Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi
Official Journal L 264 , 03/10/2008 P. 0001 - 0002
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 967/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, Billi: (1) Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 [1] introduċa regoli għall-użu ta’ indikazzjonijiet obbligatorji fuq prodotti organiċi, li, mill- 1 ta’ Jannar 2009, jinkludu l-użu tal-logo Komunitarju fuq ikel ippakkjat minn qabel skond l-Artikolu 24(1)(b) ta’ dak ir-Regolament. (2) Irriżulta li l-logo tal-Komunità użat skond l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l- 24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel [2] seta’ jiġi konfuż ma’ logos oħrajn użati għal indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u denominazzjonjiet ta’ l-oriġini protetti skond, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 ta’ l- 14 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għal prodotti agrikoli u oġġetti ta’ l-ikel [3] u l-logo għal speċjalitajiet tradizzjonali garantiti, ddefiniti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat- 18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta’ l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti [4]. (3) Huwa importanti għall-perċezzjoni tal-konsumaturi li jkun assigurat tikkettar informattiv b’logo Komunitarju distintiv u attraenti, li jissimbolizza l-produzzjoni organika u jidentifika b’mod ċar il-prodotti. Id-disinn ta’ logo Komunitarju bħal dan jitlob ċertu tul ta’ żmien biex ikun żviluppat u mgħarraf lill-pubbliku. (4) Sabiex jiġu evitati piżijiet finanzjarji u organizzattivi żejda fuq l-operaturi, l-użu obbligatorju tal-logo Komunitarju għandu jiġi pospost għat-tul ta’ żmien meħtieġ biex jinħoloq il-logo Komunitarju ġdid. Din id-deċiżjoni ma twaqqafx lill-operaturi milli jużaw, fuq bażi volontarja, il-logo attwali definit fl-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91. (5) Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied ma’ l-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007: "Madankollu, l-Artikolu 24(1)(b) u (c) għandu japplika mill- 1 ta’ Lulju 2010." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Settembru 2008. Għall-Kunsill Il-President M. Barnier [1] ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1. [2] ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. [3] ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1. [4] ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3. --------------------------------------------------