Direttiva tal-Kummissjoni 2008/4/KE tad- 9 ta' Jannar 2008 li temenda d-Direttiva 94/39/KE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni mill-ħalib Test b’relevanza għaż-ŻEE

Official Journal L 006 , 10/01/2008 P. 0004 - 0006


20080109

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/4/KE

tad- 9 ta' Jannar 2008

li temenda d-Direttiva 94/39/KE fir-rigward ta' oġġetti ta' l-ikel għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni mill-ħalib

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/74/KEE tat- 13 ta' Settembru 1993 dwar l-oġġetti ta’ l-ikel maħsuba għal għanijiet nutrijenti partikolari [1] u b'mod partikolari l-Artikolu 6(ċ) tagħha,

Billi:

(1) Permezz tad-Direttiva 94/39/KE [2] il-Kummissjoni stabbiliet lista ta' użi maħsuba għall-għalf ta' l-annimali għal għanijiet nutrittivi partikolari

(2) Fl-opinjoni tagħha tat- 8 ta' Diċembru 2004 l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta' l-Ikel ("l-Awtorità") ikkonkludiet li ż-zeolite (synthetic sodium aluminium silicate) għandu l-potenzjal li jnaqqas ir-riskju ta' deni tal-ħalib fil-baqar li jipproduċu l-ħalib [3]. Madankollu, ma setgħetx tivvaluta għal kollox ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem u l-annimali minħabba li hemm xi data nieqsa. Wara li qieset it-tagħrif addizzjonali li waslilha, l-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal- 11 ta' Lulju 2007 li ż-żieda ta' zeolite ma' l-għalf tal-baqar li jipproduċu l-ħalib għal perjodu ta' madwar ġimagħtejn wara li jwelldu ma joħloqx riskju fuq is-saħħa ta' l-annimali jew tal-bnedmin jew fuq l-ambjent [4]. Iż-zeolite għandu għalhekk ikun inkluż fil-linja "tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib" fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE.

(3) Fl-opinjoni tagħha tat- 12 ta' Ġunju 2007 l-Awtorità kkonkludiet li l-għalf b'kontenut għoli ta' kalċju amministrat fi żmien il-ħlas jista' jkun effettiv ħafna fit-trattament ta' każijiet ta' deni ħafif tal-ħalib u biex il-baqar li jipproduċu l-ħalib ma jitħallewx jirkadu u għalhekk għandha tiżdied daħla ġdida mal-lista li tikkonċerna l-prevenzjoni tar-riskju tad-deni tal-ħalib [5]. Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li riskju marġinali għas-saħħa ta' l-annimali ma jistax ikun eskluż kompletament li jfisser li hu neċessarju li r-riskju individwali jiġi bbilanċjat mal-benefiċċji ġenerali ta' l-amministrazzjoni. Biex din il-valutazzjoni titħalla ssir mill-maniġer tal-baqar li jipproduċu l-ħalib is-sorsi differenti tal-kalċju għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta flimkien mal-kwantità tagħhom. Barra minn hekk, it-tikketta għandha tinkludi rakkomandazzjoni għat-tfittxija ta' parir minn espert nutrizzjonali. L-Awtorità la tistenna riskju għall-konsumatur u lanqas riskju addizzjonali għall-ambjent. Għalf b'kontenut għoli ta' kalċju għandu għalhekk ikun inkluż fil-linja "tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib" fil-lista ta' użi maħsuba fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE.

(4) Id-Direttiva 94/39/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(5) Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Article 1

L-Anness tad-Direttiva 94/39/KE qed jiġi emendat skond l-Anness ta' din id-Direttiva.

Article 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux iktar tard mill- 24 ta' Ġunju 2008. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza ta' din ix-xorta.

Article 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Article 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Jannar 2008.

Għall-Kummissjoni

Markos Kyprianou

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, 22.9.1993, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

[2] ĠU L 207, 10.8.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/1/KE (ĠU L 5, 9.1.2002, p. 8).

[3] Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali fuq talba mill-Kummissjoni dwar l-użu ta' synthetic sodium aluminium silicate (zeolite) għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit- 8 ta' Diċembru 2004. Il-Ġurnal EFSA (2004) 160, 1-11.

[4] Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sikurezza taż-zeolite (sodium aluminosilicate, synthetic) għat-tnaqqis tar-riskju tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit- 11 ta' Lulju 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 523, 1-11.

[5] Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf ta' l-Annimali dwar is-sikurezza ta' l-għalf b'kontenut għoli ta' kalċju għat-tnaqqis tad-deni tal-ħalib f'baqar li jipproduċu l-ħalib. Adottata fit- 12 ta' Ġunju 2007. Il-Ġurnal EFSA (2007) 504, 1-10.

--------------------------------------------------

20080109

ANNESS

Fil-Parti B ta' l-Anness tad-Direttiva 94/39/KE, il-linja tal-fini nutrittivi partikolari "Tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib" tinbidel b'li ġej:

Fini nutrittiva partikolari | Karatteristiċi nutrittivi essenzjali | Speċi jew kategorija ta' l-annimal: | Dikjarazzjonijiet ta' l-ittekkettar | Tul ta' ħin rakkomandat | Dispożizzjoni oħra |

"Tnaqqis tar-riskju ta' deni tal-ħalib | —Livell baxx ta' kalċju | Baqar li jipproduċu l-ħalib | KalċjuFosfruManjeżju | Minn ġimgħa sa 4 qabel ma jwelldu | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Tibqax titma' wara li jwelldu" |

u/jew | | | |

—Proporzjoni cations/anions baxxa | KalċjuFosfruSodjuPotassjuKloridiKubrit | Minn ġimgħa sa 4 qabel ma jwelldu | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "Tibqax titma' wara li jwelldu" |

jew | | | |

—Livell għoli ta' zeolite (synthetic sodium aluminium silicate) | Kontenut ta' synthetic sodium aluminium silicate | Il-ġimagħtejn qabel ma jwelldu | Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu: "L-ammont ta' għalf għandu jkun ristrett biex jiġi żgurat li ma jkunx hemm teħid kuljum ta' iżjed minn 500 g sodium aluminium silicate għal kull annimal.""Tibqax titma' wara li jwelldu" |

jew | | | |

—Livell għoli ta' kalċju fil-forma ta' mluħ tal-kalċju disponibbli ħafna | Kontenut totali ta' kalċju, sorsi u kwantità rispettiva ta' kalċju | Ibda ma' l-ewwel sinjali ta' tqala sa jumejn wara t-tqala | Indika fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: L-isruzzjoni għall-użu jiġifieri n-numru ta' applikazzjonijiet u ż-żmien qabel u wara li jwelldu.It-test "Huwa rakkomandat li titlob opinjoni minn espert nutrizzjonali qabel l-użu"." |

--------------------------------------------------


Immexxi mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet