Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 102/2011 tal- 4 ta’ Frar 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi spazjali

Official Journal L 031 , 05/02/2011 P. 0013 - 0034


Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 102/2011

tal- 4 ta’ Frar 2011

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi spazjali

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika [spazjali] fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) [1], u b’mod partikulari l-Artikolu 7(1) tagħha,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010 tat- 23 ta’ Novembru 2010, li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta u servizzi spazjali [2], jistabbilixxi l-arranġamenti tekniċi għall-interoperabilità ta’ settijiet ta’ dejta spazjali, inkluża d-definizzjoni ta’ listi ta’ kodiċijiet biex jintużaw għal attributi u rwoli ta’ assoċjazzjoni ta’ tipi ta’ oġġetti spazjali u tipi ta’ dejta.

(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 jeħtieġ l-attributi u r-rwoli ta’ assoċċjazzjoni tat-tipi ta’ oġġetti spazjali jew tipi ta’ dejta li jkollhom tip ta' lista ta' kodiċijiet biex jieħdu valuri li jkuni validi għall-lista ta' kodiċijiet rispettiva.

(3) Dawn il-valuri permessi tal-listi ta’ kodiċijiet iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stipulati f'dak ir-Regolament u għandhom għalhekk ikunu stipulati f'dak ir-Regolament ukoll.

(4) L-iżvilupp tal-valuri tal-listi ta' kodiċijiet inklużi f'dan ir-Regolament jimxu fuq l-istess prinċipji fir-rigward tar-rekwiżiti tal-utent, materjal referenzjali, politiki jew attivitajiet rilevanti tal-Unjoni, fattibilità u proporzjonalità f'termini tal-kostijiet u l-benefiċċji eventwali, l-involviment u l-konsultazzoni tal-partijiet interessati u standards internazzjonali, kif kienu applikati fl-iżvilupp tal-arranġamenti tekniċi l-oħra stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010.

(5) Ir-Regolament (UE) Nru1089/2010 għandu, għalhekk, ikun emendat għal dawn ir-raġunijiet.

(6) Il-miżuri pprovduti f’dan ir-regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2007/2/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

1. L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'li ġej:

"3. L-innumerazzjonijiet u l-listi ta’ kodiċijiet użati fl-attributi jew ir-rwoli ta’ assoċjazzjoni ta’ tipi ta’ oġġetti spazjali jew tipi ta’ dejta għandhom jikkonformaw mad-definizzjonijiet u jinkludu l-valuri stipulati fl-Anness II. L-innumerazzjoni u l-valuri tal-lista ta’ kodiċijiet huma kodiċijiet mnemoniċi alingwi għall-kompjuters."

(b) il-paragrafu 4 jitħassar.

2. L-Artikolu 6 jiġi emendat kif ġej:

(a) il-paragrafu 1(a) jiġi sostitwit b'li ġej:

"(a) listi ta’ kodiċijiet m’għandhomx ikunu estiżi mill-Istati Membri;"

(b) il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b'li ġej:

"3. Attributi jew rwoli ta’ assoċjazzjoni ta’ tipi ta’ oġġett spazjali jew tipi ta’ dejta li t-tip tagħhom tkun lista ta’ kodiċijiet kif iddefinita fl-Artikolu 6 (1)(a) jistgħu jieħdu valuri biss mil-listi speċifikati għal-lista ta’ kodiċijiet.

Attributi u rwoli ta' assoċjazzjoni ta’ tipi ta’ oġġett spazjali jew tipi ta’ dejta li t-tip tagħha tkun lista ta’ kodiċijiet kif iddefinita fl-Artikolu 6 (1)(b) jistgħu jieħdu valuri biss li jkunu validi skont ir-reġistru li fih tinżamm il-lista ta’ kodiċijiet."

3. L-Anness I jiġi emendat kif stipulat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

4. L-Anness II jiġi emendat kif stipulat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l- 4 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel Barroso

[1] ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1.

[2] ĠU L 323, 8.12.2010,p. 11.

--------------------------------------------------

ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

1. Kull fejn tidher "Din il-lista ta’ kodiċijiet għandha tinżamm f’reġistru ta’ lista komuni ta’ kodiċijiet." għandha tkun sostitwita minn "Din il-lista ta’ kodiċijiet m’għandhiex tkun estiża mill-Istati Membri."

2. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 4.1.

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet ConditionOfFacilityValue

Value | Definizzjoni |

disused | Il-faċilità ma tintużax. |

functional | Il-faċilità hija funzjonali. |

projected | Il-faċilità qed tiġi ppjantata. Il-kostruzzjoni għadha ma nbditx. |

underConstruction | Il-faċilità tinsab fil-fażi tal-kostruzzjoni u għadha mhix funzjonali. Dan japplika biss għall-kostruzzjoni inizjali tal-faċilità u mhux għal xogħol ta’ manutenzjoni. |

3. Il-paragrafi li ġejjin qed jiżdiedu mal-punt 4.2:

"Din il-lista ta’ kodiċijiet m’għandhiex tkun estiża mill-Istati Membri.

Il-valuri permessi għal din il-lista ta’ kodiċijiet huma l-kodiċijiet ta’ żewġ ittri elenkati fil-Gwida tal-Istil Interistituzzjonali ppubblikata mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea."

4. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.3.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet ConnectionTypeValue

Valur | Definizzjoni |

crossBorderConnected | Konnessjoni bejn żewġ elementi ta’ netwerk f’netwerks differenti tal-istess tip, iżda f’żoni maġenb xulxin. L-elementi tan-netwerk b’referenza jirrappreżentaw il-fenomeni differenti iżda spazjalment konnessi tad-dinja reali. |

crossBorderIdentical | Konnessjoni bejn żewġ elementi ta’ netwerk f’netwerks differenti tal-istess tip, iżda f’żoni maġenb xulxin. L-elementi tan-netwerk b’referenza jirrappreżentaw l-istess fenomeni tad-dinja reali. |

intermodal | Konnessjoni bejn żewġ elementi ta’ netwerks f’netwerks differenti ta’ trasport li jużaw mod differenti ta’ trasport. Il-konnessjoni tirrappreżenta possibbiltà għall-midja trasportata (nies, oġġetti, eċċ) li jibdlu minn mod ta’ trasport għal ieħor. |

5. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.3.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet LinkDirectionValue

Valur | Definizzjoni |

bothDirections | Fiż-żewġ direzzjonijiet. |

inDirection | Fid-direzzjoni tal-link. |

inOppositeDirection | Fid-direzzjoni opposta tal-link. |

--------------------------------------------------

ANNESS II

L-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 1089/2010 huwa emendat kif ġej:

1. Kull fejn tidher "Din il-lista ta’ kodiċijiet għandha tinżamm f’reġistru ta’ lista komuni ta’ kodiċijiet." għandha tkun sostitwita minn "Din il-lista ta’ kodiċijiet m’għandhiex tkun estiża mill-Istati Membri."

2. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 3.3.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet GrammaticalGenderValue

Valur | Definizzjoni |

common | Ġeneru grammatikali "komuni" ("maskil" u "femminil" jingħaqdu). |

feminine | Il-ġeneru grammatikali femminili. |

masculine | Il-ġeneru grammatikali maskili. |

neuter | Il-ġeneru grammatikal newtru. |

3. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 3.3.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet GrammaticalNumberValue

Valur | Definizzjoni |

dual | In-numru grammatikali doppju. |

plural | In-numru grammatikali plurali. |

singular | In-numru grammatikali singulari. |

4. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 3.3.3:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet NameStatusValue

Valur | Definizzjoni |

historical | Isem storiku mhux f’użu kurrenti. |

official | Isem f’użu kurrenti u approvat uffiċjalment jew stabbilit mill-liġi. |

other | Isem kurrenti, iżda mhux uffiċjali u lanqas approvat. |

standardised | Isem f’użu kurrenti u aċċettat u rrakkomandat minn korp assenjat b’funzjoni ta’ konsulenza u/jew b’setgħa li jieħu deċiżjonijiet f’materji ta’ toponomija. |

5. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 3.3.4:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet NamedPlaceTypeValue

Valur | Definizzjoni |

administrativeUnit | Unitajiet ta’ amministrazzjoni, żoni diviżorji fejn l-Istati Membri għandhom u/jew jeżerċitaw drittijiet ġuriżdizzjonali għal governanza lokali, reġjonali u nazzjonali, mifrudin b’konfini amministrattivi. |

building | Il-lok ġeografiku tal-binjiet. |

hydrography | Elementi idrografiċi, inklużi żoni tal-baħar u l-korpi tal-ilma l-oħra kollha u oġġetti relatati magħhom, inklużi baċiri ta’ xmajjar u baċiri sekondarji. |

landcover | Kopertura fiżika u bijoloġika tas-superfiċe tad-dinja, inklużi superfiċi artifiċjali, żoni agrikoli, foresti, żoni (semi-)naturali, artijiet mistgħadra. |

landform | Karatteristika ġeomorfoloġika ta’ terren. |

other | Oġġett spazjali mhux inkluż fit-tipi l-oħra tal-lista ta’ kodiċijiet. |

populatedPlace | Post abitat min-nies. |

protectedSite | Żona deżinjata jew ġestita f’qafas ta’ leġiżlazzjoni internazzjonali, Komunitarja jew tal-Istati Membri għall-ksib ta’ objettivi speċifiċi ta’ konservazzjoni. |

transportNetwork | Netwerks ta’ trasport stradali, ferrovjarju, bl-ajru, bl-ilma u bil-kablaġġ u infrastruttura relatata. Jinkludu konnessjonijiet ma’ netwerks differenti. |

6. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 3.3.5:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet NativenessValue

Valur | Definizzjoni |

endonym | Isem għal karatteristika ġeografika f'lingwa uffiċjali jew stabbilita sew li jkollha dik iż-żona fejn tkun tinsab dik il-karatteristika. |

exonym | Isem użat f’lingwa speċifika għal karatteristika ġeografika li tkun tinsab barra miż-żona fejn dik il-lingwa tkun mitkellma ħafna, u differenti fl-għamla mill-endonimu/i rispettiv/i fiż-żona fejn il-karatteristika ġeografika tkun tinsab. |

7. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 4.4.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AdministrativeHierarchyLevel

Valur | Definizzjoni |

1stOrder | L-ogħla livell fil-gerarkija amministrattiva nazzjonali (livell ta’ pajjiż). |

2ndOrder | It-tieni livell (2) fil-ġerarkija amministrattiva nazzjonali. |

3rdOrder | It-tielet livell (3) fil-ġerarkija amministrattiva nazzjonali. |

4thOrder | Ir-raba’ livell (4) fil-ġerarkija amministrattiva nazzjonali. |

5thOrder | Il-ħames livell (5) fil-ġerarkija amministrattiva nazzjonali. |

6thOrder | Is-sitt livell (6) fil-ġerarkija amministrattiva nazzjonali. |

8. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.4.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet GeometryMethodValue

Valur | Definizzjoni |

byAdministrator | Deċiż u rreġistrat manwalment mill-korp uffiċjali responsabbli għall-allokazzjoni ta’ indirizzi jew mill-kustodju tas-settijiet tad-dejta. |

byOtherParty | Deċiż u rreġistrat manwalment minn parti oħra. |

fromFeature | Derivat awtomatikament minn oġġett spazjali ieħor ta’ INSPIRE li jkun relatat mal-indirizz jew mal-komponent tal-indirizz. |

9. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.4.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet GeometrySpecificationValue

Valur | Definizzjoni |

addressArea | Pożizzjoni derivata mill-żona tal-indirizzi relatata. |

adminUnit1stOrder | Pożizzjoni derivata mill-unità amministrattiva relatata tal-ewwel ordni (1). |

adminUnit2ndOrder | Pożizzjoni derivata mill-unità amministrattiva relatata tat-tieni ordni (2). |

adminUnit3rdOrder | Pożizzjoni derivata mill-unità amministrattiva relatata tat-tielet ordni (3). |

adminUnit4thOrder | Pożizzjoni derivata mill-unità amministrattiva relatata tar-raba’ ordni (4). |

adminUnit5thOrder | Pożizzjoni derivata mill-unità amministrattiva relatata tal-ħames ordni (5). |

adminUnit6thOrder | Pożizzjoni derivata mill-unità amministrattiva relatata tas-sitt ordni (6). |

building | Pożizzjoni bil-għan li jkun identifikat il-bini relatat. |

entrance | Pożizzjoni bil-għan li jkun identifikat il-bieb jew il-kanċell ta’ dħul. |

parcel | Pożizzjoni bil-għan li jkun identifikat il-ħabel art relatat. |

postalDelivery | Pożizzjoni bil-għan li jkun identifikat punt ta’ konsenja postali. |

postalDescriptor | Pożizzjoni derivata miż-żona postali relatata. |

segment | Pożizzjoni derivata mis-segment relatat ta’ triq. |

thoroughfareAccess | Pożizzjoni bil-għan li jkun identifikat il-punt ta’ aċċess mit-triq. |

utilityService | Pożizzjoni bil-għan li jkun identifikat il-punt ta’ servizz ta’ utilità. |

10. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.4.3:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet LocatorDesignatorTypeValue

Valur | Definizzjoni |

addressIdentifierGeneral | Identifikatur ta’ indirizz magħmul minn numri u/jew karattri. |

addressNumber | Identifikatur ta’ indirizz magħmul biss minn numri. |

addressNumber2ndExtension | It-tieni estensjoni tan-numru tal-indirizz. |

addressNumberExtension | Estensjoni tan-numru tal-indirizz. |

buildingIdentifier | Identifikatur ta’ bini magħmul minn numri u/jew karattri. |

buildingIdentifierPrefix | Prefiss għan-numru tal-binja. |

cornerAddress1stIdentifier | Identifikatur ta’ indirizz relatat mal-isem tat-triq primarja f’indirizz f’kantuniera. |

cornerAddress2ndIdentifier | Identifikatur ta’ indirizz relatat mal-isem tat-triq sekondarja f’indirizz f’kantuniera. |

entranceDoorIdentifier | Identifikatur għal bieb tad-dħul, kanċell tad-dħul jew daħla mgħottija. |

floorIdentifier | Identifikatur ta’ sular jew ta’ livell f’binja. |

kilometrePoint | Marka fi triq li n-numru tagħha jidentifika d-distanza eżistenti bejn il-punt ta’ oriġini tat-triq u dik il-marka, imkejla tul it-triq. |

postalDeliveryIdentifier | Identifikatur ta’ punt ta’ konsenja postali. |

staircaseIdentifier | Identifikatur ta’ taraġ, ġeneralment ġewwa bini. |

unitIdentifier | Identifikatur ta’ bieb, abitazzjoni, suite jew kamra f’binja. |

11. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.4.4:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet LocatorLevelValue

Valur | Definizzjoni |

accessLevel | Il-lokalizzatur jidentifika aċċess speċifiku għal plott ta’ art, binja jew ħaġa simili bl-użu ta’ numru ta’ dħul jew identifikatur simili. |

postalDeliveryPoint | Il-lokalizzatur jidentifika punt ta’ konsenja postali. |

siteLevel | Il-lokalizzatur jidentifika plott speċifiku ta’ art, binja jew proprjetà simili bl-użu ta’ numru ta’ indirizz, numru tal-binja, isem tal-binja jew proprjetà. |

unitLevel | Il-lokalizzatur jidentifika parti speċifika ta’ binja. |

12. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.4.5:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet LocatorNameTypeValue

Valur | Definizzjoni |

buildingName | Isem ta’ binja jew parti ta’ binja. |

descriptiveLocator | Deskrizzjoni narrattiva, testwali tal-lok jew tal-oġġett indirizzabbli. |

roomName | Identifikatur ta’ abitazzjoni, suite jew kamra f’binja. |

siteName | Isem ta’ proprjetà immobbli, kumpless jew sit ta’ bini. |

13. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.4.6:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet PartTypeValue

Valur | Definizzjoni |

name | Il-parti tal-isem tikkostitwixxi l-qofol jew l-għerq tal-isem tat-triq. |

namePrefix | Il-parti tal-isem tintuża biex tifred kelmiet konnessi mingħajr ma tagħżel is-sinifikat mill-qofol tal-isem tat-triq. |

qualifier | Il-parti tal-isem tikkwalifika l-isem tat-triq. |

type | Il-parti tal-isem tindika l-kategorija jew it-tip ta’ triq. |

14. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 5.4.7:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet StatusValue

Valur | Definizzjoni |

alternative | Indirizz jew komponent ta’ indirizz f’użu komuni iżda differenti mill-indirizz prinċipali, jew komponent ta’ indirizz kif determinat mill-korp uffiċjali responsabbli mill-allokazzjoni tal-indirizzi jew mill-kustodju tas-sett tad-dejta. |

current | Indirizz kurrenti u validu jew komponent ta’ indirizz skont il-korp uffiċjali responsabbli mill-allokazzjoni tal-indirizzi jew li jitqies mill-kustodju tas-sett tad-dejta bħala l-indirizz użat l-aktar xieraq u komuni. |

proposed | Indirizz jew komponent ta’ indirizz li jkun għad jonqsu l-approvazzjoni mill-kustodju tas-sett tad-dejta jew mill-korp uffiċjali responsabbli għall-allokazzjoni tal-indirizzi. |

reserved | Indirizz jew komponent ta’ indirizz approvat mill-korp uffiċjali responsabbli għall-allokazzjoni tal-indirizzi jew mill-kustodju tas-sett tad-dejta, iżda li jkun għad jonqsu jiġi implimentat. |

retired | Indirizz jew komponent ta’ indirizz li ma jkunx jintuża aktar jew li jkun tneħħa mill-korp uffiċjali responsabbli għall-allokazzjoni ta’ indirizzi jew mill-kustodju tas-sett tad-dejta. |

15. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 6.2.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet CadastralZoningLevelValue

Valur | Definizzjoni |

1stOrder | L-ogħla livell (l-akbar żoni) fil-ġerarkija tat-tqassim katastali f'żoni, ugwali jew ekwivalenti għal muniċipalitajiet. |

2ndOrder | It-tieni livell fil-ġerarkija tat-tqassim katastali f'żoni. |

3rdOrder | It-tielet livell fil-ġerarkija tat-tqassim katastali f'żoni. |

16. Il-paragrafi li ġejjin qed jiżdiedu mal-punt 7.1:

- "— "Navigazzjoni ta’ Żona (RNAV)" tfisser metodu ta’ navigazzjoni li jippermetti l-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru f’kull passaġġ mixtieq ta’ titjira kif kopert mill-għajnuniet għan-navigazzjoni b'referenzjar ta’ stazzjon jew fil-limiti tal-kapaċità ta’ għajnuniet awtonomi, jew b’taħlita tat-tnejn,

- — "Navigazzjoni TACAN" tfisser metodu ta’ navigazzjoni li jippermetti l-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru f’kull passaġġ ta’ titjira mixtieq kif kopert mill-għajnuniet għan-navigazzjoni ta’ Fanal tan-Navigazzjoni Ajrutattika (TACAN) b'referenzjar ta’ stazzjon."

17. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.3.3.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AccessRestrictionValue

Valur | Definizzjoni |

forbiddenLegally | Aċċess għall-element tat-trasport huwa pprojbit mil-liġi. |

physicallyImpossible | Aċċess għall-element tat-trasport huwa fiżikament impossibbli minħabba l-preżenza ta’ barrieri jew ostakli fiżiċi oħra. |

private | Aċċess għall-element tat-trasport huwa ristrett minħabba li jkun ta’ prorjetà privata. |

publicAccess | l-element tat-trasport ikun miftuħ għal aċċess pubbliku. |

seasonal | Aċċess għall-element tat-trasport jiddependi mill-istaġuni. |

toll | Aċċess għall-element tat-trasport huwa suġġett għal tariffa. |

18. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.3.3.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RestrictionTypeValue

Valur | Definizzjoni |

maximumDoubleAxleWeight | Il-piż massimu għal kull fus doppju ta’ vettura permess f’element ta’ trasport. |

maximumDraught | Il-kurrent tal-arja ta’ vettura permess f’element ta’ trasport. |

maximumFlightLevel | Il-livell massimu ta’ titjira permess għall-vettura f’element ta’ trasport. |

maximumHeight | L-għoli massimu ta’ vettura li tista’ tgħaddi minn taħt oġġett ieħor. |

maximumLength | It-tul massimu ta’ vettura permess f’element ta’ trasport. |

maximumSingleAxleWeight | Il-piż massimu għal kull fus singolu ta’ vettura permess f’element ta’ trasport. |

maximumTotalWeight | Il-piż totali massimu ta’ vettura permess f’element ta’ trasport. |

maximumTripleAxleWeight | Il-piż massimu għal kull fus triplu ta’ vettura permess f’element ta’ trasport. |

maximumWidth | Il-wisa’ massima ta’ vettura permessa f’element ta’ transport. |

minimumFlightLevel | Il-livell minimu ta’ titjira permess għal vettura f’element ta’ trasport. |

19. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AerodromeCategoryValue

Valur | Definizzjoni |

domesticNational | Ajrudrom li jaqdi servizzi domestiċi tat-traffiku tal-ajru nazzjonali. |

domesticRegional | Ajrudrom li jaqdi servizzi domestiċi tat-traffiku tal-ajru reġjonali. |

international | Ajrudrom li jaqdi servizzi internazzjonali tat-traffiku tal-ajru. |

20. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AerodromeTypeValue

Valur | Definizzjoni |

aerodromeHeliport | Ajrudrom b’żona tal-inżul għall-ħeliport. |

aerodromeOnly | Ajrudrom biss. |

heliportOnly | Ħeliport biss. |

landingSite | Sit tal-inżul. |

21. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.3:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AirRouteLinkClassValue

Valur | Definizzjoni |

conventional | Rotta ta’ navigazzjoni konvenzjonali: Rotta tal-ajru li la tuża Navigazzjoni ta' Żona u lanqas navigazzjoni TACAN għal servizzi ta’ traffiku tal-ajru. |

RNAV | Rotta ta’ Navigazzjoni ta' Żona: Rotta tal-arja li tuża Navigazzjoni ta' Żona (RNAV) għal servizzi ta’ traffiku tal-ajru. |

TACAN | Rotta TACAN: Rotta tal-ajru li tuża Navigazzjoni TACAN għal servizzi ta’ traffiku tal-ajru. |

22. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.4:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AirRouteTypeValue

Valur | Definizzjoni |

ATS | Rotta ATS kif deskritta fl-Anness 11 ta’ ICAO. |

NAT | Binarji tal-Atlantiku tal-Punent (parti mis-Sistema Organizzata ta’ Binarji). |

23. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.5:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AirUseRestrictionValue

Valur | Definizzjoni |

reservedForMilitary | L-oġġett tan-netwerk tal-ajru huwa esklussivament għal użu militari. |

temporalRestrictions | Ir-restrizzjonijiet temporali japplikaw għall-użu tal-oġġett tan-netwerk tal-ajru. |

24. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.6:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AirspaceAreaTypeValue

Valur | Definizzjoni |

ATZ | Airport Traffic Zone (Żona tat-Traffiku tal-Ajruport). Spazju tal-ajru ta’ dimensjonijiet definiti stabbiliti madwar ajruport għall-protezzjoni tat-traffiku tal-ajruport. |

CTA | Erja ta’ kontroll (Control area). Spazju tal-ajru kontrollat li jestendi ’l fuq minn limitu speċifiku ’l fuq mid-dinja. |

CTR | Żona ta’ kontroll (Control zone). Spazju tal-ajru kontrollat li jestendi ’l fuq minn wiċċ id-dinja għal limitu speċifiku ogħla. |

D | Żona ta’ periklu (Danger area). Spazju tal-ajru ta’ specifikazzjonijiet definiti li fih jista’ jkun hemm attivitajiet ta’ periklu għat-titjir ta’ inġenji tal-ajru f’ħinijiet speċifikati. |

FIR | Reġjun ta’ informazzjoni dwar titjir (Flight information region). Spazju tal-ajru ta’ dimensjonijiet definiti li fih jingħataw servizz ta’ informazzjoni dwar titjiriet u servizz ta’ twissijiet. Jista’, pereżempju, jintuża jekk servizz jingħata minn aktar minn unità waħda. |

P | Żona projbita (Prohibited area). Spazju tal-ajru ta’ dimensjonijiet definiti, ’il fuq mill-żoni ta’ art jew ibħra territorjali ta’ Stat, li fih it-titjir ta’ inġenji tal-ajru jkun pprojbit. |

R | Żona ristretta (Restricted area). Spazju tal-ajru ta’ dimensjonijiet definiti, ’il fuq mill-żoni ta’ art jew ibħra territorjali ta’ Stat, li fih it-titjir ta’ inġenji tal-ajru jkun ristrett skont ċerti kondizzjonijiet speċifikati. |

TMA | Żona ta’ kontroll tat-terminal (Terminal control area). Żona ta’ kontroll ġeneralment stabbilita fejn jiltaqgħu rotot ATS qrib ajrudrom kbir wieħed jew aktar. Użata l-aktar fl-Ewropa skont il-kunċett tal-Użu Flessibbli tal-Ispazju tal-Ajru. |

UIR | Reġjun ogħla ta’ informazzjoni dwar titjir (Upper flight information region (UIR)). Spazju tal-ajru ogħla ta’ dimensjonijiet definiti li fih jingħataw servizz ta’ informazzjoni dwar titjiriet u servizz ta’ twissija. Kull Stat jiddetermina d-definizzjonijiet tiegħu għal spazju tal-ajru ogħla. |

25. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.7:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet NavaidTypeValue

Valur | Definizzjoni |

DME | Tagħmir li Jkejjel id-Distanza (Distance Measuring Equipment). |

ILS | Sistema ta’ Nżul bl-Istrumenti (Instrument Landing System). |

ILS-DME | ILS b’DME kollokat. |

LOC | Lokalizzatur (Localizer). |

LOC-DME | LOC u DME kollokat. |

MKR | Sinjal Markatur (Marker Beacon). |

MLS | Sistema ta’ Nżul b'Microwaves (Microwave Landing System). |

MLS-DME | MLS b’DME kollokat. |

NDB | Sinjal Nondirezzjonali bir-Radju (Non-Directional Radio Beacon). |

NDB-DME | NDB u DME kollokati. |

NDB-MKR | Sinjal Nondirezzjonali bir-Radju u Sinjal Markatur. |

TACAN | Sinjal għan-Navigazzjoni Ajrutattika (Tactical Air Navigation Beacon). |

TLS | Sistema Transponder ta’ Nżul Transponder Landing System) |

VOR | Sinjal tar-Radju Omnidirezzjonali VHF (VHF Omnidirectional Radio Range). |

VOR-DME | VOR u DME kollokati. |

VORTAC | VOR u TACAN kollokati. |

26. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.8:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet PointRoleValue

Valur | Definizzjoni |

end | Tarf fiżiku ta’ direzzjoni ta’ runway. |

mid | Il-punt tan-nofs ta’ runway. |

start | Il-bidu fiżiku ta’ direzzjoni ta’ runway. |

threshold | Il-bidu ta’ din il-porzjon tar-runway li jista' jintuża għall-inżul. |

27. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.9:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RunwayTypeValue

Valur | Definizzjoni |

FATO | Żona ta’ Approċċ Finali u Tluq mill-Art (Final Approach and Take Off Area) għall-ħelikopters. |

runway | Runway għall-ajruplani. |

28. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.4.2.10:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet SurfaceCompositionValue

Valur | Definizzjoni |

asphalt | Wiċċ magħmul minn saff ta’ asfalt. |

concrete | Wiċċ magħmul minn saff tal-konkos. |

grass | Wiċċ li jikkonsisti minn minn saff tal-ħaxix. |

29. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.5.2.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet CablewayTypeValue

Valur | Definizzjoni |

cabinCableCar | Trasport b’kablaġġ li l-vetturi tiegħu jkunu jikkonsistu minn kabina sospiża għall-ġarr ta’ gruppi ta’ nies u/jew prodotti minn lok wieħed għal ieħor. |

chairLift | Trasport b’kablaġġ li l-vetturi tiegħu jikkonsistu minn siġġijiet imdendlin għall-ġarr ta’ individwi jew gruppi ta’ nies minn lok wieħed għal ieħor permezz ta’ kejbil tal-azzar jew ħabel li jkunu marbutin ingassa madwar żewġ ponot. |

skiTow | Trasport b’kablaġġ biex jinġibdu 'l fuq ta’ inklinazzjoni skiers u snowborders. |

30. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.6.3.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet FormOfRailwayNodeValue

Valur | Definizzjoni |

junction | Nodu ferrovjarju fejn in-netwerk ferrovjarju jkollu mekkaniżmu li jikkonsisti f’linja ferrovjarja b’żewġ binarji mobbli u l-konnessjonijiet meħtieġa, li jħallu lil vetturi jduru minn binarju għal ieħor. |

levelCrossing | Nodu ferrovjarju fejn in-netwerk ferrovjarju jinqasam minn triq fl-istess livell. |

pseudoNode | Nodu ferrovjarju li jirrappreżenta punt fejn attribut wieħed jew aktar tal-links ferrovjarji konnessi miegħu jbiddlu l-valur tagħhom, jew punt meħtieġ biex jiddeskrivi l-ġeometrija tan-netwerk. |

railwayEnd | Link ferrovjarja waħda biss tikkonnettja man-nodu ferrovjarju. Tfisser it-tarf ta’ linja ferrovjarja. |

railwayStop | Post fit-netwerk ferrovjarju fejn trenijiet jieqfu għall-ħatt/għat-tagħbija ta’ merkanzija jew biex passiġġieri jitħallew jinżlu mill-ferrovija jew jitilgħu fiha. |

31. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.6.3.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RailwayTypeValue

Valur | Definizzjoni |

cogRailway | Trasport ferrovjarju li jippermetti lil vetturi jaħdmu fuq xaqlibiet weqfin, li jikkonsisti f’linja ferrovjarja li jkollu linja ta’ ingranaġġ bis-snien (normalment bejn linji paralleli) fejn vetturi jintramaw b’rota ta’ ingranaġġ waħda jew aktar jew b’roti oħra iżgħar ta’ ingranaġġ li l-gerijiet tagħhom ikunu jaqblu ma’ din il-linja bl-ingranaġġ. |

funicular | Trasport ferrovjarju li jikkonsisti f’kejbil imwaħħal ma’ vettura fuq linji li jmexxieha ’l fuq u ’l isfel f’telgħa wieqfa ħafna. Fejn ikun possibbli l-vetturi telgħin u niżlin jibbilanċjaw lil xulxin. |

magneticLevitation | Trasport ferrovjarju bbażat fuq linja ferrovjarja waħda li sservi bħala direzzjoni gwida għal vettura u tgħinha lill-vettura permezz ta’ mekkaniżmu ta’ levitazzjoni manjetika. |

metro | Sistema ta’ trasport ferrovjarju urban użata f’żoni urbani kbar, li timxi fuq linja separata minn sistemi oħra ta’ trasport, normalment titħaddem b’enerġija elettrika u f’xi każijiet taħdem taħt l-art. |

monorail | Trasport ferrovjarju ibbażat fuq linja waħda li sservi biss kemm ta’ għajnuna kif ukoll ta’ direzzjoni gwida għaliha stesss. |

suspendedRail | Trasport ferrovjarju ibbażat fuq linja waħda, li sservi kemm ta’ għajnuna kif ukoll ta’ direzzjoni gwida, li minnha tiddendel vettura biex timxi tul linja ferrovjarja. |

train | Trasport ferrovjarju li s-soltu jikkonsisti f’żewġ linji paralleli li fuqhom vettura mekkanizzata jew makna ta’ ferrovija jiġbdu serje ta’ vetturi biex jitmexxew tul linja ferrovjarja għall-ġarr ta’ merkanzija jew passiġġieri minn destinazzjoni għal oħra. |

tramway | Sistema ta’ trasport ferrovjarju użata f’żoni urbani, li sikwit tgħaddi minn livelli tat-triq, u taqsam l-ispazju tat-triq mat-traffiku ta’ vetturi u nies bil-pass. Linji tat-tram normalment jitħaddmu bl-elettriċità. |

32. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.6.3.3:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RailwayUseValue

Valur | Definizzjoni |

cargo | L-użu ferrovjarju huwa esklussivament għal operazzjonijiet merkantili. |

carShuttle | L-użu ferrovjarju huwa esklussivament għal trasport ta’ vetturi. |

mixed | L-użu ferrovjarju mħallat. Jintuża għat-trasport ta’ passiġġieri u merkantili. |

passengers | L-użu ferrovjarju huwa esklussivament għat-trasport ta’ passiġġieri. |

33. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet AreaConditionValue

Valur | Definizzjoni |

inNationalPark | Restrizzjoni tal-limitu tal-veloċità f’park nazzjonali. |

insideCities | Restrizzjoni tal-limitu tal-veloċità f’ibliet. |

nearRailroadCrossing | Restrizzjoni tal-limitu tal-veloċità qrib qsim bejn linja ferrovjarja u triq. |

nearSchool | Restrizzjoni tal-limitu tal-veloċità qrib skola. |

outsideCities | Restrizzjoni tal-limitu tal-veloċità barra mill-ibliet. |

trafficCalmingArea | Restrizzjoni tal-limitu tal-veloċità f’żona għall-moderazzjoni tat-traffiku. |

34. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet FormOfRoadNodeValue

Valur | Definizzjoni |

enclosedTrafficArea | In-nodu tat-triq jinsab ġewwa u/jew jirrappreżenta żona tat-traffiku magħluqa. Żona tat-traffiku hija żona b’ebda struttura interna ta’ direzzjonijiet tas-sewqan definiti legalment. Mill-anqas żewġ triqat ikunu konnessi maż-żona. |

junction | Nodu tat-toroq fejn jingħaqdu tliet links tat-toroq jew aktar. |

levelCrossing | Nodu tat-triq fejn in-netwerk tat-toroq jinqasam minn ferrovija fl-istess livell. |

pseudoNode | Żewġ links tat-toroq jingħaqdu eżatt man-nodu tat-triq. |

roadEnd | Link tat-toroq waħda biss tingħaqad man-nodu tat-triq. Tfisser it-tarf ta’ triq. |

roadServiceArea | Wiċċ anness ma’ triq u maħsub biex joffri servizzi partikulari għaliha. |

roundabout | In-nodu tat-triq jirrappreżenta jew ikun jagħmel parti minn roundabout. Roundabout hija triq li tifforma ċirku li madwaru jitħalla jgħaddi traffiku li jkun sejjer f’direzzjoni waħda biss. |

trafficSquare | In-nodu tat-triq ikun jinsab ġewwa u/jew jirrappreżenta pjazza għat-traffiku. Pjazza għat-traffiku hija żona magħluqa (parzjalment) minn triqat li tintuża għall-għanijiet mhux tat-traffiku u li ma tkunx roundabout. |

35. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.3:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet FormOfWayValue

Valur | Definizzjoni |

bicycleRoad | Triq fejn il-biċikletti jkunu l-uniċi vetturi li jistgħu jitħallew fiha. |

dualCarriageway | Triq b’karreġġjati fiżikament separati irrispettivament mill-għadd ta’ korsiji, li ma tkunx awtostrada jew triq bil-karatteristiċi ta’ awtostrada. |

enclosedTrafficArea | Żona mingħajr struttura interna ta’ direzzjonijiet ta’ sewqan legalment definiti. Mill-anqas żewġ toroq ikunu magħqudin ma’ din iż-żona. |

entranceOrExitCarPark | Triq imfassla speċjalment għal dħul u ħruġ f’żona ta’ parkeġġ. |

entranceOrExitService | Triq użata biss għal dħul jew ħruġ minn servizz. |

freeway | Triq mingħajr qsim f’livell wieħed ma’ toroq oħra. |

motorway | Triq li għaliha ġeneralment japplikaw regolamenti dwar dħul u użu. Ikollha żewġ karreġġjati jew aktar separati l-aktar fiżikament u mingħajr ebda qsim fl-istess livell. |

pedestrianZone | Żona b’netwerk ta’ toroq imfasslin l-aktar għall-użu pedonali. |

roundabout | Triq li tifforma ċirku li madwaru jitħalla jgħaddi traffiku li jkun sejjer f’direzzjoni waħda biss. |

serviceRoad | Triq li tkun parallela ma’ triq u maħsuba biex tgħaqqad triq b’funzjoni relattivament għolja ta’ konnettività ma' toroq b’funzjoni baxxa ta’ konnettività. |

singleCarriageway | Triq fejn it-traffiku ma jkunx separat minn kwalunkwe oġġett fiżiku. |

slipRoad | Triq imfassla l-aktar għal dħul jew ħruġ minn triq |

tractorRoad | Triq irranġata li tista’ tintuża biss minn trattur (vettura tal-farm jew makna tal-foresti) jew minn vettura tal-art (vettura bi qtugħ ogħla mill-art, roti kbar u bl-erba’ roti mekkanizzati (4-wheel drive)). |

trafficSquare | Żona magħluqa (parzjalment) minn triqat li tintuża għal għanijiet mhux ta’ traffiku u li ma tkunx roundabout. |

walkway | Triq riżervata għal użu pedonali u magħluqa b’barriera fiżika għall-użu regolari mill-vetturi. |

36. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.4:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RoadPartValue

Valur | Definizzjoni |

carriageway | Il-parti ta’ triq li tkun riżervata għat-traffiku. |

pavedSurface | Il-parti tat-triq li tkun pavimentata. |

37. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.5:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RoadServiceTypeValue

Valur | Definizzjoni |

busStation | Is-servizz tat-triq huwa bus stop. |

parking | Iż-żona tas-servizz tat-triq hija faċilità ta’ parkeġġ. |

restArea | Is-servizz tat-triq huwa żona ta’ mistrieħ. |

toll | Żona li tipprovdi servizzi ta’ tariffi bħal emittenti tal-biljetti jew jiġbor il-ħlas ta’ tariffi. |

38. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.6:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RoadSurfaceCategoryValue

Valur | Definizzjoni |

paved | Triq b’wiċċ pavimentat iebes. |

unpaved | Triq mhux pavimentata. |

39. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.7:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet ServiceFacilityValue

Valur | Definizzjoni |

drinks | Xorb huwa disponibbli. |

food | Ikel huwa disponibbli. |

fuel | Fjuwil huwa disponibbli. |

picnicArea | Hemm żona tal-piknik. |

playground | Hemm żona tal-playground. |

shop | Hemm ħanut. |

toilets | Hemm tojlets. |

40. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.8:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet SpeedLimitSourceValue

Valur | Definizzjoni |

fixedTrafficSign | Sors huwa sinjal fiss tat-traffiku (ordni amministrattiva spċeċifika għal sit, limitu ta’ veloċità speċifikat). |

regulation | Sors huwa regolament (regolament nazzjonali jew "limitu impliċitu ta’ veloċità"). |

variableTrafficSign | Sors huwa sinjal varjabbli tat-traffiku. |

41. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.9:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet VehicleTypeValue

Valur | Definizzjoni |

allVehicle | Kull vettura, mhux inkluż nies bil-pass. |

bicycle | Vettura b’żewġ roti misjuqa bil-pedali. |

carWithTrailer | Karozza għall-passiġġieri b'karru mwaħħal magħha. |

deliveryTruck | Vettura trakk ta’ qies relattivament żgħir, li l-użu ewlieni tagħha jkun il-konsenja ta’ oġġetti u materjalli. |

emergencyVehicle | Vettura għal użu għal sejħa ta’ emerġenza, inkluża iżda mhux biss tal-pulizija, ambulanza u għat-tifi tan-nar. |

employeeVehicle | Vettura mħaddma minn impjegat ta’ organizzazzjoni li tintuża skont il-proċeduri ta’ dik l-organizzazzjoni. |

facilityVehicle | Vettura mogħtija għal żona lokalizzata f’qasam immobiljari privat jew ristrett. |

farmVehicle | Vettura komunement assoċjata ma’ attivitajiet ta’ biedja. |

highOccupancyVehicle | Vettura li fiha joqogħdu għadd ta’ nies li jkun jaqbel mal-għadd minimu speċifikat ta’ passiġġieri (jew li jkun jaqbżu). |

lightRail | Vettura ta’ trasport bħal tren limitata għal netwerk ferrovjarju f’żona limitata. |

mailVehicle | Vettura li tiġbor, iġġorr jew twassal il-posta. |

militaryVehicle | Vettura awtorizzata minn awtorità militari. |

moped | Vettura b’żewġ jew tliet roti mgħammra b’makna ta’ kombustjoni interna, ta’ qies anqas minn 50 cc u ta’ veloċità massima li ma taqbiżx il-45 km/h (28 mph). |

motorcycle | Vettura b’żewġ jew tliet roti mgħammra b’makna ta’ kombustjoni interna, ta’ qies anqas minn 50 cc u ta’ veloċità massima li taqbeż il-45 km/h (28 mph). |

passengerCar | Vettura żgħira mfassla għal trasport privat tan-nies. |

pedestrian | Persuna bil-pass. |

privateBus | Vettura mfassla għat-trasport ta’ gruppi kbar ta’ nies, ta’ proprjetà privata jew mikrija. |

publicBus | Vettura mfassla għat-trasport ta’ gruppi kbar ta’ nies li ġeneralment tkun ikkaratterizzata minn rotot u skedi ppubblikati. |

residentialVehicle | Vettura li s-sid tagħha jkun residenti (jew mistieden) fi triq partikulari jew żona f'belt. |

schoolBus | Vettura mħaddma f’isem skola għat-trasport ta’ studenti. |

snowChainEquippedVehicle | Kull vettura mgħammra bi ktajjen għall-borra. |

tanker | Trakk b’aktar minn żewġ fusijiet użat għall-ġarr ta’ tagħbijiet likwidi jew gass bil-massa. |

taxi | Vettura liċenzjata għall-kiri, normalment mgħammra b’arloġġ. |

transportTruck | Vettura trakk għall-ġarr ta’ oġġetti fit-tul. |

trolleyBus | Vettura qisha xarabank għat-trasport tal-massa mqabbda ma’ netwerk elettriku għall-provvista ta’ enerġija. |

vehicleForDisabledPerson | Vettura li jkollha identifikazzjoni li turi li tkun magħmula għal persuni b’diżabilità. |

vehicleWithExplosiveLoad | Vettura għall-ġarr ta’ tagħbija ta’ merkanzija ta’ esplossivi. |

vehicleWithOtherDangerousLoad | Vettura għall-ġarr ta’ tagħbija ta’ merkanzija perikoluża, barra minn tagħbijiet ta’ esplossivi u kontaminanti tal-ilma. |

vehicleWithWaterPollutingLoad | Vettura għall-ġarr ta’ tagħbija ta’ merkanzija ta’ kontaminanti tal-ilma. |

42. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.7.3.10:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet WeatherConditionValue

Valur | Definizzjoni |

fog | Il-veloċità tapplika meta jkun iċ-ċpar. |

ice | Il-veloċità tapplika meta jkun hemm is-silġ. |

rain | Il-veloċità tapplika meta tkun ix-xita. |

smog | Il-veloċità tapplika meta jkun hemm ċertu ammont ta’ smog. |

snow | Il-veloċità tapplika meta jkun hemm il-borra. |

43. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.8.3.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet FerryUseValue

Valur | Definizzjoni |

cars | Feri li gġorr karozzi. |

other | Feri li gġorr għamliet oħra ta’ trasport barra minn tal-passiġġieri, karozzi, trakkijiet jew treni. |

passengers | Feri li gġorr passiġġieri. |

train | Feri li gġorr treni. |

trucks | Feri li gġorr trakkijiet. |

44. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 7.8.3.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet FormOfWaterwayNodeValue

Valur | Definizzjoni |

junctionFork | Elementi ta’ infrastruttura fejn il-fluss tat-traffiku ta’ bastimenti jaqsam fluss jew punti oħra ta’ traffiku fejn flussi ta’ traffiku ta’ bastimenti jinfirdu jew jiltaqgħu. |

lockComplex | Magħlaq jew gruppi ta’ mgħalaq, maħsubin biex jittellgħu u jitniżżlu dgħajjes bejn meded ta’ ilma ta’ livelli differenti fi xmajjar u f’passaġġi tal-ilma. |

movableBridge | Pont li jista’ jittella’ jew jiddawwar biex jitħallew jgħaddu l-vapuri. |

shipLift | Makna għall-ġarr ta’ dgħajjes bejn korpi ta’ ilma f’żewġ elevazzjonijiet differenti, li tintuża minflok mgħalaq ta’ kanali. |

waterTerminal | Il-lok fejn isir trażbord ta’ oġġetti. |

turningBasin | Post fejn kanal jew passaġġ dejjaq tal-ilma jitwessgħu biex jitħallew iduru dgħajjes. |

45. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 8.4.2.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet HydroNodeCategoryValue

Valur | Definizzjoni |

boundary | Nodu użat biex jingħaqdu netwerks differenti. |

flowConstriction | Nodu ta’ netwerk li ma jkunx relatat mat-topoloġija tan-netwerk fiha nnifsha, iżda li jkun assoċjat ma’ punt idrografiku ta’ interess jew ma’ faċilità, jew ma’ oġġett magħmul mill-bniedem li jaffettwa l-fluss tan-netwerk. |

flowRegulation | Nodu ta’ netwerk li ma jkunx relatat mat-topoloġija tan-netwerk fiha nnifsha, iżda li jkun assoċjat ma’ punt idrografiku ta’ interess jew ma’ faċilità, jew ma’ oġġett magħmul mill-bniedem li jirregola l-fluss tan-netwerk. |

junction | Nodu fejn tliet links jew aktar jingħaqdu. |

outlet | Nodu fit-tarf ta’ serje ta’ links interkonnessi. |

source | Nodu tal-bidu ta’ serje ta’ links interkonnessi. |

46. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 8.5.4.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet CrossingTypeValue

Valur | Definizzjoni |

aqueduct | Pajp jew kanal artifiċjali mfassal għall-ġarr tal-ilma minn sors 'il bogħod, normalment bil-gravità, għal provvista ta’ ilma ħelu, għal użu agrikolu u/jew industrijali. |

bridge | Struttura li tgħaqqad żewġ lokijiet u tipprovdi biex ikun hemm passaġġ ta’ rotta ta’ trasport fuq ostaklu terren. |

culvert | Kanal magħluq li jieħu kanal tal-ilma f’rotta. |

siphon | Pajp użat biex jinġieb likwidu minn livell wieħed għal livell aktar baxx, billi jintuża d-differenzjal tal-pressjoni tal-likwidu biex tkun sfurzata kolonna ta’ likwidu ’l fuq għal livell ogħla qabel ma taqa’ fl-iżbokk. |

47. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 8.5.4.2:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet HydrologicalPersistenceValue

Valur | Definizzjoni |

dry | Mimli u/jew fi fluss mhux ta’ sikwit, ġeneralment biss matul u/jew mill-ewwel wara preċipitazzjoni kbira. |

ephemeral | Mimli u/jew fi fluss matul jew mill-ewwel wara preċipitazzjoni. |

intermittent | Mimli u/jew fi fluss tul parti tas-sena. |

perennial | Mimli u/jew fi fluss mingħajr ma jaqta’ matul is-sena. |

48. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 8.5.4.3:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet InundationValue

Valur | Definizzjoni |

controlled | Medda kbira ta’ art li kull tant żmien tisfa mgħarrqa mill-mod kif ikun regolat il-livell tal-ilma maqbud minn diga. |

natural | Medda kbira ta’ art li kull tant żmien tinkesa minn għargħar, esklużi ilmijiet marei. |

49. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 8.5.4.4:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet ShoreTypeValue

Valur | Definizzjoni |

boulders | Ġebel kbir mikul bl-ilma jew bit-temp. |

clay | Biċċa ġebla bil-vina fina, tenaċi u iebsa magħmula l-aktar minn silikati tal-aluminju idrati, li ssir aktar plastika meta jiżdidilha l-ilma u tkun tista’ tingħata forma u titnixxef. |

gravel | Ġebel żgħir mikul bl-ilma u mfarrak. |

mud | Ħamrija ratba mxarrba, ramel, trab u/jew materja oħra ġeblija. |

rock | Ġebel ta’ kull daqs. |

sand | Materjal imrammel magħmul minn biċċiet żgħar mgħawrin ta’ blat (l-aktar tas-silika), ifjen miż-żrar u akbar mill-frak ta’ sediment aħrax. |

shingle | Ċagħaq żgħir, mifrux, tond u mikul bl-ilma, l-aktar dak miġbur f’xatt il-baħar. |

stone | Bċejjeċ ta’ blat jew sustanza minerali (barra minn metall) ta’ għamla u daqs definiti, normalment magħmulin f’forma artifiċjali, u użati għal xi skop speċjali. |

50. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 8.5.4.5:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet WaterLevelValue

Valur | Definizzjoni |

equinoctialSpringLowWater | Il-livell ta’ nixxigħat ta’ ilma baxx qrib iż-żmien tal- ekwinozju. |

higherHighWater | L-ogħla mill-ilmijiet għoljin (jew ilma għoli waħdu) ta’ jum mareu speċifiku minħabba l-effetti tad-deklinazzjoni A1 tal-qamar u x-xemx. |

higherHighWaterLargeTide | Il-medja tal-ogħla ilmijiet għoljin, osservazzjoni waħda minn għadd f’perjodu ta’ 19-il sena. |

highestAstronomicalTide | L-ogħla livell mareu li jista’ jitbassar li jkollu jseħħ f’kondizzjonijiet meteoroloġiċi medji u f’kondizzjonijiet astronomiċi ta’ kull taħlita. |

highestHighWater | L-ogħla livell ta’ ilma osservat f'lok. |

highWater | L-ogħla livell milħuq f'lok mill-wiċċ tal-ilma f’ċiklu mareu wieħed. |

highWaterSprings | Livell arbitrarju, li jqarreb dak ta’ nixxigħat medji ta’ ilma għoli. |

indianSpringHighWater | Datum dwar wiċċ mareu li jqarreb il-livell tal-medja tal-ilma għoli ogħla f’marea f’nixxigħat. |

indianSpringLowWater | Datum dwar wiċċ mareu li jqarreb il-livell tal-medja tal-ilma baxx aktar baxx f’marea f’nixxigħat. |

localDatum | Datum arbitrarju definit minn awtorità ta’ port lokali, li minnu jitkejlu l-livelli u l-għoli ta’ marei minn dik l-awtorità. |

lowerLowWater | L-ilmijiet l-aktar baxxi minn dawk baxxi (jew ilma baxx waħdu) ta’ kwalunkwe jum mareu speċifiku minħabba l-effetti tad-deklinazzjoni A1 tal-qamar u x-xemx. |

lowerLowWaterLargeTide | Il-medja tal-ilmijiet baxxi l-aktar baxxi, osservazzjoni waħda minn għadd f’perjodu ta’ 19-il sena. |

lowestAstronomicalTide | Il-livell mareu l-aktar baxx li jista’ jitbassar li jkollu jseħħ f’ kondizzjonijiet meteoroloġiċi medji u f’kondizzjonijiet astronomiċi ta’ kull taħlita. |

lowestLowWater | Livell arbitrarju li jkun jaqbel ma’ marea l-aktar baxxa osservat f'lok, jew kemmxejn aktar baxx. |

lowestLowWaterSprings | Livell arbitrarju li jaqbel mal-livell ta’ ilma l-aktar baxx osservat f'lok f’marei f’nixxigħat matul perjodu aqsar minn 19-il sena. |

lowWater | Approssimazzjoni ta’ ilma baxx medju adottata bħala l-livell ta’ referenza għal reġjun limitat, irrispettivament minn determinazzjonijiet aħjar wara. |

lowWaterDatum | Approssimazzjoni ta’ ilma baxx medju li tkun ġiet adottata bħala standard referenzjali għal erja limitata. |

lowWaterSprings | Livell li jqarreb dak tal-medja ta’ nixxigħat ta’ ilma baxx. |

meanHigherHighWater | L-għoli medju ta’ ilmijiet għoljin aktar għoljin f'lok tul perjodu ta’ 19-il sena. |

meanHigherHighWaterSprings | L-għoli medju ta’ ilma għoli aktar għoli f’marei f’nixxigħat f'lok. |

meanHigherLowWater | Il-medja tal-għoli ta’ ilma baxx ogħla għal kull jum mareu osservat tul Epoka Nazzjonali ta’ Datum Mareu. |

meanHighWater | L-għoli medju tal-ilmijiet għoljin kollha f'lok tul perjodu ta’ 19-il sena. |

meanHighWaterNeaps | L-għoli medju tal-ilmijiet marei għoljin meta d-differenza bejn l-ilma għoli u l-ilma baxx tkun ċkejkna ħafna. |

meanHighWaterSprings | L-għoli medju tal-ilmijiet għoljin ta’ marei f’nixxigħat. |

meanLowerHighWater | Il-medja tal-għoli tal-ilma għoli aktar baxx għal kull jum mareu osservat tul Epoka Nazzjonali ta’ Datum Mareu. |

meanLowerLowWater | L-għoli medju tal-ilmijiet baxxi aktar baxxi f'lok tul perjodu ta’ 19-il sena. |

meanLowerLowWaterSprings | L-għoli medju ta’ ilma baxx aktar baxx f’marei f’nixxigħat f'lok. |

meanLowWater | L-għoli medju tal-ilmijiet baxxi kollha f'lok tul perjodu ta’ 19-il sena. |

meanLowWaterNeaps | L-għoli medju tal-ilmijiet baxxi ta’ marea fiergħa. |

meanLowWaterSprings | L-għoli medju tal-ilmijiet baxxi ta’ marei f’nixxigħat. |

meanSeaLevel | L-għoli medju tal-baħar fi stazzjon mareu mkejjel minn livell referenzjali fiss determinat minn qabel. |

meanTideLevel | Il-medja aritmetika tal-medja ta’ ilma għoli u tal-medja ta’ ilma baxx. |

meanWaterLevel | Il-medja tal-livelli kollha tal-ilma kull siegħa tul il-perjodu disponibbli tar-reġistrazzjoni. |

nearlyHighestHighWater | Livell arbitrarju li jqarreb l-ogħla livell ta’ ilma osservat f'lok, normalment ekwivalenti għan-nixxigħat ta’ ilma għoli. |

nearlyLowestLowWater | Livell li jqarreb il-livell ta’ ilma l-aktar baxx osservat f'lok, normalment ekwivalenti għall-ilma baxx tar-rebbiegħa Indjan. |

tropicHigherHighWater | L-ogħla mill-ilmijiet għoljin (jew ilma għoli waħdu) tal-marei li jseħħu kull nofs xahar meta l-effett tad-deklinazzjoni tal-qamar ikun l-akbar. |

tropicLowerLowWater | L-aktar wieħed baxx mill-ilmijiet baxxi (jew ilma baxx waħdu) tal-marei li jseħħu kull nofs xahar meta l-effett tad-deklinazzjoni tal-qamar ikun l-akbar. |

51. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 9.4.1:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet DesignationSchemeValue

Valur | Definizzjoni |

emeraldNetwork | Is-Sit Protett għandu deżinjazzjoni skont l-Emerald Network (in-Netwerk Żmerald). |

IUCN | Is-Sit Protett għandu klassifikazzjoni skont l-użu tal-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-International Union for Conservation of Nature (l-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura). |

nationalMonumentsRecord | Is-Sit Protett għandu klassifikazzjoni skont l-użu tal-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

Natura2000 | Is-Sit Protett għandu deżinjazzjoni skont id-Direttiva tal-Ħabitat (92/43/KEE) jew id-Direttiva tal-Għasafar (79/409/KEE). |

ramsar | Is-Sit Protett għandu deżinjazzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Ramsar. |

UNESCOManAndBiosphereProgramme | Is-Sit Protett għandu denominazzjoni skont Man and Biosphere Programme (il-Programm il-Bniedem u l-Bijosfera) tal-UNESCO. |

UNESCOWorldHeritage | Is-Sit Protett għandu denominazzjoni skont il-World Heritage Convention (Il-Konvenzjoni dwar il-Patrimonju Dinji) tal-UNESCO. |

52. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 9.4.3:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet IUCNDesignationValue

Valur | Definizzjoni |

habitatSpeciesManagementArea | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala żona ta’ ġestjoni ta’ speċijiet tal-habitat (habitat species management area) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (UIKN). |

managedResourceProtectedArea | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala żona protetta ta’ riżorsa ġestita (managed resource protected area) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-UIKN. |

nationalPark | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala park nazzjonali (national park) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-UIKN. |

naturalMonument | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument naturali (natural monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-UIKN. |

protectedLandscapeOrSeascape | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala pajsaġġ jew xena tal-baħar protetti (protected landscape or seascape) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-UIKN. |

strictNatureReserve | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala riżerva stretta tan-natura (strict nature reserve) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-UIKN. |

wildernessArea | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala żona ta’ natura selvaġġa skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tal-UIKN. |

53. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 9.4.4:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet NationalMonumentsRecordDesignationValue

Valur | Definizzjoni |

agricultureAndSubsistence | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument agrikolu jew ta’ sussistenza (agricultural or subsistence monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

civil | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument ċivili (civil monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

commemorative | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument kommemorattiv (commemorative monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

commercial | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument kummerċjali (commercial monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

communications | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument ta’ komunikazzjonijiet (communications monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

defence | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument ta’ difiża (defence monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

domestic | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument domestiku (domestic monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

education | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument għall-edukazzjoni (education monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

gardensParksAndUrbanSpaces | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument ta’ ġnien, park u spazju urban (garden, park or urban space monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

healthAndWelfare | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument għas-saħħa u l-benessri (health and welfare monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

industrial | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument industrijali (industrial monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

maritime | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument marittimu (maritime monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

monument | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument f’xi għamla mhux ikklassifikata (monument with some unclassified form) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

recreational | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument ta’ rikreazzjoni (recreational monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

religiousRitualAndFunerary | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument reliġjuż, ritwali jew funerarju (religious, ritual or funerary monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

settlement | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala kolonizzazzajoni ġdida (settlement) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

transport | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument għat-trasport (transport monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

waterSupplyAndDrainage | Is-Sit Protett huwa kklassifikat bħala monument ta’ provvista tal-ilma u monument tad-dranaġġ (water supply and drainage monument) skont l-iskema ta’ klassifikazzjoni tan-National Monuments Record. |

54. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 9.4.5:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet Natura2000DesignationValue

Valur | Definizzjoni |

proposedSiteOfCommunityImportance | Is-Sit Protett huwa propost bħala Sit ta’ Importanza Komunitarju (SIK) skont Natura2000. |

proposedSpecialProtectionArea | Is-Sit Protett huwa propost bħala Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) skont Natura2000. |

siteOfCommunityImportance | Is-Sit Protett huwa diżinjat bħala Sit ta’ Importanza Komunitarju (SIK) skont Natura2000. |

specialAreaOfConservation | Is-Sit Protett huwa diżinjat bħala Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni (ŻSK) skont Natura2000. |

specialProtectionArea | Is-Sit Protett huwa diżinjat bħala Żona ta’ Protezzjoni Speċjali (ŻPS) skont Natura2000. |

55. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 9.4.6:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet RamsarDesignationValue

Valur | Definizzjoni |

ramsar | Is-Sit Protett huwa diżinjat skont il-Konvenzjoni ta’ Ramsar. |

56. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 9.4.7:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet UNESCOManAndBiosphereProgrammeDesignationValue

Valur | Definizzjoni |

biosphereReserve | Is-Sit Protett huwa diżinjat bħala Riżerva tal-Bijosfera (Biosphere Reserve) skont il-Programm Il-Bniedem u l-Bijosfera. |

57. It-tabella li ġejja qed tiżdied mal-punt 9.4.8:

Valuri permessi għal-lista ta’ kodiċijiet UNESCOWorldHeritageDesignationValue

Valur | Definizzjoni |

cultural | Is-Sit Protett huwa diżinjat bħala sit ta’ Patrimonju Dinji. |

mixed | Is-Sit Protett huwa diżinjat bħala sit imħallat ta’ Patrimonju Dinji. |

natural | Is-Sit Protett huwa diżinjat bħala sit naturali ta’ Patrimonju Dinji. |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet