Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2010 tat- 30 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 086 , 01/04/2010 P. 0001 - 0006
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 275/2010 tat- 30 ta’ Marzu 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI EWROPEA, Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali [1], u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2)(j) tiegħu, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trasmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistiċi Ewropej fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozji fl-Unjoni Ewropea. (2) Għall-finijiet ta’ tqabbil tal-benefiċċji tad-disponibilità tad-dejta mal-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju, speċjalment fuq l-intrapriżi żgħar, għandha titwettaq valutazzjoni ta’ kwalità skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji ta’ valutazzjoni ta’ kwalità u l-indikaturi ewlenin. (3) Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tas-Sistema tal-Istatistika, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità u l-kontenuti tar-rapporti tal-kwalità li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri huma stipulati fl-Anness. Artikolu 2 Id-dejta u l-metadejta mogħtija għar-rapporti tal-kwalità għandhom jiġu trasmessi jew imtella’ fil-format elettroniku għall-punt ta’ aċċess uniku għad-dejta fil-Kummissjoni (Eurostat) minn kwalunkwe organizzazzjoni maħtura mill-awtoritajiet nazzjonali. It-trasmissjoni għandha tkun konformi ma’ standard xieraq ta’ inter-kambju speċifikat mill-Eurostat. Artikolu 3 L-ewwel rapport ta’ kwalità, għad-dejta għas-sena ta’ referenza 2008, għandu jingħata sal- 31 ta’ Marzu 2011. Ingħataw tliet xhur żejda għat-trasmissjoni tar-rapporti tal-kwalità għas-sena ta’ referenza 2008 lill-Belġju, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Lussemburgu, Malta, ir-Rumanija u r-Renju Unit. Rapporti sussegwenti għandhom jiġu trasmessi lill-Kummissjoni (Eurostat) mhux aktar tard minn 27 xahar wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li għalih tkun inġabret id-dejta. Artikolu 4 Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-dejta mibgħuta u għandha tipprepara u tippubblika rapporti dwar il-kwalità tal-Istatistiċi Ewropej. Artikolu 5 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, it- 30 ta’ Marzu 2010. Għall-Kummissjoni Il-President José Manuel Barroso [1] ĠU L 97, 9.4.2008, p. 13. -------------------------------------------------- ANNESS Rapporti tal-kwalità u kriterji għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-istatistiċi strutturali kummerċjali TAQSIMA I Rapporti ta’ kwalità Gwida supplimentarja dwar l-interpretazzjoni tal-kriterji komuni ta’ kwalità hija stipulata fil-Manwal ta’ Statistiċi Strutturali Kummerċjali magħmul mill-Kummissjoni (Eurostat) f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Ir-rapport ta’ kwalità għandu jinkludi kemm informazzjoni kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi r-riżultati għal dawk l-indikaturi kwantitattivi li jistgħu jiġu kkalkulati minn dejta mogħtija mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jikkummentaw dwar l-indikaturi u jassistu lill-Eurostat bl-interpretazzjoni tagħhom, fid-dawl tal-ġabra ta’ metodoloġija tagħhom, u għandhom jipprovdu l-indikaturi kwantitattivi residwi kif ukoll l-informazzjoni kwalitattiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu: - Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Annessi minn I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. Jekk meqjus neċessarju, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu rapporti separati dwar l-Annessi I, II, III u IV ta’ dak ir-Regolament; - Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 295/2008; - Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 295/2008; - Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008; - Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. Jekk l-informazzjoni meħtieġa biex tinġabar l-istatistika tal-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament hija miġbura mill-istess stħarriġ li minnu nġabret l-informazzjoni għall-Annessi minn I sa IV, ma għandux ikun provdut rapport separat dwar l-aspetti kwalitattivi tal-Anness VIII; - Rapport li jkopri l-aspetti kwalitattivi tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008. TAQSIMA II L-iskeda Kull sena mill-2011, il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri, sa tmiem ix-xahar ta’ Jannar, b’rapporti ta’ kwalità dwar is-sena ta’ referenza t-3, parzjalment mimlija bl-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli għall-Kummissjoni (l-Eurostat) Kull sena, sal-31 ta’ Marzu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) r-rapporti tal-kwalità kompluti. TAQSIMA III Il-kriterji ta’ kwalità Id-dejta trasmessa mill-Istati Membri dwar l-istatistiċi tal-Annessi minn I sa IX tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 għandha tiġi valutata fid-dawl tal-kriterji ta’ kwalità elenkati fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1], jiġifieri r-rilevanza, l-eżattezza, il-prontezza, il-puntwalità, l-aċċessibilità, il-ċarezza, il-komparabilità u l-koerenza. 1. Rilevanza Ir-rilevanza tfisser il-grad ta’ kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet attwali u potenzjali tal-utenti. 2. Eżattezza L-Eżattezza tfisser kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri reali mhux magħrufa. 3. Koerenza Il-koerenza’ tfisser l-adegwatezza tad-dejta li tkun marbuta b’mod kredibbli b’modi differenti u għal użu varju. 4. Komparabbiltà Il-kumparabilità tfisser il-kejl tal-impatt tad-differenzi fil-kunċetti tal-istatistika, l-għodod tal-kejl u l-proċeduri applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew matul iż-żmien. 5. Tempestività u puntwalità It-tempestività tfisser il-perjodu bejn id-disponibilità tat-tagħrif u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi. Il-puntwalità tfisser id-dewmien bejn id-data tar-rilaxx tad-dejta u d-data mmirata (id-data sa meta d-dejta kellha tkun provduta). 6. Aċċessibbiltà u ċarezza L-aċċessibbiltà u ċ-ċarezza jirriferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-dejta. TAQSIMA IV Serje ta’ indikaturi kwantittativi li għandhom jiġu provduti mill-Istati Membri dwar l-eżattezza (u l-kredibbiltà) L-indikaturi kwantitattivi deskritti f’din it-taqsima jridu jiġu provduti biss għall-istatistiċi elenkati fl-Annessi minn I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 295/2008, kif speċifikat hawn taħt. Id-dejta għandha tkun trasmessa bl-użu tal-format tekniku deskritt fit-Taqsima V tal-Anness ta’ dan ir-Regolament. 1. Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni L-informazzjoni li ġejja trid tiġi provduta biss jekk jiġu wżati kampjuni ta’ stħarrig jew kombinazzjoni ta’ kampjuni ta’ stħarriġ u dejta amministrattiva: L-Istati Membri għandhom jirrapportaw l-informazzjoni fuq il-karatteristiċi, il-livelli u s-serje speċifikati hawn taħt. L-aspetti li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tal-koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għandhom ikunu iktar definiti b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. Deskrizzjoni tal-metodu wżat għall-kalkolu tal-koeffiċjenti ta’ varjazzjoni (inkluż is-softwer) għandha tkun inkluża fir-rapport ta’ kwalità. (a) Għall-istatistika annwali tal-intrapriża dwar l-attivitajiet koperti min-NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N, u d-diviżjoni 95 (id-dejta provduta taħt is-serje 1 A, 2 A, 3 A u 4 A, kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009 [2]), il-koeffiċjent ta’ varjazzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin (kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009 [3]) għandhom jiġu provduti fil-livell ta’ dettall tal-analiżi tal-attività speċifikata hawn taħt: - Karatteristika 12110 fil-livell ta’ tliet numri (gruppi) NACE Rev. 2; - Karatteristiċi 11110, 12110, 12150, 13310, 15110 u 16110 fil-livell tat-Taqsima NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N u livell ta’ żewġ ċifri (diviżjonijiet) NACE Rev. 2 għal diviżjonijiet minn 45 sa 47 u 95. (b) Għall-istatistika annwali ta’ intrapriżi mqassma skont il-klassijiet tad-daqs tal-impjieg fuq l-attivitajiet koperti min-NACE Rev. 2, mit-Taqsimiet minn C sa J u minn L sa N u mid-diviżjoni 95 (dejta provduta taħt is-serje 1b, 2b, 3b u 4B), il-koeffiċjent ta’ varjazzjoni għandu jiġi provdut fil-livell ta’ dettall tal-analiżi ta’ attività u għall-klassijiet tad-daqs ta’ impjieg speċifikati hawn taħt: - Karatteristiċi 11110, 12110, 12150 u 16110; - Il-livell tat-Taqsima NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N u l-livell ta’ żewġ ċifri (diviżjonijiet) NACE Rev. 2 għad-diviżjoni 95; - Klassijiet tad-daqs 0-9, 10-19, 20-49, 50-249 u 250 + għal NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa F, u 0-1, 2-9, 10-19, 20-49, 50 -249 u 250 + għal NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn G sa J u minn L sa N, u d-diviżjoni 95. 2. Nuqqas ta’ tweġiba mill-unitajiet L-informazzjoni li ġejja trid tiġi provduta biss jekk jiġu wżati kampjuni ta’ stħarrig, kombinazzjoni ta’ kampjuni ta’ stħarriġ u dejta amministrattiva jew dejta amministrattiva biss. L-aspetti li għandhom jitqiesu għall-kalkolu tan-nuqqas ta’ tweġiba tal-unità għandhom jkunu iktar definiti b’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni preġudikata tan-nuqqas ta’ tweġiba mill-unità dwar l-attivitajiet koperti min-NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N, u d-diviżjoni 95 fil-livell ta’ tliet numri NACE Rev. 2. Jekk huma wżati diversi sorsi ta’ stħarriġ/amministrazzjoni għall-karatteristiċi 11110, 12110, 12150, 13310, 15110 u 16110, għandhom jiġu trasmessi indikaturi separati tan-nuqqas ta’ tweġiba mill-unità, li jsemmu n-numru varjabbli fil-qasam konċernat. In-nuqqas ta’ tweġiba mill-unità għandu jitwieżen, preferibilment skont in-numru ta’ persuni impjegati. Inkella, jista’ jintuża t-turnover. TAQSIMA V Format tekniku għat-trasmissjoni tar-rapport tal-kwalità u l-indikaturi ta’ kwalità Għat-trasmissjoni tar-rapport u s-serje ta’ indikaturi ta’ kwalità, għandhom jintużaw l-identifikaturi apposta għall-ġabra ta’ dejta. Il-kontenut dettaljat tar-rapporti ta’ kwalità għandu jiġi miftiehem f’kooperazzjoni mal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom ilestu r-rapporti ta’ kwalità mimlija minn qabel u jirritornawhom lill-Kummissjoni (Eurostat). Għar-rapportaġġ taż-żewġ indikaturi ta’ kwalità (koeffiċjenti ta’ varjazzjoni u nuqqas ta’ tweġiba tal-unità), għandha tiġi wżata l-istruttura tad-dokumentazzjoni definita hawn taħt, li hija simili għall-format tekniku għat-trasmissjoni ta’ statistiċi strutturali tan-negozju. 1. Identifikatur tal-ġabra ta’ dejta L-identifikaturi tal-ġabra ta’ dejta li ġejjin għandhom ikunu wżati għar-rappurtaġġ dwar il- kriterji ta’ kwalità għall-istatistiċi strutturali tan-negozju: Tip tas-sensiela | Isem | Identifikatur tal-ġabra ta’ dejta | Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 12110 f’livell ta’ tliet ċifri NACE għal NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N, u d-diviżjoni 95 | QAG | RSBSQUAL_QAG_A | Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150, 13310, 15110 u 16110 fit-taqsima ta’ livell NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet minn B sa J u minn L sa N u wkoll fil-livell ta’ diviżjoni NACE Rev. 2 għad-diviżjonijiet 45, 46, 47 u 95 | QAS | RSBSQUAL_QAS_A | Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 fil-livell ta’ sezzjoni NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet minn H sa J u minn L sa N u wkoll fil-livell ta’ diviżjoni NACE Rev. 2 għad-diviżjoni 95 u skont id-daqs tal-klassi | Q1B | RSBSQUAL_ Q1B _A | Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 għal NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa E, li jagħtu dettalji mit-taqsima tan-NACE u skont id-daqs tal-klassi | Q2B | RSBSQUAL_ Q2B _A | Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 għall-NACE Rev. 2, it-Taqsima G, li jagħtu dettalji mis-sezzjoni NACE u skont id-daqs tal-klassi | Q3B | RSBSQUAL_ Q3B _A | Koeffiċjenti ta’ varjazzjoni għall-varjabbli 11110, 12110, 12150 u 16110 għal NACE Rev. 2, it-Taqsima F, li jagħtu dettalji mit-taqsima tan-NACE u skont id-daqs tal-klassi | Q4B | RSBSQUAL_ Q4B _A | Ir-rati preġudikati tan-nuqqas ta’ risposta tal-unità għan-NACE Rev. 2, it-Taqsimiet minn B sa N u minn L sa N | QN | RSBSQUAL_QN_A | Ir-rapport ta’ kwalità | QR | RSBSQUAL_QR_A | 2. Struttura tal-ġabra ta’ dejta Dan il-paragrafu jistipula l-istruttura tad-dokumentazzjoni li għandha tiġi provduta Il-kodiċijiet li għandhom jintużaw għandhom ikunu dawk li jinsabu fil-listi ta’ kodiċi standard għal database ta’ referenza. Dawn il-listi ta’ kodiċi għandhom ikunu inklużi fil-Manwal ta’ Statistiċi Strutturali Kummerċjali mill-inqas xahrejn qabel l-ewwel trasmissjoni ta’ dejta. Il-listi ta’ kodiċi għandhom iservu biss biex jiġu stabbiliti l-kodiċijiet li għandhom jintużaw għat-trasmissjoni tad-dejta u t-tibdil ma jistgħu bl-ebda mod iżidu l-livell ta’ dettall mitlub mir-Regolament (KE) Nru 251/2009. Il-format tekniku għat-trasmissjoni tad-dejta kwantitattiva meħtieġa b’dan ir-Regolament għandu jiġi wkoll stabbilit fil-Manwal ta’ Statistiċi Strutturali Kummerċjali. Qasam | Deskrizzjoni | Sensiela | Kodiċi għas-serje QAG, QAS, Q1B, Q2B, Q3B, Q4B or QN | Sena | Kodiċi għas-sena ta’ referenza | Unità territorjali | Tikkorrispondi għall-kodiċi tal-pajjiż | Daqs tal-klassi | Kodiċi għall-qies tal-klassi | Attività ekonomika | Kodiċi NACE Rev. 2: Taqsimiet, diviżjonijiet jew gruppi | Fatturi varjabbli | Kodiċi għall-karatteristiċi marbuta mal-indikatur ta’ kwalità | Indikatur | Kodiċi għall-indikatur ta’ kwalità | Valur tal-indikatur | Valur numeriku tal-indikatur; valur numeriku tal-indikatur ta’ kwalità mmultiplikat b’10 u sussegwentement aġġustat għall-eqreb numru sħiħ | [1] ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164. [2] ĠU L 86, 31.3.2009, p. 170. [3] ĠU L 86, 31.3.2009, p. 1. --------------------------------------------------