2008/432/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta’ Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (titlu mhux uffiċjali) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1937) Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 151 , 11/06/2008 P. 0049 - 0054


Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat- 23 ta’ Mejju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra (titlu mhux uffiċjali)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1937)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/432/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) [1], u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/771/KE [2] tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra.

(2) Madankollu, minħabba bidliet mgħaġġla fit-teknoloġija u t-talbiet tas-soċjetà, jistgħu jfeġġu applikazzjonijiet ġodda ta’ tagħmir għal meded qosra li jkollhom bżonn aġġornamenti regolari fil-kundizzjonijiet għall-armonizzazzjoni ta’ l-ispettru.

(3) Fil- 5 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni ħarġet mandat permanenti [3] lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet Postali u tat-Telekomunikazzjonijiet (CEPT), skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, biex taġġorna l-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE bi tweġiba għall-iżviluppi teknoloġiċi u kummerċjali fil-qasam ta’ tagħmir għal meded qosra.

(4) Fir-rapport tagħha [4] ta’ Lulju 2007 mibgħut bi tweġiba għal dak il-mandat, is-CEPT tat parir lill-Kummissjoni biex temenda għadd ta’ aspetti tekniċi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE.

(5) Id-Deċiżjoni 2006/771/KE għalhekk għandha tkun emendata skond dan.

(6) Tagħmir li jopera skond il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni għandu jikkonforma wkoll mad-Direttiva 1995/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 1999 dwar apparat ta’ radju u ta’ terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom [5] sabiex l-ispettru jkun użat b’mod effikaċi li jevita interferenza li tagħmel il-ħsara, murija jew permezz ta’ lħiq ta’ standard armonizzat jew permezz ta’ ħarsien ta’ proċeduri alternattivi ta’ valutazzjoni ta’ konformità.

(7) Il-miżuri li hemm dispożizzjonijiet għalihom f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2006/771/KE jinbidel bl-Anness li jinsab ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane Reding

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 108, 24.4.2002, p.1.

[2] ĠU L 312, 11.11.2006, p. 66.

[3] Mandat Permanenti għas-CEPT dwar l-aġġornament annwali ta’ l-anness tekniku għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-armonizzazzjoni teknika ta’ spettru tar-radju għal użu ma’ Tagħmir għal Meded Qosra. ( 5 ta’ Lulju 2006).

[4] RSCOM(07) 58.

[5] ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS

Meded ta’ frekwenza armonizzati u parametri tekniċi ta’ tagħmir għal meded qosra

Tip ta’ tagħmir għal meded qosra | Medda ta' frekwenza | Limitu tal-qawwa/limitu tas-saħħa tal-kamp/limitu tad-densità tal-qawwa [1] | Parametri addizzjonali/rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija [2] | Restrizzjonijiet oħra fuq l-użu [3] | Skadenza ta’ l-implimentazzjoni |

Tagħmir għal meded qosra mhux speċifik [4] | 6765-6795 kHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

13,553-13,567 MHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

26,957-27,283 MHz | 10 mW qawwa effettiva mogħtija (e.r.p.), li tikkorrispondi għal 42 dBμA/m f’10 metri | | Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi | 1 ta’ Ġunju 2007 |

40,660-40,700 MHz | 10 mW e.r.p. | | Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi | 1 ta’ Ġunju 2007 |

433,050-434,040 [5] MHz | 1 mW e.r.p. – 13dBm/10 kHz densità tal-qawwa għal modulazzjoni ta’ bandwidth akbar minn 250 kHz | | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

10 mW e.r.p. | Ċiklu ta’ ħidma [6]: 10 % | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ġunju 2007 |

434,040-434,790 [5] MHz | 1 mW e.r.p. – 13dBm/10 kHz densità tal-qawwa għal modulazzjoni ta’ bandwidth akbar minn 250 kHz | | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

10 mW e.r.p. | Ċiklu ta’ ħidma [6]: 10 % | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ġunju 2007 |

Ċiklu ta’ ħidma [6]: 100 % suġġett għal spazjar tal-kanali sa 25 kHz | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

863,000-868,000 MHz | 25 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 0.1 % | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

868,000-868,600 [5] MHz | 25 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 1 % | Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

25 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 0.1 % | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

868,700-869,200 [5] MHz | 25 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 0.1 % | Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

25 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 0.1 % | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

869,400-869,650 [5] MHz | 500 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 10 % L-ispazjar tal-kanali għandu jkun 25 kHz, ħlief li l-medda ta’ frekwenza kollha tista’ wkoll tintuza bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja | Applikazzjonijiet ta’ vidjow huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

25 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 0.1 % | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

869,700-870,000 [5] MHz | 5 mW e.r.p. | Applikazzjonijiet ta’ vuċi huma permessi b’tekniki avvanzati ta’ taffija | Applikazzjonijiet ta’ awdjo u vidjow huma esklużi | 1 ta’ Ġunju 2007 |

25 mW e.r.p. | Għandhom jiġu wżati tekniki għall-aċċess ta’ l-ispettru u biex itaffu l-interferenza li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Alternattivament jista’ jintuża wkoll ċiklu ta’ ħidma [6] ta’ 0.1 % | Sinjali ta’ awdjo u vuċi, u applikazzjonijiet ta’ vidjow, huma esklużi | 1 ta’ Ottubru 2008 |

2400-2483,5 MHz | 10 mW qawwa isotropika mogħtija ekwivalenti (e.i.r.p.) | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

5725-5875 MHz | 25 mW e.i.r.p. | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

24,150-24,250 GHz | 100 mW e.i.r.p. | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

61,0-61,5 GHz | 100 mW e.i.r.p. | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

Sistemi ta' allarm | 868,600-868,700 MHz | 10 mW e.r.p. | Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Il-medda kollha ta’ frekwenza tista’ tintuża wkoll bħala kanal wieħed biss għat-trażmissjoni ta’ dejta b’veloċità għolja Ċiklu ta’ ħidma [6]: 1,0 % | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

869,250-869,300 MHz | 10 mW e.r.p. | Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma [6]: 0,1 % | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

869,300-869,400 MHz | 10 mW e.r.p. | Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma [6]: 1,0 % | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

869,650-869,700 MHz | 25 mW e.r.p. | Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma [6]: 10 % | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

Allarmi soċjali [7] | 869,200-869,250 MHz | 10 mW e.r.p. | Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Ċiklu ta’ ħidma [6]: 0,1 % | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

Applikazzjonijiet induttivi [8] | 20,050-59,750 kHz | 72 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

59,750-60,250 kHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

60,250-70,000 kHz | 69 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

70-119 kHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

119-127 kHz | 66 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

127-140 kHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

140-148,5 kHz | 37.7 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

148,5-5000 kHz Fil-meded ta’ frekwenza speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu | – 15 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija -5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

400-600 kHz | – 8 dBμA/m f’10 metri | | Hija permessa biss l-applikazzjoni RFID [9] | 1 ta’ Ottubru 2008 |

3155-3400 kHz | 13.5 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

5000-30000 kHz Fil-meded ta’ frekwenzi speċifiċi msemmija hawn taħt, japplikaw saħħa tal-kamp ogħla u restrizzjonijiet addizzjonali għall-użu: | – 20 dBμA/m f’10 metri fi kwalunkwe bandwidth ta’ 10 kHz Barra minn hekk is-saħħa totali tal-kamp hija – 5 dBμA/m f’10 m għal sistemi li joperaw f’bandwidths akbar minn 10 kHz | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

6765-6795 kHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

7400-8800 kHz | 9 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

10200-11000 kHz | 9 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

13553-13567 kHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

60 dBμA/m f’10 metri | | Huma permessi biss l-applikazzjonijiet RFID [9] u EAS [10] | 1 ta’ Ottubru 2008 |

26957-27283 kHz | 42 dBμA/m f’10 metri | | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

Implantazzjonijiet Mediċi Attivi [11] | 9-315 kHz | 30 dBμA/m f’10m | Ċiklu ta’ ħidma [6]: 10 % | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

402-405 MHz | 25 μW e.r.p. | Spazjar ta’ kanali: 25 kHz Restrizzjoni oħra fuq tqassim ta’ kanali: trażmettituri individwali jistgħu jgħaqqdu kanali ma’ ġenbhom għal bandwidth usa’ b’tekniki ta’ taffija avvanzati li jipprovdu għall-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fi standards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

Applikazzjonijiet awdjo bla wires [12] | 87,5-108,0 MHz | 50 nW e.r.p. | L-ispazjar ta’ kanali sa 200 kHz | | 1 ta’ Ottubru 2008 |

863-865 MHz | 10 mW e.r.p. | | | 1 ta’ Ġunju 2007 |

[1] L-Istati Membri għandhom jippermettu l-użu ta’ spettru sal-qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa mogħtija f'din it-tabella. B’konformità ma’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, jistgħu jimponu kundizzjonijiet inqas ristrettivi, jiġifieri jippermettu l-użu ta' spettru b'qawwa, saħħa tal-kamp jew densità tal-qawwa ogħla.

[2] L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll dawn il-‘parametri addizzjonali / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija', u ma jistgħux iżidu parametri oħra jew rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta' taffija. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jħallu barra għal kollox il-parametri / rekwiżiti ta’ aċċess għall-ispettru u ta’ taffija f’kaxxa tat-tabella waħda jew jippermettu valuri ogħla.

[3] L-Istati Membri jistgħu jimponu biss dawn ir-"restrizzjonijiet oħra fuq l-użu", u ma jistgħux iżidu restrizzjonijiet addizzjonali fuq l-użu. Billi jistgħu jiġu introdotti kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE, l-Istati Membri jistgħu jħallu barra restrizzjoni waħda jew dawn ir-restrizzjonijiet kollha.

[4] Din il-kategorija hija disponibbli għal kwalunkwe tip ta’ applikazzjoni li tilħaq il-kundizzjonijiet tekniċi (użi tipiċi huma telemetrija, telekmnand, allarmi, dejta in ġenerali u applikazzjoni simili oħra).

[5] Għal din il-medda ta’ frekwenza l-Istati Membri għandhom jagħmlu s-serje ta’ kundizzjonijiet għall-użu alternattivi kollha possibbli

[6] "Ċiklu ta’ ħidma" jfisser il-proporzjon ta’ ħin matul kwalunkwe perjodu ta’ siegħa meta l-apparat qed jittrażmetti b’mod attiv. Kundizzjonijiet anqas ristrettivi fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 2006/771/KE jfissru li l-Istati Membri jistgħu jippermettu valur ogħla għaċ-"Ċiklu ta’ ħidma".

[7] Tagħmir ta’ allarmi soċjali jintużaw biex jgħinu nies anzjani jew b’inkapaċità meta jkunu f’periklu.

[8] Din il-kategorija tkopri, pereżempju, tagħmir biex il-karozzi ma jitħarkux, identifikazzjoni ta' annimali, sistemi ta' allarmi, detezzjoni ta' cable, ġestjoni ta' skart, identifikazzjoni personali, konnessjonijiet tal-vuċi bla wires, kontroll ta' aċċess, sensuri ta' prossimità, sistemi kontra s-serq, inkluż sistemi RF induttivi kontra s-serq, trasferiment ta' dejta għal tagħmir li jinżamm fl-idejn, identifikazzjoni awtomatika ta’ oġġetti, sistemi ta’ kontroll bla wires u nollijiet tat-toroq awtomatiċi.

[9] Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għall-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID).

[10] Din il-kategorija tkopri applikazzjonijiet induttivi wżati għas-Sorveljanza Elettronika ta’ Oġġetti (EAS).

[11] Din il-kategorija tkopri l-parti tar-radju ta’ tagħmir implantabbli mediku attiv, kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE ta’ l- 20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem u periferali oħrajn (ĠU L 189, 20.7.1990, p. 17).

[12] Applikazzjonijiet għal sistemi ta’ awdjo bla wires, inkluż: lawdspijkers bla wires; headphones bla wires; headphones bla wires biex jinġarru, bħal CD, casette jew tagħmir tar-radju li jinġarru fuq persuna; headphones bla wire għall-użu f’vettura, pereżempju għall-użu ma’ radju jew mowbajl, eċċ.; tagħmir ta’ monitoraġġ li jiddaħħal fil-widna, għall-użu f’kunċerti u produzzjonijiet oħra tal-palk.

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet