Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat- 23 ta’ Jannar 2009 addattament għad-disa' darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq Test b’relevanza għaż-ŻEE
Official Journal L 021 , 24/01/2009 P. 0003 - 0009
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat- 23 ta’ Jannar 2009 addattament għad-disa' darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal- 20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq [1], u partikolarment l-Artikolu [17 (1)] tiegħu, Billi: (1) L-Anness I B tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jiġbor l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni u l-ispezzjoni ta' apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq. (2) B'attenzjoni partikulari lejn is-sigurtà totali tas-sistema u l-applikazzjoni tagħha għall-vetturi fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 3821/85, ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiżdiedu mal-Anness 1 B tiegħu sabiex ikun possibli l-installar tal-apparat ta' reġistrazzjoni, li huwa konformi ma' dak l-Anness, fil-vetturi tat-tip M1 u N1. (3) Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness I B tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat kif ġej: (1) Fil-kapitolu I, id-definizzjoni li ġejja hija mdaħħla: "(rr) "adapter" ifisser: parti tal-apparat ta' reġistrazzjoni, li jipprovdi sinjal permanentament rappreżentattiv tal-veloċità tal-vettura u/jew id-distanza vvjaġġata, u li huwa; - installat u wżat biss fil-vetturi tat-tip M1 u N1 (kif spjegat fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE) li bdew jintużaw għall-ewwel darba bejn l- 1 ta’ Mejju 2006 u l- 31 ta’ Diċembru 2013, - installat fejn mhuwiex mekkanikament possibbli li tkun installata kwalunkwe tip oħra ta' sonda taċ-ċaqliq eżistenti li minn kull aspett ieħor hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u l-Appendiċijiet 1 sa 11 tiegħu, - installat bejn l-unità tal-vettura u l-punt fejn l-impulsi tal-veloċità/distanza huma ġġenerati bis-sondi integrati jew interfaċċji alternattivi. Kif jidher mill-unità tal-vettura, l-imġiba tal-adapter hija l-istess bħal li kieku sonda taċ-ċaqliq, konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u l-Appendiċijiet 1 sa 11 tiegħu, kienet inkorporata mal-unità tal-vettura. L-użu ta' adapter bħal dan f'dawk il-vetturi deskritti hawn fuq jagħti lok għall-installazzjoni u l-użu korrett tal-unità tal-vettura li hija konformi mal-ħtiġijiet ta' dan l-Anness. Għal dawk il-vetturi, l-apparat ta' reġistrazzjoni jinkludi l-kejbils, l-adapter, u l-unità tal-vettura." (2) Fil-Kapitolu V, tas-Sezzjoni 2, ir-rekwiżit 250 għandu jinbidel b'li ġej: "250. Il-plakka għandha turi mill-inqas id-dettalji li ġejjin: - l-isem, l-indirizz jew l-isem tan-negozju tal-fiter jew il-workshop approvat, - il-karatteristika tal-koeffiċjent tal-vettura, fil-forma "w = … imp/km", - il-kostanti tal-apparat ta' reġistrazzjoni, fil-forma "k = … imp/km", - iċ-ċirkonferenza effettiva tat-tajers tar-roti fil-forma "l = … mm", - id-daqs tat-tajer, - id-data li fiha l-koeffiċjent tal-karratteristika tal-vettura kien iddeterminat u ċ-ċirkonferenza effettiva tat-tajers tar-roti mkejla, - in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura, - il-parti tal-vettura fejn l-adapter, jekk preżenti, qiegħed installat, - il-parti tal-vettura fejn is-sonda taċ-ċaqliq qiegħda installata, jekk mhux qiegħda mqabbda mal-gearbox jew mhux qiegħed jintuża adapter, - deskrizzjoni tal-kulur tal-kejbil bejn l-adapter u dik il-parti tal-vettura li tipprovdi l-impulsi li deħlin fiha, - in-numru tas-serje tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq tal-adapter." (3) Fil-kapitolu V, fis-sezzjoni 2, għandu jiżdied ir-rekwiżit li ġej: - "— 250a. - — Il-plakek tal-installazzjoni għall-vetturi li għandhom l-adapters, jew għall-vetturi fejn is-sonda taċ-ċaqliq mhijiex imqabbda mal-gear-box għandhom jitwaħħlu fil-mument tal-installazzjoni. Għall-vetturi l-oħra kollha, il-plakek tal-installazzjoni li għandhom l-informazzjoni l-ġdida għandhom jitwaħħlu fil-mument tal-ispezzjoni ta' wara l-installazzjoni." (4) Wara l-appendiċi 11, għandu jiżdied l-appendiċi 12 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-regolament. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandu japplika 6 xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009. Għall-Kummissjoni Antonio Tajani Viċi President [1] ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8. -------------------------------------------------- ANNESS L-Appendiċi 12 ADAPTER GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI M1 U N1 WERREJ 1. It-Taqsiriet u d-dokumenti ta' referenza 1.1. It-Taqsiriet 1.2. L-Istandards ta' referenza 2. Il-Karatteristiċi ġenerali u l-funzjonijiet tal-adapter 2.1. Id-Deskrizzjoni ġenerali tal-adapter 2.2. Il-Funzjonijiet 2.3. Is-Sigurtà 3. Il-Ħtiġijiet għall-apparat ta' reġistrazzjoni meta jkun installat adapter 4. Il-Kostruzzjoni u l-ħtiġijiet funzjonali għall-adapter 4.1. L-Interfaċċjar u l-addattament tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin 4.2. Il-Mogħdija tal-pulsazzjonijiet li deħlin lis-sonda taċ-ċaqliq inkorporata 4.3. Is-Sonda inkorporata taċ-ċaqliq 4.4. Il-Ħtiġijiet tas-sigurtà 4.5. Il-Karatteristiċi ta’ prestazzjoni 4.6. Il-Materjali 4.7. Il-Marki 5. L-Installazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni meta jintuża adapter 5.1. L-Installazzjoni 5.2. Is-siġillar 6. Il-Kontrolli, l-Ispezzjonijiet u t-Tiswijiet 6.1. L-Ispezzjonijiet perjodiċi 7. L-Approvazzjoni tat-tip tal-apparat ta' reġistrazzjoni meta jintuża adapter 7.1. Il-Punti ġenerali 7.2. Iċ-Ċertifikat funzjonali 1. IT-TAQSIRIET U D-DOKUMENTI TA' REFERENZA 1.1. It-Taqsiriet TBD Iridu Jkunu Definiti (To Be Defined) UV l-Unità tal-Vettura (Vehicle Unit) 1.2. L-Istandards ta' referenza ISO16844-3 Vetturi tat-triq - Sistemi Takografiċi – Parti 3: L-interfaċċja tas-sonda taċ-ċaqliq 2. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI U L-FUNZJONIJIET TAL-ADAPTER 2.1. Id-Deskrizzjoni ġenerali tal-adapter L-adapter għandu jipprovdi UV mqabbda b'dejta taċ-ċaqliq assigurata permanentament rappreżentattiva tal-veloċità tal-vettura u d-distanza vvjaġġata. L-adapter huwa intenzjonat biss għal dawk il-vetturi li huma meħtieġa li jkollhom l-apparat ta' reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Għandu jkun installat u wżat biss f'dawk it-tipi ta' vetturi ddefiniti skont (rr), fejn mhuwiex mekkanikament possibbli li tkun installata kwalunkwe tip oħra ta' sonda taċ-ċaqliq eżistenti li fil-każ hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u l-Appendiċijiet 1 sa 11 tiegħu. L-adapter m'għandux ikun mekkanikament interfaċċjat ma' parti li tiċċaqlaq tal-vettura, kif meħtieġ skont l-Appendiċi 10 ta' dan l-Anness (sezzjoni 3.1), imma mqabbad mal-impulsi tal-veloċità/distanza li huma ġġenerati minn sondi integrati jew interfaċċji alternattivi. ADA_001 ADA_002 Sonda taċ-ċaqliq tat-tip approvat (skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, sezzjoni VIII - L-approvazzjoni tat-tip ta' apparat ta' reġistrar u l-karti tat-takografiċi) għandha tkun inkorporata mal-kaxxa tal-adapter, li għandha tinkludi wkoll strument li jibdel il-pulsazzjoni li jgħaddi l-pulsazzjonijiet li deħlin għas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq. Is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq innifisha għandha tkun imqabbda mal-UV, sabiex l-interfaċċja bejn l-UV u l-adapter tkun konformi mal-ħtiġijiet stipulati fl-ISO16844-3. 2.2. Il-Funzjonijiet L-adapter għandu jinkludi l-funzjonijiet li ġejjin: - l-interfaċċjar u l-addattament tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin, - il-mogħdija tal-pulsazzjonijiet li deħlin għas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq, - il-funzjonijiet kollha tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq, li qed jipprovdu dejta taċ-ċaqliq assigurata lill-UV. 2.3. Is-Sigurtà ADA_004 L-adapter m'għandux ikollu ċertifikat tas-sigurtà skont il-mira tas-sigurtà ġenerika tas-sonda taċ-ċaqliq spjegata fl-Appendiċi 10 ta' dan l-Anness. Il-ħtiġijiet relatati mas-sigurtà speċifikati fis-sezzjoni 4,4 ta' dan l-Appendiċi għandha tapplika minflok. 3. IL-ĦTIĠIJIET GĦALL-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI META JKUN INSTALLAT ADAPTER Il-ħtiġijiet f'dan u fil-Kapitoli li ġejjin jindikaw kif il-ħtiġijiet ta' dan l-Anness għandhom jinftiehmu meta jintuża adapter. In-numri meħtieġa rrelatati huma pprovduti bejn il-parentesi. ADA_005 L-apparat ta' reġistrar ta' kwalunkwe vettura li għandha adapter inkorporat għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan l-Anness, apparti fil-każijiet speċifikati f'dan l-Appendiċi. ADA_006 Meta jkun installat adapter, l-apparat ta' reġistrar jinkludi l-kejbils, l-adapter (miflok is-sonda taċ-ċaqliq), u l-UV (001). Il-funzjoni tal-osservazzjoni tal-avvenimenti u/jew ħsarat tal-apparat ta' reġistrar hija mmodifikata kif ġej: - L-avveniment "tal-interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku" għandu jinbeda mill-UV, meta ma tkunx fil-pożizzjoni kkalibrata, f'każ ta' kwalunkwe interruzzjoni li teċċedi l-200 millisekonda tal-provvista tal-elettriku tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq (066), - Kwalunkwe interuzzjoni fil-provvista tal-elettriku ta' aktar minn 200ms (millisekondi) tal-adapater għandha tiġġenera interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq tal-istess tul ekwivalenti. Il-limitu tal-interruzzjoni tal-adapter għandu jkun iddefinit mill-manifattur tal-adapter. - Dan l-avveniment ta' "żball fid-dejta taċ-ċaqliq" għandu jinbeda mill-UV fil-każ ta' interruzzjoni tal-kurrent normali tad-dejta bejn is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq u l-UV u/jew fil-każ ta' żball tal-integrità tad-dejta jew tal-awtentiċità tad-dejta waqt l-iskambju tad-dejta bejn is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq u l-UV (067), - L-avveniment ta' "attentat ta' ksur tas-sigurtà" għandu jinbeda mill-UV għal kwalunkwe avveniment ieħor li jaffetwa s-sigurtà tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq, meta ma tkunx fil-pożizzjoni kkalibrata (068), - Il-ħsara tal-"apparat ta' reġistrar" għandha tkun mibdija mill-UV, meta mhijiex fil-pożizzjoni kkalibrata, għal kwalunkwe ħsara tas-sonda inkorporata tas-sigurtà (070). ADA_007 ADA_008 Il-ħsarat fl-adapter osservati mill-apparat ta' reġistrar għandhom ikunu dawk relatati mas-sonda inkorporata tas-sigurtà (071). ADA_009 Il-funzjoni tal-ikkalibrar tal-UV għandha tagħti l-possibbiltà sabiex ikunu mqabbla awtomatikament is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq mal-UV (154, 155). ADA_010 It-termini "sonda taċ-ċaqliq" jew "sonda" fil-Mira tas-Sigurtà tal-UV fl-Appendiċi 10 ta' dan l-Anness jirreferu għas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq. 4. IL-KOSTRUZZJONI U L-ĦTIĠIJIET FUNZJONALI GĦALL-ADAPTER 4.1. L-Interfaċċjar u l-addattament tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin ADA_011 L-interfaċċjar ta' l-input fl-adapter għandu jaċċetta pulsazzjonijiet ta' frekwenzi rappresentattivi tal-veloċità tal-vettura u d-distanza vvjaġġata. Il-karattersitiċi tal-elettriku tal-pulsazzjonijiet li deħlin huma: TBD mill-manifattur. It-tibdiliet aċċessibli biss għall-manifattur tal-adapter u għall-workshop approvat li ikun qed jagħmel l-installazzjoni tal-adapter għandhom jagħtu l-interfaċċjar korrett ta' l-input mill-adapter għall-vettura, jekk huwa applikabbli. ADA_012 L-interfaċċjar tal-input fl-adapter għandu jkun jista', jekk huwa applikabbli, jimmultiplika jew jaqsam il-pulsazzjonijiet tal-frekwenza tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin minn fattur fiss, biex is-sinjal ikun addattat għall-valur fil-medda tal-fattur k iddefinita b'dan l-Anness (4000 sa 25000 pulsazzjonijiet/km). Dan il-fattur fiss jista' jkun ipprogrammat biss mill-manifattur tal-adapter, u l-workshop approvat li jkun qed jagħmel l-installazzjoni tal-adapter. 4.2. Il-Mogħdija tal-pulsazzjonijiet li deħlin lis-sonda taċ-ċaqliq inkorporata ADA_013 Il-pulsazzjonijiet li deħlin, possibbilment addattati kif speċifikat hawn fuq, għandhom ikunu mgħoddija lis-sonda inkorporata taċ-ċaqliq, sabiex kull pulsazzjoni li dieħla tkun osservata mis-sonda taċ-ċaqliq. 4.3. Is-Sonda inkorporata taċ-ċaqliq ADA_014 Is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq għandha tkun stimulata bil-pulsazzjonijiet mgħoddija, u għalhekk tkun tista' tiġġenera dejta dwar il-moviment li tirrapreżenta b'mod korrett iċ-ċaqliq tal-vettura, bħallikieku kienet interfaċċjata mekkanikament ma' parti li tiċċaqlaq tal-vettura. ADA_015 Id-dejta ta' identifikazzjoni tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq għandha tintuża mill-UV sabiex tidentifika l-adapter (077), ADA_016 Id-dejta dwar l-installazzjoni maħżuna fis-sonda inkorporata taċ-ċaqliq għandha tkun ikkunsidrata bħala rappreżentattiva tad-dejta tal-installazzjoni tal-adapter (099). 4.4. Il-Ħtiġijiet tas-sigurtà ADA_017 Il-kaxxa tal-adapter għandha tkun iddisinjata sabiex ma tkunx tista' tinfetaħ. Għandha tkun issiġillata, sabiex l-attentati fiżiċi tat-tbagħbis ikunu osservati malajr (eż. bl-ispezzjoni viżwali, ara ADA_035). ADA_018 Ma għandux ikun possibbli li titneħħa s-sonda inkorporata taċ-ċaqliq mill-adapter mingħajr it-tkissir tas-siġill(i) tal-kaxxa tal-adapter, jew it-tkissir tas-siġill ta' bejn is-sonda u l-kaxxa tal-adapter (ara ADA_035). ADA_019 L-adapter għandu jiżgura li d-dejta taċ-ċaqliq tkun tista' tiġi pproċessata u meħuda biss mill-input tal-adapter. 4.5. Il-Karatteristiċi ta’ prestazzjoni ADA_020 L-adapter għandu jkun operattiv kompletament fil-medda tat-temperatura (TBD mill-manifattur, skont il-pożizzjoni tal-installazzjoni) (159). ADA_021 L-adapter għandu jkun operattiv kompletament fil-medda tal-umdità bejn 10 % u d-90 % (160). ADA_022 L-adapter għandu jkun protett kontra l-vultaġġ żejjed, l-inverżjoni tal-polarità tal-provvista tal-elettriku tiegħu, u l-ixxortjar fiċ-ċirkwiti (161). ADA_023 L-adapter għandu jkun konformi mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE [*] li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE, , għall-finijiet tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku, marbuta mal-kompatibbiltà elettromanjetika, u għandu jkun protett minn skarigi elettrostatiċi u transjenti (162). 4.6. Il-Materjali ADA_024 L-adapter għandu jilħaq il-grad ta' protezzjoni (TBD mill-manifatturi, skont il-pożizzjoni tal-installazzjoni) (164, 165). ADA_025 Il-kulur tal-kaxxa ta’ barra tal-adapter għandu jkun isfar. 4.7. Il-Marki Għandha tkun imwaħħla plakka deskrittiva mal-adapter u turi d-dettalji li ġejjin (169): - l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-adapter, - in-numru tal-part mill-manifattur u s-sena tal-manifattura tal-adapter, - il-marka ta' approvazzjoni tat-tip ta' adapter jew tat-tip tal-apparat ta' reġistrar li jinkludi l-adapter, - id-data meta kien installat l-adapter, - in-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura li fuqha kien installat. Il-plakka deskrittiva għandha wkoll turi d-dettalji li ġejjin (jekk ma jinqrawx direttament minn barra fuq is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq): - l-isem tal-manifattur tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq, - in-numru tal-parti tal-manifattur u s-sena tal-manifatturar tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq, - il-marka tal-approvazzjoni għas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq. 5. L-INSTALLAZZJONI TAL-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI META JINTUŻA ADAPTER 5.1. L-Installazzjoni ADA_028 L-adapters li għandhom ikunu mwaħħla mal-vetturi għandhom ikunu mgħoddija biss lill-manifatturi tal-vetturi, jew lill-workshops approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u awtorizzati sabiex jinstallaw, jattivaw u jikkalibraw it-takografi diġitali. ADA_029 Il-workshop approvat għall-installazzjoni tal-adapter għandu jirranġa l-interfaċċja tal-input u jagħżel id-diviżjoni tal-proporzjon tas-sinjal tal-input (jekk huwa applikabbli). ADA_030 Il-workshop approvat għall-installazzjoni tal-adapter għandu jissiġilla l-kaxxa tal-adapter. ADA_031 L-adapter għandu jitwaħħal kemm jista' jkun viċin tal-parti tal-vettura li tipprovdi il-pulsazzjonijiet li deħlin. ADA_032 Il-kejbils li jipprovdu l-provvista tal-elettriku għall-adapter għandhom ikunu aħmar (il-provvista pożittiva) u iswed (l-ert). 5.2. Is-siġillar Għandhom japplikaw il-ħtiġijiet tas-siġillar li ġejjin: - il-kaxxa tal-adapter għandha tkun issiġillata (ara ADA_017), - il-kaxxa tas-sonda inkorporata għandha tkun issiġillata mal-kaxxa tal-adapter, sakemm mhuwiex possibbli li titneħħa s-sonda inkorporata mingħajr t-tkissir tas-siġill(i) tal-kaxxa tal-adapter (ara ADA_018), - il-kaxxa tal-adapter għandha tkun issiġillata mal-vettura, - il-konnessjoni bejn l-adapter u l-apparat li jipprovdi il-pulsazzjonijiet li deħlin għandha tkun issiġillata miż-żewġt itruf (sal-limitu ta' dak li huwa raġjonevolment possibbli). 6. IL-KONTROLLI, L-ISPEZZJONIJIET U T-TISWIJIET 6.1. L-Ispezzjonijiet perjodiċi Meta jintuża adapter, kull spezzjoni perjodika (spezzjoni perjodika tfisser skont ir-Rekwiżit 256 sar-Rekwiżit 258 tal-Kapitolu VI tal-Anness 1B) tal-apparat ta' reġistrar għandha tinkludi l-kontrolli li ġejjin (257): - li l-adapter għandu l-marki xierqa tal-approvazzjoni tat-tip, - li s-siġilli fuq l-adapter u l-konnessjonijiet tiegħu mhumiex mbagħbsa, - li l-adapter huwa installat kif indikat fuq il-plakka tal-installazzjoni, - li l-adapter huwa installat kif speċifikat mill-manifattur tal-adapter u/jew il-manifattur tal-vettura, - li l-muntaġġ tal-adapter huwa awtorizzat għall-vettura spezzjonata. 7. L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI META JINTUŻA ADAPTER 7.1. Il-Punti ġenerali ADA_035 L-apparat ta' reġistrar għandu jkun sottomess għall-approvazzjoni tat-tip komplut, mal-adapter (269). ADA_036 Kwalunkwe adapter jista' jkun sottomess għall-approvazzjoni tat-tip tiegħu, jew għall-approvazzjoni tat-tip bħala parti mill-apparat ta' reġistrar. ADA_037 L-approvazzjoni tat-tip bħal din għandha tinkludi t-testijiet tal-funzjonalità li jinvolvu l-adapter. Ir-riżultati pożittivi għal kull wieħed minn dawn it-testijiet huma ddikjarati b'ċertifikat xieraq (270). 7.2. Iċ-Ċertifikat funzjonali Iċ-ċertifikat funzjonali ta' adapter jew ta' apparat ta' reġistrar li jinkludi adapter għandu jkun mgħoddi lill-manifattur tal-adapter wara biss li jkun għadda b'suċċess mit-testijiet minimi kollha tal-funzjonalità li ġejjin. Nru | Test | Deskrizzjoni | Il-ħtiġijiet relatati | 1. | L-eżami amministrattiv | 1.1. | Id-Dokumentazzjoni | Il-korrettezza tad-dokumentazzjoni tal-adapater | | 2. | L-ispezzjoni viżwali | 2.1. | Il-konformità tal-adapter mad-dokumentazzjoni | | 2.2. | L-identifikazzjoni / il-marki tal-adapter | ADA_026, ADA_027 | 2.3. | Il-materjali tal-adapter | 163 sa 167 ADA_025 | 2.4. | Is-siġillar | ADA_017, ADA_018, ADA_035 | 3. | It-testijiet funzjonali | 3.1. | Il-mogħdija tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità lis-sonda inkorporata taċ-ċaqliq | ADA_013 | 3.2. | L-Interfaċċjar u l-addattament tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin | ADA_011, ADA_012 | 3.3. | Il-miżura taċ-ċaqliq korretta | 022 sa 026 | 4. | It-testijiet ambjentali | 4.1. | Ir-riżultati tat-test tal-manifattur | Ir-riżultati tat-testijiet ambjentali tal-manifattur. | ADA_020, ADA_021, ADA_022, ADA_023, ADA_024 | 5. | EMC | 5.1. | L-emissjonijiet irradjati u s-suxxetibilità | Tkun ivverifikata l-konformità mad-Direttiva 2006/28/KE | ADA_023 | 5.2. | Ir-riżultati tat-test tal-manifattur | Ir-riżultati tat-testijiet ambjentali tal-manifattur. | ADA_023 | [*] GU L 65, 7.3.2006, p. 27. --------------------------------------------------