwe dejta jew dokument meħtieġ biex tiġi mmonitorjata l-konformità ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1. Il-Greċja għandha tipprovdi lill-Kunsill u lill-Kummissoni rapport li juri l-miżuri tal-politika meħuda biex tkun konformi ma’ din id-Deċiżjoni kull tliet xhur.

2. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu informazzoni dettaljata dwar:

(a) miżuri konkreti implimentati sad-data tar-rapport sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni, inkluż l-impatt baġitarju kwantifikat tagħhom;

(b) miżuri konkreti ppjanati li jiġu implimentati wara d-data tar-rapport sabiex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni, il-kalendarju tal-implimentazzjoni tagħhom u stima tal-impatt baġitarju tagħhom;

(c) l-eżekuzzjoni tal-baġit mensili tal-Istat;

(d) l-implimentazzjoni baġitarja infraannwali mis-sigurtà soċjali, il-gvern lokali u l-fondi baġitari żejda;

(e) ħruġ u rimborsar tad-dejn tal-gvern;

(f) żviluppi permanenti u temporanji fl-impjiegi tas-settur pubbliku;

(g) nefqa tal-gvern fl-istennija tal-ħlas, bl-ispeċifikazzjoni ta’ dawk li skaditilhom id-data meta kienu dovuti;

(h) il-pożizzjoni finanzjarja f’ażjendi pubbliċi u entitajiet pubbliċi oħra.

3. Il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom janalizzaw ir-rapporti bil-għan li jevalwaw il-konformità tal-Greċja ma’ din id-Deċiżjoni. Fil-kuntest ta’ dawn il-valutazzonijiet, il-Kummissjoni tista’ tindika l-miżuri meħtieġa biex jiġi rrispettat il-pjan ta’ aġġustament stipulat b’din id-Deċiżjoni għall-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv.

Artikolu 5

Id-Deċiżjoni 2010/320/KE għandha tiġi revokata.

Referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussell, it- 12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Sawicki

[1] ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6.

[2] Ara l-Anness I.

[3] ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6.

[4] Eurostat news release 55/2010, it- 22 ta’ April 2010.

[5] Eurostat news release 60/2011, is- 26 ta’ April 2011.

[6] Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

[7] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal- 25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).

[8] Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 264/2000 tat- 3 ta’ Frar 2000 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 rigward statistiċi ta’ finanzi pubbliċi fuq żmien qasir (ĠU L 29, 4.2.2000, p. 4).

[9] Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 10 ta’ Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta’ kull tliet xhur tal-amministrazzjoni pubblika (ĠU L 179, 9.7.2002, p. 1).

[10] Ir-Regolament (KE) Nru 501/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 10 ta’ Marzu 2004 dwar kontijiet finanzjarji ta’ kull kwart tas-sena għal gvern ġenerali (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 1).

[11] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/2004 tat- 28 ta’ Ġunju 2004 dwar il-kompilazzjoni u t-trasmissjoni ta’ data dwar id-dejn trimestrali tal-gvern (ĠU L 233, 2.7.2004, p. 1).

[12] Ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Lulju 2005 dwar il-kumpilazzjoni ta’ kontijiet trimestrali mhux finanzjarji skont is-settur istituzzjonali (ĠU L 191, 22.7.2005, p. 22).

[13] Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

[14] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2009 tal- 25 ta’ Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Protokoll dwar il-proċedura tal-iżbilanċ eċċessiv anness mat-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS I

Miżuri ta’ strateġija fiskali ta’ terminu medju

(kif imsemmi fl-Artikolu 2(5) ta’ din id-Deċiżjoni)

L-istrateġija fiskali ta’ terminu medju (SFTM) matul l-2015 ser tinkludi li ġej:

Tnaqqisiet fil-kont tas-salarji b’mill-inqas EUR 770 miljun sal-2011, u addizzjonalment EUR 600 miljun fl-2012, EUR 448 miljun fl-2013, EUR 306 miljun fl-2014 u EUR 71 miljun fl-2015, billi ma jiġux impjegati ħaddiema ġodda minflok dawk li jispiċċaw lil hinn mir-regola ta’ reklutaġġ wieħed (1) għal kull ħamsa (5) li joħorġu (1 għal kull 10 fl-2011); żieda fis-siegħat tax-xogħol fil-ġimgħa għall-impjegati fis-settur pubbliku minn 37,5 għal 40 siegħa u tnaqqis fil-pagamenti tas-sahra; tnaqqis fl-għadd ta’ kumitati u kunsilli remunerati; tnaqqis fil-kumpensi addizjonali, benefiċċji u skemi tal-bonus oħra; tnaqqis fil-kuntratturi (50 % fl-2011 u 10 % oħra fl-2012 u ’l quddiem); friżar temporanju fl-avvanz awtomatiku; l-implimentazzjoni ta’ xibka ġdida tar-remunerazzjoni; l-introduzzjoni ta’ impjiegi part-time u liv bla ħlas fis-settur pubbliku; tnaqqis fl-għadd ta’ ammissjonijiet fl-akkademji militari u tal-pulizija, it-trasferiment tal-persunal żejjed f’riżerva ta’ ħaddiema mħallsa 60 % tal-paga bażika sa 12-il xahar, u tnaqqis fil-benefiċċju tal-prodottività b’50 %.

Tnaqqisiet fl-infiq operazzjonali tal-istat b’mill-inqas EUR 190 miljun sal-2011, u addizzjonalment EUR 92 miljun fl-2012, EUR 161 miljun fl-2013, EUR 323 miljun fl-2014 u EUR 370 miljun fl-2015, permezz tal-implementazzjoni tal-akkwist-e għax-xiri pubbliku kollu; razzjonalizzazzjoni tal-ispejjeż fl-enerġija mis-servizzi pubbliċi; tnaqqis fl-ispejjeż għall-kiri b’konsegwenza ta’ użu aktar effiċjenti tal-proprjetà pubblika; tnaqqis tal-ispejjeż kollha fit-telekomunikazzjoni, abolizzjoni tad-distribuzzjoni bla ħlas tal-gazzetti; tnaqqisiet trażversali fin-nefqa operazzjonali fil-baġit ordinarju; implimentazzjoni ta’ parametri referenzjarji fl-infiq pubbliku wara sena ta’ tħaddim sħiħ tal-MIS għan-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika.

Tnaqqisiet fl-ispejjeż tal-fondi estrabaġitarji u trasferiment lejn entitajiet oħra b’mill-anqas EUR 540 miljun fl-2011 u addizzjonalment EUR 150 miljun fl-2012, EUR 200 miljun fl-2013, EUR 200 miljun fl-2014 u EUR 150 miljun fl-2015, permezz tal-valutazzjoni tal-mandat, il-fattibilità u l-ispejjeż tal-entitajiet kollha ssussidjati mis-settur pubbliku, u l-fużjonijiet u l-għeluq tagħhom; fużjoni/l-għeluq u tnaqqis fis-sussidji lill-istituzzjonijiet edukattivi (skejjel, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja); tnaqqis fis-sovvenzjonijiet mill-Istat lill-entitajiet barra l-amministrazzjoni pubblika u pjan ta’ azzjoni għall-għeluq, il-fużjoni u t-tiċkin tal-entitajiet.

Iffrankar fl-intrapriżi tal-istat b’mill-anqas EUR 414 miljun fl-2012, u addizzjonalment EUR 329 miljun fl-2013, EUR 297 miljun fl-2014 u EUR 274 miljun fl-2015, permezz ta’ żieda fid-dħul tal-OSE, l-OASA u intrapriżi oħra, l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ ristrutturazzjoni u l-privatizzazzjoni fil-Hellenic Defence Systems, il-Hellenic Aeronautical Industry, il-Hellenic Horse Racing Corporation; il-bejgħ ta’ assi, tal-intrapriżi, li ma jkunux assoċjati mal-attivitajiet ewlenin; tnaqqis fl-ispejjeż tal-persunal; tnaqqis fl-ispejjeż operazzjonali u fużjonijiet u għeluq ta’ intrapriżi.

Tnaqqisiet fin-nefqa operazzjonali relatata mad-difiża b’mill-inqas EUR 133 miljun fl-2013 u addizzjonalment EUR 133 miljun fl-2014, u EUR 134 miljun fl-2015, minn barra t-tnaqqis fl-akkwist ta’ apparat militari (konsenji) ta’ EUR 830 miljun mill-2010 sal-2015.

Tnaqqisiet fin-nefqa fuq il-kura tas-saħħa u l-mediċini b’mill-inqas EUR 310 miljun sal-2011, u addizzjonalment EUR 697 miljun fl-2012, EUR 349 miljun fl-2013, EUR 303 miljun fl-2014 u EUR 463 miljun fl-2015, permezz tal-implementazzjoni tal-"pjan direzzjonali għas-saħħa" ġdid u t-tnaqqis assoċjat fl-ispejjeż tal-isptarijiet; rievalwazzjoni tal-mandat u l-ispejjeż tal-entitajiet kollha taħt superviżjoni apparti l-isptarijiet l-implimentazzjoni ta’ sistema ċentrali tal-akkwisti; tnaqqis tal-kost medju ta’ kull każ permezz ta’ maniġġ effiċjenti tal-każijiet (case mixing); tnaqqis fis-servizzi pprovduti lil dawk bla assigurazzjoni (funzjoni ta’ kontroll tal-aċċess); introduzzjoni ta’ imposti għal servizzi fornuti lil ċittadini barranin; l-operat tal-Organizzazzjoni Nazzjonali għall-Kura tas-Saħħa Primarja (EOPI); l-iskenjar mill-IKA tal-preskrizzjonijiet mediċi miktubin bl-idejn; l-estensjoni tal-lista ta’ mediċini li ma għandhomx bżonn ta’ preskrizzjoni; prezzijiet ġodda għall-mediċini; l-istabiliment ta’ prezz tal-assigurazzjoni mis-settur tas-sigurtà soċjali u l-implimentazzjoni sħiħa tal-preskrizzjonijiet-e.

Tnaqqisiet fil-benefiċċji soċjali b’mill-inqas EUR 1188 miljun fl-2011, u addizzjonalment EUR 1230 miljun fl-2012, EUR 1025 miljun fl-2013, EUR 1010 miljun fl-2014 u EUR 700 miljun fl-2015, permezz ta’ aġġustament fl-iskemi tal-pensjonijiet supplimentari u l-iffriżar sussegwenti sal-2015; iffriżar tal-pensjonijiet bażiċi; ir-riforma fis-sistema tal-pensjonijiet tad-diżabilità; ċensiment tal-pensjonanti u kontraverifika tad-dejta personali bl-implimentazzjoni sħiħa tan-numru tas-sigurtà soċjali u l-ogħla limitu fuq il-pensjonjiet; razzjonalizzazzjoni tal-kriterji għall-pensjonanti (EKAS); razzjonalizzazzjoni tal-benefiċċji u l-benefiċjarji tal-OEE-OEK u OAED; tnaqqis fis-somom li jitħallsu mal-irtirar; kontroverifika tad-dejta personali mill-introduzzjoni tal-limiti għall-impjegati li jistgħu jidħlu fl-iskemi tal-OAED; tnaqqis fil-pensjoni prinċipali tal-OGA u fil-limiti l-baxxi tal-pensjoni minn fondi oħra tas-sigurtà soċjali u l-issikkar tal-kriterji bbażati fuq ir-reżidenza permanenti; tnaqqis fl-ispejjeż fuq il-benefiċċji soċjali permezz tal-kontroverifika tad-dejta; regolamentazzjoni uniformi tal-benefiċċji tas-saħħa għall-fondi kollha tas-sigurtà soċjali; kuntratti uniformi mal-isptarijiet privati u ċ-ċentri mediċi; analiżi tal-benefiċċji soċjali fi flus u in natura li twassal biex jitneħħew dawk l-inqas effettivi; żieda fil-kontribuzzjoni speċjali tal-pensjonanti (il-Liġi 3863/2010) għall-pensjonanti li l-pensjoni ta’ kull xahar tagħhom taqbeż EUR 1700; żieda fil-kontribuzzjoni soċjali speċjali mħallsa mill-pensjonanti taħt is-60 sena b’pensjoni ta’ kull xahar ogħla minn EUR 1700; introduzzjoni ta’ kontribuzzjoni speċjali ggradata għall-pensjonijiet supplimentari ogħla minn EUR 300 fix-xahar u tnaqqis fit-trasferimenti NAT (skema tal-pensjonijiet tal-baħħara) u l-iskema tal-pensjonijiet OTE u tnaqqis assoċjat fin-nefqa tal-pensjonijiet jew żieda fil-kontribuzzjonijiet mill-benefiċjarji.

Tnaqqisiet fit-trasferimenti statali lill-gvernijiet lokali b’mill-anqas EUR 150 miljun fl-2011, u addizzjonalment EUR 355 miljun fl-2012, EUR 345 miljun fl-2013, EUR 350 miljun fl-2014 u EUR 305 miljun fl-2015. Dawn it-tnaqqisiet jinkisbu primarjament permezz ta’ tnaqqisiet fl-ispejjeż tal-gvern lokali daqs tal-anqas EUR 150 miljun fl-2011, u EUR 250 miljun fl-2012, EUR 175 miljun fl-2013, EUR 170 miljun fl-2014 u EUR 160 miljun fl-2015 addizzjonali. Barra minn hekk, id-dħul proprju tal-gvern lokali ser jiżdied b’mill-anqas EUR 105 miljun fl-2012 u EUR 170 miljun fl-2013, EUR 130 miljun fl-2014 u EUR 145 miljun fl-2015 addizzjonali, permezz ta’ żieda fid-dħulijiet minn pedaġġ, tariffi, drittijiet u fonti ta’ dħul oħra b’konsegwenta tal-fużjoni tal-amministrazzjonijiet lokali, u żieda fil-konformità mat-taxxi lokali wara l-introduzzjoni ta’ rekwiżit ta’ ċertifikat tal-ikklerjar tat-taxxa lokali.

Tnaqqisiet fin-nefqa mill-baġit tal-investiment pubbliku (investiment pubbliku ffinanzjat domestikament u sovvenzjonijiet relatati mal-investiment) u l-kostijiet amministrattivi b’EUR 950 miljun fl-2011, li minnhom EUR 350 miljun ser ikun permanenti, u EUR 154 miljun oħra (kostijiet amministrattivi) fl-2012.

Żiediet fit-taxxi b’mill-inqas EUR 2017 fl-2011, u addizzjonalment EUR 3678 miljun fl-2012, EUR 156 miljun fl-2013 u EUR 685 miljun fl-2014, permezz ta’ żieda fir-rata tal-VAT fuq ir-restoranti u l-barijiet minn 13 għal 23 % minn Settembru 2011 ’il quddiem; żieda fit-taxxi fuq il-proprjetà; tnaqqis fil-livell limitu tal-introjtu mhux taxxabbli għal EUR 8000 u l-istabiliment ta’ kontribuzzjoni progressiva ta’ solidarjetà; żidiet fit-tassazzjoni preżuntiva u imposti fuq dawk li jaħdmu għar-rashom; tnaqqis fl-eżenzjonijiet/nefqiet fiskali; bidliet fir-reġim tat-taxxa għall-prodotti tat-tabakk, bi ħlas aċċellerat tad-dazju tas-sisa u fl-istruttura tat-taxxa; sisa fuq il-luminati; sisa fuq il-gass naturali u l-gass likwifikat; abolizzjoni tal-vantaġġ fiskali fuq iż-żejt tat-tisħin (għall-intrapriżi minn Ottubru 2011 ’il quddiem, u progressivament għall-unitajiet domestiċi minn Ottubru 2011 sa Ottubru 2013); żieda fit-taxxa fuq il-vetturi; kontribuzzjonijiet ta’ emerġenza fuq il-vetturi, il-motoċikli u l-pixxini; multi ogħla fuq bini mhux awtorizzat u saldu tal-każijiet ta’ ksur fl-ippjanar; tassazzjoni fuq id-dgħajjes u l-jottijiet privati; imposta speċjali fuq immobiljari ta’ valur għoli; u imposta speċjali fuq l-ispazji tat-tipjip.

Titjibiet fil-konformità tat-taxxa b’mill-inqas EUR 878 miljun fl-2013, u addizzjonalment EUR 975 miljun fl-2014 u EUR 1147 miljun fl-2015.

Żidiet fil-ġbir tal-kontribuzzjonijiet soċjali b’mill-inqas EUR 629 miljun fl-2011 u addizzjonalment EUR 259 miljun fl-2012, EUR 714 miljun fl-2013, EUR 1139 miljun fl-2014 u EUR 504 miljun fl-2015, permezz tal-implimentazzjoni sħiħa ta’ sistema waħda unifikata tas-salarji u l-metodu tal-pagament tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni; żieda fir-rati tal-kontribuzzjonijiet għall-benefiċjarji tal-OGA u l-ETAA; stabiliment ta’ fond ta’ solidarjetà tal-benefiċjarji tal-OAEE; l-aġġustament fil-kontribuzzjonijiet tal-qgħad għall-impjegati fis-settur privat; l-introduzzjoni tal-kontribuzzjoni tal-qgħad għal min jaħdem għar-rasu; u kontribuzzjoni għal qgħad imħallsa mill-impjegati fis-settur pubbliku, inklużi l-intrapriżi tal-istat, il-gvernijiet lokali u entitajiet pubbliċi oħra.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE tat- 10 ta’ Mejju 2010 | (ĠU L 145, 11.6.2010, p. 6) |

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/486/UE tas- 7 ta’ Settembru 2010 | (ĠU L 241, 14.9.2010, p. 12) |

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/57/UE tal- 20 ta’ Diċembru 2010 | (ĠU L 26, 29.1.2011, p. 15) |

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/257/UE tas- 7 ta’ Marzu 2011 | (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 26) |

--------------------------------------------------

ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Deċiżjoni 2010/320/UE | Din id-Deċiżjoni |

L-Artikolu 1 | L-Artikolu 1 |

L-Artikolu 2(1) | L-Artikolu 2(1) |

L-Artikolu 2(2), kliem introduttorju | L-Artikolu 2(2), kliem introduttorju |

L-Artikolu 2(2)(a) | L-Artikolu 2(2)(a) |

L-Artikolu 2(2)(c) | Artikolu 2(2)(b) |

L-Artikolu 2(2)(d) | L-Artikolu 2(2)(c) |

L-Artikolu 2(2)(e) | L-Artikolu 2 (2) (d) |

L-Artikolu 2(2)(f) | L-Artikolu 2 (2) (e) |

L-Artikolu 2(2)(g) | L-Artikolu 2(2)(f) |

L-Artikolu 2(2)(h) | L-Artikolu 2(2)(g) |

L-Artikolu 2 (2)(i) | L-Artikolu 2(2)(h) |

L-Artikolu 2(2)(j) | L-Artikolu 2 (2)(i) |

L-Artikolu 2(2)(k) | L-Artikolu 2(2)(j) |

L-Artikolu 2(2)(l) | L-Artikolu 2(2)(k) |

L-Artikolu 2(2)(m) | L-Artikolu 2(2)(l) |

L-Artikolu 2 (2)(n) | L-Artikolu 2(2)(m) |

L-Artikolu 2(2)(o) | L-Artikolu 2 (2)(n) |

L-Artikolu 2(2)(p) | L-Artikolu 2(2)(o) |

L-Artikolu 2(2)(q) | L-Artikolu 2(2)(p) |

L-Artikolu 2(3), kliem introduttorju | L-Artikolu 2(3), kliem introduttorju |

L-Artikolu 2(3)(a) | L-Artikolu 2(3)(a) |

L-Artikolu 2(3)(b) | L-Artikolu 2(3)(b) |

L-Artikolu 2(3)(f) | L-Artikolu 2(3)(c) |

L-Artikolu 2 (3)(i) | L-Artikolu 2 (3) (d) |

L-Artikolu 2(3)(j) | L-Artikolu 2 (3) (e) |

L-Artikolu 2(3)(k) | — |

L-Artikolu 2(3)(l) | L-Artikolu 2(3)(f) |

L-Artikolu 2(3)(m) | L-Artikolu 2(3)(g) |

L-Artikolu 2 (3)(n) | L-Artikolu 2(3)(h) |

L-Artikolu 2(3)(o) | L-Artikolu 2(3)(i) |

L-Artikolu 2(3)(q) | L-Artikolu 2(3)(j) |

L-Artikolu 2(3)(r) | L-Artikolu 2(3)(k) |

L-Artikolu 2(3)(s) | L-Artikolu 2(3)(l) |

L-Artikolu 2(3)(t) | L-Artikolu 2(3)(m) |

L-Artikolu 2(3)(u) | L-Artikolu 2 (3)(n) |

L-Artikolu 2(3)(v) | L-Artikolu 2(3)(o) |

L-Artikolu 2(3)(w) | — |

L-Artikolu 2(3)(x) | L-Artikolu 2(3)(p) |

L-Artikolu 2(3)(y) | L-Artikolu 2(3)(q) |

L-Artikolu 2(3)(z) | L-Artikolu 2(3)(r) |

L-Artikolu 2(3)(aa) | L-Artikolu 2(3)(s) |

L-Artikolu 2(3)(bb) | L-Artikolu 2(3)(t) |

L-Artikolu 2(3)(cc) | L-Artikolu 2(3)(u) |

L-Artikolu 2(3)(dd) | L-Artikolu 2(3)(v) |

L-Artikolu 2(3)(ee) | L-Artikolu 2(3)(w) |

L-Artikolu 2(3)(ff) | L-Artikolu 2(3)(x) |

L-Artikolu 2(3)(gg) | L-Artikolu 2(3)(y) |

L-Artikolu 2(3)(hh) | L-Artikolu 2(3)(z) |

L-Artikolu 2(4), kliem introduttorju | L-Artikolu 2(4), kliem introduttorju |

L-Artikolu 2(4)(b) | L-Artikolu 2(4)(a) |

L-Artikolu 2(4)(c) | L-Artikolu 2(4)(b) |

L-Artikolu 2 (4) (d) | — |

L-Artikolu 2 (4) (e) | L-Artikolu 2(4)(c) |

L-Artikolu 2(4)(f) | L-Artikolu 2 (4)(d) |

L-Artikolu 2(4)(g) | L-Artikolu 2 (4)(e) |

L-Artikolu 2(4)(h) | L-Artikolu 2(4)(f) |

L-Artikolu 2(4)(i) | L-Artikolu 2(4)(g) |

L-Artikolu 2(4)(j) | L-Artikolu 2(4)(h) |

L-Artikolu 2(4)(k) | L-Artikolu 2(4)(i) |

L-Artikolu 2(4)(l) | — |

L-Artikolu 2(5), kliem introduttorju | L-Artikolu 2(5), kliem introduttorju |

L-Artikolu 2(5)(a) | L-Artikolu 2(5)(a) |

L-Artikolu 2(5)(b) | — |

— | L-Artikolu 2(5)(b) u (c) |

L-Artikolu 2(5)(c) | L-Artikolu 2 (5)(d) |

L-Artikolu 2(5)(d) | L-Artikolu 2(5)(e) |

L-Artikolu 2(5)(e) | — |

L-Artikolu 2(5)(f) | L-Artikolu 2(5)(f) |

L-Artikolu 2(5)(g) | — |

— | L-Artikolu 2(5)(g) |

L-Artikolu 2(5)(h) | L-Artikolu 2(5)(h) |

L-Artikolu 2(5)(i) | L-Artikolu 2(5)(i) |

— | L-Artikolu 2(5)(j)-(q) |

L-Artikolu 2(6), kliem introduttorju | L-Artikolu 2(6), kliem introduttorju |

L-Artikolu 2(6)(a) | L-Artikolu 2(6)(a) |

L-Artikolu 2(6)(b) | L-Artikolu 2(6)(b) |

L-Artikolu 2(6)(c) | L-Artikolu 2(6)(c) |

L-Artikolu 2(6)(d) | L-Artikolu 2(6)(d) |

L-Artikolu 2(6)(e) | L-Artikolu 2(6)(e) |

L-Artikolu 2(6)(f) | — |

— | L-Artikolu 2(6)(f)-(p) |

L-Artikolu 2(7), kliem introduttorju | L-Artikolu 2(7), kliem introduttorju |

L-Artikolu 2(7)(a) | L-Artikolu 2(7)(a) |

L-Artikolu 2(7)(b) | L-Artikolu 2(7)(b) |

L-Artikolu 2(7)(d) | L-Artikolu 2(7)(c) |

L-Artikolu 2(7)(e) | L-Artikolu 2(7)(d) |

L-Artikolu 2(7)(f) | L-Artikolu 2(7)(e) |

— | L-Artikolu 2(7)(f) - (h) |

L-Artikolu 2(8), kliem introduttorju | L-Artikolu 2(8), kliem introduttorju |

L-Artikolu 2(8)(a) | L-Artikolu 2(8)(a) |

— | L-Artikolu 2(8)(b) |

L-Artikolu 3 | L-Artikolu 3 |

L-Artikolu 4 | L-Artikolu 4 |

— | L-Artikolu 5 |

L-Artikolu 5 | L-Artikolu 6 |

L-Artikolu 6 | L-Artikolu 7 |

— | Annessi I, II u III |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet