Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2009 tad- 9 ta' Settembru 2009 li jipprojbixxi s-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' Vb, VI, VII min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

Official Journal L 240 , 11/09/2009 P. 0026 - 0027


Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 829/2009

tad- 9 ta' Settembru 2009

li jipprojbixxi s-sajd għar-roundnose grenadier fl-ilmijiet tal-Komunità u l-ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' Vb, VI, VII min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal- 20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat- 12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-politika komuni tas-sajd] [2], u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1359/2008 tat- 28 ta’ Novembru 2008 li jiffissa għall-2009 u l-2010 l-opportunitajiet ta’ sajd ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond [3] jistipula kwoti għall-2009 u l-2010.

(2) Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2009.

(3) Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art ikunu pprojbiti,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2009 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id- 9 ta’ Settembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Fokion Fotiadis

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi v s-Sajd

[1] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

[2] ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

[3] ĠU L 352, 31.12.2008, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Nru | 4/DSS |

Stat membru | Spanja |

Stokk | RNG/5B67- |

Speċi | Roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |

Żona | Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi fiż-żoni Vb, VI u VII |

Data | 28.7.2009 |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet