Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/795/PESK tad- 19 ta’ Ottubru 2009 li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

Official Journal L 283 , 30/10/2009 P. 0061 - 0061


Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/795/PESK

tad- 19 ta’ Ottubru 2009

li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1) Fil- 15 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK [1].

(2) L-operazzjoni militari tal-UE fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA) tnediet fit- 28 ta’ Jannar 2008 permezz tad-deċiżjoni tal-Kunsill 2008/101/PESK [2] u ntemmet fil- 15 ta’ Marzu 2009. Sussegwentement il-forzi kollha ġew skjerati mill-ġdid miż-żona tal-operazzjonijiet.

(3) Permezz ta’ ittra datata s- 7 ta’ Lulju 2009, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE nnotifika l-irkupru tal-forza tal-UE, u għalhekk l-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK għandha titħassar, skont l-Artikolu 15(3) tagħha.

(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/975/PESK tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (ATHENA) [3] tiddetermina l-proċeduri għall-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet ta’ operazzjoni,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK hija b’dan imħassra. Dan it-tħassir għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-proċeduri stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/975/PESK fir-rigward tal-verifika u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-operazzjoni.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, id- 19 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Erlandsson

[1] ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.

[2] ĠU L 34, 8.2.2008, p. 39.

[3] ĠU L 345, 23.12.2008, p. 96.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet