Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 220/2008 tal- 11 ta’ Marzu 2008 li jemenda għat-93 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

Official Journal L 068 , 12/03/2008 P. 0011 - 0013


Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 220/2008

tal- 11 ta’ Marzu 2008

li jemenda għat-93 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban ta’ l-Afganistan [1], u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2) Fl- 1 ta’ Frar 2008, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jemenda l-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi. L-Anness I għandu b'hekk jiġi emendat f'dan is-sens,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko Landáburu

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni

[1] ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 198/2008 (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 10).

--------------------------------------------------

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1) L-annotazzjoni "Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghias, (b) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (ċ) Sayyed Ghayasudin). Titlu: Maulavi. Funzjoni: (a) Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Farjab fl-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Faryab, l-Afganistan sa minn Mejju 2007" taħt l-intestatura "Persuni naturali" għandha tiġi sostitwita b':

"Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (b) Sayyed Ghayasudin, (a) Sayed Ghias). Titlu: Maulavi. Funzjoni: (a) Ministru tal-Ħaġġ u l-Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Farjab fl-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għall-provinċja ta' Farjab, l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007 (b) Involut fit-traffikar tad-droga.."

(2) L-annotazzjoni "Ali Mohamed Abdul Aziz Al Zar’ani Al Fakhiri (magħruf ukoll bħala Ibn Al-Shaykh Al-Libi). Indirizz: Ajdabiya. Data tat-twelid: 1963. Tagħrif ieħor: Miżżewweġ lil Aliya al Adnan (cittadinanza Sirjana)" taħt l-intestatura "Persuni naturali" għadha tiġi sostitwita b’:

"Ali Mohamed Abdul Aziz Al Zar’ani Al Fakhiri (magħruf ukoll bħala Ibn Al-Shaykh Al-Libi). Indirizz: Ajdabiya, Il-Libja. Data tat-twelid: 1963. Tagħrif ieħor: (a) Miżżewweġ lil Aliya al Adnan (ċittadinanza Sirjana), (b) Miżmum fl-2001."

(3) L-annotazzjoni "Abu Bakr Al-Jaziri (magħruf ukoll bħalaYasir Al-Jazari). Ċittadinanza: (a) Alġerin, (b) Palestinjan; Indirizz: Peshawar, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Affiljat mal-Kumitat ta' Appoġġ Afgan (ASC), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni ta' l-Al-Qaida" taħt l-intestatura "Persuni naturali" għandha tkun sostitwita minn:

"Abu Bakr Al-Jaziri (magħruf ukoll bħalaYasir Al-Jazari). Ċittadinanza: (a) Alġerin, (b) Palestinjan. Indirizz: Peshawar, il-Pakistan. Tagħrif ieħor: (a) Affiljat mal-Kumitat ta' Appoġġ Afgan (ASC), (b) koordinatur u espert tal-komunikazzjoni ta' l-Al-Qaida, (ċ) Arrestat f’April 2003."

(4) L-annotazzjoni "Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani). Titlu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Mexxej attiv tat-Taliban, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan" (ċ) Irrapportat li hu miet f’Ġunju ta’ l-2007’ taħt l-intestatura "Persuni naturali" għandha tiġi sostitwita b':

"Jallalouddine Haqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani (b) Jallalouddin Haqqani). Titlu: Maulavi. Funzjoni: Ministru ta' l-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1942. Post tat-twelid: Il-provinċja ta' Khost, id-distrett ta' Żadran, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Missier ta' Sirajuddin Jallaloudine Haqqani, (b) Mexxej attiv tat-Taliban (ċ) Aktarx li jinsab fiż-żona tal-fruntiera ta' bejn l-Afganistan u l-Pakistan. (d) Allegatament miet f'Ġunju 2007."

(5) L-annotazzjoni "Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (ċ) Madani Saheb) Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007’ (b) Responsabbli għall-provinċja Nangahar" taħt l-intestatura "Persuni naturali" għandha tiġi sostitwita b':

"Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (ċ) Madani Saheb). Titolu: Maulavi. Funzjoni: Gvernatur tal-Provinċja ta' Logar (l-Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: Taliqan, il-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Involut fit-traffikar tad-droga (b) Responsabbli għall-affarijiet militari Talibani fil-provinċja ta' Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju ta' l-2007, (ċ) Responsabbli għall-provinċja ta' Nangahar."

(6) L-annotazzjoni "Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: Id-distrett ta' Darzab, id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: Membru tat-Taliban responsabbli għat-Tramuntana ta’ l-Afganistan sa minn Mejju 2007" taħt l-intestatura "Persuni naturali" għandha tiġi sostitwita b':

"Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb). Titlu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Funzjoni: Deputat Ministru ta' l-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1968. Post tat-twelid: Id-distrett ta' Darzab, id-distrett ta' Faryab, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għat Tramuntana ta’ l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007 (b) Involut fit-traffikar tad-droga."

(7) L-annotazzjoni "Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (ċ) Akhtar Mohammad Mansoor). Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) Kalanko Joftian, id-distrett ta' Żurmat fil-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Mibgħut lura lejn l-Afganistan f'Settembru ta' l-2006, (b) Membru tat-tmexxija Talibana, (ċ) attiv fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007; "Gvernatur" Taliban ta’ Kandaħar sa minn Mejju 2007" taħt l-intestatura "Persuni naturali" għandha tiġi sostitwita b':

"Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (ċ) Akhtar Mohammad Mansoor). Titlu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Funzjoni: Ministru ta' l-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor fl-1960. Post tat-twelid: (a) Kandaħar, l-Afganistan, (b) Kalanko Joftian, id-distrett ta' Żurmat fil-provinċja ta' Paktia, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Tagħrif ieħor: (a) Mibgħut lura lejn l-Afganistan f'Settembru ta' l-2006, (b) Membru tat-tmexxija Talibana, (ċ) Involut fit-traffikar tad-droga (d) Attiv fil-provinċji ta' Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan sa minn Mejju ta' l-2007; "Gvernatur" Taliban ta' Kandaħar sa minn Mejju ta' l-2007."

(8) L-annotazzjoni "Yazld Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar), Taman Bukit Ampang, Selangor, Il-Malasja; Data tat-twelid: 20 ta' Jannar 1964. Post tat-twelid: Johor, Il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529" taħt l-intestatura "Persuni naturali" għandha tiġi sostitwita b':

"Yazid Sufaat (magħruf ukoll bħala (a) Joe, (b) Abu Zufar). Indirizz: Taman Bukit Ampang, Selangor, il-Malasja. Data tat-twelid: 20.1.1964. Post tat-twelid: Johor, Il-Malasja. Ċittadinanza: Malasjana. Numru tal-passaport: A 10472263. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 640120-01-5529. Tagħrif ieħor: Miżmum taħt arrest sa minn Diċembru 2001, sa minn Ġunju 2007."

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet