2011/96/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Frar 2011 rigward l-approvazzjoni tal-kontijiet ippreżentati mir-Rumanija għan-nefqa ffinanzjata taħt il-programm speċjali tal-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2007 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 759)
Official Journal L 038 , 12/02/2011 P. 0042 - 0044
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 11 ta’ Frar 2011 rigward l-approvazzjoni tal-kontijiet ippreżentati mir-Rumanija għan-nefqa ffinanzjata taħt il-programm speċjali tal-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2007 (notifikata bid-dokument numru C(2011) 759) (It-test Rumen biss huwa awtentiku) (2011/96/UE) IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal- 21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni [1], Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 tas- 7 ta’ Ġunju 2000 li jniżżel regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ tal-Komunità għal miżuri qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu, Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali konkluż mar-Rumanija fit- 2 ta’ Frar 2001 u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2007 tat- 8 ta’ Marzu 2007 dwar miżuri li jikkonċernaw il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali u l-Ftehim ta’ Finanzjament Annwali li saru taħt il-programm Sapard u t-tranżizzjoni minn Sapard għall-iżvilupp rurali [3], flimkien mal-Ftehimiet ta’ Finanzjament Multiannwali kif imsemmi fl-Anness II, il-punt 1 ta’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu, Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, Billi: (1) Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ikkonkludiet ftehimiet ta’ finanzjament multiannwali (MAFAs) li jistipulaw il-qafas tekniku, legali u amministrattiv għall-eżekuzzjoni tal-Programm Speċjali tal-Adeżjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali (Sapard) mar-Rumanija. (2) L-Artikolu 11 tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFAs jipprovdi għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni. Dik id-dispożizzjoni tibqa’ tapplika għar-Rumanija, skont ir-Regolament (KE) Nru 248/2007. (3) Il-limiti taż-żmien, għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti meħtieġa, mogħtija lill-pajjiżi li jirċievu finanzjament skadew. (4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)5524 tat- 30 ta’ Settembru 2008 approvat il-kontijiet tal-Bulgarija u l-Kroazja. Madankollu, minħabba li l-analiżi tat-tagħrif supplementari mitlub lir-Rumanija kienet għadha għaddejja, id-deċiżjoni rigward il-kontijiet ta’ dan il-pajjiż ma setgħetx tiġi adottata f’dan l-istadju. (5) Sadanittant it-tagħrif supplementari ġie sottomess. Il-kontrolli li twettqu jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija Sapard. (6) Din id-Deċiżjoni hija adottata abbażi tat-tagħrif tal-kontabilità. Ma tippreġudikax il-possibbiltà li l-Kummissjoni sussegwentement tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjamanet tal-UE nefqa mhux imġarrba skont ir-Regolament (KE) Nru 2222/2000, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-kontijiet tal-Aġenzija Sapard, li tinsab fit-territorju tar-Rumanija, li jirrigwardaw nefqa ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-2007 huma ddikjarati hawnhekk. Artikolu 2 In-nefqa u l-finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2007, kif iddikjarat fil- 31 ta’ Diċembru 2007, u l-assi miżmuma minn dan il-Pajjiż Benefiċjarju f’isem l-UE fil- 31 ta’ Diċembru 2007, li se jiġu approvati skont din id-Deċiżjoni, huma stipulati fl-Anness. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija. Magħmul fi Brussell, il- 11 ta’ Frar 2011. Għall-Kummissjoni Dacian Cioloş Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87. [2] ĠU L 253, 7.10.2000, p. 5. [3] ĠU L 69, 9.3.2007, p. 5. -------------------------------------------------- ANNESS Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Agenzija Sapard Rumena Sena finanzjarja 2007 Nefqa u finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2007 kif iddikjarat fil- 31 ta' Diċembru 2007 (l-Ammonti kollha f’euro) | Pajjiż Benefiċjarju | Dikjarazzjoni D2 Kontribuzzjoni tal-UE Sena finanzjarja 2007 | Kontribuzzjoni tal-UE approvata b'din id-deċiżjoni | Kontribuzzjoni tal-UE mhux approvata b'din id-deċiżjoni | Total b + c | Aġġustamenti [1] | Finanzjament riċevut mill-UE (D1) | Differenza li trid tiġi rkuprata jew imħallsa Sena finanzjarja 2007 [2] | | a | b | c | d | e | f | g = d - e - f | Ir-Rumanija | 260601503,20 | 260601503,20 | 0,00 | 260601503,20 | 39204,26 | 260464956,44 | 97342,50 [3] | Assi miżmuma mill-Pajjiżi Benefiċjarji f'isem l-UE fil- 31 ta' Diċembru 2007 (l-Ammonti kollha f’euro) | Pajjiż Benefiċjarju | KONT F'EURO bilanċ approvat b'din id-deċiżjoni | KONT F'EURO bilanċ mhux approvat b'din id-deċiżjoni | DEBITURI Approvati b'din id-deċiżjoni | DEBITURI mhux approvati b'din id-deċiżjoni | | h | | i | | Ir-Rumanija | 815476,50 | 0,00 | 2735476,31 [4] | 0,00 | [1] Dan l-ammont jirrappreżenta l-aġġustamenti li saru mill-awtorijiet Rumeni fin-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2007 matul il-perjodi sussegwenti, minħabba l-ammonti rkuprati għall-miżura 3.3. [2] Dan l-ammont jirrappreżenta d-differenza matematika bejn l-ammont approvat u dak irrimborsat għas-sena finanzjarja 2007, mingħajr ma jqis l-avvanzi mħallsa fis-snin ta' qabel. Is-servizzi tal-Kummissjoni ma jintrabtux li jirkupraw jew iħallsu kwalunkwe ammont fid-data ta' din id-deċiżjoni. [3] Id-differenza ta' (EUR – 97342,50) hija r-riżultat matematiku ta' (EUR 97452,16) li jirrappreżentaw in-nefqa ddikjarata iżda mhux irrimborsata mill-Kummissjoni wara l-evalwazzjoni tar-rapporti tal-prestazzjoni l-ġdida għall-miżura 3.3, ta' (EUR – 92,69) li jirrappreżentaw korrezzjonijiet li saru mill-awtoritajiet Rumeni fl-2007 għal D1 2006, ta' (EUR – 18,36) minħabba l-użu skorett tar-rata ta' skambju għal tliet irkupri kif spjegat mis-CB, u ta' (EUR 1,39) biex jinġiebu sal-eqreb ċifra. [4] L-ammonti ma jqisux l-imgħax dovut fuq id-debiti. --------------------------------------------------