Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 502/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Official Journal L 136 , 24/05/2011 P. 0024 - 0025
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 502/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat- 2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu, Billi: (1) Fit- 2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. (2) Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/300/PESK tat- 23 ta’ Mejju 2011 li timplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat- 28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja [2], persuna oħra u entità oħra għandhom jiġu inklużi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-persuna u l-entità elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it- 23 ta’ Mejju 2011. Għall-Kunsill Il-President C. Ashton [1] ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1. [2] Ara paġna 85 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali. -------------------------------------------------- ANNESS PERSUNA U ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 Persuni | Isem | Informazzjoni ta' identifikazzjoni | Raġunijiet | Data ta' elenkar | 1. | Kurunell Taher Juwadi | Ir-raba' fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja | Membru Ewlieni fil-regim ta' Qadhafi | 23.05.2011 | Entitajiet | Isem | Informazzjoni ta' identifikazzjoni | Raġunijiet | Data ta' elenkar | 1. | Afriqiyah Airways | Afriqiyah Airways L-Ewwel Sular Bini Waha 273, Triq Omar Almokhtar Kaxxa Postali 83428 Tripli, Libja indirizz elettroniku: afriqiyah@afriqiyah.aero | Sussidjarja Libjana ta'/li hija l-proprjetá tal-Libyan African Investment Portfolio, entitá li hija proprjetá u taħt il-kontroll tar-regim u indikata mir-regolament tal-UE. | 23.05.2011 | --------------------------------------------------