Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 033 , 03/02/2009 P. 0010 - 0030
Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu, Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [1], Waqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2], Billi: (1) Mill-adozzjoni sal-lum tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti marbutin max-xiri tad-dritt għall-użu ta’ proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare [3], it-timeshare evolviet u prodotti ġodda ta’ vaganza simili għaliha dehru fis-suq. Dawn il-prodotti ġodda ta’ vaganza u ċerti transazzjonijiet marbutin mat-timeshare, bħall-kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju, mhumiex koperti mid-Direttiva 94/47/KE. Barra minn hekk, l-esperjenza fl-applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE uriet li xi suġġetti li huma diġà koperti jeħtieġ li jiġu aġġornati jew iċċarati, bil-ħsieb tal-prevenzjoni tal-iżvilupp ta’ prodotti li jkollhom l-għan li jevadu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. (2) Il-lakuni regolatorji eżistenti joħolqu distorsjonijiet sinifikattivi ta’ kompetizzjoni u jikkawżaw problemi serji lill-konsumaturi, u b’hekk ixekklu l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Id-Direttiva 94/47/KE għandha għalhekk tiġi sostitwita b’direttiva ġdida aġġornata. Ladarba t-turiżmu għandu rwol dejjem aktar importanti fl-ekonomiji tal-Istati Membri, aktar tkabbir u produttività fl-industriji tat-timeshare u l-prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul għandhom ikunu mħeġġa billi jiġu adottati ċerti regoli komuni. (3) Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u jinkisbu bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern għall-konsumaturi u għall-istabbilimenti tal-kummerċ, il-liġijiet rilevanti tal-Istati Membri għandhom jiġu approssimati aktar. Għalhekk, ċerti aspetti tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid tat-timeshare u ta’ prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul kif ukoll l-iskambju ta’ drittijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta’ timeshare għandhom ikunu armonizzati għal kollox. L-Istati Membri m’għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jitbiegħdu minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Fejn dispożizzjonijiet armonizzati bħal dawn ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali f’konformità mal-liġi Komunitarja. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom, per eżempju, ikunu jistgħu iżommu fis-seħħ, jew jintroduċu, dispożizzjonijiet dwar l-effetti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar f’relazzjonijiet legali barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva jew dispożizzjonijiet li taħthom m’għandu jsir l-ebda impenn bejn konsumatur u l-kummerċjant ta’ timeshare jew ta’ prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, u lanqas xi ħlas bejn dawk il-persuni, sakemm il-konsumatur ma jkunx iffirma l-ftehim ta’ kreditu għall-finanzjament tax-xiri ta’ dawk is-servizzi. (4) Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-Istati Membri, taħt il-liġi Komunitarja, tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal oqsma mhux koperti mill-ambitu tagħha. Stat Membru jista’ għalhekk iżomm jew jintroduċi leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha dwar transazzjonijiet li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva. (5) Il-kuntratti differenti koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar b’tali mod li tiġi prekluż l-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha. (6) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, "kuntratti ta’ timeshare" m’għandhomx jinftiehmu li jkopru riżervi multipli ta’ akkomodazzjoni, inklużi kmamar ta’ lukandi, sa fejn ir-riżervi multipli ma jimplikawx drittijiet u obbligi lil hinn minn dawk li jirriżultaw minn riżervi separati. Lanqas m’għandhom il-kuntratti ta’ timeshare jinftiehmu li jkopru kuntratti ta’ kera ordinarji billi dawn tal-aħħar jirriferu għal perijodu uniku kontinwu ta’ okkupazzjoni u mhux għal perijodi multipli. (7) Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kuntratti dwar "prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul" m’għandhomx jinftiehmu li jkopru skemi ordinarji ta’ lealtà li jipprovdu skontijiet għal żjarat futuri f’lukandi li jagħmlu parti minn katina ta’ lukandi, u dan billi s-sħubija fl-iskema ma tinkisibx bil-korrispettiv u lanqas huwa l-korrispettiv imħallas mill-konsumatur primarjament għall-akkwist ta’ skontijiet jew benefiċċji oħrajn fir-rigward tal-akkomodazzjoni. (8) Din id-Direttiva m’għandhiex tinċidi fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KE tat- 13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox inkluż (package travel), il-vaganzi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż [4]. (9) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Mejju 2005 dwar prattika kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern ("Direttiva dwar il-Prattika Kummerċjali Żleali") [5] tipprojbixxi prattika kummerċjali qarrieqa, aggressiva, kif ukoll żleali fin-negozju mal-konsumatur. Minħabba n-natura tal-prodotti u l-prattika kummerċjali relatati mal-kuntratti tat-timeshare, ta’ bejgħ ta’ prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, ta’ bejgħ mill-ġdid u ta’ skambju, huwa kunsiljabbli li jiġu adottati dispożizzjonijiet aktar dettaljati u speċifiċi rigward ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u inizjattivi ta’ bejgħ bi skont. L-għan kummerċjali tal-proposti għal inizjattivi ta’ bejgħ għandu jiġi ċċarat lill-konsumatur. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw informazzjoni prekuntrattwali u l-kuntratt għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Sabiex il-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jsiru jafu l-informazzjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, din għandha tingħata b’mezzi li jkunu faċilment aċċessibbli għalihom f’dak il-mument. (10) Il-konsumatur għandu jkollu id-dritt, li l-kummerċjanti ma jistgħux jirrifjutaw, li jingħataw informazzjoni prekuntrattwali u l-kuntratt b’lingwa magħżula minnhom u li magħha huma jkunu familjari. Barra dan, sabiex jiġu ffaċilitati l-eżekuzzjoni u l-infurzar tal-kuntratt, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu li għandhom jingħataw lill-konsumatur verżjonijiet lingwistiċi oħrajn tal-kuntratt. (11) Sabiex il-konsumatur jingħata l-possibbiltà li jifhem bis-sħiħ x’inhuma l-obbligi u d-drittijiet tiegħu fil-kuntratt, għandu jingħata perijodu li matulu huwa jista’ jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti raġuni u mingħajr ma jġarrab spejjeż. Bħalissa, it-tul ta’ dan il-perijodu jvarja bejn l-Istati Membri, u l-esperjenza turi li t-tul preskritt fid-Direttiva 94/47/KE m’huwiex twil biżżejjed. Għalhekk, il-perijodu għandu jiġi estiż, sabiex jinkisbu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u aktar ċarezza għall-konsumaturi u għall-kummerċjanti. It-tul tal-perijodu, il-modalitajiet u l-effetti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar għandhom jiġu armonizzati. (12) Il-konsumatur għandu jkollu rimedji effettivi fil-każ li l-kummerċjant ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni prekuntrattwali jew dwar il-kuntratt, b’mod partikulari dawk id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu li l-kuntratt għandu jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa u li l-konsumatur għandu jirċievi kopja tal-kuntratt fil-mument li dan jiġi konkluż. Barra r-rimedji li jeżistu taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-konsumatur għandu jibbenefika minn perijodu estiż ta’ rtirar fejn l-informazzjoni ma tkunx ġiet provduta mill-kummerċjant. L-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar għandu jibqa’ bla ħlas matul dak il-perijodu estiż irrelevanti x’servizzi gawda minnhom il-konsumatur. L-iskadenza tal-perijodu ta’ rtirar ma timpedixxix lill-konsumatur li jfittex rimedji konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ksur tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni. (13) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat- 3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien [6] għandu japplika għall-kalkolu tal-perijodi previsti f’din id-Direttiva. (14) Il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem lill-kummerċjant jew kwalunkwe parti terza qabel l-aħħar tal-perijodu ta’ rtirar għandha tiġi ċċarata sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur. Għal kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid, il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandha tapplika sakemm isir il-bejgħ proprju jew jintemm il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid, iżda l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirregolaw il-possibbiltà u l-modalitajiet ta’ ħlasijiet finali lill-intermedjarji fejn il-kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid jintemmu. (15) Għal kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, il-prezz li għandu jitħallas fil-kuntest ta’ skeda rateali ta’ ħlas jista’ jieħu in konsiderazzjoni l-possibbiltà li ammonti sussegwenti jistgħu jiġu aġġustati wara l-ewwel sena sabiex jiġi żgurat li jinżamm il-valur reali ta’ dawk il-ħlasijiet rateali, per eżempju biex jittieħed kont tal-inflazzjoni. (16) Fil-każ ta’ konsumatur li jirtira minn kuntratt fejn il-prezz kien parzjalment jew kopert kollu b’kreditu mogħti lill-konsumatur mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm mingħajr ebda spiża għall-konsumatur. L-istess għandu japplika għal kuntratti għal servizzi relatati oħrajn mogħtija mill-kummerċjant jew minn parti terza abbażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant. (17) Il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta’ Stat Membru. Il-liġi applikabbli għal kuntratt għandha tiġi stabbilita konformement mar-regoli Komunitarji dwar id-dritt privat internazzjonali, b’mod partikolari ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) [7]. Taħt dak ir-Regolament, il-liġi ta’ pajjiż terz tista’ tkun applikabbli b’mod partikolari fejn il-konsumaturi jisfgħu fil-mira tal-kummerċjanti waqt li jkunu qed jgħaddu vaganza f’pajjiż ieħor li ma jkunx il-pajjiz ta’ residenza tagħhom. Minħabba li tali prattika kummerċjali hija komuni fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u minħabba li l-kuntratti jinvolvu ammonti konsiderevoli ta’ flus, għandha tingħata salvagwardja addizzjonali, f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn il-qrati fi kwalunkwe Stat Membru jkollhom ġurisdizzjoni fuq il-kuntratt, biex jiġi żgurat li l-konsumatur ma jiċċaħħadx mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva. Dan il-kunċett jirrifletti l-ħtiġijiet partikolari tal-protezzjoni tal-konsumatur li jirriżultaw mill-komplessità tipika, min-natura tal-perijodu fit-tul u mir-rilevanza finanzjarja tal-kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttivi. (18) Għandhom jiġu stabbiliti konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat- 22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali [8] liema qrati għandhom ġurisdizzjoni fi proċedimenti li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom materji koperti minn din id-Direttiva. (19) Sabiex ikun żgurat li l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi konformement ma’ din id-Direttiva tkun effettiva bis-sħiħ, b’mod partikulari fir-rigward tal-osservanza mill-kummerċjanti tar-rekwiżiti għall-informazzjoni kemm fl-istadju prekuntrattwali kif ukoll fil-kuntratt, jeħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw pieni effettivi, proporzjonali u disswasivi għall-ksur ta’ din id-Direttiva. (20) Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-persuni jew organizzazzjonijiet li jkollhom, taħt il-liġi nazzjonali, interess leġittimu fil-kwistjoni jkollhom rimedji ġuridiċi biex jibdew proċedimenti kontra l-ksur ta’ din id-Direttiva. (21) Jeħtieġ li jiġu żviluppati proċeduri ta’ rimedji adatti u effettivi fl-Istati Membri sabiex jiġu riżolti d-disputi bejn il-konsumatur u l-kummerċjant. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-istabbiliment ta’ korpi pubbliċi jew privati sabiex jiġu riżolti d-disputi barra l-qorti. (22) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur jkun infurmat effettivament bid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u jħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta’ kodiċijiet biex jinfurmaw lill-konsumatur bil-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom li jeżistu f’dan il-qasam. Bl-għan li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jistgħu jiġu infurmati u involuti fl-abbozzar tal-kodiċi ta’ kondotta. (23) Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex telimina l-ostakoli fis-suq intern u tikseb livell komuni għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. (24) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tirrispetta l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. (25) Taħt il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet [9], l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn huwa possibbli, ser juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi, ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 Għan u kamp ta’ applikazzjoni 1. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament korrett tas-suq intern u biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, billi jiġu approssimati l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u bejgħ mill-ġdid ta’ timeshare u ta’ prodotti ta’ vaganzi għal perijodu fit-tul kif ukoll ta’ kuntratti ta’ skambju. 2. Din id-Direttiva tapplika għal transazzjonijiet bejn il-kummerċjant u l-konsumatur. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali: (a) tipprevedi rimedji għal-liġi kuntrattwali ġenerali; (b) tirrigwarda r-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli jew mobbli u t-trasferiment ta’ proprjetà immobbli; (ċ) tirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew ir-reġimi ta’ awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-għoti ta’ liċenzji; u (d) tirrigwarda l-istabbiliment tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-kuntratti koperti minn din id-Direttiva. Artikolu 2 Definizzjonijiet 1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: (a) "kuntratt ta’ timeshare" tfisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jakkwista permezz ta’ korrispettiv id-dritt li juża waħda jew aktar akkomodazzjonijiet għal lejl wieħed għal aktar minn perijodu wieħed ta’ okkupazzjoni; (b) "kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul" tfisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb permezz ta’ korrispettiv primarjament id-dritt li jikseb skontijiet jew benefiċċji oħrajn fir-rigward tal-akkomodazzjoni, separatament jew flimkien ma’ servizzi tal-ivvjaġġar jew oħrajn; (ċ) "kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid" tfisser kuntratt li bih kummerċjant, għal korrispettiv, jassisti konsumatur biex ibigħ jew jixtri timeshare jew prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul; (d) "kuntratt ta’ skambju" tfisser kuntratt li bih il-konsumatur permezz ta’ korrispettiv jissieħeb f’sistema ta’ skambju li tippermetti lill-konsumatur li jkollu aċċess għal akkomodazzjoni għal lejl wieħed jew servizzi oħrajn bi skambju mal-għoti tal-aċċess temporanju lil persuni oħrajn għall-benefiċċji tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt tat-timeshare ta’ dak il-konsumatur; (e) "kummerċjant" tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta’ dik il-persuna jew xi ħadd li jaġixxi f’isem, jew bħala rappreżentant tal-kummerċjant; (f) "konsumatur" tfisser persuna fiżika li taġixxi għal għanijiet li jaqgħu barra l-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; (g) "kuntratt anċillari" tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jikseb servizzi li huma relatati ma’ kuntratt ta’ timeshare jew kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għall-perijodu fit-tul u dawn is-servizzi jingħataw min-negozjant jew minn parti terza abbażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u n-negozjant; (h) "mezz durabbli" tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-kummerċjant jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta’ żmien adegwat għal finijiet tal-informazzjoni u li tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni preżervata; (i) "kodiċi ta’ kondotta" tfisser ftehim jew sensiela ta’ regoli mhux imposti mil- liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru, li jiddefinixxi l-kondotta ta’ kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fir-rigward ta’ prattika kummerċjali partikolari waħda jew iktar jew settur ta’ negozju wieħed jew iktar; (j) "sid ta’ kodiċi" tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli għall-formolazzjoni u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew għall-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh. 2. Fil-kalkolu tat-tul tal-kuntratt ta’ timeshare jew kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kif definit fil-punti (a) u (b) rispettivament tal-paragrafu 1, għandu jittieħed kont ta’ kwalunkwe dispożizzjoni fil-kuntratt li tippermetti tiġdid taċitu jew estensjoni taċita. Artikolu 3 Riklamar 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe riklamar jispeċifika l-possibbiltà li jinkiseb t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1) u jindika fejn dan jista’ jinkiseb. 2. Jekk għandu jiġi offrut xi kuntratt ta’ timeshare, kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew kuntratt ta’ skambju lil konsumatur personalment f’inizjattiva ta’ promozzjoni jew ta’ bejgħ bi skont, il-kummerċjant għandu fl-istedina jindika fl-offerta b’mod ċar l-għan kummerċjali u n-natura tal-inizjattiva. 3. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tkun disponibbli lill-konsumatur fi kwalunkwe mument waqt l-inizjattiva. 4. It-timeshare jew prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul m’għandhux ikun ikkumerċjalizzat jew mibjugħ bħala investiment. Artikolu 4 Informazzjoni prekuntrattwali 1. Fi żmien opportun qabel mal-konsumatur jintrabat b’xi kuntratt jew offerta, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem, informazzjoni preċiża u suffiċjenti, kif ġej: (a) fil-każ ta’ kuntratt ta’ timeshare: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness I u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola; (b) fil-każ ta’ kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness II u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola; (ċ) fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness III u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola; (d) fil-każ ta’ kuntratt ta’ skambju: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness IV u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola. 2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata mingħajr ħlas mill-kummerċjant fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor faċilment aċċessibbli għall-konsumatur. 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 titfassal bil-lingwa jew b’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru li fih ikun residenti, jew li tieghu jkun ċittadin, il-konsumatur, abbażi tal-għażla tal-konsumatur, sakemm tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità. Artikolu 5 Il-kuntratt ta’ timeshare, il-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew il-kuntratt ta’ skambju 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ikun bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, u jitfassal bil-lingwa jew b’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru li fih ikun residenti, jew li tiegħu jkun ċittadin, il-konsumatur, abbażi tal-għażla tal-konsumatur, sakemm tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità. Madankollu, l-Istat Membru li fih ikun residenti l-konsumatur jista’ jesiġi li: (a) f’kull każ, il-kuntratt jingħata lill-konsumatur bil-lingwa tiegħu jew waħda mil-lingwi ta’ dak l-Istat Membru sakemm hija lingwa uffiċjali tal-Komunità; (b) f’każ ta’ kuntratt ta’ timeshare li jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika waħda, il-kummerċjant jagħti lill-konsumatur traduzzjoni ċċertifikata tal-kuntratt bil-lingwa jew b’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru li fih tinsab il-proprjetà, sakemm hija lingwa uffiċjali tal-Komunità. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-kummerċjant iwettaq l-attivitajiet ta’ bejgħ tiegħu jista’ jesiġi li, f’kull każ, il-kuntratt jingħata lill-konsumatur fil-każijiet kollha bil-lingwa jew waħda mil-lingwi ta’ dak l-Istat Membru, sakemm din tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità. 2. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tifforma Parti integrali mill-kuntratt u m’għandhiex tinbidel sakemm il-Partijiet ma jaqblux espliċitament b’mod ieħor jew il-bidliet jirriżultaw minn ċirkostanzi mhux tas-soltu u imprevedibbli barra l-kontroll tal-kummerċjant, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux ikunu evitati anke kieku kienet eżerċitata l-akbar attenzjoni. Dawn il-bidliet għandhom jiġu komunikati lill-konsumatur fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor faċilment aċċessibbli għalih qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt. Il-kuntratt għandu jsemmi kull tibdil ta’ din ix-xorta b’mod espliċitu. 3. Barra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-kuntratt għandu jkun fih: (a) l-identità, il-post ta’ residenza u l-firma ta’ kull waħda mill-partijiet; u (b) id-data u l-post tal-konklużjoni tal-kuntratt. 4. Qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu espliċitament jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għall-eżistenza tad-dritt għall-irtirar, u t-tul tal-perijodu ta’ rtirar imsemmi fl-Artikolu 6 u l-projbizzjoni fuq il-ħlas bil-quddiem tul il-perijodu ta’ rtirar imsemmija fl-Artikolu 9. Il-klawżoli kuntrattwali korrispondenti għandhom jiġu ffirmati separatament mill-konsumatur. Il-kuntratt għandu jinkludi formola ta’ rtirar standard u separata, li tinsab fl-Anness V, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar konformement mal-Artikolu 6. 5. Il-konsumatur għandu jirċievi kopja jew kopji tal-kuntratt fil-mument tal-konklużjoni tiegħu. Artikolu 6 Dritt għall-irtirar 1. Barra r-rimedji disponibbli għall-konsumatur taħt il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu perijodu ta’ erbatax il-jum kalendarju biex jirtira mill-kuntratt ta’ timeshare, mill-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, mill-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew mill-kuntratt ta’ skambju, mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni. 2. Il-perijodu ta’ rtirar għandu jiġi kkalkulat: (a) mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt jew ta’ kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti; jew (b) mill-jum meta l-konsumatur jirċievi l-kuntratt jew kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti jekk il-jum ikun aktar tard mid-data msemmija fil-punt (a). 3. Il-perijodu ta’ rtirar għandu jiskadi: (a) wara sena u erbatax-il jum kalendarju mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn formola ta’ rtirar standard separata, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(4), ma tkunx ġiet mimlija mill-kummerċjant u ngħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor; (b) wara tliet xhur u erbatax-il jum kalendarju mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), inkluża l-formola standard applikabbli ta’ informazzjoni li tinsab fl-Annessi I sa IV, ma tkunx ingħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor. Barra dan, l-Istati Membri għandhom jipprevedu penali adatti taħt l-Artikolu 15, b’mod partikolari fil-każ li, mal-iskadenza tal-perijodu ta’ rtirar, il-kummerċjant ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni previsti f’din id-Direttiva. 4. Fejn tkun ġiet mimlija mill-kummerċjant formola ta’ rtirar standard separata kif meħtieġ mill-Artikolu 5(4) u ngħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, fi żmien sena mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-perijodu ta’ rtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi tali formola. Similment, fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), inkluża l-formola standard applikabbli ta’ informazzjoni li tinsab fl-Annessi I sa IV, tkun ingħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, fi żmien tliet xhur mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-perijodu ta’ rtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi tali informazzjoni. 5. Fil-każ fejn il-kuntratt ta’ skambju jiġi offrut lill-konsumatur flimkien ma’ u fl-istess ħin tal-kuntratt ta’ timeshare, għandu japplika biss perijodu ta’ rtirar wieħed għaż-żewġ kuntratti taħt il-paragrafu 1. Il-perijodu ta’ rtirar għaż-żewġ kuntratti għandu jiġi kkalkulat konformement mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 billi dawn japplikaw għall-kuntratt ta’ timeshare. Artikolu 7 Modalitajiet tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar Fejn il-konsumatur ikollu l-ħsieb li jeżerċita d-dritt għall-irtirar, il-konsumatur għandu jinnotifika lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel dan bil-miktub fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ rtirar. Il-konsumatur jista’ juża’ l-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness VI u mogħtija mill-kummerċjant taħt l-Artikolu 5(4). Id-data ta’ skadenza tkun meqjusa li ntlaħqet jekk in-notifika tintbagħat qabel ma jkun skada l-perijodu ta’ rtirar. Artikolu 8 Effetti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar 1. L-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar mill-konsumatur itemm l-obbligu tal-partiijiet li jwettqu l-kuntratt. 2. Fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar, il-konsumatur la għandu jġarrab xi spiża u lanqas m’għandu jkun responsabbli għal xi valur li jikkorrispondi mas-servizz li seta’ twettaq qabel l-irtirar. Artikolu 9 Ħlas bil-quddiem 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fir-rigward ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul u kuntratti ta’ skambju, kwalunkwe ħlas bil-quddiem, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe korrispettiv ieħor lill-kummerċjant jew lil kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel tmiem il-perijodu, li matulu huwa jista’ jeżerċita d-dritt għall-irtirar taħt l-Artikolu 6 jkunu pprojbiti. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid, kwalunkwe ħlas bil-quddiem, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe korrispettiv ieħor lill-kummerċjant jew lil kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel is-seħħ tal-bejgħ proprju jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid, ikunu pprojbiti. Artikolu 10 Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul 1. Għal kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, il-ħlas għandu jsir abbażi ta’ skeda rateali ta’ ħlas. Kwalunkwe ħlas tal-prezz speċifikat fil-kuntratt diversament minn taħt l-iskeda rateali ta’ ħlas għandu jkun ipprojbit. Il-ħlasijiet, inkluż kwalunkwe miżata ta’ sħubija, għandhom jinqasmu fi ħlasijiet rateali annwali, li kull wieħed minnhom għandu jkun ta’ valur ugwali. Il-kummerċjant għandu jibgħat talba bil-miktub għal ħlas, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, mill-inqas erbatax-il jum kalendarju qabel kull data ta’ għeluq. 2. Mit-tieni ħlas rateali ‘l quddiem, il-konsumatur jista’ jtemm il-kuntratt mingħajr ma jġarrab xi penali billi jinnotifika lill-kummerċjant fi żmien erbatax-il jum kalendarju minn meta jirċievi t-talba għall-adempiment ta’ kull ħlas rateali. Dan id-dritt m’għandux jinċidi fuq id-drittijiet eżistenti tat-terminazzjoni tal-kuntratt taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti. Artikolu 11 Terminazzjoni ta’ kuntratti anċillari 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar mill-kuntratt ta’ timeshare jew mill-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kwalunkwe kuntratt ta’ skambju anċillari għalih jew kwalunkwe kuntratt anċillari ieħor jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-konsumatur. 2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur [10] fejn il-prezz ikun kopert totalment jew parzjalment bi kreditu mogħti lill-konsumatur mill-kummerċjant, jew minn parti terza abbażi ta’ arranġament bejn il-parti terza u l-kummerċjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm, mingħajr ebda spiża għall-konsumatur, fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar mill-kuntratt ta’ timeshare, mill-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, mill-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew mill-kuntratt ta’ skambju. 3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ddettaljati dwar it-terminazzjoni ta’ tali kuntratt. Artikolu 12 In-natura imperattiva tad-Direttiva u applikazzjoni f’każijiet internazzjonali 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt tkun il-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumatur ma jkunx jista’ jirrinunzja għad-drittijiet konferiti lilu minn din id-Direttiva. 2. Fejn il-liġi applikabbli hija dik ta’ pajjiż terz, il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva, kif implimentata fl-Istat Membru tal-forum jekk: - kwalunkwe waħda mill-proprjetajiet immobbli kkonċernata tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru; jew - fil-każ ta’ kuntratt li ma jkunx direttament relatat mal-proprjetà immobbli, il-kummerċjant iwettaq l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali fi Stat Membru, jew bi kwalunkwe mezz, jindirizza tali attivitajiet għal Stat Membru u l-kuntratt jaqa’ fl-ambitu ta’ tali attivitajiet. Artikolu 13 Rimedji ġudizzjarji u amministrattivi 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-interessi tal-konsumatur, li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi sabiex tiġi żgurata l-konformità mill-kummerċjant ma’ din id-Direttiva. 2. Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li permezz tagħhom korp wieħed jew iktar milli ġejjin, kif stabbilit bil-liġi nazzjonali, għandhom ikollhom id-dritt għall-azzjoni, meħuda taħt il-liġi nazzjonali, quddiem il-qrati jew il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jiġu applikati: (a) il-korpi u l-awtoritajiet pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; (b) l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi b’interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi; (ċ) l-organizzazzjonijiet professjonali b’interess leġittimu li jieħdu tali azzjoni. Artikolu 14 Informazzjoni għall-konsumatur u rimedju barra l-qorti 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jinformaw lill-konsumatur dwar il-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u għandhom iħeġġu, fejn ikun il-każ, lill-kummerċjant u lis-sidien ta’ kodiċijiet biex jinformaw lill-konsumatur dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil fil-livell Komunitarju, partikolarment mill-korpi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet professjonali, ta’ kodiċijiet ta’ kondotta li jkollhom il-mira li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, konformement mal-liġi Komunitarja. Din għandha tinkoraġġixxi wkoll lill-kummerċjant u lill-organizzazzjonijiet settorali tagħhom biex jinformaw lill-konsumatur dwar kwalunkwe kodiċi bħal dawn, inkluż, fejn ikun il-każ, permezz ta’ mmarkar speċifiku. 2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-istabbiliment jew l-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ lmenti u ta’ rimedji barra l-qorti li jkunu adegwati u effettivi sabiex jiġu riżolti d-disputi konsumeristiċi konformement ma’ din id-Direttiva u għandhom jinkoraġġixxu, fejn ikun il-każ, lill-kummerċjant u lill-organizzazzjonijiet professjonali tagħhom biex jinformaw lill-konsumatur b’dawn il-proċeduri. Artikolu 15 Penali 1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali adatti fil-każ li kummerċjant jonqos milli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati konformement ma’ din id-Direttiva. 2. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Artikolu 16 Traspożizzjoni 1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat- 23 ta’ Frar 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit- 23 ta’ Frar 2011. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. Artikolu 17 Reviżjoni Il-Kummissjoni għandha tirrivedi din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mit- 23 ta’ Frar 2014. Jekk ikun meħtieġ, hija għandha tagħmel proposti oħrajn biex tadattaha għall-iżviluppi fil-qasam. Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Artikolu 18 Tħassir Id-Direttiva 94/47/KE hija b’dan imħassra. Ir-referenzi għad-Direttiva imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI. Artikolu 19 Dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 20 Indirizzati Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Strasburgu, 14 ta’ Jannar 2009. Għall-Parlament Ewropew Il-President H.-G. Pöttering Għall-Kunsill Il-President A. Vondra [1] ĠU C 44, 16.2.2008, p. 27. [2] Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat- 22 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2008. [3] ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83. [4] ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59. [5] ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22. [6] ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1. [7] ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6. [8] ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. [9] ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1. [10] ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66. -------------------------------------------------- ANNESS I FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD DWAR KUNTRATTI TA’ TIMESHARE: Parti 1: Identità, post ta’ residenza u status legali tal-kummerċjant(i) li ser ikun(u) parti(jiet) kontraenti: Deskrizzjoni fil-qasir tal-prodott (pereżempju d-deskrizzjoni tal-proprjetà immobbli): Natura eżatta u kontenut tad-dritt(ijiet): Il-perijodu eżatt li fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, jekk meħtieġ, it-tul tal-eżerċizzju tiegħu: Data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu: Jekk il-kuntratt jikkonċerna proprjetà speċifika li qiegħda tinbena, id-data meta l-akkomodazzjoni u s-servizzi/faċilitajiet ser ikunu lesti/disponibbli: Prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur biex jinkisbu d-dritt(ijiet): Punti prinċipali tal-ispejjeż obbligatorji addizzjonali imposti taħt il-kuntratt; tip ta’ spejjeż u indikazzjoni ta’ ammonti (pereżempju miżati annwali, ħlasijiet rikorrenti oħrajn, imposti speċjali, taxxi lokali): Sommarju ta’ servizzi ewlenin disponibbli għall-konsumatur (pereżempju elettriku, ilma, manutenzjoni, ġbir ta’ skart) u indikazzjoni tal-ammont li għandu jitħallas mill-konsumatur għalihom): Sommarju ta’ faċilitajiet disponibbli għall-konsumatur (pereżempju pixxina jew sawna): Huma inklużi fl-ispejjeż indikati hawn fuq? Jekk le, speċifika x’inhu inkluż u x’għandu jitħallas: Hija possibbli sħubija fi skema ta’ skambju? Jekk iva, speċifika x’inhu l-isem tal-iskema ta’ skambju: Indikazzjoni tal-ispejjeż għal sħubija/skambju: Il-kummerċjant iffirma kodiċi(ijiet) ta’ kondotta, u jekk iva, fejn jista’/jistgħu jinstab(u)? +++++ TIFF +++++ Parti 2: Informazzjoni ġenerali: Il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni fi żmien 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt jew kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti jew mir-riċezzjoni ta’ dawk il-kuntratti jekk dak iseħħ aktar tard. Waqt il-perijodu ta’ rtirar, kwalunkwe ħlas bil-quddiem mill-konsumatur huwa pprojbit. Il-projbizzjoni tikkonċerna kwalunkwe korrispettiv, inklużi ħlas, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn eċċ. Hija tinkludi mhux biss ħlas lill-kummerċjant, iżda anki lil partijiet terzi. Il-konsumatur m’għandux ikollu spejjeż jew obbligi għajr dawk speċifikati fil-kuntratt. Taħt id-dritt privat internazzjonali, il-kuntratt jista’ jkun regolat minn liġi diversa mil-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali u disputi eventwali jistgħu jiġu riferuti lil qrati oħrajn diversi mill-qrati tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali. Firma tal-konsumatur: Parti 3: Informazzjoni addizzjonali li għandu dritt għaliha l-konsumatur u fejn tista’ tinkiseb b’mod speċifiku (pereżempju, taħt liema kapitolu tal-opuskulu ġenerali) jekk mhux mogħtija hawn taħt: 1. INFORMAZZJONI DWAR ID-DRITTIJIET MIKSUBA il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt li huwa l-oġġett tal-kuntratt fit-territorju tal-Istat(i) Membru(i) li fih(om) jinsab(u) il-proprjetà jew proprjetajiet konċernati u informazzjoni dwar jekk ġewx sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet jew, jekk ma ġewx, liema kondizzjonijiet għad baqgħalhom jiġu sodisfatti; fejn il-kuntratt jipprevedi drittijiet ta’ okkupazzjoni ta’ akkomodazzjoni li għandhom jintgħażlu minn grupp ta’ akkomodazzjoni, informazzjoni dwar restrizzjonijiet rigward il-permess tal-konsumatur li juża kwalunkwe akkomodazzjoni fil-grupp fi kwalunkwe ħin; 2. INFORMAZZJONI DWAR IL-PROPRJETAJIET fejn il-kuntratt jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika, deskrizzjoni bir-reqqa u dettaljata ta’ dik il-proprjetà u fejn tinsab; fejn il-kuntratt jikkonċerna għadd ta’ proprjetajiet (kumplessi multipli), deskrizzjoni adatta tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; fejn il-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni adatta tal-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet; is-servizzi (pereżempju elettriku, ilma, manutenzjoni, ġbir ta’ skart) li għalihom il-konsumatur għandu jew ser ikollu aċċess u taħt liema kondizzjonijiet; fejn applikabbli, il-faċilitajiet komuni, bħalma huma l-pixxina, is-sawna, eċċ., li l-konsumatur għandu jew jista’ jkollu aċċess għalihom u taħt liema kondizzjonijiet. 3. REKWIŻITI ADDIZZJONALI GĦAL AKKOMODAZZJONI LI QIEGĦDA TINBENA (fejn applikabbli) l-istat tat-tlestija tal-akkomodazzjoni us -servizzi li jagħmlu l-akkomodazzjoni operattiva għal kollox (gass, elettriku, ilma u linji tat-telefon) u kwalunkwe faċilità li ser ikollu aċċess għaliha l-konsumatur; id-data ta’ skadenza għat-tlestija tal-akkomodazzjoni u s-servizzi li jagħmluha operattiva għal kollox (gass, elettriku, ilma u linji tat-telefon) u stima raġonevoli għad-data ta’ skadenza tat-tlestija ta’ kwalunkwe faċilità li għandu aċċess għaliha l-konsumatur; in-numru tal-permess tal-bini u l-isem(ismijiet) u l-indirizz(i) sħiħ(sħaħ) tal-awtorità jew awtoritajiet kompetenti; garanzija rigward it-tlestija tal-akkomodazzjoni jew garanzija rigward ir-rimborż ta’ kwalunkwe ħlas magħmul jekk l-akkomodazzjoni ma tkunx lesta u, fejn ikun il-każ, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-operat ta’ tali garanziji. +++++ TIFF +++++ 4. INFORMAZZJONI DWAR L-ISPEJJEŻ deskrizzjoni preċiża u adatta tal-ispejjeż kollha assoċjati mal-kuntratt ta’ timeshare; kif dawn l-ispejjeż ser ikunu allokati lill-konsumatur u kif u meta jistgħu jinżdiedu tali spejjeż; il-metodu għall-kalkolu tal-ammont tal-ħlasijiet li jirrigwardaw l-okkupazzjoni tal-proprjetà, il-ħlasijiet statutarji mandatorji (pereżempju t-taxxi u l-miżati) u l-ispejjeż amministrattivi (pereżempju l-ġestjoni, il-manutenzjoni u t-tiswijiet); fejn applikabbli, informazzjoni dwar jekk hemmx spejjeż, ipoteki, impedimenti jew rabtiet oħra rreġistrati kontra d-dritt għall-akkomodazzjoni; 5. INFORMAZZJONI DWAR IT-TERMINAZZJONI TAL-KUNTRATT fejn ikun il-każ, informazzjoni dwar l-arranġamenti għat-terminazzjoni ta’ kuntratti anċillari u ta’ arranġamenti ta’ kreditu u l-konsegwenzi ta’ tali terminazzjoni; kondizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni, u informazzjoni dwar kwalunkwe responsabbiltà tal-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista’ tirriżulta minn tali terminazzjoni; 6. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI informazzjoni dwar kif ġew irranġati l-manutenzjoni u t-tiswijiet tal-proprjetà u l-amministrazzjoni u l-ġestjoni tagħha, inkluż jekk u kif il-konsumatur jista’ jinfluwenza u jieħu sehem fid-deċiżjonijiet rigward dawn il-kwistjonijiet; informazzjoni dwar jekk hix possibbli jew le sħubija f’sistema għal bejgħ mill-ġdid tad-drittijiet kuntrattwali, informazzjoni dwar is-sistema relevanti u indikazzjoni tal-ispejjeż relatati mal-bejgħ mill-ġdid permezz ta’ din is-sistema; indikazzjoni tal-lingwa(i) disponibbli għall-komunikazzjoni mal-kummerċjant fir-rigward tal-kuntratt, pereżempju fir-rigward tad-deċiżjonijiet ta’ ġestjoni, iż-żieda fl-ispejjeż u l-indirizzar ta’ mistoqsijiet u ilmenti; fejn applikabbli, il-possibbiltà għal riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qorti. Konferma tar-riċevuta tal-informazzjoni: Firma tal-konsumatur: +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS II FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD GĦAL KUNTRATTI DWAR PRODOTTI TA’ VAGANZA GĦALL-PERIJODU FIT-TUL Parti 1: Identità, post ta’ residenza u status legali tal-kummerċjant(i) li ser ikun(u) parti(jiet) kontraenti: Deskrizzjoni qasira tal-prodott: Natura eżatta u kontenut tad-dritt(ijiet): Il-perijodu eżatt li fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, jekk meħtieġ, it-tul tal-eżerċizzju tiegħu: Data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu: Prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur biex jinkisbu d-dritt(ijiet), inklużi kwalunkwe spiża rikorrenti li l-konsumatur jista’ jistenna li jġarrab u li jirriżulta mid-dritt tiegħu li jikseb aċċess għall-akkomodazzjoni, l-ivvjaġġar u kwalunkwe prodott jew servizz relatat kif speċifikat: L-iskeda rateali ta’ ħlas li tistabbilixxi ammonti ugwali ta’ ħlasijiet rateali ta’ dan il-prezz għal kull sena tat-tul tal-kuntratt ta’ dan il-prezz u d-dati li fihom għandhom jitħallsu: Wara sena, ammonti sussegwenti jistgħu jiġu aġġustati sabiex jiġi żgurat li jinżamm il-valur reali ta’ dawk il-ħlasijiet rateali, per eżempju biex jittieħed kont tal-inflazzjoni. Punti prinċipali tal-ispejjeż obbligatorji addizzjonali imposti taħt il-kuntratt; tip ta’ spejjeż u indikazzjoni tal-ammonti (pereżempju miżati ta’ sħubija annwali): Sommarju ta’ servizzi ewlenin disponibbli għall-konsumatur (per eżempju żjarat f’lukandi bi skont u vjaġġi): Huma inklużi fl-ispejjeż indikati hawn fuq? Jekk le, speċifika x’inhu inkluż u x’għandu jitħallas (per eżempju żjara ta’ tlitt iljieli inkluża fil-miżata tas-sħubija annwali, l-akkomodazzjoni l-oħra kollha għandha titħallas separatament): Il-kummerċjant iffirma kodiċi(ijiet) ta’ kondotta, u jekk iva, fejn jista’/jistgħu jinstab(u)? +++++ TIFF +++++ Parti 2: Informazzjoni ġenerali: Il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni fi żmien 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt jew kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti jew mir-riċezzjoni ta’ dawk il-kuntratti jekk dak iseħħ aktar tard. Waqt il-perijodu ta’ rtirar, kwalunkwe ħlas bil-quddiem mill-konsumatur huwa pprojbit. Il-projbizzjoni tikkonċerna kwalunkwe korrispettiv, inklużi ħlas, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn eċċ. Hija tinkludi mhux biss ħlas lill-kummerċjant, iżda anki lil partijiet terzi. Il-konsumatur għandu d-dritt li jtemm il-kuntratt mingħajr ma jġarrab xi penali billi jinnotifika lill-kummerċjant fi żmien 14-il jum kalendarju minn meta jirċievi t-talba għal ħlas ta’ kull ħlas rateali annwali. Il-konsumatur m’għandux ikollu spejjeż jew obbligi għajr dawk speċifikati fil-kuntratt. Taħt id-dritt privat internazzjonali, il-kuntratt jista’ jkun regolat minn liġi diversa mil-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali u disputi eventwali jistgħu jiġu riferuti lil qrati oħrajn diversi mill-qrati tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali. Firma tal-konsumatur: Parti 3: Informazzjoni addizzjonali li għandu dritt għaliha l-konsumatur u fejn tista’ tinkiseb b’mod speċifiku (per eżempju, taħt liema kapitolu tal-opuskulu ġenerali) jekk mhux mogħtija hawn taħt: 1. INFORMAZZJONI DWAR ID-DRITTIJIET MIKSUBA deskrizzjoni adatta u korretta ta’ skontijiet disponibbli għal prenotazzjonijiet futuri, murija b’għadd ta’ eżempji ta’ offerti reċenti; informazzjoni dwar ir-restrizzjonijiet rigward il-ħila tal-konsumatur li juża d-drittijiet, bħad-disponibilità limitata jew offerti pprovduti konformement mal-prinċipju ta’ min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, limiti ta’ żmien fuq skemi promozzjonali partikolari u skontijiet speċjali; 2. INFORMAZZJONI DWAR IT-TERMINAZZJONI TAL-KUNTRATT fejn ikun il-każ, informazzjoni dwar l-arranġamenti għat-terminazzjoni ta’ kuntratti anċillari u ta’ arranġamenti ta’ kreditu u l-konsegwenzi ta’ tali terminazzjoni; kondizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni, u informazzjoni dwar kwalunkwe responsabbiltà tal-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista’ tirriżulta minn tali terminazzjoni; 3. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI indikazzjoni tal-lingwa(i) disponibbli għall-komunikazzjoni mal-kummerċjant fir-rigward tal-kuntratt, per eżempju fir-rigward tal-indirizzar ta’ mistoqsijiet u ilmenti; fejn applikabbli, il-possibbiltà għal riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qorti. Konferma tar-riċevuta tal-informazzjoni: Firma tal-konsumatur: +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS III FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD GĦAL KUNTRATTI TA’ BEJGĦ MILL-ĠDID: Parti 1: Identità, post ta’ residenza u status legali tal-kummerċjant(i) li ser ikun(u) parti(jiet) kontraenti: Deskrizzjoni fil-qosor tas-servizzi (pereżempju kummerċjalizzazzjoni): Tul tal-kuntratt: Prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur biex jinkisbu s-servizzi: Punti prinċipali tal-ispejjeż obbligatorji addizzjonali imposti taħt il-kuntratt; tip ta’ spejjeż u indikazzjoni ta’ ammonti (pereżempju taxxi lokali, onorarji notarili, spiża tar-reklamar): Il-kummerċjant iffirma kodiċi(ijiet) ta’ kondotta, u jekk iva, fejn jista’/jistgħu jinstab(u)? Parti 2: Informazzjoni ġenerali: Il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni fi żmien 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt jew kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti jew mir-riċezzjoni ta’ dawk il-kuntratti jekk dak iseħħ aktar tard. Kwalunkwe ħlas bil-quddiem mill-konsumatur huwa pprojbit sakemm iseħħ il-bejgħ proprju jew inkella l-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jintemm. Il-projbizzjoni tikkonċerna kwalunkwe korrispettiv, inklużi ħlas, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn eċċ. Hija tinkludi mhux biss ħlas lill-kummerċjant, iżda anki lil partijiet terzi. Il-konsumatur m’għandux ikollu spejjeż jew obbligi għajr dawk speċifikati fil-kuntratt. Taħt id-dritt privat internazzjonali, il-kuntratt jista’ jkun regolat minn liġi diversa mil-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali u disputi eventwali jistgħu jiġu riferuti lil qrati oħrajn diversi mill-qrati tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali. Firma tal-konsumatur: +++++ TIFF +++++ Parti 3: Informazzjoni addizzjonali li għandu dritt għaliha l-konsumatur u fejn tista’ tinkiseb b’mod speċifiku (pereżempju, taħt liema kapitolu tal-opuskulu ġenerali) jekk mhux mogħtija hawn taħt: kondizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi tat-terminazzjoni u informazzjoni dwar ir-responsabbilta’ tal-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tirriżulta minn tali terminazzjoni; indikazzjoni tal-lingwa(i) disponibbli għall-komunikazzjoni mal-kummerċjant, fir-rigward tal-kuntratt, pereżempju fir-rigward tal-indirizzar ta’ mistoqsijiet u ilmenti; fejn applikabbli, il-possibbiltà għal riżoluzzjoni ta’ tilwim barra l-qorti. Konferma tar-riċevuta tal-informazzjoni: Firma tal-konsumatur: +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS IV FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD GĦAL KUNTRATTI TA’ SKAMBJU: Parti 1: Identità, post ta’ residenza u status legali tal-kummerċjant(i) li ser ikun(u) parti(jiet) kontraenti: Deskrizzjoni qasira tal-prodott: Natura eżatta u kontenut tad-dritt(ijiet): Il-perijodu eżatt li fih jista’ jiġi eżerċitat id-dritt li huwa s-suġġett tal-kuntratt u, jekk meħtieġ, it-tul tal-eżerċizzju tiegħu: Data li fiha l-konsumatur jista’ jibda jeżerċita d-dritt kuntrattwali tiegħu: Prezz li għandu jitħallas mill-konsumatur għall-miżati ta’ sħubija ta’ skambju: Punti prinċipali tal-ispejjeż obbligatorji addizzjonali imposti taħt il-kuntratt; tip ta’ spejjeż u indikazzjoni tal-ammonti (pereżempju miżati ta’ tiġdid, ħlasijiet rikorrenti oħrajn, imposti speċjali, taxxi lokali): Sommarju ta’ servizzi ewlenin disponibbli għall-konsumatur: Huma inklużi fl-ispejjeż indikati hawn fuq? Jekk le, speċifika dak li hu inkluż u dak li għandu jitħallas (tip ta’ spejjeż u indikazzjoni ta’ ammonti; pereżempju stima tal-prezz li għandu jitħallas għal transazzjonijiet ta’ skambju individwali, inkluż kwalunkwe ħlas addizzjonali): Il-kummerċjant iffirma kodiċi/jiet ta’ kondotta, u jekk iva, fejn jista’/jistgħu jinstab(u)? Parti 2: Informazzjoni ġenerali: Il-konsumatur għandu d-dritt li jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni fi żmien 14-il jum mill-konklużjoni tal-kuntratt jew kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti jew mir-riċezzjoni ta’ dawk il-kuntratti jekk dak iseħħ aktar tard. Fil-każijiet fejn il-kuntratt ta’ skambju jiġi offrut flimkien ma’ u fl-istess ħin tal-kuntratt ta’ timeshare, għandu japplika biss perijodu ta’ rtirar wieħed għaż-żewġ kuntratti. Waqt il-perijodu ta’ rtirar, kwalunkwe ħlas bil-quddiem mill-konsumatur huwa pprojbit. Il-projbizzjoni tikkonċerna kwalunkwe korrispettiv, inklużi ħlas, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn eċċ. Hija tinkludi mhux biss ħlas lill-kummerċjant, iżda anki lil partijiet terzi. Il-konsumatur m’għandux ikollu spejjeż jew obbligi għajr dawk speċifikati fil-kuntratt. Taħt id-dritt privat internazzjonali, il-kuntratt jista’ jkun regolat minn liġi diversa mil-liġi tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali u disputi eventwali jistgħu jiġu riferuti lil qrati oħrajn diversi mill-qrati tal-Istat Membru li fih il-konsumatur ikun residenti jew li fih ikollu d-domiċilju abitwali. Firma tal-konsumatur: +++++ TIFF +++++ Parti 3: Informazzjoni addizzjonali li għandu dritt għaliha l-konsumatur u fejn tista’ tinkiseb b’mod speċifiku (pereżempju, taħt liema kapitolu tal-opuskulu ġenerali) jekk mhux mogħtija hawn taħt: 1. INFORMAZZJONI DWAR ID-DRITTIJIET MIKSUBA spjegazzjoni dwar kif taħdem is-sistema ta’ skambju; il-possibbiltajiet u l-modalitajiet għal skambju; indikazzjoni tal-valur allokat lit-timeshare tal-konsumatur fis-sistema ta’ skambju u għadd ta’ eżempji ta’ possibbiltajiet ta’ skambju konkreti; indikazzjoni tal-għadd ta’ kumplessi disponibbli u l-għadd ta’ membri fis-sistema ta’ skambju, inkluż kwalunkwe limitazzjoni fuq id-disponibbiltà ta’ akkomodazzjoni partikolari magħżula mill-konsumatur, pereżempju bħala riżultat tal-aqwa żminijiet għad-domanda, il-ħtieġa potenzjali biex prenotazzjoni issir ħafna bil-quddiem, u indikazzjonijiet ta’ kwalunkwe restrizzjoni fuq l-għażla li tirriżulta mid-drittijiet ta’ timeshare depożitati fis-sistema ta’ skambju mill-konsumatur; 2. INFORMAZZJONI DWAR IL-PROPRJETAJIET deskrizzjoni fil-qosor u adatta tal-proprjetajiet u fejn jinsabu; fejn il-kuntratt jikkonċerna akkomodazzjoni għajr proprjetà immobbli, deskrizzjoni adatta tal-akkomodazzjoni u l-faċilitajiet; deskrizzjoni ta’ fejn il-konsumatur jista’ jikseb aktar informazzjoni; 3. INFORMAZZJONI DWAR L-ISPEJJEŻ informazzjoni dwar l-obbligu tal-kummerċjant li jagħti dettalji qabel ma jiġi rranġat l-iskambju, fir-rigward ta’ kull skambju propost, ta’ kwalunkwe ħlas addizzjonali li huwa responsabbli għalih il-konsumatur fir-rigward tal-iskambju; 4. INFORMAZZJONI DWAR IT-TERMINAZZJONI TAL-KUNTRATT fejn ikun il-każ, informazzjoni dwar l-arranġamenti għat-terminazzjoni ta’ kuntratti anċillari u ta’ arranġamenti ta’ kreditu u l-konsegwenzi ta’ tali terminazzjoni; il-kondizzjonijiet għat-terminazzjoni tal-kuntratt, il-konsegwenzi ta’ tali terminazzjoni, u l-informazzjoni dwar kwalunkwe responsabbiltà tal-konsumatur għal kwalunkwe spiża li tista’ tirriżulta minn tali terminazzjoni. 5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI indikazzjoni tal-lingwa(i) disponibbli għall-komunikazzjoni mal-kummerċjant, fir-rigward tal-kuntratt, pereżempju fir-rigward tal-indirizzar ta’ mistoqsijiet u ilmenti; fejn applikabbli, il-possibbiltà għar-riżoluzzjoni ta’ disputi barra l-qorti. Konferma tar-riċevuta tal-informazzjoni: Firma tal-konsumatur: +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS V FORMOLA TA’ RTIRAR STANDARD SEPARATA LI TIFFAĊILITA D-DRITT GĦALL-IRTIRAR Dritt għall-irtirar Il-konsumatur għandu d-dritt jirtira minn dan il-kuntratt fi żmien 14-il jum kalendarju mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni. Id-dritt għall-irtirar jibda minn … (li għandha tiġi mimlija mill-kummerċjant qabel ma’ jipprovdi l-formola lill-konsumatur). Fejn il-konsumatur ma jkunx irċieva din il-formola, il-perijodu ta’ rtirar jibda meta l-konsumatur ikun irċieva din il-formola, iżda jiskadi fi kwalunkwe każ wara sena u 14-il jum kalendarju. Fejn il-konsumatur ma jkunx irċieva l-informazzjoni meħtieġa kollha, il-perijodu ta’ rtirar jibda meta l-konsumatur ikun irċieva dik l-informazzjoni, iżda jiskadi fi kwalunkwe każ wara 3 xhur u 14-il jum kalendarju. Biex jiġi eżerċitat id-dritt għall-irtirar, il-konsumatur għandu jinnotifika lill-kummerċjant billi juża l-isem u l-indirizz indikati hawn taħt bl-użu ta’ mezz durabbli (pereżempju ittra bil-miktub mibgħuta bil-posta, bil-posta elettronika). Il-konsumatur jista’ juża din il-formola, iżda dan mhux obbligatorju. Jekk il-konsumatur juża d-dritt għall-irtirar, il-konsumatur ma jkun responsabbli għall-ebda spiża. Barra d-dritt għall-irtirar, ir-regoli nazzjonali dwar il-liġi kontrattwali jistgħu jipprevedu drittijiet għall-konsumatur, pereżempju biex itemm il-kuntratt f’każ ta’ ommissjoni ta’ informazzjoni. Projbizzjoni fuq il-ħlas bil-quddiem Waqt il-perijodu ta’ rtirar, kwalunkwe ħlas bil-quddiem mill-konsumatur huwa pprojbit. Il-projbizzjoni tikkonċerna kwalunkwe korrispettiv, inklużi ħlas, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn eċċ. Hija tinkludi mhux biss ħlas lill-kummerċjant, iżda anki lil partijiet terzi. Notifika tal-irtirar Lil (l-isem u l-indirizz tal-kummerċjant) (*): Jiena/Aħna (**) b’dan navża(w) (**) li jiena/aħna (**) nirtira(w) (**) mill-kuntratt Data ta’ konklużjoni tal-kuntratt (*): Isem/ismijiet tal-konsumatur(i) (***): L-indirizz(i) tal-konsumatur(i) (***): Firma/firem tal-konsumatur(i) (biss jekk din il-formola tiġi nnotifikat fuq karta) (***): Data (***): (*) Tiddaħħal mill-kummerċjant qabel ma jagħti l-formola lill-konsumatur (**) Ħassar kif xieraq (***) Għandha tiġi mimlija mill-konsumatur(i) fejn tintuża din il-formola sabiex jirtira(w) mill-kuntratt Konferma tar-riċevuta tal-informazzjoni: Firma tal-konsumatur: +++++ TIFF +++++ -------------------------------------------------- ANNESS VI TABELLA TA’ KORRELAZZJONI BEJN ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ DIN ID-DIRETTIVA U D-DIRETTIVA 94/47/KE Direttiva 94/47/KE | Din id – Direttiva | Artikolu 1, l-ewwel paragrafu | Artikolu 1 (1) u Artikolu 1 (2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 1, it-tieni paragrafu | — | Artikolu 1, it-tielet paragrafu | Artikolu 1 (2), it-tieni subparagrafu | Artikolu 2, l-ewwel inċiż | Artikolu 2 (1), punt (a) | — | Artikolu 2 (1), punt (b) (ġdid) | — | Artikolu 2 (1), punt (ċ) (ġdid) | — | Artikolu 2 (1), punt (d) (ġdid) | Artikolu 2, it-tieni inċiż | — | Artikolu 2, it-tielet inċiż | Artikolu 2 (1), punt (e) | Artikolu 2, ir-rabà inċiż | Artikolu 2 (1), punt (f) | — | Artikolu 2 (1), punt (g) (ġdid) | — | Artikolu 2 (1), punt (h) (ġdid) | — | Artikolu 2 (1), punt (i) (ġdid) | — | Artikolu 2 (1), punt (j) (ġdid) | — | Artikolu 2 (2) (ġdid) | Artikolu 3 (1) | Artikolu 4 (1) | Artikolu 3 (2) | Artikolu 5 (2) | Artikolu 3 (3) | Artikolu 3 (1) | — | Artikolu 3 (2) (ġdid) | — | Artikolu 3 (3) (ġdid) | — | Artikolu 3 (4) (ġdid) | Artikolu 4, l-ewwel inċiż | Artikolu 5 (1), l-ewwel subparagrafu, u Artikolu 5 (2), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 4, it-tieni inċiż | Artikolu 4 (3) u Artikolu 5 (1) | — | Artikolu 4 (2) (ġdid) | — | Artikolu 5 (4) (ġdid) | — | Artikolu 5 (5) (ġdid) | Artikolu 5 (1), sentenza introduttorja | Artikolu 6 (1) | Artikolu 5 (1), l-ewwel inċiż | Artikolu 6 (1) u Artikolu 6 (2) | Artikolu 5 (1), it-tieni inċiż | Artikolu 6 (3) u Artikolu 6 (4) | Artikolu 5 (1), it-tielet inċiż | Artikolu 6 (3) | — | Artikolu 6 (5) (ġdid) | Artikolu 5 (2) | Artikolu 7 | — | Artikolu 8 (1) (ġdid) | Artikolu 5 (3) | Artikolu 8 (2) | Artikolu 5 (4) | Artikolu 8 (2) | Artikolu 6 | Artikolu 9 (1) | — | Artikolu 9 (2) (ġdid) | — | Artikolu 10 (1) (ġdid) | — | Artikolu 10 (2) (ġdid) | — | Artikolu 11 (1) (ġdid) | Artikolu 7, l-ewwel paragrafu | Artikolu 11 (2) | Artikolu 7, it-tieni paragrafu | Artikolu 11 (3) | Artikolu 8 | Artikolu 12 (1) | Artikolu 9 | Artikolu 12 (2) | Artikolu 10 | Artikolus 13 u 15 | Artikolu 11 | — | — | Artikolu 14 (1) (ġdid) | — | Artikolu 14 (2) (ġdid) | Artikolu 12 | Artikolu 16 | — | Artikolu 17 (ġdid) | — | Artikolu 18 (ġdid) | — | Artikolu 19 (ġdid) | Artikolu 13 | Artikolu 20 | Anness | Anness I | Anness, punt (a) | Artikolu 5 (3), punt (a), u Anness I, Parti 1, l-ewwel kaxxa | Anness, punt (b) | Anness I, Parti 1, it-tielet kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 1, l-ewwel inċiż | Anness, punt (ċ) | Anness I, Parti 1, it-tieni kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 2, l-ewwel inċiż | Anness, punt (d) (1) | Anness I, Parti 3, punt 3, l-ewwel inċiż | Anness, punt (d) (2) | Anness I, Parti 1, ir-raba’ kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 3, it-tieni inċiż | Anness, punt (d) (3) | Anness I, Parti 3, punt 3, it-tielet inċiż | Anness, punt (d) (4) | Anness I, Parti 3, punt 3, l-ewwel inċiż | Anness, punt (d) (5) | Anness I, Parti 3, punt 3, ir-raba’ inċiż | Anness, punt (e) | Anness I, Parti 1, is-sitt kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 2, it-tieni inċiż | Anness, punt (f) | Anness I, Parti 1, is-sitt kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 2, it-tielet inċiż | Anness, punt (g) | Anness I, Parti 3, punt 6, l-ewwel inċiż | Anness, punt (h) | Anness I, Parti 1, ir-raba’ kaxxa | Anness, punt (i) | Anness I, Parti 1, il-ħames u s-sitt kaxxi, u Anness I, Parti 3, punt 4, l-ewwel inċiż | Anness, punt (j) | Anness I, Parti 2, it-tielet inċiż | Anness, punt (k) | Anness I, Parti 2, is-seba’ kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 6, it-tieni inċiż | Anness, punt (l) | Anness I, Parti 2, l-ewwel u it-tielet inċiż, Anness I, Parti 3, punt 5, l-ewwel inċiż, u Anness V (ġdid) | Anness, punt (m) | Artikolu 5 (3), punt (b) | — | Anness I, Parti 1, it-tmien kaxxa (ġdid) | — | Anness I, Parti 2, it-tieni inċiż (ġdid) | — | Anness I, Parti 2, ir-raba’ inċiż (ġdid) | — | Anness I, Parti 3, punt 1, it-tieni inċiż (ġdid) | — | Anness I, Parti 3, punt 4, it-tieni inċiż (ġdid) | — | Anness I, Parti 3, punt 5, it-tieni inċiż (ġdid) | — | Anness I, Parti 3, punt 6, it-tielet inċiż (ġdid) | — | Anness I, Parti 3, punt 6, ir-raba’ inċiż (ġdid) | — | Annesses II to V (ġdid) | --------------------------------------------------