Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 dwar statistika strutturali kummerċjali (formulazzjoni mill-ġdid) Test b’rilevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 097 , 09/04/2008 P. 0013 - 0059


Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tal- 11 ta’ Marzu 2008

dwar statistika strutturali kummerċjali

(formulazzjoni mill-ġdid)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew [1],

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat [2],

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 ta’ l- 20 ta’ Diċembru 1996 dwar l-istatistika [3] strutturali tan-negozji ġie emendat sostanzjalment diversi drabi [4]. Peress li qed isiru emendi ġodda għal dan ir-Regolament, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet konċernati jiġu fformulati mill-ġdid minħabba ċ-ċarezza u r-razzjonalizzazzjoni.

(2) Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozji fil-Komunità.

(3) Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-programm ta’ l-istatistika tal-Komunità 2003 sa 2007 [5] adottat il-programm li kien se jkun immexxi mill-prijoritajiet prinċipali tal-politika Komunitarja ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja, it-tkabbir u l-kompettività ta’ l-Unjoni Ewropea, politika reġjunali, żvilupp sostenibbli u aġenda soċjali. L-istatistika dwar l-attività ekonomika ta’ l-intrapriżi jiffurmaw parti essenzjali ta’ dan il-programm.

(4) Dan ir-regolament għandu jipprevedi l-kontinwazzjoni ta’ l-appoġġ eżistenti ta’ l-istatistika għad-deċiżjonijiet fl-oqsma attwali ta’ politika u li jissodisfa l-ħtiġijiet addizzjonali li jinqalgħu minn inizjattivi ġodda ta’ politika Komunitarja, u mir-reviżjoni kontinwa ta’ prijoritajiet ta’ statistika u tar-relevanza ta’ l-istatistika prodotta, bil-ħsieb li jsir l-aqwa użu mir-riżorsi disponibbli u jiġi mminimizzat il-piż tar-rispons. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-impatt fuq in-negozju kkawżat mill-politiki tal-Komunità dwar l-enerġija u dwar l-ambjent, bħal dawk inkorporati mir-Regolament REACH (KE) Nru 1907/2006 [6]. Għandhom jiġu inkuraġġiti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ l-aħjar prattiki bejn istituti ta’ l-istatistika nazzjonali, sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti ta’ sorsi ta’ data amministrattivi.

(5) Hemm dejjem aktar bżonn għal data dwar is-servizzi, b’mod partikolari s-servizzi tan-negozju. L-istatistika hija bżonjuża għall-analiżi ekonomika u l-formulazzjoni tal-politika dwar liema hu l-aktar settur dinamiku ta’ l-ekonomiji moderni, speċjalment f’termini tal-potenzjal tiegħu għall-ħolqien u t-tkabbir ta’ l-impjieg. Il-Kunsill Ewropew ta’ Liżbona tat- 23 u ta’ l- 24 ta’ Marzu 2000 saħaq dwar l-importanza tas-servizzi. Il-kejl tad-dħul imqassam skond il-prodotti tas-servizz dettaljat huwa prerekwiżit bżonnjuż għal ftehim propju tar-rwol tas-servizzi fl-ekonomija. Il-Kunsill Ewropew ta’ Stokkolma tat- 23 u ta’ l- 24 ta’ Marzu fl-2001 ikkonkluda li l-ħolqien ta’ swieq internazzjonali għas-servizzi li jaħdmu b’mod effettiv huwa wieħed mill-ogħla prijoritajiet għall-Ewropa. Statistika ta’ prodotti dettaljati ta’ servizzi dwar kummerċ bejn il-pajjiżi huma essenzjali għall-immonitorjar tat-tħaddim ta’ swieq interni għas-servizzi, l-istima tal-kompettittività tas-servizzi u l-analiżi ta’ l-impatt tal-barrieri dwar il-kummerċ fis-servizzi.

(6) Hemm bżonn ta’ data dwar id-demografija tan-negozju, peress li hija element ta’ l-Indikaturi Strutturali, stabbiliti biex jimmonitorjaw is-suċċess li għandu x’jaqsam mal-miri stipulati fl-Istrateġija ta’ Liżbona. Barra minn hekk, data armonizzata dwar id-demografija tan-negozju u dwar l-impatt tagħha fuq l-impjieg huma meħtieġa biex jiġu ssustanzjati r-rakkommandazzjonijiet ta’ politika għall-appoġġ ta’ l-intraprenditorija.

(7) Hemm bżonn ta’ għodda flessibbli fi ħdan il-qafas ta’ l-istatistika li tista’ twassal għal rispons bil-ħeffa u f’waqtu għal bżonnijiet ta’ l-utenti li qed jitfaċċaw u li jirriżultaw minn karatteristiċi dinamiċi, innovattivi u kumplessi ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien. L-irbit ta’ ġbir ta’ dataad hoc bħal dan mal-ġbir kontinwu ta’ data statistika strutturali tan-negozju jġib valur miżjud ma’ l-informazzjoni miġbura fiż-żewġ stħarriġiet u jista’ jnaqqas il-piż totali fuq dawk li jieħdu sehem billi tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ġbir ta’ data.

(8) Huwa meħtieġ li tiġi prevista proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex ikunu jistgħu jiġu ċċarati aktar ir-regoli għall-ġbir u l-ipproċessar ta’ data u għall-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.

(9) Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat- 28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri biex jiġu eżerċitati s-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni [7].

(10) B’mod partikulari, għandu jingħata l-poter lill-Kummissjoni: li taġġorna l-lista tal-karatteristiċi fl-Annessi; li tistabbilixxi l-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, ir-regoli għat-tressiq tad-data bħala "kontribuzzjonijiet lejn totali Ewropej biss" (CETO), l-ewwel sena ta’ referenza għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika u t-tqassim tar-riżultati fid-dettall u l-klassifikazzjonijiet li għandhom jintużaw u l-kumbinazzjoni tal-klassijiet ta’ daqs; li taġġorna l-perjodi ta’ żmien għat-trażmissjoni tad-data; li tadatta t-tqassim fid-dettall ta’ l-attivitajiet u tal-prodotti għall-emendi jew reviżjonijiet tal-klassifikazzjoni statistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunita Ewropea (NACE) u tal-klassifikazzjoni tal-prodotti skond l-attivita’ (CPA), li tadotta miżuri fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota, li tibdel il-limitu l-aktar baxx tal-popolazzjoni ta’ referenza fl-Anness VIII u li tistabbilixxi kriterji għall-evalwazzjoni tal-kwalita’. Peress li dawk il-miżuri huma bi skop ġenerali u huma maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh permezz taż-żjieda ta’ elementi mhux essenzjali ġodda, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju stipulati fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(11) Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi pprovduta data armonizzata dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettittività u r-rendiment tan-negozju fil-Komunità, ma jistgħax jinkiseb b’ mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan,

ADDOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tal-kummerċ fil-Komunità.

Il-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika għandu jkollha bħala għan, speċjalment, li tanalizza:

(a) l-istruttura u l-evoluzzjoni ta’ l-attivitajiet tan-negozji;

(b) il-fatturi tal-produzzjoni użati u l-elementi l-oħrajn li jippermettu li titkejjel l-attività kummerċjali, il-kompetittività u r-riżultati;

(ċ) l-iżvilupp reġjonali, nazzjonali, Komuntarju u internazzjonali tan-negozji u tas-swieq;

(d) it-twettiq tan-negozju;

(e) intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju;

(f) karatteristiċi speċifiċi ta’ l-intrapriżi konnessi ma’ analiżi dettaljata partikulari ta’ attivitajiet.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1. Dan ir-Regolament għandu jkopri l-attivitajiet kollha tas-suq fit-Taqsimiet minn B sa N u minn P sa S tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir-Regolament Nru 1893/2006 (minn hawn ‘l quddiem "NACE Rev. 2").

2. Unitajiet ta’ statistika tat-tipi elenkati fis-Sezzjoni I ta’ l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal- 15 Marzu 1993 dwar l-unitajiet ta’ l-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta’ produzzjoni fil-Komunità [8] li huma kklassifikati taħt waħda mill-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-użu ta’ unitajiet partikulari għall-kumpilazzjoni ta’ statistika hu speċifikat fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Moduli

1. L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għall-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 għandha titqassam fi gruppi bħala moduli.

2. Il-moduli f’dan ir-Regolament għandhom ikunu:

(a) modulu komuni għall-istatistika annwali strutturali, kif iddefinit fl-Anness I;

(b) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fl-industrija, kif iddefinit fl-Anness II;

(ċ) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fil-kummerċ, kif iddefinit fl-Anness III;

(d) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fil-kostruzzjoni, kif iddefinit fl-Anness IV;

(e) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali fl-assigurazzjoni, kif iddefinit fl-Anness V;

(f) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif iddefinit fl-Anness VI;

(g) modulu dettaljat għall-istatistika strutturali dwar il-fondi tal-pensjoni, kif iddefinit fl-Anness VII;

(h) modulu ddettaljat għal statistika strutturali dwar servizzi ta’ negozju kif definit f’Anness VIII;

(i) modulu ddettaljat għal statistika strutturali dwar id-demografija tal-kummerċ, kif iddefinit f’Anness IX;

(j) modulu flessibbli għat-twettiq ta’ ġabra speċifika u limitata ta’ dataad hoctal-karatteristiċi ta’ intrapriża.

3. L-informazzjoni li ġejja għandha tkun stipulata f’kull modulu:

(a) l-attivitajiet li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika, meħuda mir-rapport indikat fl-Artikolu 2 (1);

(b) it-tipi ta’ l-unità statistika li għandhom jintużaw għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, meħuda mill-lista ta’ l-unitajiet ta’ statistika msemmijin fl-Artikolu 2 (2);

(ċ) il-listi tal-karatteristiċi li għalihom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika għall-oqsma msemmija fl-Artikolu 1 u l-perjodi ta’ referenza għal dawk il-karatteristiċi;

(d) il-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika, li għandha tkun ta’ kull sena jewpluriennali. Jekk il-kumpilazzjoni hija pluriennali, għandha ssir għall-anqas darba kull 10 snin;

(e) l-iskeda li turi l-ewwel snin ta’ referenza għall-istatistika li għandha tkun ikkumpilata;

(f) l-istandards konnessi mar-rappreżentattività u l-evalwazzjoni tal-kwalità;

(g) il-perjodu ta’ żmien li fih għandha tintbgħat l-istatistika wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza;

(h) l-itwal perjodu tranżitorju li jista’ jingħata.

4. L-użu tal-modulu flessibbli msemmi fil-paragrafu 2(j) tat-tieni paragrafu għandu jkun ippjanat b’koperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri. L-ambitu tiegħu, il-lista ta’ karatteristiċi, il-perjodu ta’ referenza, l-attivitajiet li se jiġu koperti u r-rekwiżiti ta’ kwalità għandhom ikunu deċiżi mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2) ta’ l-anqas 12-il xahar qabel il-bidu tal-perjodu ta’ referenza. Il-Kummissjoni għandha wkoll tispeċifika l-ħtieġa għall-informazzjoni u l-impatt tal-ġbir tad-data rigward il-piż fuq il-kummerċ u l-ispejjeż għall-Istati Membri.

Sabiex ikun limitat il-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-Istati Membri, il-volum tal-ġbir ta’ data għandu jkun ristrett għal massimu ta’ 20 karatteristika ta’ l-intrapriżi jew mistoqsija magħmula lilhom, massimu ta’ 25000 intrapriża li tirrispondi għall-ġbir tad-data madwar l-Unjoni Ewropea kollha, sforz medju massimu ta’ rispons individwali ta’ 1,5 siegħat. Il-ġbir ad hoc tad-data għandu jinkludi numru rappreżentattiv ta’ Stati Membri. Meta jkunu meħtieġa riżultati f’livell Ewropew biss, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi approċċ Ewropew għall-eżami ta’ kampjuni biex ikun assigurat li jkun hemm piż u spejjeż minimi.

L-ispejjeż tal-ġbir ta’ data ad hoc jistgħu jkunu kkofinanzjati mill-Kummissjoni bl-użu ta’ proċeduri stabbiliti.

Artikolu 4

Studji pilota

1. Serje ta’ studji pilota għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni u mwettqa mill-Istati Membri fuq bażi volontarja kif speċifikat fl-Annessi. Il-Kummissjoni għandha tagħti għotjiet lill-awtoritajiet nazzjonali skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97tas- 17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità [9], wara sejħa għal proposti.

2. L-istudji pilota għandhom jitwettqu sabiex janalizzaw ir-relevanza u prattikabbiltà li tinkiseb id-data. Ir-riżultati ta’ l-istudji pilota għandhom jiġu stmati mill-Kummissjoni, waqt li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji tad-disponibilità tad-data dwar l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozji.

3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultat ta’ l-istudji pilota.

4. Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament billi jissupplimentawh abbażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota, għandhom ikunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Artikolu 5

Kisba tad-data

1. L-Istati Membri għandhom jiksbu d-dettalji li hemm bżonn għall-osservazzjoni tal-karatteristiċi fil-listi msemmijin fil-moduli fl-Artikolu 3.

2. L-Istati Membri jistgħu jiksbu d-data li hemm bżonn billi jużaw taħlita ta’ l- għejun differenti speċifikati hawn taħt, waqt li japplikaw il-prinċipju ta’ simplifikazzjoni amministrattiva:

(a) stħarriġiet obbligatorji: l-unitajiet legali, li tagħhom huma l-unitajiet ta’ statistika msejħa mill-Istati Membri jew li huma komposti minnhom, għandhom jagħtu tagħrif eżatt u komplet fiż-żmien preskritt,

(b) għejun oħra li huma għallanqas ekwivalenti għal dik li hija eżattezza u kwalità,

(ċ) proċeduri ta’ estimi ta’ statistika meta xi wħud mill-karatteristiċi ma jkunux ġew osservati għall-unitajiet kollha.

3. Biex jitnaqqsu l-piżijiet tat-tweġib, l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni (Eurostat), fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet iffissati minn kull Stat Membru u mill-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetenza rispettiva tagħhom, ikollhom aċċess għall-għejun ta’ data amministrattiva li tkopri l-oqsma ta’ l-attività ta’ l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom stess sal-punt li din id-data hemm bżonnha biex jissodisfaw it-talba għall-eżattezza msemmija fl-Artikolu 6. Barra minn hekk, kull fejn hu fattibbli, għandha tintuża data amministrattiva xierqa sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ l-irrappurtar ta’ dan ir-Regolament.

4. L-Istati Membri u l-Kummissjoni, fl-oqsma rispettivi tal-kompetenza tagħhom, għandhom jippromwovu l-kundizzjonijiet għall-użu akbar tat-trażmissjoni elettronika u l-ipproċessar awtomatiku tad-data.

Artikolu 6

Preċiżjoni

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li d-data trażmessa tirrifletti l-istruttura tal-popolazzjoni ta’ l-unitajiet ta’ statistika stabbiliti fl-Annessi.

2. Evalwazzjoni tal-kwalità għandha titwettaq bit-tqabbil tal-benefiċċji tad-data disponibbli ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq il-kummerċ, l-aktar fuq l-impriżi ż-żgħar.

3. L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha, l-informazzjoni kollha li hemm bżonn għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Artikolu 7

Komparabilità

1. Mid-data miġbura u kkalkulata l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati li jistgħu jitqabblu, wara li ssir l-analiżi dettaljata għall-kull modulu kif stabbilit mill-Artikolu 3 u l-Annessi rispettivi.

2. Biex ikunu jistgħu jiġu kumpilati l-aggregati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jipproduċu komponenti tar-riżultati nazzjonali skond il-livelli tan-NACE Rev. 2, stabbiliti fl-Annessi, jew iddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

Artikolu 8

Trażmissjoni tar-riżultati

1. L-Istati Membri għandhom jgħaddu r-riżultati previsti fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, inkluża data kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat) skond id-dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 [10]. Dawk id-dispożizzjonijiet tal-Komunità japplikaw għat-trattament tar-riżultati, sa fejn dawn jinkludu data kunfidenzjali.

2. Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi f’format tekniku xieraq, f’perjodu ta’ żmien wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li għandu jkun stabbilit skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3) għall-moduli stipulati fl-Artikolu 3(2)(a) sa (h) u (j) u m’għandux ikun itwal minn 18-il xahar. Għall-modulu pprovdut fl-Artikolu 3(2)(i), il-perjodu għandu jkun ta’ mhux aktar minn 30 xahar jew 18-il xahar kif stabbilit fl-Anness IX, Taqsima 9. Barra minn hekk, numru żgħir ta’ estimi ta’ riżultati preliminari għandhom ikunu trażmessi f’perjodu ta’ żmien mit-tmiem tal-perjodu ta’ referenza li jkun stabbilit f’konformità ma’ dik il-proċedura għall-moduli stipulati fl-Artikolu 3(2)(a) sa (g) u m’għandux ikun itwal minn 10 xhur. Għall-modulu stipulat fl-Artikolu 3(2)(i) il-perjodu ta’ żmien għal riżultati preliminari m’għandux ikun itwal minn 18-il xahar.

3. Sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq in-negozji u l-ispejjeż għall-awtoritajiet nazzjonali ta’ l-istatistika, l-Istati Membri jistgħu jimmarkaw data għall-użu biss bħala kontribut għat-totali Ewropej (CETO). L-Eurostat m’għandhiex tippubblika din id-data, u lanqas l-Istati Membri m’għandhom jimmarkaw b’bandiera CETO data li tkun ippubblikata b’mod nazzjonali. L-użu tal-bandiera CETO għandha tiddependi mis-sehem individwali ta’ l-Istati Membri mit-total ta’ l-UE ta’ valur miżjud fl-ekonomija bbażata fuq il-kummerċ:

(a) Il-Ġermanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev.2 u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs f’livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 15 % taċ-ċelloli.

(b) Il-Belġju, id-Danimarka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugal, il-Finlandja, u l-Iżvezja: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ klassi tan-NACE u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs f’livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 25 % taċ-ċelloli. Barra minn dan, jekk, fi kwalunkwe minn dawn l-Istati Membri, is-sehem ta’ klassi tan-NACE Rev.2 jew ta’ klassi ta’ daqs tal-grupp NAC E Rev.2, huwa inqas minn 0,1 % ta’ l-ekonomija tan-negozju ta’ l-Istat Membru kkonċernat, din id-data tista’ wkoll tintbagħat bħala waħda mmarkata bil-bandiera CETO.

(ċ) Il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija, is-Slovenja, u s-Slovakkja: id-data mmarkata bil-bandiera CETO tista’ tintbagħat għal-livell ta’ grupp u ta’ klassi tan-NACE Rev.2 u għall-analiżi dettaljata ta’ klassi ta’ daqs fil-livell ta’ grupp tan-NACE Rev.2. Ma jistgħux jiġu mmarkati iktar minn 25 % taċ-ċelloli f’livell ta’ grupp.

Il-miżuri maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh, li jirrelataw mar-reviżjoni tar-regoli għall-bandiera CETO u l-iggruppar ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3) sad- 29 ta' April 2013 u kull ħames snin wara dan.

Artikolu 9

Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, fuq talba tagħha, kull informazzjoni relevanti li għandha x’taqsam ma’ l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri.

Artikolu 10

Perjodi tranżitorji

1. Matul il-perjodi tranżitorji, derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ l-Annessi jistgħu jingħataw f’konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2) sa fejn is-sistemi ta’ l-istatistika nazzjonali jkollhom bżonn ta’ adattamenti prinċipali.

2. Perjodi supplimentari tranżitorji jistgħu jingħataw lil xi Stat Membru għall-kumpilazzjoni ta’ statistika meta ma jkunx possibbli li jiġu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament minħabba d-derogi mogħtija permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93tat- 22 ta’ Lulju 1993 dwar il-koordinament tal-Komunità fit-tfassil tar-reġistri tal-kummerċ għal għanijiet ta’ statistika [11].

Artikolu 11

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1. Il-miżuri li ġejjin u li huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12(2), jiġifieri dawk li jistabbilixxu:

(a) id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u r-rilevanza tagħhom għal ċerti attivitajiet (l-Artikolu 3 u l-Anness I, Sezzjoni 4, paragrafu 2);

(b) id-definizzjoni tal-perjodu ta’ referenza (l-Artikolu 3);

(ċ) il-format tekniku xieraq għat-trażmissjoni tar-riżultati (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Taqsima 9, paragrafu 2);

(d) il-perjodu tranżitorju u d-derogi mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament mogħtija waqt dak il-perjodu (l-Artikolu 10 u l-Anness I, Sezzjoni 11, l-Anness II, Sezzjoni 10, u l-Anness III, Sezzjoni 9, l-Anness VIII, Sezzjoni 8 u l-Anness IX, Sezzjoni 13);

(e) il-lista ta’ karatteristiċi li għandha tiġi trażmessa permezz tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir- Regolament tal-Kunsill (KEE) 3037/90 [12] (minn hawn "l quddiem NACE Rev. 1.1."). għas-sena 2008 u d-dettalji rigward il-produzzjoni ta’ riżultati (L-Anness I, Sezzjoni 9, paragrafu 2);

(f) l-użu tal-modulu flessibbli msemmi fl-Artikoli 3 (2)(j) u 3(4);

(g) il-proċeduri li jridu jiġu segwiti f’dak li għandu x’jaqsam mal-ġbir ad hoc tad-data msemmi fl-Anness II, Sezzjoni 4, paragrafi 3 u 4, l-Anness III, Sezzjoni 3, paragrafu 3, u l-Anness IV, Sezzjoni 3, paragrafu 3.

2. Il-miżuri li ġejjin u li huma neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, maħsuba biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, inter alia billi jissuplimentawh għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3):

(a) jaġġornaw il-listi tal-karatteristiċi, u riżultati preliminari sa kemm l-aġġornament ta’ din ix-xorta, wara evalwazzjoni kwantitattiva, ma jimplikax żieda fin-numru ta’ unitajiet eżaminati jew piż fuq l-unitajiet li mhux proporzjonali mar-riżultati mistennija (l-Artikoli 4 u 8 u l-Anness I, Sezzjoni 6, Anness II, Sezzjoni 6, Anness III, Sezzjoni 6, Anness IV, Sezzjoni 6);

(b) jistabbilixxu l-frekwenza tal-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika l-Artikolu 3);

(ċ) jistabbilixxu r-regoli biex id-data tiġi mmarkata bħala CETO (l-Artikolu 8(3));

(d) jistabbilixxu l-ewwel sena ta’ referenza għall-kumpilazzjoni tar-riżultati (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Sezzjoni 5);

(e) jistabbilixxu d-distribuzzjoni tar-riżultati, b’mod partikolari l-klassifikazzjonijiet li se jintużaw u t-tgħaqqid tal-klassijiet tad-daqs (l-Artikolu 7 u l-Anness VIII, Sezzjoni 4, paragrafi 2 u 3, u l-Anness IX, Sezzjoni 8, paragrafu 2 u 3), u l-Anness IX, Sezzjoni 10;

(f) jistabbilixxu l-aġġornament tal-perjodi ta’ żmien għat-trażmissjoni ta’ data (l-Artikolu 8 u l-Anness I, Sezzjoni 8, paragrafu 1, u l-Anness VI, Sezzjoni 7);

(g) jadottaw id-distribuzzjoni ta’ l-attivitajiet għal emendi u reviżjonijiet tan-NACE u d-distribuzzjonijiet ta’ prodotti għal emendi u reviżjonijiet tas-CPA;

(h) huma adottati fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ studji pilota (l-Artikolu (4));

(i) jbiddlu l-limitu l-aktar baxx għal popolazzjonijiet ta’ referenza (l-Anness VIII, Sezzjoni 3); u

(j) jistabbilixxu l-kriterji għall-evalwazzjoni ta’ kwalità (l-Artikolu 6 u l-Anness I, Sezzjoni 6, l-Anness II, Sezzjoni 6, l-Anness III, Sezzjoni 6 u l-Anness IV, Sezzjoni 6).

Artikolu 12

Kumitat

1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat għall-Programmi ta’ Statistika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom [13].

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw wara li jkunu meqjusa d-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 13

Rapport

1. Il-Kummissjoni għandha, sad- 29 ta' April 2011 u darba kull tliet snin wara dan, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istatistika kkumpilata skond dan ir-Regolament u l-aktar dwar il-kwalità tagħha u l-piż fuq il-kummerċ.

2. Fir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tipproponi dawk l-emendi li taħseb li hemm bżonn.

Artikolu 14

Revoka

1. Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandu jiġi rrevokat. L-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 għandu wkoll jiġi irrevokat.

2. Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għar-regolament mis-sena ta’ referenza 2008 ‘l quddiem u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-ġbir, tal-kumpilazzjoni u tat-trażmissjoni ta’ data għas-snin ta’ referenza sa l-2007 b’din is-sena inkluża.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 11 ta' Marzu 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. Pöttering

Għall-Kunsill

J. Lenarčič

Il-President

[1] ĠU C 318, 23.12.2006, p. 78.

[2] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta’ Marzu 2007 (ĠU C 27 E, 31.1.2008, p. 139) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ Frar 2008.

[3] ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[4] Ara l-Anness X.

[5] ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12.)

[6] Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) u li stabilixxa Aġenzija Ewropea tal-Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1); ikkoreġuta bil-verżjoni fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3). Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).

[7] ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

[8] ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

[9] ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[10] ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[11] ĠU L 196, 5.8.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

[12] ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1893/2006.

[13] ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.

--------------------------------------------------

ANNESS I

MODULU KOMUNI GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI ANNWALI

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozju fl-Istati Membri.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika kkumpilata se tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a), (b) u (c) u (e), b’mod partikolari ma’ l-analiżi tal-valur miżjud u l-komponenti ewlenin tagħha.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 9.

2. Għandhom isiru studji pilota għall-attivitajiet imsemmija fis-Sezzjoni 10.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi elenkati hawn taħt jindikaw, meta huwa rilevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika.

2. It-titoli korrispondenti tal-karatteristiċi li għalihom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika dwar attivitajiet fit-Taqsima K tan-NACE Rev. 2 li jikkorrispondu l-aktar mill-qrib ma’ dawk elenkati fil-paragrafi 3 sa 5 għandhom jiġu stabbliti skond il-proċedura regulatorja msemmija fl-Artikolu 12(2).

3. Statistika demografika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi |

11 21 0 | Numru ta’ unitajiet lokali |

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Dettalji tal-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni |

12 15 0 | Valur miżjud fl-ispiża tal-fattur |

12 17 0 | Surplus gross operattiv |

13 11 0 | Xiri totali ta’ beni u servizzi |

13 12 0 | Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ġew irċevuti |

13 13 1 | Pagamenti għall-ħaddiema ta’ l-aġenziji |

13 31 0 | Spejjeż tal-ħaddiema |

13 32 0 | Pagi u salarji |

13 33 0 | Spejjeż tas-sigurtà soċjali |

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0 | Investiment totali f’beni tanġibbli |

Data dwar l-impjiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

16 13 0 | Numru ta’ impjegati |

16 14 0 | Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti tal-full-time |

5. Karatteristiċi li dwarhom għandha tkun kkumpilata l-istatistika reġjonali annwali:

Kodiċi | Titolu |

Dettalji tal-kontijiet

13 32 0 | Pagi u salarji |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

6. Studji pilota għandhom isiru għall-karatteristiċi elenkati fis-Sezzjoni 10.

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tiġi kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008. Id-data se tkun ikkumpilata skond l-analiżi fit-Taqsima 9. Iżda l-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika dwar il-klassijiet ta’ l-attività koperti minn NACE Rev. 2 gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 għandha tiġi kkumpilata, se tiġi deċiża skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull waħda mill-karatteristiċi prinċipali l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad tal-preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-Kummissjoni għandha ddaħħal fir-rapport li hemm dispożizzjoni dwaru fl-Artikolu 13, wara li jittieħed akkont ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja msemmija bi skrutinju stabbilita fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jiġu analizzati b’mod dettaljat sal-livell ta’ klassi li jiddeskrivu l-attivitajiet elenkati fit-Taqsima 9.

2. Xi wħud mir-riżultati għandhom jiġu maqsuma wkoll fi klassijiet ta’ daqs għal kull grupp ta’ attivitajiet elenkati fit-Taqsima 9.

3. Ir-riżultati ta’ l-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu sal-livell ta’ 2 figuri (diviżjonijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tal-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika komuni ta’ l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbilita mir-Regolament Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [1] (minn hawn ‘l quddiem NUTS).

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza, ħlief għan-NACE Rev. 2, klassi ta’ attività 64.11 u l-attivitajiet tan-NACE Rev. 2 koperti mill-Annessi V, VI u VII. Għall-klassi ta’ attività 64.11 tan-NACE Rev. 2 id-dewmien tat-trażmissjoni hu ta’ 10 xhur. Għall-attivitajiet koperti b’Annessi V, VI u VII id-dewmien tat-trażmissjoni huwa stabbilit f’dawn l-Annessi. Madankollu d-dewmien tat-trażmissjoni tar-riżultati dwar il-klassijiet ta’ l-attività koperti b’NACE Rev.2 gruppi 64.2, 64.3 u 64.9 u d-diviżjoni 66 se jiġu deċiżi skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija stabbiliti fl-Artikolu 12(3).

2. Ħlief għad-diviżjonijiet 64 u 65 tan-NACE Rev. 2, ir-riżultati preliminari nazzjonali jew l-istimi jiġu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriżi kkumpilati għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:

Kodiċi | Titolu |

Dettalji tal-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

Dawn ir-riżultati preliminarji jew stimi għandhom jinqasmu skond NACE Rev.2 livell ta’ tliet figuri (grupp). Għad-diviżjoni 66 ta’ NACE Rev.2, it-trażmissjoni tar-riżultati preliminarji jew l-istimi se tiġi deċiża skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 9

Analiżi dettaljata ta’ l-attivitajiet

1. Biex tkun tista’ tiġi kkumpilata l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu, mis-sena ta’ referenza 2008 ‘l quddiem, riżultati nazzjonali komponenti maqsuma fil-klassijiet tan-NACE Rev. 2 għat-Taqsimiet B sa N u d-diviżjoni 95.

2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1), l-Istati Membri se jittrażmettu statistika strutturali tan-negozju li jirreferu għas-sena ta’ referenza 2008 lill-Kummissjoni skond Rev.1.1 tan-NACE kif ukoll Rev.2 tan-NACE.

Il-lista ta’ karatteristiċi li jridu jiġu trażmessi bl-użu tal-klassifikazzjoni tar-Rev.1.1 tan-NACE u d-dettalji rigward il-produzzjoni tar-riżultati għandhom jiġu deċiżi bi qbil mal-proċedura regolatorja stipulata fl-Artikolu 12(2).

TAQSIMA 10

Rapporti u studji pilota

1. Serje ta’ studji pilota dwar l-attivitajiet taħt it-Taqsimiet P sa R u d-diviżjonijiet 94 u 96 tat-Taqsima S tan-NACE Rev. 2 se tkun stabbilita mill-Kummissjoni biex tittestja l-fattibilità li jiġu koperti attivitajiet tas-suq f’dawn it-Taqsimiet.

2. Il-Kummissjoni se tistabilixxi serje ta’ studji pilota għal karatteristiċi li għandhom x’jaqsmu mal-kontijiet finanzjarji u investimenti intanġibbli, forom għall-organizzazzjoni tas-sistema ta’ produzzjoni, u komparabilità bejn l-istatistika dwar negozju strutturali u l-istatistika dwar is-suq tax-xogħol u l-produttività. Dawn l-istudji pilota se jiġu adottati għall-ispeċifiċitajiet tas-setturi.

TAQSIMA 11

Perjodu tranżitorju

Għall-ġabra ta’ l-istatistika dwar karatteristiċi 12 17 0, 13 13 1 u 16 14 0, il-perjodu tranżitorju ma għandux jestendi għal aktar minn sentejn wara l-ewwel sena ta’ referenza (2008) indikata fit-Taqsima 5.

[1] ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 105/2007 (ĠU L 39, 10.2.2007, p. 1).

--------------------------------------------------

ANNESS II

A. MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI FL-INDUSTRIJA

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ l-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-operat tas-settur ta’ l-industrija.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

L-istatistika li se tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari għal:

- lista ċentrali ta’ statistika għall-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq ta’ attivitajiet industrijali,

- lista oħra ta’ statistika għall-istudju ta’ suġġetti speċjali.

TAQSIMA 3

Kopertura

L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha kklassifikati fi ħdan il-kopertura tat-Taqsimiet B, C, D u E tan-NACE Rev. 2. Dawn it-taqsimiet ikopru l-attivitajiet ta’ xogħol tal-minjieri u l-attivitajiet tax-xogħol tal-barrieri (B), il-manifattura (C), il-provvista ta’ l-elettriku, il-gass, il-fwar u l-arja kkondizzjonata (D) u l-provvista ta’ l-ilma, id-drenaġġ, l-immaniġġjar ta’ l-iskart u l-attivitajiet ta’ rimedjazzjoni (E). L-istatistika ta’ l-impriżi se tkun relatata mal-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha kklassifikati skond l-attività ewlenija tagħhom fit-Taqsimiet B, C, D u E.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definiti fl-Anness I.

2. Statistika demografika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi |

11 21 0 | Numru ta’ unitajiet lokali |

11 31 0 | Numru tat-tip ta’ l- unitajiet ta’ attività |

3. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:

Kodiċi | Titolu | |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni |

12 13 0 | Marġini gross fuq l-oġġetti għal bejgħ mill-ġdid |

12 15 0 | Valur miżjud fl-ispiża tal-fattur |

12 17 0 | Is-surplus gross operattiv |

13 11 0 | Xiri totali ta’ beni u servizzi |

13 12 0 | Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ntlaqgħu. |

13 13 1 | Pagamenti għall-ħaddiema ta’ l-aġenziji |

13 21 3 | Tibdil fil-ħażniet ta’ prodotti kompluti u xogħol li jkun għadu għaddej manifatturati mill-unità |

13 31 0 | Spejjeż tal-persunal |

13 32 0 | Pagi u salarji |

13 33 0 | Spejjeż tas-sigurtà soċjali |

13 41 1 | Pagamenti għal kirjiet fit-tul u l-kiri operattivi ta’ oġġetti |

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0 | Investiment gross f’beni tanġibbli |

15 12 0 | Investiment gross fl-artijiet |

15 13 0 | Investiment gross f’bini u strutturi eżistenti |

15 14 0 | Investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjonijiet ta’ bini |

15 15 0 | Investiment gross f’makkinarju u tagħmir |

15 21 0 | Bejgħ ta’ oġġetti tanġibbli bħala investiment |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

16 13 0 | Numru ta’ impjegati |

16 14 0 | Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time |

16 15 0 | Numru ta’ siegħat maħduma mill-impjegati |

Analiżi tad-dħul skond it-tip ta’ l-attività

18 11 0 | Fatturat mill-attività prinċipali tan-NACE Rev. 2 fil-livell bi tliet figuri |

Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija

20 11 0 | Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija (fil-valur) | It-taqsimiet D u E esklużi |

Data dwar l-ambjent

21 11 0 | Investiment f’tagħmir u impjant għall-kontroll tat-tniġġis, u aċċessorji speċjali ta’ kontra t-tniġġis (prinċipalment tagħmir tat-truf tal-pajpijiet) [*] | |

21 12 0 | Investiment f’tagħmir u apparat konnessi ma’ teknoloġija aktar nadifa (teknoloġija integrata) [*] | |

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika multi-annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data marbuta mal-kont kapitali

15 42 0 | Investiment gross f’konċessjonijiet, patenti, liċenzji, marki tan-negozju u drittijiet simili |

15 44 1 | Investiment f’software mixtri |

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip ta’ l-attività

18 12 0 | Fatturat mill-attivitajiet industrijali |

18 15 0 | Fatturat mill-attivitajiet tas-servizzi |

18 16 0 | Fatturat mill-attivitajiet ta’ kummerċ tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid u minn attivitajiet intermedjarji |

Data dwar l-ambjent

21 14 0 | Spiża totali attwali fuq ħarsien ambjentali [**] |

Subappalt

23 11 0 | Ħlas lil subappaltaturi |

5. Karatteristiċi li dwarhom għandha tiġi kkumpilata l-istatistika reġjonali annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data dwar il-kontijiet

13 32 0 | Pagi u salarji |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

6. Karatteristiċi ta’ l-unità tip ta’ attività li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni |

13 32 0 | Pagi u salarji |

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0 | Investiment gross f’ beni tanġibbli |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

7. Studji pilota li għandhom isiru għall-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 9.

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali se tkun is-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għall-kodiċi li taħthom huma elenkati l-karatteristiċi:

Sena kalendarja | Kodiċi |

2009 | 15 42 0 u 15 44 1 |

2008 | 18 12 0, 18 15 0, 18 16 0 u 23 11 0 |

2. Statistika pluriennali għandha tiġi kkumpilata għall-anqas kull ħames snin.

3. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 għandhom jiġu kkumpilati hija s-sena kalendarja 2010.

4. L-istatistika dwar il-karatteristika 21 12 0 għandha tiġi kkumpilata kull sena. L-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 għandha tiġi kkumpilata kull tliet snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri se jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni se ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’ kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi ċentrali għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regulatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12(3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għall-istatistika, bl-eċċezzjoni tal-karatteristiċi 18 11 0, 18 12 0, 18 15 0 u 18 16 0 għandhom jinqasmu għal-livell b’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

Il-karatteristiċi 18 11 0, 18 12 0, 18 15 0 u 18 16 0 għandhom jinqasmu għal-livell bi 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

2. Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet skond id-daqs u għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

3. Ir-riżultati għall-istatistika kkumpilata minn unitajiet ta’ tip ta’ attività għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

4. Ir-riżultati għall-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 2 figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tan-NUTS.

5. Ir-riżultati għall-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jinqasmu għal-livell ta’ żewġ figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2.

6. Ir-riżultati għall-karatteristiċi 21 11 0, 21 12 0 u 21 14 0 għandhom jinqasmu għall-oqsma ambjentali li ġejjin: il-ħarsien ta’ l-arja ambjentali u l-klima, il-ġestjoni ta’ l-ilma ta’ l-iskart, il-ġestjoni ta’ l-iskart u l-protezzjoni ta’ l-attivitajiet l-oħrajn tal-ħarsien ta’ l-ambjent. Ir-riżultati għall-oqsma ambjentali se jinqasmu għal-livell ta’ żewġ figuri (diviżjoni) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Ir-riżultati nazzjonali preliminari jew l-estimi għandhom ikunu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriża msemmija fit-Taqsima 4 (3) ikkumpilati għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni |

13 11 0 | Xiri totali ta’ oġġetti u servizzi |

13 32 0 | Pagi u salarji |

15 11 0 | Investiment gross f’oġġetti tanġibbli |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 9

Rapporti u studji pilota

L-Istati Membri se jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport konness mad-disponibilità tad-data li hemm bżonn għall-kumpilazzjoni tar-riżultati għall-karatterisitiċi li ġejjin:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data dwar l-ambjent

21 11 0 | Investiment f’ tagħmir u apparat għall-kontroll tat-tniġġis u aċċessorji speċjali kontra t-tniġġis (primarjament it-tagħmir ta’ tmiem-il kanna) | Analiżi dettaljata speċifika dwar il-konformità mal-Protokoll ta’ Kyoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima |

21 12 0 | Investiment f’tagħmir u impjant marbut ma teknoloġija aktar nadifa ("teknoloġija integrata") | Analiżi dettaljata speċifika dwar il-konformità mal-Protokoll ta’ Kyoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bidla fil-Klima |

21 14 0 | Nefqa kurrenti totali fuq il-protezzjoni ta’ l-ambjent | Analiżi dettaljata speċifika dwar in-nefqa li toħroġ mill-implimentazzjoni tal-politika ambjentali ta’ l-UE |

Subappalt

23 12 0 | Dħul mis-subappalt | |

Serje ta’ studji pilota għal dawn il-karatteristiċi għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni.

TAQSIMA 10

Perjodu tranżitorju

Għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristiċi 21 12 0 u 21 14 0 l-perjodu tranżitorju jispiċċa bis-sena ta’ referenza 2008.

[*] Jekk l-ammont totali tal-fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’xi diviżjoni ta’ NACE Rev.2 Taqsimiet B sa E jirrappreżentaw, f’xi Stat Membru, inqas minn 1 % tat-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristiċi 21 11 0 u 21 12 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura regolatorja msemmija stabbilita fl-Artikolu 12 (2) titlob il-ġbir ad hoc ta’ din id-data.

[**] Jekk l-ammont totali tal-fatturat jew in-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni ta’ NACE Rev.2 Taqsimiet B sa E jirrappreżentaw, f’xi Stat Membru, inqas minn 1 % mit-total Komunitarju, l-informazzjoni meħtieġa għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika dwar il-karatteristika 21 14 0 m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista’ skond il-proċedura regolatorja msemmija stabbilita fl-Artikolu 12(2) titlob il-ġbir ad hoc ta’ din l-informazzjoni.

--------------------------------------------------

ANNESS III

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IL-KUMMERĊ

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-operat tas-settur tal-kummerċ tad-distribuzzjoni.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li se tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari ma’:

- l-istruttura ta’ qafas ta’ kummerċ tad-distribuzzjoni u l-proċess ta’ żvilupp tiegħu,

- attività tad-distribuzzjoni u l-għamliet ta’ bejgħ, kif ukoll mudelli tal-fornitura u l-bejgħ.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha koperti mit-Taqsima G tan-NACE Rev. 2. Dan is-settur ikopri l-attivitajiet tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi. L-istatistika ta’ l-impriżi tirriferi għall-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-Taqsima G.

2. Jekk l-ammont totali tad-dħul u n-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tat-Taqsima G tan-NACE Rev. 2. normalment jirrappreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni stabbilita f’dan l-Anness li mhix fl-Anness I m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

3. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-Kummissjoni tista titlob il-ġbir ad hoc tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jista’ jintalab skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2).

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I.

2. Statistika demografika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi |

11 21 0 | Numru ta’ unitajiet lokali |

3. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni |

12 13 0 | Marġini gross fuq l-oġġetti għal bejgħ mill-ġdid |

12 15 0 | Valur miżjud mal-kost tal-fatturi |

12 17 0 | Is-surplus gross operattiv |

13 11 0 | Xiri totali ta’ beni u servizzi |

13 12 0 | Xiri ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni li ntlaqgħu |

13 13 1 | Ħlasijiet għall-ħaddiema ta’ l-aġenziji |

13 21 0 | Tibdil fi stocks ta’ merkanzija u servizzi |

13 21 1 | Tibdil fi stocks ta’ merkanzija u servizzi mixtrija sabiex jerġgħu jinbiegħu fl-istess kundizzjoni bħalma ġew irċevuti |

13 31 0 | Spejjeż tal-ħaddiema |

13 32 0 | Pagi u salarji |

13 33 0 | Spejjeż tas-sigurtà soċjali |

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0 | Investiment totali f’ beni tanġibbli |

15 12 0 | Investiment gross fl-artijiet |

15 13 0 | Investiment gross f’bini u strutturi eżistenti |

15 14 0 | Investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjonijiet ta’ bini |

15 15 0 | Investiment gross f’makkinarju u tagħmir |

15 21 0 | Bejgħ ta’ oġġetti tanġibbli bħala investiment |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

16 13 0 | Numru ta’ impjegati |

16 14 0 | Numru ta’ impjegati f’ unitajiet ekwivalenti tal-full-time |

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika pluriennali:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

| Data rigward il-forom ta’ kummerċ mill-impriżi | Diviżjoni 47 biss |

17 32 0 | Numru ta’ ħwienet bl-imnut | |

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip ta’ l-attività |

18 10 0 | Fatturat mill-agrikultura, forestrija, sajd u attivitajiet industrijali | |

18 15 0 | Fatturat mill-attivitajiet tas-servizzi | |

18 16 0 | Fatturat minn attivitajiet tal-kummerċ ta’ xiri u bejgħ u attivitajiet intermedjarji | |

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip tal-prodott |

18 21 0 | Analiżi dettaljata tal-fatturat skond il-prodott (skond is-Sezzjoni G ta’ CPA [***]) | |

5. Karatteristiċi li dwarhom għandhom ikunu kkumpilati l-istatistika reġjonali annwali:

Kodiċi | Titolu |

Dettalji tal-kontijiet

13 32 0 | Pagi u salarji |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

6. Karatteristiċi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika reġjonali multi-annwali:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat | Diviżjonijiet 45 u 47 biss |

Informazzjoni rigward il-forom ta’ kummerċ mill-impriżi

17 33 1 | Spazju tal-bejgħ | Diviżjoni 47 biss |

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hi kkumpilata l-istatistika hija s-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għal kull waħda mid-diviżjonijiet tan-NACE Rev. 2 li għalihom id-data hija miġbura u għall-istatistika reġjonali pluriennali:

Sena kalendarja | Analiżi |

2012 | Diviżjoni 47 |

2008 | Diviżjoni 46 |

2009 | Statistika reġjonali |

2010 | Diviżjoni 45 |

2. Il frekwenza pluriennali hija ta’ ħames snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni għandha ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu determinati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Biex ikunu jistgħu jiġu kkumpilati l-aggregati tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom jipproduċu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma skond il-klassijiet tan-NACE Rev. 2.

2. Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet ta’ daqs għal kull grupp tan-NACE Rev. 2.

3. L-istatistika reġjonali għandha tinqasam għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2 u għal-livell 2 tan-NUTS.

4. Il-kopertura ta’ l-istatistika reġjonali li għandha tkun ikkumpilata fuq bażi pluriennali tikkorrispondi mal-popolazzjoni ta’ l-unitajiet lokali kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-taqsima G. Madanakollu, tista’ tkun limitata għall-unitajiet lokali dipendenti fuq l-impriżi kklassifikati fit-taqsima G tan-NACE Rev. 2 jekk tali popolazzjoni tkopri aktar minn 95 % tal-kopertura totali. Dan il-proporzjon għandu jkun ikkalkulat bl-użu tal-karatteristika ta’ l-impjieg disponibbli fir-reġistru tan-negozju.

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

2. Riżultati jew l-estimi preliminari nazzjonali għandhom ikunu trasmesi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza kumpilati għall-istatistika ta’ l-impriżi għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:

Kodiċi | Titolu |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 9

Perjodu tranżitorju

Għall-ġabra ta’ statistika dwar il-karatteristiċi 13 13 1 u 16 14 0, il-perjodu tranżitorju mhux se jestendi għal aktar minn sentejn wara l-ewwel sena ta’ referenza (2008) indikata fit-Taqsima 5.

[***] Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3696/93 tad- 29 ta’ Ottubru 1993 dwar il-klassifika statistika tal-prodotti skond l-attività (CPA) fil-Komunità Ekonomika Europea (ĠU L 342, 31.12.1993, p. 1). Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003.

--------------------------------------------------

ANNESS IV

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA DWAR IL-KOSTRUZZJONI

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u l-imġieba fis-settur tal-kostruzzjoni.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1 (a) sa (e), b’mod partikolari ma’:

- lista ċentrali ta’ statistika għall-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq ta’ l-attivitajiet tal-kostruzzjoni,

- lista oħra għall-istudju ta’ suġġetti speċjali.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha koperti mit-Taqsima F tan-NACE Rev. 2. L-istatistika ta’ l-impriżi se tkun relatata mal-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha li l-attività ewlenija tagħhom hija kklassifikata fit-Taqsima F.

2. Jekk l-ammont totali tad-dħul u n-numru ta’ persuni impjegati f’diviżjoni tat-Taqsima F tan-NACE Rev. 2 normalment jirrappreżentaw, fi Stat Membru, anqas minn 1 % tat-total tal-Komunità, l-informazzjoni stabbilita f’dan l-Anness li mhix fl-Anness I m’għandhiex għalfejn tinġabar għall-iskopijiet tar-Regolament.

3. Jekk meħtieġ għall-ħtiġijiet ta’ politika Komunitarja, il-ġbir ad hoc tad-data msemmija fil-paragrafu 2 jista’ jintalab skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 12 (2).

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-listi tal-karatteristiċi u l-istatistika stabbiliti hawn taħt jindikaw, meta relevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tkun ikkumpilata l-istatistika u jekk dawn għandhomx ikunu kkumpilati bi frekwenza annwali jew pluriennali. L-istatistika u l-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I..

2. Statistika demografika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi |

11 21 0 | Numru ta’ unitajiet lokali |

3. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data dwar il-Kontijiet

12 11 0 | Fatturat | |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni | |

12 13 0 | Marġini gross fuq l-oġġetti għal bejgħ mill-ġdid | Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 — mhux obbligatorju |

12 15 0 | Valur miżjud fil-fattur ta’ l-ispiża | |

12 17 0 | Is-surplus gross operattiv | |

13 11 0 | Xiri totali ta’ beni u servizzi | |

13 12 0 | Xiri ta’ oġġetti u servizzi għall-bejgħ mill-ġdid fl-istess kundizzjoni bħal ma akkwistati | Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 — mhux obbligatorju |

13 13 1 | Pagamenti għall-ħaddiema ta’ l-aġenzija | |

13 21 3 | Tibdil fil-ħażniet ta’ prodotti kompluti u xogħol li jkun għadu għaddej li huma manifatturati mill-unità | |

13 31 0 | Spejjeż tal-persunal | |

13 32 0 | Pagi u salarji | |

13 33 0 | Spejjeż tas-sigurtà soċjali | |

13 41 1 | Pagamenti għal kirjiet fit-tul u l-kiri operazzjonali ta’ oġġetti | |

Data marbuta mal-kont kapitali

15 11 0 | Investiment totali f’beni tanġibbli | |

15 12 0 | Investiment gross fl-artijiet | |

15 13 0 | Investiment gross f’bini u strutturi eżistenti | |

15 14 0 | Investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjonijiet ta’ bini | |

15 15 0 | Investiment gross f’makkinarju u tagħmir | |

15 21 0 | Bejgħ ta’ oġġetti tanġibbli bħala investiment | |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati | |

16 13 0 | Numru ta’ impjegati | |

16 14 0 | Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time | |

16 15 0 | Numru ta’ siegħat maħduma mill-impjegati | |

Analiżi tal-fatturat skond it-tip ta’ l-attività

18 11 0 | Fatturat mill-attività prinċipali fil-livell bi tliet figuri tan-NACE Rev. 2. | |

Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija

20 11 0 | Xiri ta’ prodotti ta’ l-enerġija (fil-valur) | |

4. Il-karatteristiċi ta’ l-impriżi li dwarhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika multi-annwali:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data marbuta mal-kont kapitali

15 44 1 | Investiment f’software mixtri | |

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip ta’ attività

18 12 1 | Fatturat mill-attivitajiet industrijali eskluża l-kostruzzjoni | |

18 12 2 | Fatturat mill-attivitajiet tal-kostruzzjoni | |

18 15 0 | Fatturat mill-attivitajiet tas-servizzi | |

18 16 0 | Fatturat mill-attivitajiet ta’ kummerċ u intermedjarji | |

18 31 0 | Fatturat mill-bini | Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 biss |

18 32 0 | Fatturat mill-inġinerija ċivili | Diviżjonijiet 41 u 42 u gruppi 43.1 u 43.9 biss |

Subappaltar

23 11 0 | Ħlas lis-subappaltaturi | |

23 12 0 | Dħul mis-subappaltar | |

5. Karatteristiċi li dwarhom għandhom ikunu kkumpilati l-istatistika reġjonali annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data dwar il-kontijiet

13 32 0 | Pagi u salarji |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

6. Karatteristiċi ta’ l-unità tip ta’attività li għalihom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni |

13 32 0 | Pagi u salarji |

15 11 0 | Investiment gross f' beni tanġibbli |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

1. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha tiġi kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008. L-ewwel snin ta’ referenza biex tkun ikkumpilata l-statistika bi frekwenza pluriennali huma speċifikati hawn taħt għall-kodiċi li taħthom huma elenkati l-karatteristiċi.

Sena kalendarja | Kodiċi |

2009 | 15 44 1 |

2008 | 18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0, 18 32 0, 23 11 0 u 23 12 0 |

2. Statistika pluriennali għandha tkun kkumpilata għall-anqas kull ħames snin.

TAQSIMA 6

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

Għal kull karatteristika importanti l-Istati Membri għandhom jindikaw il-grad ta’ preċiżjoni b’referenza għall-livell ta’ fiduċja ta’ 95 % li l-Kummissjoni se ddaħħal fir-rapport li hemm provvediment dwaru fl-Artikolu 13, b’kont meħud ta’ l-applikazzjoni f’kull Stat Membru ta’ dak l-Artikolu. Il-karatteristiċi importanti għandhom ikunu stabbiliti skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

TAQSIMA 7

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għall-istatistika bl-eċċezzjoni tal-karatteristiċi 15 44 1, 18 11 0, 18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0 u 18 32 0, għandhom jiġu mqassma f’livell b’ 4 figuri (klassi) ta’ NACE Rev. 2.

Ir-riżultati għall-karatteristiċi 15 44 1, 18 11 0, 18 12 1, 18 12 2, 18 15 0, 18 16 0, 18 31 0 u 18 32 0 għandhom jiġu mqassma f’livell b’ 3 figuri (gruppi) ta’ NACE Rev. 2.

2. Xi riżultati għandhom jinqasmu wkoll fi klassijiet ta’ daqs u sal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

3. Ir-riżultati għall-istatistika kkumpilata minn unitajiet ta’ tip ta’ attività għandhom ikunu maqsuma sal-livell ta’ 4 figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

4. Ir-riżultati għall-istatistika reġjonali għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 2 figuri (diviżjonijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 2 tan-NUTS.

TAQSIMA 8

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Riżultati jew l-estimi preliminari nazzjonali għandhom ikunu trażmessi fi żmien 10 xhur mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza għall-istatistika ta’ l-impriżi għall-karatteristiċi elenkati hawn taħt:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi |

Data dwar il-kontijiet

12 11 0 | Fatturat |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni |

13 11 0 | Xiri totali ta’ oġġetti u servizzi |

13 32 0 | Pagi u salarji |

Data marbuta mal-kontijiet kapitali

15 11 0 | Investiment gross f’oġġetti tanġibbli |

Data dwar l-impjiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati |

Dawn ir-riżultati preliminari għandhom jinqasmu għal-livell ta’ 3 figuri (grupp) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 9

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.

--------------------------------------------------

ANNESS V

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI FL-ASSIGURAZZJONI

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness hu li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment ta’ servizzi ta’ l-assigurazzjoni. Dan il-modulu jinkludi lista ddettaljata ta’ karatteristiċi li fuqhom għandha tkun ikkumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb it-tagħrif ta’ l-iżvilupp nazzjonali, tal-Komunità u internazzjonali tas-settur ta’ l-assigurazzjoni.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata għall-oqsma msemmija fil-Artikolu 1 (a), (b) u (c), b’mod partikolari għal:

- l-analiżi ddettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni;

- l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju totali u negozju għal kull prodott, il-modi tal-konsumatur, l-attivitajiet internazzjonali, l-impjieg, l-investiment, il-kapital u r-riservi u d-dispożizzjonijiet tekniċi.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. Tali statistika se tkun ikkumpilata għall-attivitajiet kollha fl-ambitu ta’ diviżjoni 65 tan-NACE Rev. 2 ħlief għall-grupp 65.3.

2. Il-kumpilazzjoni ta’ l-statistika se tkopri l-impriżi li ġejjin:

- impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Direttiva 91/674/KEE [1],

- impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 91/674/KEE,

- impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 91/674/KEE,

- assiguraturi Lloyd’s: dawk kollha msemmijin fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 91/674/KEE,

- impriżi ta’ assigurazzjoni komposta: dawk kollha li jwettqu n-negozju ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja.

3. B’żieda ma’ dan, friegħi ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni msemmijin taħt it-Titolu III tad-Direttivi 73/239/KEE [2] u 2002/83/KE [3], u li l-attività tagħhom taqa’ taħt waħda mill-gruppi tan-NACE Rev. 2 imsemmijin fil-paragrafu 1 se jiġu assimilati ma’ l-impriżi korrispondenti kif definit fil-paragrafu 2.

4. Għall-iskopijiet ta’ l-istatistika armonizzata tal-Komunità, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jieħdu kont ta’ l-eskluzzjonijiet msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 73/239/KEE u fl-Artikolu 3(2), (3), (5), (6) u (7) tad-Direttiva 2002/83/KE.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-karatteristiċi li jinsabu fil-korsiv huma wkoll inklużi fil-listi fil-modulu komuni definit fl-Anness I. Il-karatteristiċi u l-istatistika ppreżentati fil-lista A msemmija fil-paragrafu 3 u fil-lista B imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom ikunu kkumpilati skond it-Taqsima 5. Meta l-karatteristiċi ġejjin direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu f’sena ta’ riferenza se jiġu assimilati għas-sena ta’ riferenza msemmija.

2. Fil-listi A u B, il-karatteristiċi relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja huma identifikati bin-numru 1, dawk relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja huma identifikati bin-numru 2, dawk relatati ma’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta huma identifikati bin-numru 3, dawk relatati ma’ l-impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid huma identifikati bin-numru 4, dawk relatati ma’ negozji ta’ assigurazzjoni tal-ħajja ta’ impriżi ta’ assigurazzjoni komposta bin-numru 5 u dawk relatati ma’ negozji ta’ assigurazzjoni mhux tal-ħajja (inklużi l-aċċettazzjonijiet f’assigurazzjoni mill-ġdid) ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta huma identifikati bin-numru 6.

3. Lista A tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposti u assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata: in-naħa tal-assi fil-karta tal-bilanċ: il-punti C I (li juru l-artijiet u l-bini okkupati mill-impriża ta’ l-assigurazzjoni għall-attivitajiet separati tagħha), C II, C II 1 + C II 3 bħala s-somma kollha, C II 2 + C II 4 bħala s-somma kollha, C III, C III 1, C III 2, C III 3, C III 4, C III 5, C III 6 + C III 7 bħala s-somma kollha, C IV, D; in-naħa ta’ l-obbligi fuq il-karta tal-bilanċ: il-punti A, A I, A II + A III + A IV bħala s-somma kollha, B, C 1 a (separatament għan-negozji ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u impriżi komposti), C 2 a (separatament għan-negozji ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u impriżi komposti), C 3 a (separatament għan-negozji ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u impriżi komposti), C 4 a, C 5, C 6 a, D a, G III (mingħajr separazzjoni tas-self konvertibbli), G IV;

(b) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti I, tad-Direttiva 91/674/KEE li tikkonċerna l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, u l-impriżi speċjalizzati ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid u ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: il-punti 1 a, 1 b, 1 ċ, 1 d, 2, 4 a aa, 4 a bb, 4 b aa, 4 b bb, 7 (ammont gross), 7 d, 9, 10 (separatament għall-ammont nett u gross);

(ċ) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti II, tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u tan-negozju ta’ l-impriżi tal-ħajja u ta’ l-asigurazzjoni komposta: il-punti 1 a, 1 b, 1 ċ (l-ammont gross u s-sehem tar-riassiguraturi separatament), 2, 3, 5 a aa, 5 a bb, 5 b aa, 5 b bb, 6 a aa, 6 a bb, 8 (l-ammont gross), 8 d, 9, 10, 12, 13 (l-ammont gross u nett separatament);

(d) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti III, tad-Direttiva 91/674/KEE dwar impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposti u assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata: il-punti 3, 4 (għall-impriżi tal-ħajja u komposti biss), 5, 6 (għall-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposti u assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata), 7, 8, 9 + 14 + 15 bħala total, 10 (qabel it-taxxa), 13, 16;

(e) il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 63 tad-Direttiva 91/674/KEE:

- rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u negozju ta’ l-impriżi fl-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u komposti: il-premiums totali kif miktubin f’negozju dirett f’subkategoriji tal-CPA (livell b’5-figuri u subkategoriji 66.03.21, 66.03.22),

- rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja u ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: talbiet gross mġarrba, assigurazzjoni diretta, spejjeż gross operattivi, assigurazzjoni diretta u bilanċ ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid, negozju dirett, il-karatteristiċi kollha skond is-subkategorija tal-CPA (livell b’5 figuri u subkategoriji 66.03.21, 66.03.22),

- rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u n-negozju ta’ impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u assigurazzjoni komposta: il-primjums diretti totali miktuba ma’ l-analiżi kif muri fin-numru II, punt 1 ta’ dak l-Artikolu;

(f) il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 64 tad-Direttiva 91/674/KEE rigward l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja, mhux tal-ħajja u l-assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata: is-senseriji għal negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta (apparti milli l-impriżi ta’ assigurazzjoni mill-ġdid speċjalizzata) u negozju ta’ l-assigurazzjoni totali;

(g) il-karatteristiċi addizzjonali elenkati hawn taħt:

Kodiċi | Titolu | Impriżi/negozji kkonċernati |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi | (1, 2, 3, 4) |

11 11 1 | Numru ta’ impriżi mqassma skond l-istatus legali | (1, 2, 3, 4) |

11 11 2 | Numru ta’ impriżi maqsuma bil-klassi tad-daqs tal-premiums gross miktuba | (1, 2, 3) |

11 11 3 | Numru ta’ impriżi maqsuma bil-klassi tad-daqs tad-dispożizzjonijiet grossi tekniċi | (1) |

11 11 5 | Numru ta’ impriżi maqsuma bil-pajjiż ta’ residenza ta’ l-impriża prinċipali | (1, 2, 3, 4) |

11 41 0 | In-numru totali u l-lokalità tal-friegħi f’pajjiżi oħrajn | (1, 2, 3) |

Data dwar il-kontijiet/il-parti teknika tal-kont tal-qligħ u telf

32 11 4 | Premiums gross miktuba mqassma bl-istatus legali | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 11 5 | Premiums gross diretti miktuba, imqassma skond il-pajjiż tar-residenza ta’ l-impriża prinċipali | (1, 2, 5, 6) |

32 11 6 | Premiums gross ta’ assigurazzjoni mill-ġdid aċċettati, premiums miktuba imqassma skond il-pajjiż tar-residenza ta’ l-impriża prinċipali | (1, 2, 4, 6) |

32 18 2 | Is-sehem gross ta’ premiums ta’ l-assiguraturi mill-ġdid miktub imqassam skond il-pajjiż tar-residenza ta’ l-impriża prinċipali | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 16 0 | Punti oħrajn fil-kont tekniku, ammont gross | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 18 0 | Il-bilanċ ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 18 8 | Is-sehem ta’ l-assiguraturi mill-ġdid ta’ l-ammont gross ta’ punti oħrajn fil-kont tekniku | (1, 2, 4, 5, 6) |

Data dwar il-kontijiet/il-parti mhux-teknika tal-kont tal-qligħ u telf

32 19 0 | Subtotal II (bilanċ nett tal-kont tekniku) | (3) |

Data addizzjonali li tirrigwarda il-kont tal-qligh u telf

32 61 4 | Spejjeż esterni fuq oġġetti u attivitajiet | (1, 2, 3, 4) |

13 31 0 | Spejjeż ta’ ħaddiema | (1, 2, 3, 4) |

32 61 5 | Spejjeż esterni u interni dwar l-amministrazzjoni ta’ talbiet | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 61 6 | Spejjeż ta’ l-akkwist | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 61 7 | Spejjeż amministrattivi | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 61 8 | Imposti tekniċi oħrajn, gross | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 61 9 | Imposti fuq l-amministrazzjoni ta’ l-investiment | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 71 1 | Dħul minn interessi parteċipanti | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 71 3 | Dħul mill-artijiet u l-bini | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 71 4 | Dħul minn investimenti oħrajn | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 71 5 | Il-valur ta’ l-aġġustament mill-ġdid fuq l-investimenti | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 71 6 | Akkwist ta’ qligħ mir-realizzazzjoni ta’ l-investimenti | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 72 1 | Imposti fuq l-amministrazzjoni ta’ l-investimenti, inkluż l-imgħax | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 72 2 | Aġġustament tal-valur fuq l-investimenti | (1, 2, 4, 5, 6) |

32 72 3 | Telf mir-realizzazzjoni ta’ l-investimenti | (1, 2, 4, 5, 6) |

Data skond il-prodott bis-subkategoriji tal-CPA

33 12 1 | Is-sehem ta’ l-assiguraturi mill-ġdid ta’ premiums diretti miktuba (livell ta’ 5-figuri, subkategoriji 66.03.21, 66.03.22) | (1, 2, 5, 6) |

Data dwar l-internazzjonalizzazzjoni (analiżi dettaljata ġeografika tan-negozju miktub permess tad-dritt ta’ l-istabbiliment)

34 31 1 | Premiums gross diretti miktuba minn CPA, il-kategorija (livell ta’ 5-figuri) u bl-Istat Membru | (1, 2, 5, 6) |

Data dwar l-internazzjonalizzazzjoni (analiżi dettaljata ġeografika tan-negozju miktub permess tad-dritt tal-libertà li jkunu pprovduti servizzi)

34 32 1 | Premiums gross diretti miktuba minn CPA, il-kategorija (livell ta’ 5-figuri) u bl-Istat Membru | (1, 2, 5, 6) |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati | (1, 2, 3, 4) |

Data dwar il-karta tal-bilanċi (attiv/passiv)

36 30 0 | Total tal-karta tal-bilanċi | (1, 2, 3, 4) |

37 33 1 | Dispożizzjonijiet gross għal-talbiet pendenti, relatati ma negozju dirett | (2, 6) |

37 30 1 | Total nett tad-dispożizzjonijiet tekniċi | (1, 2, 3, 4) |

4. Lista B tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti I, tad-Direttiva 91/674/KEE li tikkonċerna l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni mhux tal-ħajja, u l-impriżi speċjalizzati ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid u ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: il-punti 3, 5, 6, 8;

(b) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 34, il-Parti II, tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u tan-negozju ta’ l-impriżi tal-ħajja u ta’ l-asigurazzjoni komposta: il-punti 4, 6 b, 7, 11;

(ċ) il-karatteristiċi msemmijin fl-Artikolu 63 tad-Direttiva 91/674/KEE li jikkonċernaw l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u n-negozju ta’ l-impriżi ta’ l-assigurazzjoni komposta: analiżi dettaljata ġeografika tal-premiums gross diretti miktuba fl-Istat Membru ta’ l-uffiċċju ewlieni ta’ l-impriża, jew l-Istati Membri l-oħrajn, il-pajjiżi taż-ŻEE l-oħrajn, l-Iżvizzera, l-Istati Unit ta’ l-Amerika, il-Ġappun jew pajjiżi terzi;

(d) il-karatteristiċi addizzjonali elenkati hawn taħt:

Kodiċi | Titolu | Impriżi/negozji kkonċernati | Kummenti |

Data dwar il-kontijiet/il-parti teknika tal-kont tal-qligħ u telf

32 13 2 | Pagamenti gross fir-rigward ta’ talbiet involuti fis-sena kurrenti tal-kontijiet | (2, 4, 6) | |

Attivitajiet internazzjonali (b’aspett ġenerali)

34 12 0 | Analiżi dettaljata ġeografika tal-premiums ta’ l-assigurazzjoni mill-ġdid aċċettati, premiums imħallsa | (1, 2, 4, 5, 6) | |

34 13 0 | Analiżi dettaljata ġeografika tas-sehem ta’ l-assiguraturi mill-ġdid tal-premiums gross miktuba | (1, 2, 4, 5, 6) | |

Data dwar il-karta tal-bilanċi (attiv/passiv)

36 11 2 | Artijiet u bini (valur kurrenti) | (1, 2, 3, 4) | |

36 12 3 | Investimenti fl-impriżi affiljati u interessi parteċipanti (valur kurrenti) | (1, 2, 3, 4) | |

36 13 8 | Investimenti finanzjarji oħrajn (valur kurrenti) | (1, 2, 3, 4) | |

36 21 0 | Investimenti għall-benefiċċju ta’ dawk li għandhom polza ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja li għandhom jerfgħu r-riskju ta’ l- investiment — artijiet u bini | (1, 3) | |

36 22 0 | Investimenti għall-benefiċċju ta’ dawk li għandhom polza ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja li għandhom jerfgħu r-riskju ta’ l-investiment — investimenti finanzjarji oħrajn | (1, 3) | |

37 10 1 | Kapital u riservi totali, imqassma bl-istatus legali tagħhom | (1, 2, 3, 4) | |

37 33 3 | Dispożizzjonijiet gross għal talbiet pendenti relatati man-negozju dirett, bis-(sub)kategorija ta’ CPA (livell ta’ 5-figuri) u s-subkategoriji 66.03.21, 66.03.22 | (2, 6) | |

Data residwa

39 10 0 | Numru ta’ kuntratti pendenti fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett għall-kuntratti kollha ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u għal dawn is-(sub)kategoriji li ġejjin għal CPA: 66.01.1, 66.03.1, 66.03.4 u 66.03.5 | (1, 2, 5, 6) | |

39 20 0 | Numru ta’ persuni assigurati fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett għall-kuntratti kollha ta’ l-assigurazzjoni tal-ħajja u għal dawn is-subkategoriji li ġejjin għal CPA: 66.03.1 | (1, 2, 5, 6) | |

39 30 0 | Numru ta’ vetturi assigurati fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett għal dawn is-subkategoriji li ġejjin għal CPA: 66.03.2 | (2, 6) | Mhux obbligatorju |

39 40 0 | Somma gross assigurata fit-tmiem tas-sena tal-kontijiet, relatata man-negozju dirett għal dawn is-subkategoriji li ġejjin tas-CPA: 66.01.1 u 66.01.4 | (1, 5) | Mhux obbligatorju |

39 50 0 | Numru ta’ talbiet involuti matul is-sena tal-kontijiet, relatati man-negozju dirett għal dawn is-subkategoriji li ġejjin għal CPA 66.03.2 | (2, 6) | Mhux obbligatorju |

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hija kkumpilata l-istatistika se tkun is-sena kalendarja 2008.

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jinqasmu fil-livelli ta’ 4 figuri (klassijiet) tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena ta’ referenza għall-impriżi msemmijin fit-Taqsima 3, ħlief l-impriżi speċjalizzati ta’ assigurazzjoni mill-ġdid, li għalihom ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mill-aħħar tal-perjodu ta’ referenza.

TAQSIMA 8

Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit permezz tad-Direttiva 2004/9/KE [4] dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar dawn il-miżuri kollha għall-aġġustament għal żviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data u l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati, li hi tadotta skond l-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

TAQSIMA 9

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.

[1] Id-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad- 19 ta’ Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta’ intrapriżi ta’ l-assigurazzjoni (ĠU L 374, 31.12.1991, p. 7). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/46/KE (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).

[2] L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE ta’ l- 24 ta’ Lulju 1973 dwar il-koordinament ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/68KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1).

[3] Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Novembru 2002 rigward l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1). Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

[4] ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR L-ISTITUZZJONIJIET TA’ KREDITU

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan il-modulu jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandhom tiġi kumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata għall-oqsma msemmija fl- Artikolu 1 (a), (b) u (c), u b’mod partikolari għal:

- l-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-ħidma ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu;

- l-iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju totali u n-negozju għal kull prodott, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, il-kapital u r-riservi, u l-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu fi ħdan il-qasam ta’ applikazzjoni tal-klassijiet 64.19 u 64.92 tan-NACE Rev. 2.

2. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat- 8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn [1], bl-eżenzjoni tal-banek ċentrali.

3. Il-fergħat ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fl-Artikolu 38 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 14 ta’ Ġunju 2006 dwar il-bidu u t-twettiq tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (riformulazzjoni) [2] li l-attività tagħhom tkun parti mill-ambitu tal-klassijiet 64.19 u 64.92 tan-NACE Rev. 2, għandhom jiġu assimilati ma’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 2.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

Il-karatteristiċi huma elenkati hawn taħt. Il-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definit fl-Anness I. Meta l-karatteristiċi jiġu direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu f’ sena ta’ riferenza se jiġu assmilati mas-sena ta’ riferenza msemmija.

Il-lista tinkludi:

(a) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 86/635/KEE: in-naħa tal-assi fil-karta tal-bilanċi: numru 4; in-naħa ta’ l-obbligi fuq il-karta tal-bilanċi: in-numri 2(a) + 2(b) magħduda flimkien, in-numri 7 + 8 + 9 + 10 + 11 + 12 + 13 + 14 magħduda flimkien;

(b) il-karatteristiċi elenkati fl-Artikolu 27 tad-Direttiva 86/635/KEE: nru 2, numri 3(a) + 3(b) + 3(ċ) magħduda flimkien, numru 3(a), numru 4, numru 5, numru 6, numru 7, numri 8(a) + 8(b) magħduda flimkien, numru 8(b), numru 10, numri 11 + 12 magħduda flimkien, numri 9 + 13 + 14 magħduda flimkien, numri 15 + 16 magħduda flimkien, numru 19, numri 15 + 20 + 22 magħduda flimkien, numru 23;

(ċ) il-karatteristiċi addizzjonali li ġejjin:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi | |

11 11 1 | Numru ta’ impriżi mqassma skond l-istatus legali | |

11 11 4 | Numru ta’ impriżi mqassma skond ir-residenza ta’ l-impriża ewlenija | |

11 11 6 | Numru ta’ impriżi mqassma skond il-klassijiet tad-daqs tat-total tal-karta tal-bilanċi | |

11 11 7 | Numru ta’ impriżi mqassma skond il-kategorija ta’ l-istituzzjonijiet ta’ krediti | |

11 21 0 | Numru ta’ unitajiet lokali | |

11 41 1 | In-numru globali ta’ fergħat imqassma skond il-post f’ pajjiżi mhux fiż-ŻEE | |

11 51 0 | In-numru globali ta’ sussidjarji finanzjarji mqassma skond il-post fil- pajjiżi l-oħrajn | |

Data dwar il-kontijiet: kont tal-qligħ u t-telf

42 11 0 | Interess riċevibbli u dħul simili | |

42 11 1 | Interess riċevibbli u dħul simili minn sigurtajiet tad-dħul fiss | |

42 12 1 | Interess pagabbli u tariffi simili konnessi mas-sigurtajiet tad-dejn maħruġa | |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni | |

13 11 0 | Xiri totali ta’ beni u servizzi | |

13 31 0 | Spejjeż tal-ħaddiema | |

12 14 0 | Valur miżjud bi prezzijiet bażiċi | Mhux obbligatorju |

12 15 0 | Valur miżjud fil-fattur ta’ l-ispiża | |

15 11 0 | Investiment gross f’ beni tanġibbli | |

Data dwar il-kontijiet: karta tal-bilanċi

43 30 0 | Totali tal-karta tal-bilanċi (CI) | |

43 31 0 | Totali tal-karta tal-bilanċi imqassam skond ir-residenza ta’ l-impriża ewlenija | |

43 32 0 | Totali tal-karta tal-bilanċi imqassam skond status legali | |

Data skond il-prodott

44 11 0 | Interess riċevibbli u dħul simili mqassam skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA | Mhux obbligatorju |

44 12 0 | Interess pagabbli u tariffi simili mqassma skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA | Mhux obbligatorju |

44 13 0 | Kommissjonijiet riċevibbli mqassma skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA | Mhux obbligatorju |

44 14 0 | Kommissjonijiet pagabbli mqassma skond is-(sub)kategoriji ta’ CPA | Mhux obbligatorju |

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

45 11 0 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru globali ta’ fergħat taż-ŻEE | |

45 21 0 | Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili | |

45 22 0 | Analiżi dettaljata ġeografika tat-total tal-karta tal-bilanċi | |

45 31 0 | Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għan-negozju (fil-pajjiżi l-oħrajn taż-ŻEE) | Mhux obbligatorju |

45 41 0 | Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tan-negozju tal-fergħa (fil-pajjiżi mhux fil-ŻEE) | Mhux obbligatorju |

45 42 0 | Analiżi dettaljata ġeografika ta’ l-interess riċevibbli u dħul simili permezz tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għan-negozju (fil-pajjiżi mhux fil-ŻEE) | Mhux obbligatorju |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati | |

16 11 1 | Numbru ta’ persuni impjegati mqassma skond il-kategorija ta’ l-istituzzjonijiet ta’ krediti | |

16 11 2 | Numru ta’ nisa impjegati | |

16 13 0 | Numru ta’ impjegati | |

16 13 6 | Numru ta’ impjegati nisa | |

16 14 0 | Numru ta’ impjegati f’unitajiet ekwivalenti full-time | |

Data residwa

47 11 0 | Numru tal-kontijiet imqassma skond is-(sub)kategoriji tas-CPA | Mhux obbligatorju |

47 12 0 | Numru ta’ lowns u avvanzi lill-klijenti mqassma skond is-(sub)kategoriji tas-CPA | Mhux obbligatorju |

47 13 0 | Numru ta’ automatic teller machines (ATM) proprjetà ta’ l-istituzzjonijiet kreditarji | |

(d) karatteristiċi li għalihom għandha tinġabar statistika annwali reġjonali:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data strutturali

11 21 0 | Numru ta’ unitajiet lokali | |

Data dwar il-kontijiet

13 32 0 | Pagi u salarji | Mhux obbligatorju |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati | |

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ riferenza li għaliha għandhom jiġu kkumpilati l-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 se tkun is-sena kalendarja 2008.

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jinqassmu fil-klassijiet segwenti tan-NACE Rev. 2: 64.19 u 64.92, separatament.

2. Ir-riżultati ta’ l-istatistika reġjonali għandhom jinqassmu għal-livell ta’ erba’ figuri (klassijiet) tan-NACE Rev. 2 u l-livell 1 tan- NUTS.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Id-dewmien tat-trażmissjoni tar-riżultati għandu jiġi deċiż skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju imsemmija fl-Artikolu 12(3). Mhux se jkun itwal minn 10 xhur minn tmiem is-sena ta’ referenza.

TAQSIMA 8

Kumitat għall-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet

Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat għall-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE [3] dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar il-miżuri kollha għall-aġġustament għall-iżviluppi ekonomiċi u tekniċi dwar il-ġbir u l-ipproċcessar statistiku ta’ l-informazzjoni, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.

TAQSIMA 9

Studji pilota

1. Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tagħmel l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri:

(a) informazzjoni dwar derivativi u oġġetti mhux fuq il-karta tal-bilanċi;

(b) informazzjoni dwar in-networks tad-distribuzzjoni;

(ċ) informazzjoni meħtieġa għall-analiżi dettaljata tat-tranżazzjonijiet ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu skond il-prezzijiet u l-volumi.

2. L-istudji pilota għandhom isiru sabiex tiġi evalwata r-rilevanza u l-fattibilità tal-ksib tad-data, filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji tad-disponibbilità tad-data f’rabta ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

TAQSIMA 10

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.

[1] ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 224, 16.8.2006, p. 1).

[2] ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

[3] ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

MODULU DETTALJAT DWAR STATISTIKA STRUTTURALI GĦALL-FONDI TAL-PENSJONIJIET

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u r-rendiment tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet. Dan il-modulu jinkludi lista dettaljata tal-karatteristiċi li dwarhom għandha tiġi kumpilata l-istatistika sabiex jittejjeb l-għarfien dwar l-iżvilupp nazzjonali, Komunitarju u internazzjonali tas-settur tal-fondi tal-pensjonijiet.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tinġabar għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmija fl- Artikolu 1 (a), (b) u (c), u b’mod partikolari għal:

- l-analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u r-rendiment tal-fondi tal-pensjonijiet;

- iżvilupp u d-distribuzzjoni tan-negozju globali, l-użanzi tal-membri tal-fondi tal-pensjonijiet, l-attivitajiet internazzjonali, l-impieg, l-investimenti u l-obbligazzjonijiet.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha li huma fl-ambitu tal-grupp 65.3 tan-NACE Rev. 2. Dan il-grupp ikopri l-attivitajiet tal-fondi tal-pensjonijiet awtonomi.

2. Għandha tiġi kkumpilata statistika għall-impriżi li jkollhom il-fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi li jitwettqu bħala attivitajiet anċillari.

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-lista ta’ karatteristiċi elenkati hawn taħt tindika, meta huwa rilevanti, it-tip ta’ l-unità statistika li għaliha għandha tiġi kkumpilata l-istatistika. Il-karatteristiċi fil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi fil-tal-moduli komuni kif definit fl- Anness I. Meta l-karatteristiċi jiġu direttament mill-kontijiet annwali, is-snin tal-kontijiet li jintemmu fis-sena ta’ riferenza għandhom jiġu assimilati mas-sena ta’ riferenza msemmija.

2. Il-karatteristiċi demografiċi u ta’ l-impriżi li għalihom għandha tinġabar l-istatistika annwali (għall-impriżi b’fondi tal-pensjonijiet awtonomi biss):

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi | |

11 11 8 | Numru ta’ impriżi mqassma skond id-daqs ta’ l-investimenti | |

11 11 9 | Numru ta’ impriżi mqassma skond il-klassijiet tad-daqsijiet tal-membri | |

11 61 0 | Numru ta’ skemi tal-pensjonijiet | Mhux obbligatorju |

Data tal-kontijiet: il-kont tal-qligħ u t-telf (dħul u spejjeż)

12 11 0 | Fatturat | |

48 00 1 | Il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet riċevibbli mill-membri | |

48 00 2 | Il-kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet riċevibbli minn min iħaddem | |

48 00 3 | Trasferimenti ‘l ġewwa | |

48 00 4 | Il-kontribuzzjonijiet oħrajn tal-pensjonijiet | |

48 00 5 | Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi definiti ta’ benefiċċji | |

48 00 6 | Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi ddefiniti ta’ kontribuzzjonijiet | |

48 00 7 | Kontribuzzjonijiet tal-pensjonijiet għal skemi amalgamati | |

48 01 0 | Dħul mill-investiment (PF) | |

48 01 1 | Dħul u telf kapitali | |

48 02 1 | Talbiet ta’ l-assigurazzjoni riċevibbli | |

48 02 2 | Dħul ieħor (PF) | |

12 12 0 | Valur tal-produzzjoni | |

12 14 0 | Valur miżjud bi prezzijiet bażiċi | Mhux obbligatorju |

12 15 0 | Valur miżjud bil-prezzi tal-fatturi | |

48 03 0 | Spejjeż totali fuq pensjonijiet | |

48 03 1 | Ħlasijiet regolari tal-pensjonijiet | |

48 03 2 | Ħlasijiet ta’ pensjonijiet bħala somma sħiħa | |

48 03 3 | Trasferimenti ‘l barra | |

48 04 0 | Tibdil nett fid-dispożizzjonijiet tekniċi (riservi) | |

48 05 0 | Premiums ta’ l-assigurazzjoni pagabbli | |

48 06 0 | Spejjeż totali ta’ l-operazzjonijiet | |

13 11 0 | Xiri totali ta’ beni u servizzi | |

13 31 0 | Spejjeż tal-ħaddiema | |

15 11 0 | Investiment totali f’ beni tanġibbli | |

48 07 0 | Taxxi kollha | |

Data dwar il- karta ta’ bilanċ: assi

48 11 0 | Art u bini (PF) | |

48 12 0 | Investimenti f’ intrapriżi affiljati u interessi parteċipanti (PF) | |

48 13 0 | Ishma u sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli | |

48 13 1 | Ishma nnegozjati f’suq regolat | |

48 13 2 | Ishma negozjati f’suq regolat speċjalizzat f’ IŻM | |

48 13 3 | Ishma mhux negozjati pubblikament | |

48 13 4 | Sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli | |

48 14 0 | Unitajiet f’ impriżi għall-investiment kollettiv f’sigurtajiet trasferibbli | |

48 15 0 | Sigurtajiet fid-djun u sigurtajiet oħrajn ta’ dħul fiss | |

48 15 1 | Sigurtajiet fid-djun u sigurtajiet oħrajn ta’ dħul fiss maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi | Mhux obbligatorju |

48 15 2 | Sigurtajiet fid-djun oħrajn u sigurtajiet oħrajn ta’ dħul fiss | Mhux obbligatorju |

48 16 0 | Parteċipazzjoni fi ġbir ta’ investiment (PF) | |

48 17 0 | Self garantit minn ipoteki u self ieħor mhux kopert band’ oħra | |

48 18 0 | Investimenti oħrajn | |

48 10 0 | Investimenti totali ta’ fondi tal-pensjonijiet | |

48 10 1 | Investimenti totali investiti fl-"intrapriżi li jagħtu sponsorship" | |

48 10 4 | Investimenti totali bil-valur tas-suq | |

48 20 0 | Assi oħrajn | |

Data dwar il-karta tal-bilanċi: obbligazzjonijiet

48 30 0 | Kapital u riservi | |

48 40 0 | Disposizzjonijiet netti tekniċi (PF) | |

48 50 0 | Obbligazzjonijiet oħrajn | |

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

48 61 0 | Analiżi dettaljata ġeografika tal-valur tal-bejgħ | |

48 62 0 | Ishma u sigurtajiet oħra bi produzzjoni varjabbli imqassma skond il-lokalità | Mhux obbligatorju |

48 63 0 | Investimenti totali mqassma skond il-lokalità | Mhux obbligatorju |

48 64 0 | Investimenti totali mqassma f’komponenti euro u mhux euro | |

Data dwar l-impiegi

16 11 0 | Numru ta’ persuni impjegati | |

Data residwa

48 70 0 | Numru ta’ membri | |

48 70 1 | Numru ta’ membri ta’ skemi ta’ benefiċċji definiti | |

48 70 2 | Numru ta’ membri ta’ skemi ta’ kontribuzzjonijiet definiti | |

48 70 3 | Numru ta’ membri ta’ skemi amalgamati | |

48 70 4 | Numru ta’ membri attivi | |

48 70 5 | Numru ta’ membri differiti | |

48 70 6 | Numru ta’ persuni rtirati | |

3. Karatteristiċi ta’ l-intrapriżi li għalihom għandha tiġi kkumpilata statistika annwali (għal intrapriżi b’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi biss):

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data strutturali

11 15 0 | Numru ta’ intrapriżi b’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | |

Data dwar il-kontijiet: il-kont tal-qligħ u t-telf (dħul u spejjeż)

48 08 0 | Valur tal-bejgħ tal-fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi | Mhux obbligatorju |

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ riferenza li għaliha jiġu kkumpilati l-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4 hi s-sena kalendarja 2008.

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati tal-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 2, għandhom jinqasmu skond il-livell ta’ erba’ figuri (klassi) tan-NACE Rev. 2.

2. Ir-riżultati tal-karatteristiċi elenkati fit-Taqsima 4, paragrafu 3, għandhom jinqasmu skond il-livell tat-taqsimiet tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom jiġu trażmessi fi żmien 12-il xahar mill-aħħar tas-sena ta’ riferenza.

TAQSIMA 8

Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol

Il-Kummissjoni se tinforma lill-Kumitat Ewropew ta’ l-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-modulu u dwar il-miżuri kollha għal aġġustament ta’ żviluppi ekonomiċi u tekniċi li jikkonċernaw il-ġbir u l-ipproċessar statistiku tad-data u l-ipproċessar u t-trażmissjoni tar-riżultati.

TAQSIMA 9

Studji pilota

Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni se tagħmel l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri:

1. Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-attivitajiet li jaqsmu l-fruntieri dwar il-fondi tal-pensjonijiet:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 71 0 | Numru ta’ intrapriżi b’membri f’pajjiżi oħrajn ta’ l-AEE |

11 72 0 | Numru ta’ intrapriżi b’ membri attivi f’pajjiżi oħrajn ta’ l-AEE |

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

48 65 0 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri skond is-sess |

48 65 1 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri ta’ skemi ta’ benefiċċji definiti |

48 65 2 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri ta’ skemi ta’ kontribuzzjonijiet definiti |

48 65 3 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri ta’ skemi ibridi |

48 65 4 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri attivi |

48 65 5 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri differiti |

48 65 6 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ persuni rtirati |

48 65 7 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ persuni li jirċievu pensjoni derivata. |

Data residwa

48 70 7 | Numru ta’ membri nisa |

2. Data addizzjonali dwar fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 15 1 | Numru ta’ intrapriżi b’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi mqassma skond il-klassijiet tad-daqsijiet tal-membri |

Data dwar il-karta tal-bilanċi: obbligazzjonijiet

48 40 1 | Disposizzjonijiet tekniċi netti ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi |

Data residwa

48 72 0 | Numru ta’ membri ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi |

Data dwar is-suq intern u l-internazzjonalizzazzjoni

48 66 1 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri attivi ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi |

48 66 2 | Analiżi dettaljata ġeografika tan-numru ta’ membri differiti ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi |

48 66 3 | Analiżi dettaljata ġeografika ta’ numru ta’ persuni rtirati li jirċievu pensjoni ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi |

48 66 4 | Analiżi dettaljata ġeografika ta’ numru ta’ persuni li jirċievi pensjoni derivata ta’ fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi |

Data tal-kontijiet: il-kont tal-qligħ u t-telf (dħul u spejjeż)

48 09 0 | Ħlasijiet ta’ pensjonijiet minn fondi tal-pensjonijiet mhux awtonomi |

3. Informazzjoni dwar derivativi u oġġetti mhux fuq il-karta tal-bilanċi.

L-istudji pilota se jitwettqu sabiex jiġu stmati r-rilevanza u l-valur ta’ l-akkwist ta’ l-informazzjoni, meta jkunu kunsidrati l-benefiċċji tad-disponibbilità ta’ l-informazzjoni f’rabta ma’ l-ispejjeż tal-ġbir u l-piż fuq in-negozju.

TAQSIMA 10

Perjodu tranżitorju

Ma jistax jingħata perjodu tranżitorju.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IS-SERVIZZI GĦAN-NEGOZJU

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness huwa li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompettitività u r-riżultati fis-settur tas-servizzi għan-negozju.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1(a) sa (d) u (f), b’mod partikolari ma’ lista ta’ karatteristiċi għal analiżi dettaljata ta’ l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u t-twettiq tas-servizzi tan-negozju.

TAQSIMA 3

Kopertura

L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet kollha taħt il-kopertura tad-diviżjonijiet 62, 69, 71, 73, u 78, u tal-gruppi 58.2, 63.1, 70.2 ta’ NACE REV. 2. Dawn is-setturi jkopru parti mill-attivitajiet ta’ Pubblikazzjoni, l-attivitajiet ta’ servizzi tat-teknoloġija ta’ l-informatika, parti mill-attivitajiet ta’ servizzi ta’ informazzjoni u attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u attivitajiet marbuta ma’ l-impjiegi. L-istatistika f’dan il-modulu tirreferi għall-popolazzjoni ta’ l-impriżi kollha b’20 persuna impjegata jew aktar li l-attività prinċipali tagħhom hija kklassifikata fid-diviżjonijiet u l-gruppi ta’ hawn fuq. Mhux qabel l-2011, il-Kummissjoni tista’ tistitwixxi studju fuq il-ħtieġa u l-possibbiltà li jinbidel il-limitu t’isfel tal-popolazzjoni ta’ referenza. Abbażi ta’ studju bħal dan, miżuri li jimmodifikaw elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament rigward it-tibdil tal-limitu t’isfel se jkunu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

TAQSIMA 4

Karatteristiċi

1. Il-lista ta’ karatteristiċi u statistika stabbilita hawn taħt tindika l-istatistika li trid tiġi kkumpilata bi frekwenza annwali jew bijennali. L-istatisika u l-karatteristiċi indikati bil-korsiv huma inklużi wkoll fil-listi tal-modulu komuni definit fl-Anness I.

2. Karatteristiċi li għalihom trid tiġi kkumpilata statistika annwali għall-impriżi fid-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1,73.1 tan-NACE Rev. 2:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi | |

Analiżi dettaljata skond in-negozju ġenerali skond it-tip tal-prodott

12 11 0 | Analiżi dettaljata tad-dħul skond il-prodott (skond is-CPA) | Din l-analiżi tal-prodott se tkun determinata b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3). |

Informazzjoni dwar ir-residenza tal-klijent

12 11 0 | Fatturat skond ir-residenza tal-klijent, b’mod speċifiku: Resident Mhux resident, li minnhom Intra-UEExtra-UE | |

3. Karatteristiċi li għalihom statistika bijennali għandha tiġi kkumpilata għall-impriżi fil-gruppi 69.1, 69.2, 70.2, 71.1 u 71.2 u 73.2 tan-NACE Rev. 2:

Kodiċi | Titolu | Kumment |

Data strutturali

11 11 0 | Numru ta’ impriżi | |

Analiżi dettaljata tal-fatturat skond it-tip tal-prodott

12 11 0 | Analiżi dettaljata tal-fatturat skond il-prodott (skond is-CPA) | Din l-analiżi tal-prodott għandha tkun determinata b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3). |

Data dwar ir-residenza tal-klijent

12 11 0 | Fatturat skond ir-residenza tal-klijent, b’mod speċifiku: Resident Mhux resident, li minnhom Intra-UEExtra-UE | |

TAQSIMA 5

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika annwali dwar l-attivitajiet koperti mid-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1 u 73.1 tan-NACE Rev. 2 u li għaliha l-istatistika bijennali koperta mill-gruppi 69.1, 69.2 u 70.2 tan-NACE Rev. 2 għandhom jiġu kkumpilati hija l-2008. L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha l-istatistika bijennali dwar l-attivitajiet koperti mill-gruppi, 71.1, 71.2 u 73.2 tan-NACE Rev. 2, għandha tiġi kkumpilata hija l-2009.

TAQSIMA 6

Produzzjoni tar-riżultati

1. Sabiex l-istatistika tal-Komunità tkun tista’ tiġi kkumpilata, l-Istati Membri jridu jipproduċu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma skond id-diviżjonijiet 62 u 78 u l-gruppi 58.2, 63.1, 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2, 73.1 u 73.2 tan-NACE Rev. 2:

2. Ir-riżultati dwar il-fatturat iridu wkoll jinqassmu skond il-prodott u r-residenza tal-klijent għad-diviżjoni 62 u 78 u gruppi 58.2, 63.1, 69.1, 69.2, 70.2, 71.1, 71.2, 73.1 u 73.2 tan-NACE Rev. 2.

TAQSIMA 7

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

TAQSIMA 8

Perjodu tranżitorju

Għall-iskopijiet tal-modulu dettaljat definit f’dan l-Anness, il-perjodu ta’ tranżizzjoni m’għandux jestendi għal aktar minn tliet snin wara l-ewwel snin ta’ referenza kif indikat fit-Taqsima 5 għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika indikata fit-Taqsima 4.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

MODULU DETTALJAT GĦALL-ISTATISTIKA STRUTTURALI DWAR IS-SERVIZZI GĦAN-NEGOZJU

TAQSIMA 1

Għan

L-għan ta’ dan l-Anness hu li jistabbilixxi qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-valutazzjoni ta’ statistika tal-Komunità dwar id-demografija tan-negozju.

TAQSIMA 2

Kamp ta’ applikazzjoni

L-istatistika li għandha tkun ikkumpilata għandha tirrelata ma’ l-oqsma msemmijin fl-Artikolu 1(a) sa (f), b’mod partikolari ma’ lista ta’ karatteristiċi għal analiżi fid-dettall tal-popolazzjoni ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u s-sopravivenza ta’ impriżi m’ilhomx mwielda u l-effetti relatati fuq l-istruttura, l-attività u l-evoluzzjoni tal-popolazzjoni tan-negozju.

TAQSIMA 3

Kopertura

1. L-istatistika għandha tiġi kkumpilata għall-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 10.

2. Għandhom isiru studji pilota għall-unità statistika, l-attivitajiet u l-eventi demografiċi elenkati fit-Taqsima 12.

TAQSIMA 4

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ dan l-anness, tapplika d-definizzjoni li ġejja:

- "perjodu ta’ referenza" għandu jfisser is-sena li fiha jiġu osservati popolazzjonijiet ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u sopravivenzi ta’ impriżi. Issir referenza għalih bħala "t" f’Taqsima 5.

TAQSIMA 5

Karatteristiċi

1. Statistika demografika annwali bl-użu ta’ l-impriża bħala unità statistika għandha tiġi kkumpilata għall-karatteristiċi li ġejjin:

Kodiċi | Titolu |

Data strutturali

11 91 0 | Popolazzjoni ta’ impriżi attivi f’t |

11 92 0 | Numru ta’ twelid ta’ impriżi f’t |

11 93 0 | Numru ta’ imwiet ta’ impriżi f’t |

11 94 1 | Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-1 li baqgħu ħajjin f’t |

11 94 2 | Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-2 li baqgħu ħajjin f’t |

11 94 3 | Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-3 li baqgħu ħajjin f’t |

11 94 4 | Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-4 li baqgħu ħajjin f’t |

11 94 5 | Numru ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-5 li baqgħu ħajjin f’t |

2. Karatteristiċi ta’ impriżi għall-popolazzjonijiet ta’ impriżi attivi, twelid ta’ impriżi, imwiet ta’ impriżi u sopravivenza ta’ impriżi li għalihom għandha tiġi kkumpilata statistika annwali:

Kodiċi | Titolu |

Data dwar l-impiegi

16 91 0 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi attivi f’t |

16 91 1 | Numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi attivi f’t |

16 92 0 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ twelid f’t |

16 92 1 | Numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni ta’ twelid ta’ impriżi f’t |

16 93 0 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ imwiet f’t |

16 93 1 | Numru ta’ impjegati fil-popolazzjoni ta’ imwiet ta’ impriżi f’t |

16 94 1 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-1 li baqgħu ħajjin f’t |

16 94 2 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-2 li baqgħu ħajjin f’t |

16 94 3 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-3 li baqgħu ħajjin f’t |

16 94 4 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-4 li baqgħu ħajjin f’t |

16 94 5 | Numru ta’ persuni impjegati fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-5 li baqgħu ħajjin f’t |

16 95 1 | Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-1 li baqgħu ħajjin f’t |

16 95 2 | Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-2 li baqgħu ħajjin f’t |

16 95 3 | Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-3 li baqgħu ħajjin f’t |

16 95 4 | Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-4 li baqgħu ħajjin f’t |

16 95 5 | Numru ta’ persuni impjegati fis-sena ta’ twelid fil-popolazzjoni ta’ impriżi m’ilhomx imwielda f’t-5 li baqgħu ħajjin f’t |

TAQSIMA 6

L-ewwel sena ta’ riferenza

L-ewwel sena ta’ referenza li għaliha hija kkumpilata statistika annwali hija kif ġej:

Sena kalendarja | Kodiċi |

2004 | 11 91 0, 11 92 0, 11 93 0, 16 91 0, 16 91 1, 16 92 0, 16 92 1, 16 93 0 u 16 93 1 |

2005 | 11 94 1, 16 94 1 u 16 95 1 |

2006 | 11 94 2, 16 94 2 u 16 95 2 |

2007 | 11 94 3, 16 94 3 u 16 95 3 |

2008 | 11 94 4, 16 94 4 u 16 95 4 |

2009 | 11 94 5, 16 94 5 u 16 95 5 |

TAQSIMA 7

Rapport dwar il-kwalità ta’ l-istatistika

L-Istati Membri se jippreżentaw rapporti ta’ kwalità li se juru l-komparabilità tal-karatteristiċi 11 91 0 u 16 91 0 mal-karatteristiċi 11 11 0 u 16 11 0 fl-Anness I u, jekk ikun meħtieġ, il-konformità tad-data mibgħuta mal-metodoloġija komuni kif stipulat fil-manwal tar-rakkomandazzjonijiet imsemmi fit-Taqsima 11.

TAQSIMA 8

Produzzjoni tar-riżultati

1. Ir-riżultati għandhom jiġu analizzati sal-livell tal-analiżi dettaljata ta’ l-attivitajiet elenkati fis-Sezzjoni 10.

2. Xi riżultati, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3), ukoll se jiġu maqsuma fi klassijiet tad-daqs sal-livell ta’ dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn l-analiżi dettaljata hija meħtieġa biss sal-livell tal-grupp.

3. Xi riżultati, li għandhom jiġu ddeterminati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3), ukoll se jiġu maqsuma skond il-forma legali sal-livell ta’ dettall elenkat fit-Taqsima 10, ħlief għat-Taqsimiet L, M u N tan-NACE Rev. 2, fejn l-analiżi dettaljata hija meħtieġa biss sal-livell tal-grupp.

TAQSIMA 9

Trażmissjoni tar-riżultati

Ir-riżultati preliminari għall-karatteristiċi marbuta ma’ l-imwiet ta’ l-impriżi (11 93 0, 16 93 0, 16 93 1) għandhom jiġu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza. Ir-riżultati riveduti għal dawn il-karatteristiċi, wara l-konferma ta’ l-imwiet ta’ impriżi wara sentejn ta’ nuqqas ta’ attività, għandhom jiġu trażmessi fi żmien 30 xahar mill-istess perjodu ta’ referenza. Ir-riżultati għandhom ikunu trażmessi fi żmien 18-il xahar mit-tmiem tas-sena kalendarja tal-perjodu ta’ referenza.

Ir-riżultati għas-snin ta’ referenza qabel l-2008 għandhom jiġu trażmessi 6 xhur wara t-tmiem ta’ l-2008, ħlief għar--riżultati riveduti għall-imwiet ta’ l-impriżi (11 93 0, 16 93 0, 16 93 1) tas-snin ta’ referenza qabel 2007 għandhom jiġu trażmessi 18-il xahar wara t-tmiem ta’ 2008

TAQSIMA 10

Analiżi ta’ l-attivitajiet

1. Għad-data għas-snin ta’ referenza 2004 sas-sena 2007 inkluża hija pprovduta l-analiżi li ġejja li tirreferi għall-klassifikazzjoni NACE Rev. 1.1:

Taqsima C

Xogħol tal-minjieri u xogħol tal-barrieri

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tat-taqsima ta’ NACE Rev. 1.1.

Taqsima D

Manifattura

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tas-subsezzjoni ta’ NACE Rev. 1.1

Taqsimiet E u F

Elettriku, gass u provvista ta’ l-ilma u l-kostruzzjoni

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tat-taqsima ta’ NACE Rev. I

Taqsima G

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-magna, muturi u oġġetti personali u tad-dar

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika tal-Komunità, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi G, 50, 51, 52, 52.1, 52.2, 52.3 + 52.4 + 52.5, 52.6 u 52.7 ta’ l-NACE Rev.

Taqsima H

Lukandi u resturanti

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi 55, 55.1 + 55.2 u 55.3 + 55.4 + 55.5. ta’ l-NACE Rev. 1.1

Taqsima I

Trasport, ħażna u komunikazzjoni

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu r-riżultati nazzjonali f’komponenti għall-kodiċi I, 60, 61, 62, 63, 64, 64.1 u 64.2 ta’ l-NACE Rev. 1.1

Taqsima J

Intermedjazzjoni finanzjarja

Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tad-diviżjoni ta’ l-NACE Rev. 1.1.

Taqsima K

Bini u artijiet, kiri u attivitajiet tan-negozju

Il-klassi 74.15 ta’ l-NACE Rev 1.1 hija eskluża mill-ambitu ta’ dan l-Anness. Biex tkun tista’ tinġabar l-istatistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali f’komponenti mqassma skond il-livell tal-klassi ta’ l-NACE Rev. 1.1.

2. Id-data għas-sena ta’ referenza 2008 u ‘l quddiem se tiġi pprovduta bl-użu tal-analiżi dettaljata ta’ attivitajiet li ġejjin li jirreferru għall-klassifikazzjoni tan-NACE Rev. 2:

Taqsima B

Xogħol tal-minjieri u xogħol tal-barrieri

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrażmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ taqsima tan-NACE Rev. 2.

Taqsima C

Manifattura

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti għall-kodiċi C, 10 + 11 + 12, 13 + 14, 15, 16, 17 + 18, 19, 20 + 21, 22, 23, 24 + 25, 26 + 27, 28, 29 + 30, 31 + 32 u 33 tan-NACE Rev. 2.

Taqsimiet D, E u F

Provvista ta’ elettriku, gass, fwar u arja kkondizzjonata; provvista ta’ l-ilma, drenaġġ, immaniġġjar ta’ l-iskart u attivitajiet ta’ rimedjazzjoni; bini

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ taqsima tan-NACE Rev. 2.

Taqsima G

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti għall-kodiċi G, 45, 46, 47, 47.1, 47.2, 47.3, 47.4 + 47.5 + 47.6 + 47.7, u 48.8 + 48.9 tan-NACE Rev. 2.

Taqsimiet H u I

Trasportazzjoni u ħażna; attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz ta’ ikel

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2.

Taqsima J

Informazzjoni u komunikazzjoni

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2 u aktar ‘l isfel sal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev. 2 fid-diviżjoni 62.

Taqsima K

Attivitajiet finanzjarji u ta’ assigurazzjoni

Il-grupp 64.2 tan-NACE Rev. 2 huwa eskluż mill-ambitu ta’ dan l-Anness. Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ diviżjoni tan-NACE Rev. 2.

Taqsimiet L, M u N

Attivitajiet ta’ l-artijiet u l-bini; attivitajiet ta’ servizz professjonali, xjentifiku u tekniku; attivitajiet ta’ servizz amministrattiv u ta’ appoġġ

Biex tkun tista’ tinġabar statistika Komunitarja, l-Istati Membri se jittrasmettu riżultati nazzjonali komponenti maqsuma sal-livell ta’ klassi tan-NACE Rev. 2.

Aggregati speċjali

Biex tiġi kkumpilata statistika tal-Komunità dwar id-demografija tan-negozju għas-settur Teknoloġiku ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, se jiġu trażmessi numru ta’ aggregati speċjali tan-NACE Rev 2. Dawn l-aggregati se jkunu determinati b’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 12 (3).

3. Data dwar impriżi li għadhom kif twieldu fl-2004, fl-2005, fl-2006 u fl-2007 hija pprovduta skond it-tqassim tan-NACE Rev. 2 kif ukoll kif definit fil-paragrafu 2 ta’ din it-Taqsima. Dan jikkomprometti l-karatteristici 11 92 0, 16 92 0 u 16 92 1 għas-snin ta’ referenza ta’ hawn fuq. Dawn ir-riżultati għandhom jiġu pprovduti flimkien mad-data għas-sena ta’ referenza 2008.

TAQSIMA 11

Manwal ta’ rakkomandazzjonijiet

Il-Kummissjoni se tippubblika manwal ta’ rakkomandazzjonijiet f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ l-Istati Membri li fih gwida supplimentari li għandha x’ taqsam ma’ l-istatistika tal-Komunità prodotta skond dan l-Anness. Il-manwal ta’ rakkomandazzjonijiet għandu jiġi ppubblikat meta dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ.

TAQSIMA 12

Studji pilota

Għall-attivitajiet koperti b’dan l-Anness, il-Kummissjoni għandha tistabilixxi l-istudji pilota li ġejjin li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri.

- produzzjoni tad-data bl-użu ta’ l-unità lokali bħala l-unità statistika;

- produzzjoni ta’ data dwar eventi demografiċi għajr għal twelid ta’ impriżi, sopravivenzi u mwiet, u

- produzzjoni ta’ data dwar it-taqsimiet P, Q, R, S tan-NACE Rev. 2.

Jekk il-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni ta’ l-istudji pilota dwar l-attivitajiet li mhumiex marbuta mas-suq fit-Taqsimiet M sa O ta’ l-NACE Rev. 1.1, tara li l-ħtieġa ta’ l-espansjoni tal-firxa attwali ta’ dan ir-Regolament, hija se tagħmel proposta skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat.

TAQSIMA 13

Perjodu tranżitorju

Għall-iskopijiet tal-modulu fid-dettall definit f’dan l-Anness, il-perjodu tranżitorju mhux se jestendi għal aktar minn erba’ snin wara l-ewwel snin ta’ referenza għall-kumpilazzjoni ta’ l-istatistika indikata fit-Taqsima 6.

--------------------------------------------------

ANNESS X

REGOLAMENT MĦASSRA U EMENDI SUĊĊESSIVI

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 (ĠU L 14, 17.1.1997, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 410/98 (ĠU L 52, 21.2.1998, p. 1)

Artikolu 1 Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2002 (ĠU L 244, 12.9.2002, p. 7)

Regolament (KE) Nru 2056/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 317, 21.11.2002, p. 1)

Punt 69 ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Artikoli 11 u 20 u Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1)

--------------------------------------------------

ANNESS XI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 | Dan ir-Regolament |

Artikolu 1 | Artikolu 1 |

Artikolu 2 | Artikolu 1 |

Artikolu 3 | Artikolu 2 |

Artikolu 4, paragrafu 1 | Artikolu 3, paragrafu 1 |

Artikolu 4, paragrafu 2 | Artikolu 3, paragrafu 3 |

Artikolu 5 | Artikolu 3, paragrafu 2 |

— | Artikolu 3, paragrafu 4 |

— | Artikolu 4 |

Artikolu 6 | Artikolu 5 |

Artikolu 7, | Artikolu 6, |

Artikolu 8 | Artikolu 7 |

Artikolu 9 | Artikolu 8, paragrafi 1, 2 |

— | Artikolu 8, paragrafu 3 |

Artikolu 10 | Artikolu 9 |

Artikolu 11 | Artikolu 10 |

Artikolu 12, paragrafi (i) sa (x) | Artikolu 11, paragrafu 1 |

— | Artikolu 11, paragrafu 2 |

Artikolu 13 | Artikolu 12 |

Artikolu 14 | Artikolu 13 |

Artikolu 15 | — |

— | Artikolu 14 |

Artikolu 16 | Artikolu 15 |

Anness 1, Taqsimiet 1-9 | Anness I, Taqsimiet 1-9 |

Anness 1, Taqsima 10, paragrafu 1 u paragrafu 2 | Anness I, Taqsima 10, paragrafu 1 u paragrafu 2, bit-tħassir |

Anness 1, Taqsima 10, paragrafi 3 u 4 | — |

Anness 1, Taqsima 11 | Anness I, Taqsima 11 |

Anness 2 | Anness II |

Anness 3, Taqsimiet 1-8 | Anness III, Taqsimiet 1-8 |

Anness 3, Taqsima 9 | — |

Anness 3, Taqsima 10 | Anness III, Taqsima 9 |

Anness 4, Taqsimiet 1-8 | Anness IV, Taqsimiet 1-8 |

Anness 4, Taqsima 9 | — |

Anness 4, Taqsima 10 | Anness IV, Taqsima 9 |

— | Anness V |

— | Anness VI |

— | Anness VII |

— | Anness VIII |

— | Anness IX |

— | Anness X |

— | Anness XI |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet