2011/401/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Lulju 2011 ta’ li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fl-Italja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4774)
Official Journal L 179 , 07/07/2011 P. 0008 - 0009
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta’ Lulju 2011 ta’ li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fl-Italja fl-2009 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 4774) (It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku) (2011/401/UE) IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal- 25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha, Billi: (1) B’mod konformi mal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 90(1) tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni, l-impenn ta’ nefqa mill-baġit tal-Unjoni għandu jkollu qablu deċiżjoni ta’ finanzjament li tistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-azzjoni li tinvolvi n-nefqa u li tiġi adottata mill-istituzzjoni jew mill-awtoritajiet li s-setgħat tagħhom ġew delegati mill-istituzzjoni. (2) Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Sabiex tgħin biex tinqered l-influwenza avjarja malajr kemm jista’ jkun, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għal nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri. L-Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni inċiżi, ta’ dik id-Deċiżjoni jistabbilixxi r-regoli dwar il-perċentwal li jrid jiġi applikat għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri. (3) L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat- 28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE [2], jistabbilixxi regoli dwar in-nefqa eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/148/UE tal- 5 ta’ Marzu 2010 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza tat-tjur fir-Repubblika Ċeka, fil-Ġermanja, fi Spanja, fi Franza, u fl-Italja fl-2009 [3], ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta’ emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja fl-Italja fl-2009. (5) Fl- 24 ta’ Marzu 2010, l-Italja ppreżentat talba uffiċjali għal rimborż bl-ammont ta’ EUR 966694,15 kif stipulat fl-Artikoli 7(1) u 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. (6) Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandu jiġi soġġett għall-kundizzjoni li l-attivitajiet ippjanati kienu fil-fatt implimentati u li l-awtoritajiet ipprovdew it-tagħrif kollu meħtieġ fiż-żmien stipulat. L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu tal-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet aħħarija ġew ikkomunikati lill-Italja permezz ta’ e-Mail datata l- 14 ta’ Frar 2011. L-ammont ta’ EUR 552110,80 tqies li ma kienx eliġibbli skont ir-regoli ta’ eliġibbiltà tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. L-Italja qablet permezz ta’ e-Mail datata s- 16 ta’ Marzu 2011. (7) L-awtoritajiet Taljani ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3(4) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE u fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. (8) Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, l-ammont totali tal-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni għan-nefqa eliġibbli mġarrba marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fl-Italja fl-2009 għandu issa jiġi stabbilit. (9) Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa marbuta mal-qerda tal-influwenza avjarja fl-Italja fl-2009 hija stabbilita għal EUR 414583,35. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni li tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament skont it-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, hi indirizzata lir-Repubblika Taljana. Magħmul fi Brussell, is- 6 ta’ Lulju 2011. Għall-Kummissjoni John Dalli Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30. [2] ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12. [3] ĠU L 60, 10.3.2010, p. 22. --------------------------------------------------